EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993L0046

Id-direttiva tal-kummissjoni 93/46/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1993 li tibdel u timmodifika l-Annessi lid-Direttiva tal-Kunisll 92/109/KEE dwar il-manifattura u t-tpoġġija fis-suq ta’ ċertu sustanzi użati fil-manifattura illegali ta’ drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi

OJ L 159, 1.7.1993, p. 134–136 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 15 Volume 012 P. 204 - 206
Special edition in Swedish: Chapter 15 Volume 012 P. 204 - 206
Special edition in Czech: Chapter 15 Volume 002 P. 294 - 296
Special edition in Estonian: Chapter 15 Volume 002 P. 294 - 296
Special edition in Latvian: Chapter 15 Volume 002 P. 294 - 296
Special edition in Lithuanian: Chapter 15 Volume 002 P. 294 - 296
Special edition in Hungarian Chapter 15 Volume 002 P. 294 - 296
Special edition in Maltese: Chapter 15 Volume 002 P. 294 - 296
Special edition in Polish: Chapter 15 Volume 002 P. 294 - 296
Special edition in Slovak: Chapter 15 Volume 002 P. 294 - 296
Special edition in Slovene: Chapter 15 Volume 002 P. 294 - 296

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 23/11/2003; Impliċitament imħassar minn 32003L0101

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1993/46/oj

31993L0046



Official Journal L 159 , 01/07/1993 P. 0134 - 0136
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 12 P. 0204
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 12 P. 0204


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/46/KEE

tat-22 ta’ Ġunju 1993

li tibdel u timmodifika l-Annessi lid-Direttiva tal-Kunisll 92/109/KEE dwar il-manifattura u t-tpoġġija fis-suq ta’ ċertu sustanzi użati fil-manifattura illegali ta’ drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidraw id-Direttiva tal-Kunsill 92/109/KEE ta’ l-14 ta’ Diċembru 1992 dwar il-manifattura u t-tpoġġija fis-suq ta’ ċertu sustanzi użati fil-manifattura illegali ta’ drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,

Billi huwa meħtieġ li jingħata effett lid-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drogi Narkotiċi f’April 1992 sabiex tinkludi s-sustanzi sagfrole, piperonal u isosafrole fil-Werrej 1 ta’ l-Anness lill-Konvenzjoni tal-UN ta’ l-1988 u billi s-sustanzi msemmijin jiġu trasferiti mill-kategorija 3 għall-kategorija 1 fl-Anness I tad-Direttiva, u billi jitneħħew mill-Anness II;

Billi dan it-trasferiment iqiegħed lid-Direttiva fi ftehim mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3677/90 [2] tat-13 ta’ Diċembru 1990 li jistabbilixxi miżuri li jiskoraġġixxu d-diverżjoni ta’ ċerti sustanzi lejn il-manifattura illegali ta’ drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 900/92 [3], u implimentat u emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3769/92 [4],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-Annessi I u II lid-Direttiva 92/109/KEE għandhom jinbidlu bl-Annessi I u II ta’ din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġ sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 1993. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jikkontienu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal tali referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fit-22 ta’ Ġunju 1993.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 370, tad-19.12.1992, p. 76.

[2] ĠU L 357, ta’ l-20.12.1990, p. 1.

[3] ĠU L 96, ta’ l-10.4.1992, p. 1.

[4] ĠU L 383, tad-29.12.1992, p. 17.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

IL-KATEGORIJA 1

L-imluħa tas-sustanzi mniżżlin f’din il-Kategorija mekta l-eżistenza ta’ dawn l-imluħa hija possibbli.

Sustanza | Denominazzjoni NM (jekk differenti) | Kodiċi NM |

Ephedrine | | 29394010 |

Ergometrine | | 29396010 |

Ergotamine | | 29396030 |

Lysergic acid | | 29396050 |

1-Pheny 2-Propanone | Phenylacetone | 29143010 |

Pseudoephedrine | | 29394030 |

Acetylanthranilic acid | 2-Acetemidobenzoic acid | 29242950 |

3,4-Methylenedioxyphenylpropan-2-one | | 29329077 |

Isosafrole (cis + trans) | | 29329073 |

Piperanol | | 29329075 |

Safrole | | 29329071 |

IL-KATEGORIJA 2

L-imluħa tas-sustanzi mniżżlin f’din il-Kategorija me kta l-eżistenza ta’ dawn l-imluħa hija possibbli.

Sustanza | Denominazzjoni NM (jekk differenti) | Kodiċi NM |

Acetic anhydride | | 29142400 |

Anthranilic acid | | 29224950 |

Phenylacetic acid | | 29163300 |

Piperidine | | 29333930 |

IL-KATEGORIJA 3

Sustanza | Denominazzjoni NM (jekk differenti) | Kodiċi NM |

Acetone | | 29141100 |

Ethyl ether | Diethyl ether | 29091100 |

Methylethylketone (MEK) | Butanone | 29141200 |

Taluene | | 29023010 (90) |

Potassium permanganate | | 28416010 |

Sulphuric acid | | 28070010 |

Hydrochloric acid | Hydrogen chloride | 28061000 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Sustanza | Threshold |

Acetic anhydride | 20 l |

Anthranilic u l-imluħa tiegħu | 1 kg |

Phenylacetic acid u l-imluħa tiegħu | 1 kg |

Piperidine u l-imluħa tiegħu | 0,5 kg |

--------------------------------------------------

Top