EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0027

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Jannar 2002 dwar il-kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd li joriġinaw fir-Repubblika tat-Turkija (innotifikata fid-dokument numru K (2002) 14/4)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 11, 15.1.2002, p. 36–43 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2007; Imħassar b' 32006R1664

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/27(1)/oj

32002D0027



Official Journal L 011 , 15/01/2002 P. 0036 - 0043


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-11 ta' Jannar 2002 dwar il-kondizzjonijiet speċjali lijirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd li joriġinaw fir-Repubblika tat-Turkija

(innotifikata fid-dokument numru K (2002) 14/4)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2002/27/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta' Lulju 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u l-kummerċ tà prodotti tas-sajd(1), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/KE(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tagħha,

Billi:

(1) Twettqet ispezzjoni f'isem il-Kummissjoni fir-Repubblika tat-Turkija sabiex jiġu vverifikati l-kondizzjonijiet li fihom il-prodotti tas-sajd jiġu pproduċuti, maħżuna, u mibgħuta lejn il-Komunità.

(2) Id-dispożizzjonijiet tal-liġi Torka dwar l-ispezzjoni tas-saħħa u l-osservazzjoni tal-prodotti tas-sajd jistgħu jiġu meqjusa ekwivalenti għal dawk ipprovduti mid-Direttiva 91/493/KEE.

(3) B'mod partikolari id-Direttorat Ġenerali tal-Protezzjoni u l-Kontroll (DĠPK) tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura u l-Affarijiet Rurali jista' jivverifika effettivament li l-liġijiet fis-seħħ qed jiġu mħarsa.

(4) Ikun xieraq li jitniżżlu regoli dettaljati dwar iċ-ċertifikat tas-saħħa li għandu, skond id-Direttiva 91/493/KEE, jakkompanja il-kunsinni tal-prodotti tas-sajd importati fil-Komunità mit-Turkija. B'mod partikolari dawn ir-regoli għandhom jispeċifikaw id-definizzjoni taċ- ċertifikat mudell, il-kondizzjonijiet minima meħtieġa għall-lingwa jew lingwi li fihom għandu jiġi miktub u l-kariga tal-persuna li għandha l-kompetenza tiffirmah.

(5) Il-marka li għandha titwaħħal mal-pakketti tal-prodotti tas-sajd għandha jkollha l-isem tal-pajjiz terz u n-numru ta' l-approvazzjoni/r-reġistrazzjoni ta' l-istabbiliment, tal-bastiment tal-fabbrika, tal-maħżen tà l-oġġetti tal-friża jew tal-bastiment friża oriġinarju, ħlief għal ċerti prodotti tal-friża.

(6) Skond l-Artikolu 11(4)(ċ) tad-Direttiva 91/493/KEE għandha titfassal lista ta' stabbilimenti, bastimenti tal-fabbrika, jew imħażen tà l-oġġetti tal-friża approvati, u lista ta' bastimenti friża armati skond il-punti 1 sa 7 ta' l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 92/48/KEE (3) għandha titfassal ukoll. Dawn il-listi għandhom jitfasslu fuq bażi ta' komunikazzjoni mid-DĠPK għall-Kummissjoni. Għalhekk hija r-responsabbiltà tad-DĠPK li jiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet mniżżla għal dan il-għan fid-Direttiva 91/493/KEE.

(7) Id-DĠPK ipprovda assigurazzjonijiet uffiċjali dwar il-konformità mar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu V ta' l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE, u dwar il-ħarsien tal-kondizzjonijiet meħtieġa għall-iġene ekwivalenti għal dawk imniżżla f'dik id-Direttiva.

(8) Aktar minn hekk, meta l-prodotti tas-sajd ikunu ffriżati jew inkella molluski bivalvi pproċessati il-prodott nej għandu jinkiseb minn żoni ta' produzzjoni approvati skond l-Anness B tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/777/KE tat-30 ta' Novembru 1994 dwar il-kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta' molluski bivalvi friski, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini li joriġinaw fit-Turkija(4), kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/767/KE(5), u għandhom ikunu sterilizzati jew trattati bis-sħana skond il-kondizzjonijiet tad-Deċiżjoni 93/25/KEE tal-11 ta' Diċembru 1992 li tapprova ċerti trattamenti li jwaqqfu l-iżvilupp ta mikro-organiżmi patoġeniċi f'molluski bivalvi u gastropodi marini (6), kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 97/275/KE(7).

