ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 311

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
25 ta' Settembru 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Renju Unit jesprimi l-kunsens tiegħu, fil-kapaċità tiegħu stess, li jkun marbut b’ċerti ftehimiet internazzjonali li jiġu applikati matul il-perijodu ta’ tranżizzjoni fil-qasam tal-politika komuni tas-sajd tal-Unjoni

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1323 tal-21 ta’ Settembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd għall-2020 fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’dawk li mhumiex tal-Unjoni

2

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1324 tal-21 ta’ Settembru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali dwar l-adeżjoni tar-Renju Unit mal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995

6

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1325 tal-21 ta’ Settembru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-qafas tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal fir-rigward tal-applikazzjoni għall-adeżjoni ma’ dik il-Konvenzjoni, imressqa mir-Renju Unit, u li tħassar id-Deċiżjoni (UE) 2019/510

8

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli ( ĠU L 328, 21.12.2018 )

11

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

25.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/1


Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Renju Unit jesprimi l-kunsens tiegħu, fil-kapaċità tiegħu stess, li jkun marbut b’ċerti ftehimiet internazzjonali li jiġu applikati matul il-perijodu ta’ tranżizzjoni fil-qasam tal-politika komuni tas-sajd tal-Unjoni

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Renju Unit biex jesprimi l-kunsens tiegħu, fil-kapaċità tiegħu stess, li jintrabat b’ċerti ftehimiet internazzjonali li għandhom jiġu applikati matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni fil-qasam tal-politika komuni tas-sajd tal-Unjoni tat-18 ta’ Settembru 2020 ġiet innotifikata lir-Renju Unit fid-data tal-adozzjoni tagħha. Skont l-aħħar sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 297 TFUE, din id-deċiżjoni daħlet fis-seħħ fit-18 ta’ Settembru 2020.


REGOLAMENTI

25.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/2


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2020/1323

tal-21 ta’ Settembru 2020

li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd għall-2020 fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’dawk li mhumiex tal-Unjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 (1) jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2020 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, fil-każ ta’ bastimenti tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni.

(2)

Fir-Regolament (UE) 2020/123, il-qabda totali permissibbli (TAC) għall-inċova (Engraulis encrasicolus) fis-subżoni 9 u 10 tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF) ġiet stabbilita għal żero. Fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/900 (2), li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123, ġiet stabbilita TAC proviżorja biex l-attività tas-sajd titħalla titkompla. L-inċova hija speċi b’ħajja qasira u l-parir xjentifiku l-aktar reċenti nħareġ mil-ICES fit-18 ta’ Ġunju 2020. Il-limiti ta’ qbid għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 tas-CECAF, jenħtieġ li jiġu emendati f’konformità ma’ dak il-parir xjentifiku u stabbiliti għal 15 699 tunnellata.

(3)

Fir-Rekord Maqbul tal-konsultazzjonijiet dwar is-sajd bejn il-Gżejjer Faeroe u l-Unjoni Ewropea għall-2020, iż-żewġ partijiet qablu li jagħtu lil xulxin aċċess reċiproku għall-ilmijiet ta’ xulxin għas-sajd tal-istokkafixx (Micromesistius poutassou) fl-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8a, 8b, 8d, 8e, 12 u 14 fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe, b’limitu ta’ 37 500 tunnellata. Kundizzjoni speċjali fit-tabella tat-TAC tagħti aċċess lill-Unjoni għall-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe u tillimita, fl-għamla ta’ perċentwal tas-sehem totali tal-Unjoni, l-ammont ta’ stokkafixx li l-Istati Membri jistgħu jistadu mill-kwoti tagħhom stess fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe. Dak il-perċentwal jenħtieġ li jirrappreżenta l-proporzjon tad-drittijiet tal-aċċess tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe ta’ 37 500 tunnellata meta mqabbel mas-sehem totali tal-Unjoni ta’ 326 484 tunnellata ta’ stokkafixx. 37 500 tunnellata jammonta għal perċentwal ta’ 11,4 %, tas-sehem totali tal-Unjoni ta’ 326 484 tunnellata ta’ stokkafixx. Billi l-perċentwal tas-sehem totali tal-Unjoni tal-istokkafixx li l-Istati Membri jistgħu jistadu mill-kwoti tagħhom stess fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe attwalment huwa stabbilit għal 7 %, dak il-perċentwal. jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(4)

