EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31976R0102

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 102/76 tad-19 ta'Jannar 1976 fuq it-trattament doganali li għandu jingħata lil prodotti tas-sajd li joriġinaw fin-Norveġja

ĠU L 20, 28.1.1976, p. 23–28 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1976/102/oj

31976R0102



Official Journal L 020 , 28/01/1976 P. 0023 - 0028
Greek special edition: Chapter 04 Volume 1 P. 0065
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 6 P. 0035
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 6 P. 0035


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 102/76

tad-19 ta'Jannar 1976

fuq it-trattament doganali li għandu jingħata lil prodotti tas-sajd li joriġinaw fin-Norveġja

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikulari Artikolu 43 u 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

Billi permezz ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u n-Norveġja, il-Komunità obligat ruħha li teffetwa tnaqqis awtonomu tad-dazji applikabbli għal ċerti prodotti tas-sajd, li jaqgħu taħt it-titolu Nos ex 03.01, ex 16.04 u ex 16.05 tad-Dazju Komuni, li joriġinaw fin-Norveġja, bil-patt li n-Norveġja tirrispetta t-termini attwali ta' kompetizzzjoni ġenerali fil-qasam tas-sajd;

Billi dak l-iskambju ta' ittri stabbilixxa ċerti regoli ta' oriġini; billi, jekk regoli bħal dawn għandhom ikunu applikati, għandhom jigu stabbiliti l-kondizzjonijiet li jirregolaw it-trasport ta' prodotti li joriġinaw u l-arranġamenti għall-koperazzjoni amministrattiva; billi l-fatt li l-prodotti in kwistjoni huma prodotti li joriġinaw għandhom ikunu attestati minn ċertifikat ta' moviment maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana Norveġizi meta il-prodotti korrispondenti jkunu esportati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Id-dazji applikabbli għall-importazzjonijiet fil-Komunità kif oriġinarjament kostitwiti minn prodotti li joriġinaw fin-Norveġja, u li jaqgħu taħt it-titolu Nos ex 03.01, ex 16.04 and ex 16.05 tad-Dazju Komuni, elenkati fit-Tabella I annessa ma' dan ir-Regolament, għandhom jitnaqqsu għall-livell muri għal kull wieħed minnhom.

2. Id-dazji applikabbli għall-importazzjonijiet fid-Danimarka u fir-Renju Unit ta' prodotti li joriġinaw fin-Norveġja u li jaqgħu taħt it-titolu Nru ex 03.01, ex 16.04 and ex 16.05 tad-Dazju Komuni, elenkati fit-Tabella II annessa ma' dan ir-Regolament, għandhom jiġu stabiliti fil-livell muri għal kull wieħed minnhom.

3. Id-dazji applikabbli għall-importazzjonijiet fl-Irlanda ta' prodotti li joriġinaw fin-Norveġja u li jaqgħu taħt it-titolu Nos ex 03.01, ex 16.04 u ex 16.05 tad-Dazju Komuni elenkata fit-Tabella III annessa ma' dan ir-Regolament, għandhom jitnaqqsu jew jigu stabbiliti fil-livell muri għal kull wieħed minnhom.

4. It-tnaqqis stabiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jiġi applikat biss jekk in-Norveġja taderixxi mal-prezzijiet ta' riferenza Komunitarji preżenti jew futuri.

Artikolu 2

Il-kunċett ta' prodotti oriġinanti huwa mfisser u l-arranġamenti għall-koperazzjoni amministrattiva huma stabiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Fl-ebda każ is-sardin aħdar tal-bott (Sprattus sprattus) ma' jista' jinżamm maħżun jew jiġi esibiti għall-bejgħ, mpoġġi fiċ-ċirkulazzjoni jew mibjugħ fil-Komunità taħt isem differenti minn dak ta' laċċi żgħar tal-bott jew brisling; b'mod speċjali m'għandhomx iġorru l-isem ta' sardin Norveġiż, inċova jew aringi.

Artikolu 4

1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3609/73 tas-27 ta' Diċembru 1973 fuq it-trattament doganali li għandu jiġi applikat għall-ċerti prodotti tas-sajd li joriġinaw fin-Norveġja [2] kif emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1460/74 [3], qiegħed jigi abrogat permezz ta' dan l-att.