(9) Peress li ċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-prodotti msemmija hawn fuq taqa' taħt l-iskop tad-Deċiżjoni preżenti, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/778/KE tat-30 ta' Novembru 1994 dwar il- kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini ffriżati jew ipproċessati li joriġinaw fit-Turkija (8), kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/767/KE, għandha tiġi rrevokata.

(10) Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Direttorat Ġenerali tal-Protezzjoni u l-Kontroll (DĠPK) tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura u l-Affarijiet Rurali għandu jkun l-awtorità kompetenti fit-Turkija li tivverifika u tiċċertifika l-konformità tal-prodotti tas-sajd u ta' l-akwakultura mal-kondizzjonijiet tad-Direttiva 91/493/KEE.

Artikolu 2

Prodotti tas-sajd u ta' l-akwakultura li joriġinaw tit-Turkija għandhom iħarsu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. kull kunsinna għandu jkollha ċertifikat tas-saħħa oriġinali innumerat, mimli kif suppost, iffirmat, bid-data u li jinkludi folja waħda skond il-mudell fl-Anness A mehmuż;

2. il-prodotti għandhom jiġu minn stabbilimenti, bastimenti tal-fabbrika jew imħażen tà l-oġġetti tal-friża approvati, jew minn bastimenti friża rreġistrati kif imniżżla fl-Anness B mehmuż;

3. ħlief fil-każ ta' prodotti tas-sajd iffriżati fil-kwantità u maħsuba għall-ipproċċessar tà ikel ippreservat, il-pakketti kollha għandu jkollhom fuqhom il-kelma "TURKIJA" u n-numru tà l-approvazzjoni/r-reġistrazzjoni ta' l-istabbiliment, tal-bastiment tal-fabbrika, tal-maħżen tà l-oġġetti tal-friża jew tal-bastiment friża oriġinarju b'ittri li ma' jitħassrux.

Artikolu 3

1. Iċ-ċertifikati li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 2(1) għandhom ikunu mill-inqas f'lingwa uffiċjali waħda ta' l-Istat Membru fejn qed isiru l-ispezzjonijiet.

2. Iċ-ċertifikati għandu jkollhom l-isem, il-kariga u l-firma tar-rappreżentant tad-DĠPK u t-timbru uffiċjali tiegħu f'kulur differenti minn detatalji oħra.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 94/778/KE hija hawnhekk irrevokata.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-60 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel,

fil-11 ta' Jannar 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

(1) ĠU L 268, tal-24.9.1991, p. 15.

(2) ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

(3) ĠU L 187, tas-7.7.1992, p. 41.

(4) ĠU L 312, tas-6.12.1994, p. 35.

(5)ĠU L 302, tal-25.11.1999, p. 26.

(6) ĠU L 16, tal-25.1.1993, p. 22.

(7) ĠU L 108, tal-25.4.1997, p. 52.

(8) ĠU L 312, tas-6.12.1994, p. 40.

L-ANNESS A

ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA

għal prodotti tas-sajd u ta' l-akwakultura li joriġinaw fit-TURKIJA u li huma maħsuba għall-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea

In-Nru tar-Referenza: .

Il-Pajjiż tat-tluq: IT-TURKIJA

L-Awtorità kompetenti: Id-Direttorat Ġenerali tal-Protezzjoni u l-Kontroll ((DĠPK) tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura u l-Affarijiet Rurali

1. Dettalji li jiddentifikaw il-prodotti tas-sajd

- Deskrizzjoni tal-Prodotti tas-Sajd u ta' l-Akwakultura (1):.

- L-Ispeċi (l-isem xjentifiku): ..

- Il-Preżentazzjoni tal-prodotti u t-tip ta' trattament (2): .

- In-Numru tal-Kodiċi (fejn japplika): ......

- It-Tip tà ippakkjar:

- In-Numru ta' pakketti: .

- Il-piż nett: .

- It-temperatura meħtieġa għal ħażna u t-trasport: .

II. L-oriġini tal-prodotti

L-Isem/ismijiet u n-numru/i uffiċjali ta' l-approvazzjoni/r-reġistrazzjoni ta' l-istabbiliment(i), tal-bastiment(i) tal-fabbrika, jew tal-maħżen/imħażen tà l-oġġetti tal-friża approvati jew tal-bastimenti friża rreġistrati mid-DĠPK għall-esportazzjoni lejn il-KE:

III. Id-Destinazzjoni tal-prodotti

Il-prodotti huma mibgħuta

minn:

(post tat-tluq)

għal: .