Fir-Rekord Maqbul tal-konsultazzjonijiet dwar is-sajd bejn in-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar arranġamenti għas-sajd ad hoc fir-rigward tal-ġestjoni tal-istokkafixx u tal-aringi Norveġiżi (Atlantu-Skandjani) li jirriproduċu fir-rebbiegħa għall-2020, iż-żewġ partijiet jingħataw aċċess għas-sajd ta’ 190 809 tunnellati ta’ stokkafixx fl-ilmijiet ta’ xulxin. Fit-tabella tat-TAC għall-istokkafixx li tippermetti l-aċċess lin-Norveġja għas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2, 4a, 5, 6 fit-Tramuntana ta’ 56° 30′ N u 7 fil-Punent ta’ 12° W, kundizzjoni speċjali tillimita l-qabda fiż-żona 4a ta’ mhux iktar minn 40 000 tunnellata (f’konformità mar-Rekord Maqbul dwar il-konsultazzjonijiet tas-sajd bejn in-Norveġja u l-Unjoni Ewropea għall-2020). Dak il-limitu ta’ qbid fiż-żona 4a jammonta għal 21 % tal-kwota tal-aċċess tan-Norveġja. Dak il-perċentwal, attwalment stabbilit għal 18 %, jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta’ Greenland, min-naħa l-oħra (3), u l-Protokoll (4) tiegħu, jipprevedi li l-Unjoni għandha tirċievi 7,7 % tat-TAC għall-kapelin (Mallotus villosus) li jinqabad fl-ilmijiet ta’ Greenland fis-subżoni 5 u 14 tal-ICES. F’konformità ma’ dak il-Protokoll, fit-12 ta’ Ġunju 2020 Greenland offriet lill-Unjoni 13 053 tunnellata ta’ kapelin biex jinqabad bejn l-20 ta’ Ġunju 2020 u l-15 ta’ April 2021. Għalhekk, jenħtieġ li t-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-kapelin tiġi emendata skont dan.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2020/123 jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-limiti ta’ qbid previsti fir-Regolament (UE) 2020/123 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2020 għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2, 4a, 5, 6 fit-Tramuntana ta’ 56° 30′ N u 7 fil-Punent ta’ 12° W, mill-20 ta’ Ġunju 2020 għall-kapelin fl-ilmijiet ta’ Greenland tas-subżoni 5 u 14 tal-ICES, u mill-1 ta’ Lulju 2020 għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 tas-CECAF. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet introdotti b’dan ir-Regolament dwar il-limiti ta’ qbid jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ mill-iktar fis possibbli u jenħtieġ li japplikaw retroattivament għall-istokkafixx mill-1 ta’ Jannar 2020, għall-kapelin mill-20 ta’ Ġunju 2020, u għall-inċova mill-1 ta’ Lulju 2020. Tali applikazzjoni retroattiva ma taffettwax il-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati żdiedu u għadhom ma ġewx eżawriti.

(8)

Skont il-parir xjentifiku tal-ICES, jenħtieġ li l-qabdiet tal-merluzz tan-Norveġja (Trisopterus esmarkii) fis-subżona 4 u fid-diviżjoni 3a tal-ICES fil-perijodu mill-1 ta’ Novembru 2019 sal-31 ta’ Ottubru 2020 ma jaqbżux il-1 67  105 tunnellata. Minn dak l-istokk, l-Unjoni Ewropea rriżervat sehem ta’ 92 000 tunnellata u ffissat kwota preliminari tal-Unjoni ta’ 65 000 tunnellata fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1838 (5). Wara l-konsultazzjonijiet, f’Diċembru 2019, l-Unjoni ttrasferiet mill-ammont riżervat li jifdal 14 500 u 5 000 tunnellata biss lin-Norveġja u lill-Gżejjer Faeroe rispettivament. B’riżultat ta’ dan, jenħtieġ li s-7  500 tunnellata li jifdal jiżdiedu mal-kwota attwali tal-Unjoni.

(9)

Ir-Renju Unit ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 130(1) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (6),

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament (UE) 2020/123

Ir-Regolament (UE) 2020/123 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Anness IA huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 tas-CECAF hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Inċova

Żona:

9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF

 

Engraulis encrasicolus

 

(ANE/9/3411)

 

Spanja

 

7 494

 (7)

TAC prekawzjonarja

Il-Portugall

 

8 175

 (7)

 

L-Unjoni

 

15 669

 (7)

 

TAC

 

15 669

 (7)

 

(b)

fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkafixx fl-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8a, 8b, 8d, 8e, 12 u 14, in-nota f’qiegħ il-paġna 1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“(1)

