EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0166

Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta' Diċembru 2005 li tikkonkludi l-Protokoll Addizjonali għall-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika ta’ l-Afrika t’Isfel min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea

ĠU L 57, 28.2.2006, p. 13–14 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 282–283 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/166/oj

Related international agreement

29.9.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

282


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta' Diċembru 2005

li tikkonkludi l-Protokoll Addizjonali għall-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika ta’ l-Afrika t’Isfel min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea

(2006/166/KE)

Il-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 310, flimkien mat-tieni sentenza ta’ ta’ l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2), u tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-2003, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika ta’ l-Afrika t’Isfel, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni ta’ l-għaxar Stati Membri l-ġodda ta’ l-Unjoni Ewropea, ġie iffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri fil-25 ta’ Ġunju 2005 bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/206/KE (2).

(2)

Fl-istennija tad-dħul fis-seħħ tiegħu, il-Protokoll Addizzjonali ġie applikat fuq bażi proviżorja sa mill-1 ta’ Mejju 2004.

(3)

Il-Protokoll Addizzjonali għandu jiġi konluż,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll Addizzjonali dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika ta’ l-Afrika t’Isfel, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea, huwa hawnhekk approvat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

It-test tal-Protokoll Addizzjonali (3) huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 9(2) tal-Protokoll Addizzjonali.

Magħmul fi Brussel, nhar il-21 ta' Diċembru 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

B. BRADSHAW


(1)  Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 68, 15.3.2005, p. 32.

(3)  ĠU L 68, 15.3.2005, p. 33.


Top