2. Ir-referenzi għar-Regolament abrogat permezz tal-paragrafu 1 għandhom jiġu interpretati bħala riferenza għal dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 1976.

Dan ir-Regolment għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament l-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fid-19 ta' Jannar 1976.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Hamilius

[1] ĠU C 7, tat-12.1.1976, p. 70.

[2] ĠU L 365, tal-31.12.1973, p. 171.

[3] ĠU L 156, tat-13.6.1974, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

I. Għall-finijiet ta' l-implimentazzjoni tar-riduzzjonijiet tat-tariffi imposti mill-Artikolu 1, il-prodotti li gejjin, bil-patt li jiġu trasportati direttament fill-Komunità, għandhom jiġu ikkunsidrati bħala li joriġinaw fin-Norveġja:

(a) Prodotti miksuba mis-sajd prattikat fin-Norveġja;

(b) prodotti meħuda mill-baħar minn bastimenti Norveġiżi;

(ċ) prodotti magħmula fuq vapuri fabbrika Norveġiżi esklużivament minn prodotti li għalihom issir riferenza fis-subparagrafu (b);

(d) oġġetti prodotti fin-Norveġja minn prodotti speċifikati fis-subparagrafu (a), (b) u (c).

Id-denominazzjoni "fin-Norveġja" għandha tkopri wkoll l-ibħra territorjali tan-Norveġja. Bastimenti li operaw f'ibħra internazzjonali, inklużi l-vapuri fabrika, li fuqhom il-ħut maqbud jiġi maħdum jew proċessat għandhom jiġi ikkunsidrati bħala parti mit-territorju Norveġiż bil-patt li jkunu jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti hawn taħt rigward il-bastimenti.

Id-denominazzjoni "bastimenti Norveġiżi" għandha tapplika biss għall-bastimenti:

- li huma reġistrati fin-Norveġja;

- li jbaħħru taħt il-bandiera tan-Norveġja;

- li jkunu mill-anqas 50 % ta' propjeta' ta' persuni ta' nazzjonalità ta' Stat Membru tal-Komunità jew tan-Norveġja jew minn kumpanija bl-uffiċju prinċipali tagħha f'wieħed minn dawk l-Istati, li l-manager jew managers tagħha, il-president tal-bord tad-diretturi jew tal-bord tas-sorveljanza, u l-maġġoranza tal-membri ta' bordijiet bħal dawn ikunu persuni ta' nazzjonalità ta' l-Istati Membri tal-Komunità jew tan-Norveġja, u li minnhom, flimkien ma' dan, fil-każ ta' soċjetajiet jew kumpaniji b'responsabbiltà limitata, mill-anqas nofs il-kapital ikun jappartjeni għall-dawk l-Istati jew aġenziji publiċi jew lill-persuni ta' nazzjonalita tal-Istati Membri imsemmija;

- li l-kaptan u l-uffiċjali kollha tagħhom ikunu persuni ta' nazzjonalita ta' l-Istati Membri tal-Komunità jew tan-Norveġja;

- li mill-anqas 75 % tal-ekwipaġġ tagħhom huma persuni ta' nazzjonalità ta' l-Istati Membri tal-Komunità jew tan-Norveġja.

II. Il-prodotti għandhom jitqiesu li jiġu trasportati direttament minn Norveġja għall-Komunità fejn ma' jaqsmux territorji ħlief dawk tan-Norveġja u tal-Komunità. Oġġetti bħal dawn, fejn jikkostitwixxu vjaġġ wieħed biss li m'hux maqsum, jistgħu pero' jiġu trasportati minn fuq territorju differenti minn dak tan-Norveġja jew tal-Komunità u jistgħu fejn ikun hem bżonn jiġu trasbordati jew temporanjament maħżuna f'dak it-territorju, bil-patt li l-qsim ta' dak it-territorju ikun ġustifikat għall-raġunijiet ġeografiċi, li l-oġġetti jkunu baqgħu taħt is-sorveljanza ta' l-awtoritajiet doganali fil-pajjiż ta' tranżitu jew ħażna, li ma' jkunux iddaħlu fil-kummerċ ta' dawk il-pajjiżi jew iddaħħlu għall-użu domestiku hemmhekk u li ma' jkunux ġew sottoposti għal-operazzjonijiet ħlief dawk ta' ħatt, tagħbija jew kull operazzjoni immirata sabiex tippreservahom f'kondizzjoni tajba.