Kondizzjoni speċjali: fil-limitu ta’ kwantità totali tal-aċċess ta’ 37 500 tunnellata għall-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jaqbdu sal-perċentwal li ġej tal-kwoti tagħhom fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe (WHB/*05-F.): 11,4 %.”;

(c)

fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2, 4a, 5, 6 fit-Tramuntana ta’ 56° 30′ N u 7 fil-Punent ta’ 12° W, in-nota f’qiegħ il-paġna 2 hija sostitwita b’dan li ġej:

“(2)

Kondizzjoni speċjali: fiż-żona 4a ma għandux jinqabad iktar mill-ammont li ġej (WHB/*04 A-C): 40 000

Dan il-limitu ta’ qbid fiż-żona 4a jammonta għall-perċentwal li ġej mill-kwota tal-aċċess tan-Norveġja: 21 %”;

(d)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja u l-qabdiet aċċessorji assoċjati fid-diviżjoni 3a tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u s-subżona 4 tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Il-merluzz tan-Norveġja u l-qabdiet inċidentali marbutin miegħu

Żona:

3a; L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4

Trisopterus esmarkii

 

(NOP/2A3A4.)

Sena

 

2020

 

 

Id-Danimarka

 

72 433

 (8)  (10)

TAC analitika

Il-Ġermanja

 

14

 (8)  (9)  (10)

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

In-Netherlands

53

 (8)  (9)  (10)

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

L-Unjoni

 

72 500

 (8)  (10)

 

In-Norveġja

 

14 500

 (11)

 

Il-Gżejjer Faeroe

5 000

 (12)

 

TAC

 

Mhux rilevanti

 

 

(2)

fl-Anness IB, it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-kapelin fl-ilmijiet ta’ Greenland taż-żoni 5 u 14 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Kapelin

Żona:

L-ilmijiet ta’ Greenland taż-żoni 5 u 14

 

Mallotus villosus

 

(CAP/514GRN)

Id-Danimarka

2 595

 

TAC analitika

Il-Ġermanja

113

 

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

L-Iżvezja

186

 

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Ir-Renju Unit

24

 

 

L-Istati Membri kollha

134

 (13)

 

L-Unjoni

3 053

 (14)

 

In-Norveġja

10 000

 (14)

 

TAC

Mhux rilevanti

 

 

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1(1) il-punt (a) għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2020, il-punti (b) u (c) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2020.

L-Artikolu 1(2) għandu japplika mill-20 ta’ Ġunju 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KLOECKNER


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/900 tal-25 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1838 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti opportunitajiet tas-sajd għall-2020 fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti opportunitajiet tas-sajd għall-2020 fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’dawk li mhumiex tal-Unjoni (ĠU L 207, 30.6.2020, p. 4).

(3)  ĠU L 172, 30.6.2007, p. 4.

(4)  Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta’ Greenland, min-naħa l-oħra (ĠU L 305, 21.11.2015, p. 3).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1838 tat-30 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2020 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/124 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet ta’ sajd f’ilmijiet oħra (ĠU L 281, 31.10.2019, p. 1).

(6)  ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.

(7)  Il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021.”

(8)  Sa 5 % mill-kwota tista’ tkun qabdiet inċidentali tal-merluzz tal-linja sewda u tal-merlangu (OT2/*2A3A4). Flimkien, il-qabdiet inċidentali tal-merluzz tal-linja sewda u tal-merlangu li jingħaddu mal-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet ta’ dawk l-ispeċijiet li jingħaddu mal-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandhomx jaqbżu d-9 % tal-kwota.

(9)  Il-kwota tista’ tinqabad biss fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a, 3a u 4 tal-ICES.

(10)  Il-kwota tal-Unjoni tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Novembru 2019 sal-31 ta’ Ottubru 2020.

(11)  Għandu jintuża għarbiel.

(12)  Għandu jintuża għarbiel. Din il-kwota tinkludi ammont massimu ta’ 15 % ta’ qabdiet inċidentali li ma jistgħux jiġu evitati (NOP/*2A3A4) u li jridu jingħaddu ma’ din il-kwota.”

(13)  Id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit jista’ jkollhom aċċess għall-kwota ta’ “L-Istati Membri Kollha” biss ladarba jkunu eżawrew il-kwota tagħhom stess. Madankollu, l-Istati Membri b’iżjed minn 10 % tal-kwota tal-Unjoni ma għandhom bl-ebda mod ikollhom aċċess għall-kwota ta’ “L-Istati Membri kollha”.

