EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D1556

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1556 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea

ĠU L 355, 26.10.2020, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1556/oj

26.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 355/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1556

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/638/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea.

(2)

Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK, dawk il-miżuri restrittivi jenħtieġ li jiġu estiżi sas-27 ta’ Ottubru 2021.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/638/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-27 ta’ Ottubru 2021. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija għandha tiġġedded jew tiġi emendata, kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

S. SCHULZE


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10).


Top