EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21986A0704(01)

Il-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar tniġġis ta' l-arja transkonfini f'distanza kbira dwar l-iffinanzjar fit-tul tal-programm ta' koperazzjoni li jimmonitorja u jevalwa t-trasmissjoni f'distanza kbira ta' sustanzi li jniġġsu l-arja fl-Ewropa (EMEP)

OJ L 181, 4.7.1986, p. 2–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 11 Volume 011 P. 274 - 277
Special edition in Swedish: Chapter 11 Volume 011 P. 274 - 277
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 015 P. 282 - 285
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 015 P. 282 - 285
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 015 P. 282 - 285
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 015 P. 282 - 285
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 015 P. 282 - 285
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 015 P. 282 - 285
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 015 P. 282 - 285
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 015 P. 282 - 285
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 015 P. 282 - 285
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 004 P. 161 - 164
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 004 P. 161 - 164
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 132 P. 3 - 6

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/1986/277/oj

Related Council decision

21986A0704(01)



Official Journal L 181 , 04/07/1986 P. 0002 - 0005
Official Journal L 181 , 04/07/1986 P. 0002 - 0005
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0274
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0274


Il-Protokoll

għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar tniġġis ta' l-arja transkonfini f'distanza kbira dwar l-iffinanzjar fit-tul tal-programm ta' koperazzjoni li jimmonitorja u jevalwa t-trasmissjoni f'distanza kbira ta' sustanzi li jniġġsu l-arja fl-Ewropa (EMEP)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI,

Filwaqt li jfakkru li l-Konvenzjoni dwar Tniġġiż ta' arja fuq medda fit-tul transkonfini (minn hawn 'il quddiem issir referenza għaliha bħala "il-Konvenzjoni") daħlet fis-seħħ fis-16 ta' Marzu 1983,

Konxji mill-importanza tal-programm koperattiv għall-immonitorjar u valutar tat-trasmissjoni fuq medda fit-tul ta' pollutanti ta' l-arja fl-Ewropa (minn hawn 'il quddiem issir referenza għaliha bħala EMEP), kif jipprovdu l-Artikoli 9 u 10 tal-Konvenzjoni,

Filwaqt li jirrikonoxxu r-riżultati pożittivi miksuba s'issa fl-implimentazzjoni ta' EMEP,

Filwaqt li jirrikonoxxu li l-implimentazzjoni ta' EMEP s'issa kienet possibbli b'mezzi finanzjarji pprovduti mill-Programm dwar l-Ambjent tan-Nazzjonijiet Uniti (UNEP) u b'kontribuzzjonjiet volontarji minn gvernijiet,

Filwaqt li jżommu f'rashom li ladarba l-kontribuzzjoni tal-UNEP tissokta biss sa' l-aħħar ta' l-1984, u li ladarba din il-kontribuzzjoni flimkien mal-kontribuzzjonijiet volontarji minn gvernijiet ma kinux biżżejjed biex isostnu b'mod sħiħ il-pjan tax-xogħol ta' EMEP, ikun għalhekk meħtieġ li jkun ipprovdut finanzjament f'terminu twil wara l-1984,

Filwaqt li jikkunsidraw l-appell tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa lill-gvernijiet membri tal-KEgħE, li jinsab fid-deċiżjoni tagħha B (XXXVIII), li jagħmlu disponibbli, fuq bażi li għandu jsir qbil fuqha fl-ewwel laqgħa tal-Korp Eżekuttiv (minn hawn 'il quddiem issir referenza għalih bħala "Korp Eżekuttiv"), ir-riżorsi finanzjarji biex jagħmluha possibbli għall-Korp Eżekuttiv li jwettaq l-attivitajiet tiegħu, b'mod partikolari rigward ix-xogħol ta' EMEP,

Filwaqt li jinnotaw li l-Konvenzjoni ma f'hijiex dispożizzjonijiet għall-iffinanzjar ta' l-EMEP u għalhekk huwa meħtieġ li jsiru arranġamenti xierqa dwar din il-materja,

Filwaqt li jikkonsidraw l-elementi li għandhom jiggwidaw l-abbozzar ta' strument formali li jissuplimenta l-Konvenzjoni, kif elenkati f'rakkomandazzjonijiet adottati mill-Korp Eżekuttiv fl-ewwel sessjoni tiegħu (mis-7 sa l-10 ta' Ġunju 1983),

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet tal-Protokoll preżenti:

1. "Rata ta' stima tan-NU" tfisser rata ta' Parti Kontraenti għas-sena finanzjarja in kwestjoni fl-iskala ta' estimi għat-tqassim ta' l-ispejjeż tan-Nazzjonijiet Uniti.