(14)  Għall-perijodu tas-sajd mill-20 ta’ Ġunju 2020 sal-15 ta’ April 2021.”.


DEĊIŻJONIJIET

25.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1324

tal-21 ta’ Settembru 2020

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali dwar l-adeżjoni tar-Renju Unit mal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995 (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/88/KE (1) u daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1995. Il-Konvenzjoni ġiet konkluża għal perijodu ta’ tliet snin.

(2)

Skont l-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni, il-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali jista’ jestendi l-Konvenzjoni għal perijodi suċċessivi ta’ mhux aktar minn sentejn kull darba. Mill-konklużjoni tagħha, il-Konvenzjoni ġiet estiża regolarment għal perijodi oħra ta’ sentejn. Il-Konvenzjoni ġiet estiża l-aħħar permezz tad-deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali fl-10 ta’ Ġunju 2019 (2), u ser tibqa’ fis-seħħ sat-30 ta’ Ġunju 2021.

(3)

Skont l-Artikolu 27(2) tal-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni hija miftuħa għall-adeżjoni mill-Gvernijiet tal-Istati kollha taħt il-kundizzjonijiet li l-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali jqis xierqa.

(4)

Fid-9 ta’ April 2020, ir-Renju Unit applika formalment għall-adeżjoni mal-Konvenzjoni mill-1 ta’ Jannar 2021.

(5)

Ir-Renju Unit huwa produttur ewlieni taċ-ċereali, b’mod partikolari tax-xgħir u l-qamħ. Jekk tingħata l-approvazzjoni tal-applikazzjoni tar-Renju Unit biex jissieħeb mal-Konvenzjoni u konsegwentement biex jipparteċipa fil-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali, ir-Renju Unit se jkun membru importatur f’konformità mal-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni. Peress li l-Unjoni hija membru esportatur, l-adeżjoni tar-Renju Unit mhix se timpatta n-numru ta’ voti allokati lill-Unjoni għall-finijiet tal-votazzjoni skont l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni. Madankollu, mis-sena finanzjarja tal-2021/22, l-adeżjoni tar-Renju Unit se tnaqqas in-numru tal-voti allokati lill-Unjoni skont l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni, li jiddeterminaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-membri.

(6)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali u li tiġi approvata l-adeżjoni tar-Renju Unit mal-Konvenzjoni dment li l-adeżjoni ma tidħolx fis-seħħ u l-Konvenzjoni ma tiġix applikata b’mod proviżorju fir-rigward tar-Renju Unit qabel tmiem il-perijodu ta’ tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 126 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (3),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali għandha tkun li tiġi approvata l-adeżjoni tar-Renju Unit mal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995, dment li l-adeżjoni ma tidħolx fis-seħħ u li l-Konvenzjoni ma tiġix applikata b’mod proviżorju fir-rigward tar-Renju Unit qabel tmiem il-perijodu ta’ tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 126 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KLOECKNER


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/88/KE tad-19 ta’ Diċembru 1995 dwar l-approvazzjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali u l-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari, li jikkostitwixxu l-Ftehim Internazzjonali dwar iċ-Ċereali tal-1995 (ĠU L 21, 27.1.1996, p. 47).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/813 tas-17 ta’ Mejju 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995 (ĠU L 133, 21.5.2019, p. 19).

(3)  ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.


25.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1325

tal-21 ta’ Settembru 2020

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-qafas tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal fir-rigward tal-applikazzjoni għall-adeżjoni ma’ dik il-Konvenzjoni, imressqa mir-Renju Unit, u li tħassar id-Deċiżjoni (UE) 2019/510

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal (1) (“il-Konvenzjoni NEAFC”) ġiet approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 81/608/KEE (2) u daħlet fis-seħħ fis-17 ta’ Marzu 1982.

(2)

Il-Konvenzjoni NEAFC bħalissa tapplika għar-Renju Unit bħala riżultat tal-fatt li l-Unjoni hija Parti Kontraenti għal dik il-Konvenzjoni, filwaqt li l-Artikolu 20(4) tal-Konvenzjoni NEAFC jeskludi l-adeżjoni tal-Istati Membrima’ dik il-Konvenzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 20(4) tal-Konvenzjoni NEAFC, kwalunkwe Stat jista’ jaderixxi mal-Konvenzjoni NEAFC sakemm applikazzjoni għall-adeżjoni ta’ dak l-Istat tiġi approvata minn tliet kwarti tal-Partijiet Kontraenti kollha għall-Konvenzjoni fi żmien 90 jum mid-data tan-notifika mid-Depożitarju dwar il-wasla tal-applikazzjoni.

