EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R2186

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2186/2003 tal-15 ta’ Diċembru 2003 tniżżel, għas-sena ta’ bejgħ 2003/04 li-produzzjoni riveduta estimata għall-qoton mhux ipproċessat u li jirriżulta fir-riduzzjoni provviżorja tal-prezz tal-gwida

ĠU L 327, 16.12.2003, p. 14–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/2186/oj

32003R2186



Official Journal L 327 , 16/12/2003 P. 0014 - 0014


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2186/2003

tal-15 ta’ Diċembru 2003

tniżżel, għas-sena ta’ bejgħ 2003/04 li-produzzjoni riveduta estimata għall-qoton mhux ipproċessat u li jirriżulta fir-riduzzjoni provviżorja tal-prezz tal-gwida

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ adeżjoni tal-Greċja, u b’mod partikolari Protokoll 4 fuq il-Qoton [1],

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) No 1051/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 fuq l-għajnuna fuq il-produzzjoni għall-Qoton [2] u b’mod partikolari it-tieni indent ta’ l-Artikolu 19(2) ta’dan,

billi:

(1) l-Artikolu 16(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) No 1591/2001 tat-2 ta’ Awissu 2001 tniżżel liġijiet ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ għajnuna tal-Qoton [3], li jgħid li l-estimi tal-produzzjoni reviżjonata fuq il-qoton mhux proċessat li hemm referenza għalih fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) No 1051/2001 u riduzzjonijiet provvizorji ġodda li jirrizultaw fil-prezz tal-gwida għandhom ikunu stabbiliti qabel l-ewwel ta’ Diċembru tas-sena ta’ bejgħ ikkoncernata.

(2) l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) No 1051/2001 jagħmel proviżjonijiet li l-istimi tal-produzzjoni stmata għandha tiġI stabbilita b’konsiderazzjoni lejn il-progress tal-ħsad. Dak l-estimu reivizjonat għandu għalhekk ikun iffissat fuq il-bazi ta’ informazzjoni li jiswa għas-sena ta’ bejgħ 2003/04.

(3) It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) No 1051/2001 jgħid li mis-16 ta’ Diċembru wara l-bidu tas-sena ta’ bejgħ, l-ammont ta’ l-avvanz għandu jkun determinat fuq bażi ta’ l-istimi tal-produzzjoni reviżjonata, b’żieda ta’ mill-inqas ta’ 7,5 %. B’konsiderazzjoni ta’ l-iktar figuri reċenti għas-sena ta’ bejgħ 2003/04 fuq kwantitajiet maħżuna taħt superviżjoni notifikata mill-Istati Membri bi ftehim ma’ l-Artikolu 15(4)(c)(i)tar-Regolament (KE) No 1591/2001, bħala marġini ta’ sigurezza, żieda b’ perċentaġġ ta’ 9.5 % għall-Greċja, għall Spanja u 7.5 % għall-Portugall għandu jiġI applikat.

(4) Ir-riduzzjonijiet provvizorji l-ġodda fil-gwida tal-prezz għandu jiġI kkalkulat bi ftehim ma’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) No 1051/2001, imma jieħdu l-post ta’ prodotti attwali biz-żieda ta’ l-estimi tal-produzzjoni kif muri hawn fuq.

(5) Il-miżuri previsti f’dan ir-regolament huwa bi fehim ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni ta’ fibri naturali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

1. Għas-sena ta’ bejgħ 2003/04 l-istimi tal-produzzjoni reviżjonati għal Qoton mhux ipproċessat għandu:

—1 065 668 tunnellata metrika | Għall-Greċja, |

—306 787 tunnellata metrika | għall-Spanja, |

—1 108 tunnellata metrika | għall-Portugal. |

2. Għas-sena ta’ bejgħ 2003/04 ir-riduzzjoni tal-provizjonijiet il-ġodda fil-prezzijiet gwida għandu jkun:

—26,150 EWR/100 kg | għall-Greċja, |

—17,221 EWR/100 kg | għall-Spanja, |

—0 EWR/100 kg | għall-Portugal. |

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-15 ta’ Diċembru 2003.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] Protokoll kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) No 1050/2001 (ĠU L 148, ta’ l-1.6.2001, p. 1).

[2] ĠU L 148, ta' l-1.6.2001, p. 3.

[3] ĠU L 210, tat-3.8.2001, p. 10. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) No 1486/2002 (ĠU L 223, ta’ l-20.8.2002, p. 3).

--------------------------------------------------

Top