EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0778

2005/778/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta’ Ottubru 2005 li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossiers sottomessi għal eżaminazzjoni dettaljata fid-dawl ta’ possibbiltà ta’ inklużjoni ta’ l-aminopyralid u l-fluopicolide fl-Anness I lid-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (innotifikata taħt dokument numru C(2004) 4535) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 293, 9.11.2005, p. 26–27 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 561–562 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/778/oj

12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

561


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Ottubru 2005

li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossiers sottomessi għal eżaminazzjoni dettaljata fid-dawl ta’ possibbiltà ta’ inklużjoni ta’ l-aminopyralid u l-fluopicolide fl-Anness I lid-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

(innotifikata taħt dokument numru C(2004) 4535)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/778/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari Artikolu 6(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Direttiva 91/414/KEE tipprovdi għall-iżvilupp ta’ lista tal-Komunità ta’ sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

(2)

Dossier għas-sustanza attiva aminopyralid kien sottomess minn Dow AgroSciences Ltd. lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fit-22 ta’ April 2004 b’applikazzjoni biex jiġi inkluż fl-Anness I lil Direttiva 91/414/KEE. Għall-fluopicolide dossier ġie sottomess minn Bayer CropScience, Franza lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fis-7 ta’ Mejju 2004 b’applikazzjoni biex jiġi inkluż fl-Anness I lid-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

L-awtoritajiet tar-Renju Unit indikaw lill-Kummissjoni li, f’eżaminazzjoni preliminari, id-dossiers għas-sustanzi attivi konċernati jidhru li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-data u informazzjoni stipulati fl-Anness II lid-Direttiva 91/414/KEE. Id-dossiers sottomessi jidhru li jissodisfaw ukoll il-kundizzjonijiet tad-data u informazzjoni stipulati fl-Anness III lid-Direttiva 91/414/KEE f’dak li għandu x’jaqsam ma’ prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva konċernata. Skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, id-Dossiers kienu sussegwentement mgħoddija mill-applikanti rispettivi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, u kienu rriferuti lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

(4)

B’din id-Deċiżjoni għandu jiġi kkonfermat formalment fuq livell Komunitarju li d-dossiers huma kkonsidrati bħala li jissodisfaw fil-prinċipju d-data u l-informazzjoni li hu pprovdut għalihom fl-Anness II u, mill-anqas għal prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata, il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness III lil Direttiva 91/414/KEE.

(5)

Din id-Deċiżjoni m’għandiex tippreġudika d-dritt tal-Kummissjoni biex titlob lill-applikant biex jissottometti aktar data jew informazzjoni sabiex jikkjarifika ċerti punti tad-dossier.

(6)

Il-miżuri li hu pprovdut għalihom f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Bla preġudizzju għall-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 91/414/KEE, id-dossiers li jikkonċernaw is-sustanzi attivi identifikati fl-Anness lil din id-Deċiżjoni, li kienu sottomessi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-għan li tinkiseb l-inklużjoni ta’ dawk is-sustanzi fl-Anness I għal dik id-Direttiva, jissodisfaw fil-prinċipju l-kundizzjonijiet tad-data u l-informazzjoni stipulati fl-Anness II għal dik id-Direttiva.

Id-dossiers jissodisfaw ukoll il-kundizzjonijiet tad-data u l-informazzjoni stipulati fl-Anness III għal dik id-Direttiva f’dak li għandu x’jaqsam ma’ prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, meta tieħu kont ta’ l-użu propost.

Artikolu 2

L-Istat Membru rapporteur għandu jinsisti dwar l-eżaminazzjoni dettaljata għad-dossiers konċernati u għandu jirrapporta l-konklużjonijiet ta’ l-eżaminazzjonijiet tagħhom akkompanjati minn kull rakkomandazzjonijiet dwar l-inklużjoni jew in-non-inklużjoni tas-sustanza attiva kkonċernata fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u kull kondizzjonijiet relatati ma’ dan lill-Kummissjoni Ewropea malajr kemm jista’ jkun u l-aktar tard fi żmien perjodu ta’ sena mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar it-28 ta’ Ottubru 2005.

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/34/KE (ĠU L 125, 18.5.2005, p. 5).


ANNESS

SUSTANZI ATTIVI KKONĊERNATI B’DIN ID-DEĊIŻJONI

Nru

Isem Komuni, Numru ta’ Identifikazzjoni CIPAC

Applikant

Data ta’ l-applikazzjoni

Stat Membru Rapporteur

1

Aminopyralid Nru-CIPAC għadu mhux allokat

Dow AgroSciences Ltd.

22.04.2004

UK

3

Aminopyralid Nru-CIPAC għadu mhux allokat

Bayer CropScience, Franza

07.05.2004

UK


Top