EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006L0089

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/89/KE tat- 3 ta’ Novembru 2006 li taddatta għar-sitt darba għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kummissjoni 94/55/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 305, 4.11.2006, p. 4–5 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 323–324 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/06/2009; Impliċitament imħassar minn 32008L0068

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/89/oj

1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

323


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/89/KE

tat-3 ta’ Novembru 2006

li taddatta għar-sitt darba għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kummissjoni 94/55/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta' Novembru 1994 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

L-Annessi A u B tad-Direttiva 94/55/KE jirreferu għall-Annessi A u B tal-Ftehim Ewropew li jirrigwarda t-trasport internazzjonali tal-merkanzija perikoluża bit-triq (ADR), kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 2005.

(2)

L-ADR jiġi aġġornat kull sentejn. Għalhekk, il-verżjoni emendata trid tidħol fis-seħħ b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, b'perjodu transitorju sat-30 ta' Ġunju 2007.

(3)

Għalhekk jinħtieġ li jiġu emendati l-Annessi A u B għad-Direttiva 94/55/KE.

(4)

Il-miżuri f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-trasport tal-merkanzija perikoluża stabbilit mill-Artikolu 9 tad-Direttiva 94/55/EC,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi A u B tad-Direttiva 94/55/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness A jitbiddel b'li ġej:

“ANNESS A

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness A mal-Ftehim Ewropew dwar it-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq (ADR), kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, filwaqt li huwa mifhum illi l-frażi ‘parti kontraenti’ titbiddel bil-frażi ‘Stat Membru’.

It-test ta' l-emendi tal-verżjoni tas-sena 2007 ta' l-Anness A ta' l-ADR jrid jiġi ppubblikat malajr hekk kif ikun disponibbli fl-ilsna uffiċjali kollha tal-Komunità.”

(2)

L-Anness B tibiddel b'li ġej:

“ANNESS B

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness B mal-Ftehim Ewropew dwar it-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq (ADR), kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, filwaqt li huwa mifhum illi l-frażi ‘parti kontraenti’ titbiddel bil-frażi ‘Stat Membru’.

It-test ta' l-emendi tal-verżjoni tas-sena 2007 ta' l-Anness B ma' l-ADR irid jiġi ppubblikat hekk kif tkun disponibbli fl-ilsna uffiċjali kollha tal-Komunita.”

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex titħares din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2007. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din meta sseħħ il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi-President


(1)  ĠU L 319, 12.12.1994, p. 7. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/111/KE (ĠU L 365, 10.12.2004, p. 25).


Top