EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996Y0404(02)

Ftehim interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 Fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġislattivi (96/C 102/02) (Dan it-test jissostitwixxi u jikkanċella it-test ippubblikat fil-ĠU C 293 tat-8 ta' Novembru 1995)

ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

31996Y0404(02)



Official Journal C 102 , 04/04/1996 P. 0002 - 0003


Ftehim interistituzzjonali

ta' l-20 ta' Diċembru 1994

Fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġislattivi

(96/C 102/02)

(Dan it-test jissostitwixxi u jikkanċella it-test ippubblikat fil-ĠU C 293 tat-8 ta' Novembru 1995)

1. Għall-finijiet ta' dan il-metodu ta' ħidma, il-kodifikazjzoni uffiċjali tfisser il-proċedura sabiex jiġu mħassrin l-atti li għandhom jiġu kkodifikati u jiġu mibdula b'att wieħed li ma jkollu l-edba tibdila sostantiv għal dwak l-atti.

2. Is-setturi ta' priorità għall-kodifikazzjoni għandhom ikunu mifthiema mit-tlett Istitutzzjonijiet involuti, fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-Kumissjoni tinkludi fil-programm ta' ħidma tagħha il-proposti għall-kodifikazzjonji li għandha intenzjoni li tippreżenta.

3. Il-Kummissjoni timpenja ruħha li fil-proposti għal kodifikazzjoni ma tintroduċix tibdiliet sostantivi lill-atti li għandhom jiġu kodifikati.

4. Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u il-Kummissjoni, jeżamina dawn il-proposti hekk kif dawn jiġu adottati mill-Kummissjoni. Għandu jikkonferma ma' l-ewwel opportunità li dawn huma fil-fatt limitati għal kodifikazzjoni mingħajr tibdil sostantivi.

5. Il-proċess leġislattiv normali tal-Komunità għandu jkun imħares kompletament.

6. L-iskop tal-proposta tal-Kummissjoni, jiġifieri il-kodifikazzjoni sempliċi ta' testi li diġa jeżistu, jikkostitwixxi limitu legali, li jipprojbixxi kwalunkwe tibdil sostantiv mill-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.

7. Il-proposta tal-Kunsill tkun eżaminata fl-aspetti kollha tagħha bi proċedura aċċellerata fi ħdan il-Parlament Ewropew (kumitat wieħed sabiex jeżamina il-proposta u proċedura simplifikata għall-approvazzjoni tagħha) u l-Kunsill (eżami minn grupp ta' ħidma u proċedura ta' "punti I/A" għall-Kunsill Coreper).

8. Jekk waqt il-proċess leġislattiv jirriżulta li hemm bżonn li jmorru lilhinn mill-kodifikazzjoni sempliċi u jagħmlu tibdiliet sostantivi, hi r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li tissottometti il-proposta(i), fejn hemm bżonn.

Magħmul fi Brussel fl-għoxrin jum ta' Diċembru fis-sena elf disa' mija erbgħa u disgħin.

Għall-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

Klaus Kinkel

Għall-Parlament Ewropew

Nicole Fontaine

Għall-Kummissjoni Ewropea

Jacques Delors

--------------------------------------------------

Top