(il-pajjiż u l-post tad-destinazzjoni)

bil-mezzi tat-trasport li ġejjin: ..

.

L-Isem u l-indirizz tà min jibgħat il-kunsinna:

.

L-Isem ta' min jirċievi l-kunsinna u l-indirizz tal-post tad-destinazzjoni:

(1) Aqtà fejn japplika.

(2) Ħaj, imkessaħ, iffriżat, immellaħ, iffumikat, ippreservat, eċċ.

IV. Ċertifikazzjoni tas-saħħa

- L-ispettur uffiċjali hawnhekk jiċċertifika li l-prodotti tas-sajd jew ta' l-akwakultura speċifikati hawn fuq:

1. kienu maqbuda u mgħobbija fuq bastimenti skond ir-regoli tas-saħħa pprovduti mid-Direttiva 92/48/KEE:

2. kienu mħatta, immaniġġjati, u fejn xieraq ippakkjati, ppreparati, pproċessati, ffriżati, mdewwba mis-silġ, u maħżuna b'mod iġeniku skond il-kondizzjonijiet pprovduti mill-Kapitoli II, III, IV ta' l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE:

3. għaddew minn taħt il-kontrolli tas-saħħa skond il-Kapitolu V ta' l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE;

4. huma ppakkjati, mmarkati, maħżuna u ttrasportati skond il-Kapitoli VI, VII u VIII ta' l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE;

5. m'humiex ġejjin minn speċi tossiċi jew speċi li fihom il-biotossini;

6. għaddew b'mod sodisfaċenti minn ispezzjonijiet organoleptiċi, parassitoloġiċi, kimiċi u mikrobijoloġiċi pprovduti għal ċerti kategoriji ta' prodotti tas-sajd mid-Direttiva 91/493/KEE u mid-deċiżjonijiet tà implimentazzjoni mehmużin magħha:

7. barra minn hekk, meta l-prodotti tas-sajd huma ffriżati jew molluski bivalvi pproċessati: il-molluski huma ġejjin minn zoni ta' produzzjoni approvati skond l-Anness B tad-Deċiżjoni 94/777/KE dwar il-kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini ħajjin li joriġinaw fit-Turkija u li ġew sterilizzati jew trattati bis-sħana skond il-kondizzjonijiet tad-Deċiżjoni 93/25/KEE.

- L-ispettur uffiċjali hawn taħt iffirmat hawnhekk jiddikjara li hu konxju tad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 91/492/KEE, 91/493/KEE u 91/48/KEE u tad-Deċiżjoniet 93/25/KEE, 94/777/KE u 2002/27/KE.

Magħmula fi , fil-

(il-post) (Id-Data)

it-timbru uffiċjali (3)

.................................

Il-Firma ta' l-ispettur uffiċjali (3)

.

(L-Isem b'ittri kbar, il-kariga, ul- kwalifiki tal-persuna li qed tiffirma)

(3) Il- kulur tat-timbru u l-firma għandu jkun differenti minn dak tà dettalji oħra fuq iċ-ċertifikat.

L-ANNESS B

LISTA TA' STABBILIMENTI U BASTIMENTI

Nru tà l-Approvazzjoni Isem Belt Reġjun Kategorija

TR 01 20 30 435 Altes Su Ürünleri San. ve Tic. Ltd Sti. YUREGIR ADANA PP

TR 01 30 124 Pakyürek Tarim San. ve Tic. A.S. ADANA PP

TR 03 10 30 427 Caliskan Gida Su Ürn. San. Tic. Ltd Sti. DINAR AFYON PP

TR 06 20 30 70 445 Ahmet Aydeniz Sebze, Meyve Ve Deniz Ürl. Isleme Tesisi GÖLBASI ANKARA PP

TR 09 30 383 Alba Tar. Su Hayvan Ürünleri San. ve Tic. A.S. BOZDOGAN AYDIN PP

TR 10 10 20 30 185 Kocaman Balikcilik Ihr. ve Ith. Tic. Ltd Sti. BANDIRMA BALIKESIR PP

TR 10 20 70 205 Artur Bal. Ltd Sti. Su Ür. Dez. ve Art. Tes. AYVALIK BALIKESIR PP

