EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31980L0511

Id-Direttiva tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Mejju1980 li tawtorizza, f’ċerti każi, it-tqegħid fis-suq ta’ għalf għall-annimali kompost f’pakketti jew reċipjenti mhux issiġillati

ĠU L 126, 21.5.1980, p. 14–14 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2010; Imħassar b' 32009R0767

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1980/511/oj

31980L0511



Official Journal L 126 , 21/05/1980 P. 0014 - 0014
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0035
Greek special edition: Chapter 03 Volume 28 P. 0171
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0035
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 18 P. 0019
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 18 P. 0019


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tat-2 ta’ Mejju1980

li tawtorizza, f’ċerti każi, it-tqegħid fis-suq ta’ għalf għall-annimali kompost f’pakketti jew reċipjenti mhux issiġillati

(80/511/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE tal-21 ta’ April 1979 dwar it tqegħid fis-suq ta’ għalf għall-annimali kompost [1], u partikolarment l-Artikolu 4 (1) tagħha,

Billi skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva fuq msemmija, l-għalf ta’ l-annimali kompost irid ġeneralment jitqigħed fis-suq f’pakketti jew reċipjenti ssiġillati; billi, madankollu, derogi minn din ir-regola jistgħu jingħataw fil-livell tal-Komunità;

Billi l-liġijiet preżentament fis-seħħ fl-Istati Membri jipprovdu ċertu eżenzjonijiet mill-obbligu li jitqiegħed fis-suq għalf għall-annimali kompost f’pakketti jew reċipjenti ssiġillati; billi, għalhekk, sabiex tħaffef l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 73/373/KEE derogi li jidhru ġustifikati għal raġunijiet prattiċi jew ekonomiċi għandhom jingħataw fuq il-livell tal-Komunità;

Billi, biex jiġi żgurat li l-identità u l-kwalità ta’ l-għalf għall-annimali kompost huwa konformi mad-disposizzjonijiet tat-tikketti fis-seħħ, huwa meħtieġ li ssir distinzjoni bejn dawk il-każijiet fejn, b’deroga mid-disposizzjonijiet preżenti, l-għalf ta’ l-annimali kompost jista’ jitqiegħed fis-suq bil-massa jew f’reċipjenti mhux issiġillati minn dawk il-każijiet fejn jistgħu jitqiegħdu fis-suq jew bil-massa jew f’pakketti jew reċipjenti mhux issiġillati;

Billi l-miżuri preskritti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti ta’ l-għalf għall-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. L-Istati Membri għandhom jippreskrivu li l-għalf għall-annimali kompost jista’ jitqiegħed fis-suq bil-massa jew f’pakketti jew reċipjenti mhux issiġillati fil-każ ta’:

(a) kunsinni bejn produtturi ta’ għalf għall-annimali kompost;

(b) kunsinni minn produtturi ta’ għalf għall-annimali kompost lil ditti ta’ l-imballar;

(ċ) għalf għall-annimali kompost miksub mit-taħlita ta’ qamħ jew ta’ frott sħiħ;

(d) blokki jew licks;

(e) kwantitajiet żgħar ta’ għalf għall-annimali kompost li ma jaqbiżx 50 kilogramma fil-piż li jkunu maħsuba utent aħħari u huma meħuda direttament minn pakkett jew reċipjent li qabel ma infetħu kienu konformi mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 (1) tad-Direttiva 79/373/KEE.

2. L-Istati Membri għandhom jippreskrivu li l-għalf ta’ l-annimali kompost jista’ jinbiegh fis-suq bil-massa jew f’reċipjenti mhux issiġillati, imma mhux f’pakketti li ma humiex issiġillati, fil-każ ta’:

(a) għalf ta’ l-annimali kompost kunnsinnat direttament mill-produttur lil l-aħħar persuna li ser tużah;

(b) għalf ta’ l-annimali kompost magħmul f’ġulepp minn mhux aktar minn tlett ingredjenti;

(ċ) għalf ta’ l-annimali imgerbeb.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva b’effett mill-1 ta’ Jannar 1981 u għandhom mill-ewwel jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-2 ta’ Mejju 1980.

Għall-Kummissjoni

Finn Gundelach

Viċi-President

[1] ĠU L 86, tas-6.4.1979, p. 30.

--------------------------------------------------

Top