2. "Sena finanzjarja" tfisser is-sena finanzjarja tan-Nazzjonijiet Uniti; u Bażi annwali' u "spejjeż annwali" għandhom ikunu interpretati skond hekk.

3. "Fondi Fiduċjarji Ġenerali" tfisser Fondi Fiduċjarji Ġenerali għall-iffinanzjar ta' l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar Tniġġiż ta' arja fuq medda fit-tul transkonfini, li kienet stabbilita mis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

4. "Ambitu ġeografiku ta' EMEP" tfisser iż-żona li fiha, kordinat miċ-ċentri internazzjonali ta' EMEP [1], jitwettaq l-immonitorjar.

Artikolu 2

Iffinanzjar ta' EMEP

L-iffinanzjar ta' EMEP għandu jkopri l-ispejjeż annwali taċ-ċentri internazzjonali li jikkoperaw ġewwa EMEP għall-attivitajiet li jidhru fil-programm tax-xogħol tal-Korp Direttiv ta' EMEP.

Artikolu 3

Kontribuzzjonijiet

1. Skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu l-iffinanzjar ta' EMEP għandu jikkonsisti minn kontribuzzjonijiet mandatorji, issuplimentati minn kontribuzzjonijiet voluntarji. Kontribuzzjonijiet jistgħu jsiru f'munita konvertibbli, f'munita mhux konvertibbli, jew f'oġġetti.

2. Kontribuzzjonijiet mandatorji għandhom isiru fuq bażi annwali mill-Partijiet Kontraenti kollha għal dan il-Protokoll li jkunu fl-ambitu ġeografiku ta' EMEP.

3. Kontribuzzjonijiet volontarji jistgħu jsiru mill-Partijiet Kontraenti jew Firmatarji tal-Protokoll peżenti, ukoll jekk it-territorju tagħhom ikun barra l-ambitu ġeografiku ta' EMEP, kif ukoll, suġġett għall-approvazzjoni tal-Korp Eżekuttiv, fuq rakkomandazzjoni tal-Korp Direttiv ta' EMEP, minn kull pajjiż, organizzazzjoni jew individwu ieħor li jixtieq jikkontribwixxi għall-programm tax-xogħol.

4. L-ispejjeż annwali tal-programm tax-xogħol għandhom ikunu koperti bil-kontribuzzjonijiet mandatorji. Kontribuzzjonijiet fi flus kontanti u f'oġġetti, bħalma huma dawk ipprovduti mill-pajjiżi ospiti taċ-ċentri internazzjonali, għandhom ikunu speċifikati fil-programm tax-xogħol. Kontribuzzjonijiet voluntarji jistgħu, suġġetti għall-approvazzjoni tal-Korp eżekuttiv, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Korp Direttiv, jkunu utilizzati kemm biex inaqqsu l-kontribuzzjonijiet mandatorji u kemm biex jiffinanzjaw attivitajiet fl-ambitu ta' EMEP.

5. Kontribuzzjonijiet mandatorji u voluntarji fi flus kontanti għandhom ikunu ddepożitati ġo Fondi Fiduċjarji Ġenerali.

Artikolu 4

Qsim ta' l-ispejjeż

1. Kontribuzzjonijiet mandatorji għandhom isiru skond it-termini ta' l-Anness għall-Protokoll preżenti.

2. Il-Korp Eżekuttiv għandu jikkonsidra l-ħtieġa li jemenda l-Anness:

(a) jekk l-estimi annwali ta' EMEP jiżdied b'fattur ta' tnejn u nofs-il darba l-livell ta' l-estimi annwali adottati għas-sena tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll preżenti jew għas-sena ta' l-aħħar emenda ta' l-Anness, tkun liema tkun l-iktar tard; jew

(b) jekk il-Korp Eżekuttiv, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Korp Direttiv, jaħtar ċentru internazzjonali ġdid; jew

(ċ) sitt snin wara li d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll preżenti, jew sitt snin wara l-aħħar emenda ta' l-Anness, tkun liema tkun l-iktar tard.

3. Emendi għall-Anness għandhom ikunu adottati b'konsensus tal-Korp Eżekuttiv.

Artikolu 5

Estimi annwali

Estimi annwali għal EMEP għandhom jinkitbu mil-korp Direttiv ta' EMEP, u għandhom ikunu adottati mill-Korp Eżekuttiv mhux iktar tard minn sena bil-quddiem tas-sena finanzjarja li għaliha japplikaw.