TR 10 20 30 40 318 Ada Dis Tic. Ltd Sti. AYVALIK BALIKESIR PP

TR 10 20 30 409 Tavsanlar Balikcilik Su Ürl. Tic. Ith. Ihr. Ltd Sti. AYVALIK BALIKESIR PP

TR 10 30 201 Cansu Su Ürl. San ve Tic. Ltd Sti. GONEN BALIKESIR PP

TR 16 10 20 30 70 301 Kerevitas-Mersu-Ancoker Su Ürl. San. ve Tic. A.S. AKCALAR BURSA PP

TR 16 10 335 Satürn Ith. Ihr. ve Ins. Ltd Sti. ORHANGAZI BURSA PP

TR 16 10 30 396-148 Turbel Gida San. ve Tic. A.S. BURSA PP

TR 17 20 30 70 129 Ulubay Soguk Depo Isl. ve Tic. Ltd Sti. LAPSEKI CANAKKALE PP

TR 17 20 30 311 Savuran Bal. Ith. Ihr. Ltd Sti. ECEABAT CANAKKALE PP

TR 17 20 30 338 Saros Gida Ith. VE Ihr San. Tic. Ltd Sti. ECEABAT CANAKKALE PP

TR 17 20 30 426 Canakkale Balikcilik San. Tic. Ltd Sti. CANAKKALE PP

TR 17 20 30 336 Denizer Gida Mad. Tic. Ltd Sti. ECEABAT CANAKKALE PP

TR 17 20 30 183 Yavuz Mildon Deniz Ürl. San. ve Tic. Ltd Sti. GELIBOLU CANAKKALE PP

TR 17 30 110 Amati-Bosforo Gida Mad. Imal. San. ve Tic. A.S. ECEABAT CANAKKALE PP

TR 17 40 451 Ida Gida Tarimsal Üretim Ic ve Dis Paz. Ltd Sti. LAPSEKI CANAKKALE PP

Nru tà l-Approvazzjoni Isem Belt Reġjun Kategorija

TR 17 40 438 Marmaroz Su Ürünleri San. ve Tic. Ltd Sti. GOKCEADA CANAKKALE PP

TR 17 70 181 Dardanel-Önentas Gida San. A.S. CANAKKALE PP

TR 22 10 20 30 142 Kemal Balikcilik Ihr. Ltd Sti. IPSALA EDIRNE PP

TR 31 20 30 210 Balik Is Su Ürl. Ith. San. ve Tic. A.S. ISKENDERUN HATAY PP

TR 32 10 20 30 312 Erku Gida San. ve Dis Tic. Ltd Sti. EGIRDIR ISPARTA PP

TR 32 10 30 111 Sahlanlar Gida San. ve Tic. Ltd Sti. ISPARTA PP

TR 32 10 455 Ancoker Su Ürünleri San. ve Tic. A.S. EGIRDIR ISPARTA PP

TR 32 30 415 Has Su Ürl. Tic. San. A.S. EGIRDIR ISPARTA PP

TR 34 20 30 70 140 Altinel/Mim-Tur Paz. Tic. Ltd Sti. SARIYER ISTANBUL PP

TR 34 20 30 441 Lodos Balikcilik Gida San. Tur. Tes. ve Isl. Ltd Sti. KUCUKCEKMECE ISTANBUL PP

TR 34 20 30 70 430 Mazlumoglu Gida Ürünleri San. ve Dis Tic. A.S. SILIVRI ISTANBUL PP

TR 34 20 30 90 432 Tuna Balikçilik ve Deniz Ur. Tic. Ve San. Ltd Sti. Tuna-1-Gemi SARIYER ISTANBUL PP

TR 34 20 442 Bodrum Dis Tic. Su Ürünleri Ltd Sti. BUYUKCEKMECE ISTANBUL PP

TR 34 30 211 Alfarm (Akuafarm)Alarko Su ürl. San. ve Tic. Ltd Sti. ÜMRANIYE ISTANBUL PP

TR 34 30 425 Cemtar Su Ürünleri Tic. Ltd Sti. AVCILAR ISTANBUL PP

TR 34 30 453 Starimpex Gida San. Ve Tic. Ltd Sti. YESILKOY ISTANBUL PP

TR 34 70 370 Varollar Gida San. Tic. A.S. SILE ISTANBUL PP

TR 35 10 20 30 40 323 Ege Balik Is Ihr. Tic. ve San. A.S. BORNOVA IZMIR PP

TR 35 20 30 40 429 Cesurlar Balik Market TORBALI IZMIR PP

TR 35 20 30 40 443 Kiris Gida Maddeleri Su Ürünleri San. ve Tic. Ltd Sti. TORBALI IZMIR PP

