EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0334

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 334/2007 tat- 28 ta' Marzu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 88, 29.3.2007, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 214–214 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/04/2012

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/334/oj

29.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

214


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 334/2007

tat-28 ta' Marzu 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 jistipula li prodotti, partijiet u apparat għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent stipulati fl-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (minn hawn 'il quddiem il-“Konvenzjoni ta' Chicago”) hekk kif ippubblikati f'Marzu 2002 fir-rigward ta' l-Ewwel Volum u f’Novembru 1999 fir-rigward tat-Tieni Volum, bl-eċċezzjoni ta' l-Appendiċi ta' l-Anness 16;

(2)

Il-Konvenzjoni ta’ Chicago u l-annessi tagħha ġew emendati mill-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002.

(3)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 għandu jiġi emendat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 54(3) ta’ l-istess Regolament;

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat fuq l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurta' fl-Avjazzjoni stabbilit bl-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002, huwa mibdul b'dan li ġej:

“1.   Prodotti, partijiet u apparat għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent stipulati fl-Emenda 8 ta’ l-Ewwel Volum u fl-Emenda 5 tat-Tieni Volum ta’ l-Anness 16 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago kif applikabbli fl-24 ta’ Novembru 2005, minbarra l-Appendiċi għall-Anness 16.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta' Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1701/2003 (ĠU L 243, 27.9.2003, p. 5).


Top