Artikolu 6

Emendi għall-Protokoll

1. Kull Parti Kontraenti għall-Protokoll preżenti tista' tipproponi emendi għalih.

2. It-test ta' l-emendi proposti għandhom ikunu ssottomessi bil-miktub lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa, li għandu jibgħathom lill-Partijiet Kontraenti għall-Protokoll kollha. Il-Korp Eżekuttiv għandu jiddiskuti l-emendi proposti fil-laqgħa annwali li jmiss tiegħu sakemm proposti tali jkunu ġew iċċirkolati mis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa lill-Partijiet Kontraenti għall-Protokoll għall-inqas 90 jum qabel.

3. Emenda għall-Protokoll preżenti, barra minn emenda għall-Anness tiegħu, għandha tkun adottata b'konsensus tar-rappreżentanti tal-Partijiet Kontraenti għall-Protokoll, u għandha tidħol fis-seħħ għall-Partijiet Kontraenti għall-Protokoll li jkunu aċċettawha fid-90 jum wara d-data li fiha żewġ terzi minn dawk il-Partijiet Kontraenti jkunu ddepożitaw mad-depożitarju l-istrumenti ta' aċċettazzjoni tagħhom ta' l-emenda. L-emenda għandha tidħol fis-seħħ għal kull Parti Kontraenti oħra fid-90 jum wara d-data li fiha dik il-Parti Kontraenti tiddepożita l-istrument ta' aċċettazzjoni tagħha ta' l-emenda.

Artikolu 7

Soluzzjoni ta' tilwim

Jekk tqum tilwima bejn żewġ Partijiet Kontraenti għall-Protokoll preżenti jew iktar fir-rigward ta' l-interpretazzjoni jew applikazzjoni tiegħu, huma għandhom ifittxu soluzzjoni permezz ta' negozjati jew permezz ta' kull metodu ieħor ta' soluzzjoni ta' tilwim aċċettabbli għall-partijiet fit-tilwima.

Artikolu 8

Firma

1. Il-Protokoll preżenti għandu jkun miftuħ għal firma fl-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti f'Ġinevra mit-28 ta' Settembru 1984 sal-5 ta' Ottubru 1984 inkluż, imbagħad fil-Kwartieri tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York sa l-4 ta' April 1985, mill-Istati membri tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa kif ukoll minn Stati li għandhom status konsultattiv mal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa, skond il-paragrafu 8 tar-riżoluzzjoni 36 (IV) tat-28 ta' Marzu 1947 tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali, u minn organizzazzjonijiet reġjonali ta' integrazzjoni ekonomika, ikkostitwiti minn Stati membri sovrani tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa, li għandhom kompetenza fir-rigward tan-negozjati, konklużjoni u applikazzjoni ta' ftehim internazzjonali f'materji koperti mill-Protokoll preżenti, sakemm l-Istati u l-organizzazzjonijiet ikkonċernati jkunu partijiet tal-Konvenzjoni.

2. F'materji fil-kompetenza tagħhom, organizzazzjonijiet reġjonali ta' integrazzjoni ekonomika tali għandhom, f'isimhom stess, jeżerċitaw id-drittijiet u jissodisfaw ir-resposabbiltajiet li l-Protokoll preżenti jattribwixxi lill-Istati Membri tagħhom. F'każijiet tali, l-Istati Membri ta' dawn l-organizzazzjonijiet ma jkunux intitolati jeżerċitaw drittijiet tali individwalment.

Artikolu 9

Ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni u adeżjoni

1. Il-Protokoll preżenti għandu jkun suġġett għal ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni mill-Firmatarji.

2. Il-Protokoll preżenti għandu jkun miftuħ għal adeżjoni mill-5 ta' Ottubru 1984 mill-Istati u organizzazzjonijiet li jirreferi għalihom l-Artikolu 8, paragrafu 1.

3. L-istrumenti ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni għandhom ikunu ddepożitati mas-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, li għandu jwettaq il-funzjonijiet tad-depożitarju.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

1. Il-Protokoll preżenti għandu jidħol fis-seħħ fid-90 jum wara d-data li fiha:

(a) strumenti ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni jkunu ġew iddepożitati minn għall-inqas 19-il Stat u organizzazzjonijiet li jirreferi għalihom l-Artikolu 8(1) li huma ġewwa l-ambitu ġeografiku ta' EMEP; u

(b) l-aggregat tar-rati ta' estimi tan-Nazzjonijiet Uniti għal Stati u organizzazzjonijiet tali jeċċedu 40 %.