III. Prodotti oriġinanti skond it-tifsira ta' dan l-L-Anness għandhom, ma' l-importazzjoni fil-Komunità, jibbenefikaw mid-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 meta jiġi eżibit ċertifikat ta' moviment EUR.1 kif maħruġ mill-awtoritajiet doganali Norveġiżi taħt il-ftehim KEE-Norveġja fuq applikazzjoni bil-miktub mill-esportatur magħmula skond il-forma stabilita għal dan il-għan.

IV. Id-disposizzjonijiet tal-Protokoll 3 anness mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1691/73 tal-25 ta'Ġunju 1973 li għandhom x'jaqsmu mal-ħruġ ta' ċertifikati, il-limitu ta' ħin għas-sottomissjoni ta' ċertifikati bħall-dawn lill-awtoritajiet doganali tal-Istat importatur u l-assistenza reċiproka bejn in-Norveġja u l-Istati Membri sabiex tiġi verifikata l-awtentiċita' u l-akkuratezza taċ-ċertifikati ta' moviment, għandhom japplikaw.

TABELLA I

Dazji li japplikaw għal prodotti mportati fil-Komunità kif originarjament kostitwita

TDKIntestatura Nru | Deskrizzjoni | Rata ta' dazju li tapplika minn: |

l- 1.1.1974 | l- 1.1.1975 | l- 1.1.1976 | l- 1.1.1977 | l- 1.7.1977 |

03.01 | Il-ħut, frisk (ħaj jew mejjet), imkessaħ jew iffriżat: | | | | | |

B:ħut ta' l-ilma baħar: | | | | | |

II.Il-flett: | | | | | |

(b)Friżat: | | | | | |

1.Tal-bakkaljaw (Gadus morrhua jew Gadus callarias) | 12 % | 9 % | 6 % | 6 % | 3 % |

2.Tas-saithe (Pollachius virens jew Gadus virens) | 12 % | 9 % | 6 % | 6 % | 3 % |

3.Tal-haddock | 12 % | 9 % | 6 % | 6 % | 3 % |

4.Tar-redfish (Sebastes marinus) | 12 % | 9 % | 6 % | 6 % | 3 % |

6.Tal-kavalli | 12 % | 9 % | 6 % | 6 % | 3 % |

7.Oħrajn | 12 % | 9 % | 6 % | 6 % | 3 % |

16.04 | Il-ħut preparat jew preservat, inkluż il-kavjar u s-sostituti tal-kavjar: | | | | | |

C.L-eringi | | | | | |

I.Il-flett, nej, miksi biss bil-frak tal-ћobż jew b'taћlita ta' dqiq u bajd, friżat | 12 % | 9 % | 6 % | 6 % | 3 % |

G.Oћrajn: | | | | | |

I.Il-flett, nej, miksi biss bil-frak tal-ћobż jew b'taћlita ta' dqiq u bajd | 12 % | 9 % | 6 % | 6 % | 3 % |

eż. II.Oћrajn: | | | | | |

L-ispratti (Sprattus sprattus), f'laned issigillati | 18 % | 16 % | 14 % | 14 % | 12 % |

16.05 | -Il-krustacji u l-molluski, preparati jew preservati: | | | | | |

eż A.Il-grancijiet: | | | | | |

F'laned issigillati | 14 % | 12 % | 10 % | 10 % | 7.5 % |

eż B.Oћrajn: | | | | | |

- Il-gambli u l-prawns, mingћajr qoxra u friżati, minbarra l-gambli tal-genu "Crangon" sp.p | 17.5 % | 15 % | 12.5 % | 10 % | 7.5 % |

TDKIntestatura Nru | Deskrizzjoni | Rata ta' dazju li tapplika minn: |

l- 1.1.1974 | l- 1.1.1975 | l- 1.1.1976 | l- 1.7.1977 |

03.01 | Il-ħut, frisk (ħaj jew mejjet), imkessaħ jew friżat: | | | | |

B.Il-ħut ta' l-ilma baħar: | | | | |

II.Il-flett: | | | | |

(b)Friżat: | | | | |

1.Tal-bakkaljaw (Gadus morrhua jew Gadus callarias) | Xejn | 1.5 % | 1.5 % | 3 % |

