Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Akkwist pubbliku

Kuntratti ta’ akkwist pubbliku jkopru provvisti, servizzi u xogħolijiet mixtrija mis-settur pubbliku. Kuntratti ta’ iktar minn ċertu valur huma suġġetti għal regoli u proċeduri tal-Unjoni Ewropea (UE). Dawn ir-regoli jippruvaw jiżguraw it-trattament ġust għal negozji u onestà fil-ġestjoni ta’ sejħiet għal offerti. Dawn għandhom jitqiesu fil-kuntest ta’ kompetizzjoni akbar u l-libertà biex tipprovdi servizzi ġos-suq uniku tal-UE.

Ċerti kuntratti bħal fil-qasam tad-difiża, jibqgħu materja għall-Istati Membri tal-UE stess għax jaffettwaw interessi speċifiċi nazzjonali.

Fl-2014 l-UE biddlet ir-regoli dwar xogħolijiet pubbliċi, kuntratti ta’ provvista u servizzi u kuntratti ta’ konċessjoni. Dawn ir-regoli bdew japplikaw mill-2016, u naqqsu l-burokrazija żejda, neħħew il-barrieri għall-aċċess għas-suq minn intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju u żguraw li l-awtoritajiet kuntrattanti jimpedixxu, jidentifikaw u jirrimedjaw konflitti ta’ interess li jqumu mill-proċeduri ta’ akkwist.

ARA WKOLL

Top