2. Għal kull Stat u organizzazzjoni li jirreferi għalihom l-Artikolu 8(1) li jirratifika, jaċċetta jew japprova l-Protokoll preżenti jew jaderixxi għalih wara li r-rekwiżiti għad-dħul fis-seħħ preskritti fil-paragrafu 1 hawn iktar 'il fuq ikunu ssodisfatti, il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-90 jum wara d-data ta' depożitu minn Stat jew organizzazzjoni tali ta' l-istrument ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni.

Artikolu 11

Irtirar

1. F'kull ħin wara ħames snin mid-data li l-Protokoll preżenti ikun daħal fis-seħħ fir-rigward ta' Parti Kontraenti, dik il-Parti Kontraenti tista' tirtira minnu billi tagħti notifika bil-miktub lid-depożitarju. Kull irtirar tali għandu jidħol fis-seħħ fid-90 jum wara d-data tar-riċeviment tiegħu mid-depożitarju.

2. L-irtirar m'għandux jaffettwa l-obbligi finanzjarji tal-Parti li tirtira sad-data li fiha l-irtirar jidħol fis-seħħ.

Artikolu 12

Testi awtentiċi

L-oriġinal tal-Protokoll preżenti, li tiegħu t-testi bil-Franċiż, Ingliż u Russu huma ugwalment awtentiċi, għandhom ikunu ddepożitati mas-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

B'xhieda ta' dan il-firmatarji hawn taħt, dovutement awtorizzati biex jagħmlu dan, iffirmaw il-Protokoll preżenti.

Magħmul f'Ġinevra, dan it-tmienja u għoxrin jum ta' Settembru elf disa' mija u erbgħa u tmenin.

[1] Iċ-ċentri internazzjonali fil-preżent huma: iċ-Ċentru Kimiku ta' Kordinazzjoni, iċ-Ċentru ta' Sintetizzar Meteoroloġiku-Lvant u ċ-Ċentru ta' Sintetizzar Meteoroloġiku-Punent.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

li jirreferi għalih l-Artikolu 4 tal-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar tniġġis ta' l-arja transkonfini f'distanza kbira dwar l-iffinanzjar fit-tul tal-programm ta' koperazzjoni li jimmonitorja u jevalwa t-trasmissjoni f'distanza kbira ta' sustanzi li jniġġsu l-arja fl-Ewropa (EMEP)

Kontribuzzjonijiet mandatorji għal qsim ta' spejjeż biex ikun iffinanzjat il-programm koperattiv għall-immonitorjar u vvalutar tat-trasmissjoni fuq medda fit-tul ta' pollutanti ta' l-arja fl-Ewropa (EMEP), għandhom ikunu kkalkolati skond l-iskala li ġejja:

| % |

L-Awstrija | 1,59 |

il-Bulgarija | 0,35 |

Ir-RSS tal-Belorussja | 0,71 |

Ċekoslovakkja | 1,54 |

Il-Finlandja | 1,07 |

Ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża | 2,74 |

Is-Santa Sede | 0,02 |

L-Ungerija | 0,45 |

L-Islanda | 0,06 |

Il-Liechtenstein | 0,02 |

In-Norveġja | 1,13 |

Il-Polonja | 1,42 |

Il-Portugall | 0,30 |

Ir-Rumanija | 0,37 |

San Marino | 0,02 |

Spanja | 3,54 |

L-Isvezja | 2,66 |

L-Isvizzera | 2,26 |

It-Turkija | 0,60 |

Ir-RSS Ukraina | 2,60 |

URSS | 20,78 |

Il-Jugoslavja | 0,60 |

L-Istati Membri tal-Komunità Ekonomika Ewropea: | |

Il-Belġju | 2,36 |

Id-Danimarka | 1,38 |

Franza | 11,99 |

Il-Ġermanja, | 15,73 |

Ir-Repubblika Federali tal-Greċja | 1,00 |

L-Irlanda | 0,50 |

L-Italja | 6,89 |

Il-Lussemburgu | 0,10 |

L-Olanda | 3,28 |

Ir-Renju Unit | 8,61 |

Il-Komunità Ekonomika Ewropea | 3,33 |

Total | 100,00 |

L-ordni li fiha l-Partijiet Kontraenti huma elenkati f'dan l-Anness huwa magħmul b'mod speċifiku f'relazzjoni mas-sistema ta' qsim ta' spejjeż maqbula mill-Korp Eżekuttiv għall-Konvenzjoni. Għalhekk, l-elenkar huwa karatteristika li hija speċifika għall-Protokoll dwar l-iffinanzjar ta' EMEP.

--------------------------------------------------

Top