EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R1256

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1256/97 tal-25 ta' Ġunju 1997 li jemenda r-Regolament Nru 79/65/EEC li jwaqqaf netwerk għall-ġbir ta' l-informazzjoni rigward il-kontabilità dwar l-introjti u l-ħidmiet kummerċjali ta' l-azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea

OJ L 174, 2.7.1997, p. 7–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 021 P. 180 - 180
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 021 P. 180 - 180
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 021 P. 180 - 180
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 021 P. 180 - 180
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 021 P. 180 - 180
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 021 P. 180 - 180
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 021 P. 180 - 180
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 021 P. 180 - 180
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 021 P. 180 - 180
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 021 P. 238 - 238
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 021 P. 238 - 238

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/01/2010; Impliċitament imħassar minn 31965R0079

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/1256/oj

31997R1256



Official Journal L 174 , 02/07/1997 P. 0007 - 0007


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1256/97

tal-25 ta' Ġunju 1997

li jemenda r-Regolament Nru 79/65/EEC li jwaqqaf netwerk għall-ġbir ta' l-informazzjoni rigward il-kontabilità dwar l-introjti u l-ħidmiet kummerċjali ta' l-azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi r-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE tal-15 ta' Ġunju 1965 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' l-informazzjoni rigward il-kontabilità dwar l-introjti u l-ħidmiet kummerċjali ta' l-azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea [3], jistabbilixxi ċerti restrizzjonijiet rigward l-użu ta' l-informazzjoni dwar il-kontabilità ta' l-azjendi agrikoli u dettalji individwali oħra miksuba fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament; billi, mogħti r-riskju illi l-informazzjoni fornita minn bidwi tista' tintuża għal skopijiet oħra għajr għal dawk ipprovduti fir-Regolament ta' hawn fuq, għandha tiġi msaħħa l-projbizzjoni rigward l-użu ta' din l-informazzjoni; billi, għalhekk, ir-Regolament in kwistjoni għandu jiġi emendat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 15 (1) tar-Regolament Nru 79/65/KEE huwa hawnhekk mibdul b'dan li ġej:

"1. Għandu jkun ipprojbit l-użu għal skop tat-taxxa ta' kull informazzjoni rigward il-kontabilità individwali jew rigward dettalji individwali oħra miksuba fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jew li tinkixef jew tintuża din l-informazzjoni għal skopijiet oħra għajr dawk speċifikati fl-Artikolu 1."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fil-25 ta' Ġunju 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Van Aartsen

[1] ĠU Nru C 127, ta' l-24. 4. 1997, pġ. 15.

[2] ĠU Nru C 167, tat-2. 6. 1997.

[3] ĠU Nru 109, tat-23. 6. 1965, pġ. 1859/65. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2801/95 (ĠU Nru L 291, tas-6. 12. 1995, pġ. 3).

--------------------------------------------------

Top