TR 35 20 30 457 Amiral Su ve Tarim Ürünleri San ve Tic. Ltd Sti. IZMIR PP

TR 35 20 30 40 184 Pinar Deniz Ürl. A.S. CESME IZMIR PP

Nru tà l-Approvazzjoni Isem Belt Reġjun Kategorija

TR 35 20 30 40 450 Özbek Su Ürünleri Pazarlama Tic. Ltd Sti. URLA IZMIR PP

TR 35 20 40 367 Elektrosan Deniz Ürl. Ith. Ihr. San. ve Paz. Ltd Sti. YENIFOCA IZMIR PP

TR 35 20 40 448 Ilknak Su Ürünleri San. ve Tic. A.S. DIKILI IZMIR PP

TR 35 30 138 Ege Izmir Su Ürl. Ith. Ihr. San. ve Tic. Ltd Sti. BORNOVA IZMIR PP

TR 35 30 34 Emir-Pa Paz. ve Gida San. Ltd Sti. MENEMEN IZMIR PP

TR 42 30 365 Ari Tarim ve Su Ürünleri Ltd Sti. BEYSEHIR KONYA PP

TR 42 30 389 Callut Tarim Turz. ve Su Ürünleri Ith. Ihr. Ltd Sti. HUYUK-BEYSEHIR KONYA PP

TR 42 30 393 Gölköy Su Ürl. San. Ith. Ihr. Ltd Sti. HUYUK-BEYSEHIR KONYA PP

TR 42 30 387 Bey-Su Tarim ve Su Ürünleri San. Tic. Ltd Sti. BEYSEHIR KONYA PP

TR 42 30 440 Dört Mevsim Balik Is San. ve Tic. Ltd Sti. KONYA PP

TR 42 30 454 Oskar Su Ürünleri Isletmesi BEYSEHIR PP

TR 42 30 434 Yay-Cet Su Ürünleri Isletmesi HOYUK KONYA PP

TR 42 30 449 Sugla Su Ürünleri Tasimacilik Tar. ürl. Paz. San. Tic. Ltd Sti. SEYDISEHIR KONYA PP

TR 48 20 30 40 428 Gümüsdoga Su Ürl. Üre. Ihr. ve Ith. A.S. MILAS MUGLA PP

TR 48 20 30 40 307 Kilic Deniz Ürl. Üret. Ihr. Ith. ve Tic. A.S. MILAS MUGLA PP

TR 48 20 40 410 Aegean Dis Tic. ve Paz. Ltd Sti. MILAS MUGLA PP

TR 48 20 40 436 Noordzee Su Ürl. Ihr. San. ve Tic. Ltd Sti. MILAS MUGLA PP

TR 48 30 395 Ege Izmir Su Ürl. Tic. A.S. Kizgölü Alabalik Isletmesi FETHIYE MUGLA PP

TR 48 30 40 212 Bagci Su Ürl. ve Enerji Ürt. San. Tic. A.S. KOYCEGIZ MUGLA PP

TR 52 30 452 Pasifik Uluslararasi Gida San. Ve Tic. Ltd Sti. FATSA ORDU PP

TR 52 30 70 157 Aspra Su Ürl. Tic. ve San. Ltd Sti. FATSA ORDU PP

TR 55 30 156 Bayramoglu Balikcilic ve Depoculuk Tic. San. Koll. Sti. TEKKEKOY SAMSUN PP

TR 55 70 364 Kardez Su Ürünleri San. Tic. Ltd Sti. CARSAMBA SAMSUN PP

Nru tà l-Approvazzjoni Isem Belt Reġjun Kategorija

TR 55 70 376 Ipek Su Ürunleri Ve Gida Mad. San. Tic Ltd Sti. YAKAKENT SAMSUN PP

TR 57 30 433 Baysoy Deniz Ürünleri San. Tic. A.S. DIKMEN SINOP PP

TR 57 30 446 Can Kardesler Su Ürünleri San. ve Tic. A.S. SINOP PP

TR 61 30 394 Taka Deniz Ürl. Gida ve Yem San. Soguk Hava Isl. Dis Tic. Ltd Sti. CARSIBASI TRABZON PP

Legend: PP: Il-Pjanta tal-proċessar.

Top