EUR-Lex El acceso al Derecho de la Unión Europea

Volver a la página principal de EUR-Lex

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 32007R1500

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1500/2007 tat- 18 ta’ Diċembru 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ l-użu ġdid għal 6-phytase EC 3.1.3.26 (Ronozyme) bħala addittiv fl-għalf (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 333, 19.12.2007, p. 54/56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Estatuto jurídico del documento Ya no está vigente, Fecha de fin de validez: 15/03/2011; Imħassar b' 32011R0171

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1500/oj

19.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 333/54


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1500/2007

tat-18 ta’ Diċembru 2007

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ l-użu ġdid għal 6-phytase EC 3.1.3.26 (Ronozyme) bħala addittiv fl-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali u għall-bażi u l-proċeduri biex tingħata awtorizzazzjoni bħal din.

(2)

Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ 6-phytase EC 3.1.3.26 (Ronozyme) prodotta minn Aspergillus oryzae (DSM 14223), bħala addittiv fl-għalf tal-papri, li għandha tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-użu tal-preparazzjoni tas-6-phytase EC 3.1.3.26 prodotta minn Aspergillus oryzae (DSM 14223) ġie awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien għat-tiġieġ għas-simna, tiġieġ tal-bajd, dundjani għas-simna, qżieqeż żgħar u qżieqeż għas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 255/2005 (2) u awtorizzat proviżjorjament għal salmonidi bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 521/2005 (3).

(5)

Tressqet data ġdida bħala sostenn ta’ l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-papri. L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 li l-preparazzjoni tas-6-phytase EC 3.1.3.26 (Ronozyme) prodott minn Aspergillus oryzae (DSM 14223) ma tħallix effett negattiv fuq is-saħħa ta’ l-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent (4). Ikkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni ma tippreżenta l-ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jeskludi l-awtorizzazzjoni għal din il-kategorija addizzjonali ta’ l-annimali. Skond dik l-opinjoni, l-użu tal-preparazzjoni huwa effettiv biex titjieb id-diġestjoni ta’ l-għalf. L-awtorità ma tikkunsidrax li hemm il-bżonn għal rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittivi ta’ l-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)  ĠU L 45, 16.2.2005, p. 3.

(3)  ĠU L 84, 2.4.2005, p. 3. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1812/2005 (ĠU L 291, 5.11.2005, p. 18)

(4)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-addittivi u prodotti jew sustanzi użati fl-għalf ta’ l-Annimali (FEEDAP) dwar is-sigurtà u l-effikaċja tal-preparazzjoni ta’ l-enżimi Ronozyme P5000 (CT) u Ronozyme P20000 (L) (6-phytase) bħala addittiv fl-għalf għall-papri skond ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Adottata fl-10 ta’ Lulju 2007, The EFSA Journal (2007) 519, p. 1-8.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv

Isem id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni

Addittiv

(Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà

4a1614(i)

DSM Nutritional Products Ltd.

6-phytase EC 3.1.3.26

(Bio-Feed Phytase CT 2X/Ronozyme P5000 (CT) u Bio-Feed Phytase L 4X/Ronozyme P20000 (L)

 

Kompożizzjoni ta’ l-addittiv:

Preparazzjoni ta’ 6-phytase prodott minn Aspergillus oryzae (DSM 14223) li għandu attività minima ta’:

Fil-forma miksija: 5 000 FYT (1)/g

Forma likwida: 20 000 FYT/ml

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

6-phytase prodott minn Aspergillus oryzae (DSM 14223)

 

Metodu analitiku (2)

Metodu kolorimetriku bażat fuq ir-reazzjoni tal-vanadomolybdate fuq fosfat inorganiku b’azzjoni ta’ 6-phytase fuq substrate li fih il-phytate (sodium phytate) b’pH 5.5 u 37 °C

Papri

250

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-premixture indika t-temperatura li fiha għandhom jinħażnu, kemm jistgħu jdumu fil-ħażna u l-istabbilità għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għal kull kilogramm ta’ għalf sħiħ:

500-1 000 FYT/kg

3.

Għall-użu f’għalf kompost li fih aktar minn 0,25 % phytin bound phosphorus

8.1.2018


(1)  1 FYT huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ fosfat inorganiku mis-sodium phytate fil-minuta f’ pH ta’ 5,5 u 37 °C.

(2)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


Arriba