2.Tas-saithe (Pollachius virens jew Gadus virens) | Xejn | 1.5 % | 1.5 % | 3 % |

3.Tal-haddock | Xejn | 1.5 % | 1.5 % | 3 % |

4.Tar-redfish (Sebastes marinus) | Xejn | 1.5 % | 1.5 % | 3 % |

6.Tal-kavalli | Xejn | 1.5 % | 1.5 % | 3 % |

7.Oħrajn | Xejn | 1.5 % | 1.5 % | 3 % |

16.04 | Il-ħut preparat jew preservat, inkluż il-kavjar u s-sostituti tal-kavjar: | | | | |

C.L-eringi: | | | | |

I.Il-flett, nej miksi biss bil-frak tal-ћobż jew b'taћlita ta' bajd u dqiq, friżat | Xejn | 1.5 % | 1.5 % | 3 % |

G.Oћrajn: | | | | |

I.Il-flett, nej miksi biss bil-frak tal-ћobż jew b'taћlita ta' bajd u dqiq, friżat | Xejn | 1.5 % | 1.5 % | 3 % |

eż. II:Oħrajn | | | | |

- L-Ispratt (Sprattus sprattus), f'laned sigillati | 3 % | 6 % | 9 % | 12 % |

16.05 | Il-krustacji u l-molluski, preparati jew preservati: | | | | |

eż A.Il-grancijiet: | | | | |

- F'laned issigillati | Xejn | 2.5 % | 5 % | 7.5 % |

eż B.Oћrajn: | | | | |

- Il-gambli u l-prawns, mingћajr qoxra jew friżati, minbarra l-gambli tal-genu "Crangon' sp.p." | Xejn | 2.5 % | 5 % | 7.5 % |

TDKIntestatura Nru | Deskrizzjoni | Rata ta' dazju li tapplika minn: |

l- 1.1.1974 | l- 1.1.1975 | l- 1.1.1976 | l- 1.7.1977 |

03.01 | Il-ħut, frisk (ħaj jew mejjet), imkessaħ jew friżat: | | | | |

B.Il-ħut ta' l-ilma baħar: | | | | |

II.Il-flett: | | | | |

(b)Friżat: | | | | |

1.Tal-bakkaljaw (Gadus morrhua jew Gadus callarias) | 12 % | 9 % | 6 % | 3 % |

2.Tas-saithe (Pollachius virens jew Gadus virens) | 12 % | 9 % | 6 % | 3 % |

3.Tal-haddock | 12 % | 9 % | 6 % | 3 % |

4.Tar-redfish (Sebastes marinus) | 12 % | 9 % | 6 % | 3 % |

6.Tal-kavalli | 12 % | 9 % | 6 % | 3 % |

7.Oħrajn | 12 % | 9 % | 6 % | 3 % |

16.04 | Il-ħut preparat jew preservat, inkluż il-kavjar u s-sostituti tal-kavjar: | | | | |

C.L-eringi: | | | | |

I.Il-flett, nej miksi biss bil-frak tal-ћobż jew b'taћlita ta' bajd u dqiq, friżat | 12 % | 9 % | 6 % | 3 % |

G.Oћrajn: | | | | |

I.Il-flett, nej miksi biss bil-frak tal-ћobż jew b'taћlita ta' bajd u dqiq, friżat | 12 % | 9 % | 6 % | 3 % |

eż. II:Oħrajn | | | | |

- L-Ispratt (Sprattus sprattus), f'laned sigillati | 35 % | 29 % | 21 % | 12 % |

16.05 | Il-krustacji u l-molluski, preparati jew preservati: | | | | |

eż A.Il-grancijiet: | | | | |

- F'laned issigillati | 33.4 | 27 % | 18 % | 7.5 % |

eż B.Oћrajn: | | | | |

- Il-gambli u l-prawns, mingћajr qoxra jew friżati, minbarra l-gambli tal-genu "Crangon' sp.p." | Xejn | 2.5 % | 5 % | 7.5 % |

--------------------------------------------------

Top