EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

L-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea

Il-Ħames Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fiha serje ta’ Artikoli dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea (UE). Barra minn hekk, it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jistabbilixxi regoli ġenerali dwar l-azzjoni esterna tal-UE u regoli speċifiċi dwar il-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) tagħha.

L-azzjoni esterna tal-UE tinkludi:

  • il-politika kummerċjali tagħha — l-Artikoli 206 u 207 tat-TFUE;
  • il-kooperazzjoni għall-iżvilupp — l-Artikoli 208, 209, 210 u 211 tat-TFUE;
  • il-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika ma’ pajjiżi mhux tal-UE — l-Artikoli 212 u 213 tat-TFUE;
  • l-għajnuna umanitarja — l-Artikolu 214 tat-TFUE;
  • il-PESK u l-PSDK — (l-Artikoli 21-46 tat-TUE);
  • id-dimensjoni esterna ta’ politiki interni oħra tal-UE (bħall-migrazzjoni, il-protezzjoni ambjentali, eċċ.).

Bħala parti mill-azzjoni esterna tagħha, l-UE tista’ tadotta miżuri restrittivi (l-Artikolu 215 tat-TFUE), tikkonkludi ftehimiet internazzjonali (l-Artikoli 216, 217, 218 u 219 tat-TFUE), tistabbilixxi relazzjonijiet ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi mhux tal-UE jew tistabbilixxi delegazzjonijiet tal-UE (l-Artikoli 220 u 221 tat-TFUE).

ARA WKOLL

Top