(4)

Fit-8 ta’ Jannar 2019, ir-Renju Unit ressaq applikazzjoni biex jaderixxi mal-Konvenzjoni NEAFC bħala Parti Kontraenti. Fl-istess data, id-Depożitarju nnotifika lill-Kummissjoni dwar dan.

(5)

Fil-25 ta’ Marzu 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/510 (3). Dik id-deċiżjoni kienet favorevoli għall-adeżjoni tar-Renju Unit mal-Konvenzjoni NEAFC u ġiet adottata sabiex tiġi antiċipata s-sitwazzjoni fejn ir-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni mingħajr ftehim dwar il-ħruġ. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni (UE) 2019/510 awtorizzat biss lill-Kummissjoni tinnotifika l-pożizzjoni tal-Unjoni f’każ li ma jkunx ġie konkluż ftehim dwar il-ħruġ.

(6)

L-applikazzjoni għall-adeżjoni tar-Renju Unit ma ġietx approvata mill-għadd meħtieġ tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni NEAFC billi ma ntlaħaqx il-kworum ta’ tliet kwarti.

(7)

Skont l-Artikolu 129(4) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (4) (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), matul il-perijodu ta’ tranżizzjoni, ir-Renju Unit jista’ jinnegozja, jiffirma u jirratifika ftehimiet internazzjonali li jkun daħal għalihom fil-kapaċità tiegħu stess fl-oqsma ta’ kompetenza esklużiva tal-Unjoni, dment li dawk il-ftehimiet ma jidħlux fis-seħħ jew ma jkunux japplikaw matul il-perijodu ta’ tranżizzjoni, sakemm dan ma jkunx awtorizzat mill-Unjoni. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 (5) tistipula l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjonijiet.

(8)

Permezz tal-ittra tiegħu tat-3 ta’ April 2020, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tiegħu li jesprimi l-kunsens tiegħu, fil-kapaċità tiegħu stess, li jkun marbut mill-Konvenzjoni NEAFC matul il-perijodu ta’ tranżizzjoni. Fis-6 ta’ Lulju 2020, ir-Renju Unit ippreżenta applikazzjoni ġdida għall-adeżjoni ma’ dik il-Konvenzjoni; adeżjoni li tidħol fis-seħħ matul il-perijodu ta’ tranżizzjoni b’mod konsistenti mal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

(9)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1305 (6) tawtorizza lir-Renju Unit biex jesprimi l-kunsens tiegħu, fil-kapaċità tiegħu stess, li jkun marbut mill-Konvenzjoni NEAFC peress li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2020/135 huma ssodisfati.

(10)

Skont l-Artikoli 56, 63 u 116 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (7) (UNCLOS), ir-Renju Unit għandu interessi tas-sajd leġittimi fiż-Żona tal-Konvenzjoni previsti fil-Konvenzjoni NEAFC (ibħra internazzjonali) bħala Stat kostali, sa fejn l-ilmijiet taħt iż-żona ekonomika esklużiva tar-Renju Unit jaqgħu fi ħdan iż-żona ta’ dik il-Konvenzjoni.

(11)

Sabiex jiġi evitat sajd mhux sostenibbli, huwa fl-interess tal-Unjoni li r-Renju Unit jikkoopera fil-ġestjoni tal-istokkijiet ta’ interess komuni b’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-UNCLOS u mal-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti fuq l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-konservazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ ħażniet ta’ ħut li jpassi f’żona limitata (straddling) u ħażniet ta’ ħut li jpassi ħafna (highly migratory) (UNFSA) (8), u ma’ kwalunkwe ftehim internazzjonali jew regola oħra tad-dritt internazzjonali.

(12)

Kif previst fl-Artikolu 63(2) UNCLOS u fl-Artikolu 8 UNFSA, meta l-istess stokk jew stokkijiet ta’ speċijiet assoċjati jinstabu kemm fiż-żona ekonomika esklużiva kif ukoll fiż-żona lil hinn u maġenb dik iż-żona, l-Istat kostali u l-Istati li jistadu għal stokkijiet bħal dawn maġenb dik iż-żona jridu jikkooperaw bil-ħsieb li jaqblu dwar il-miżuri meħtieġa għall-konservazzjoni ta’ dawk l-istokkijiet maġenb dik iż-żona. Tali kooperazzjoni tista’ tiġi stabbilita fil-qafas tal-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd. L-adeżjoni tar-Renju Unit mal-Konvenzjoni NEAFC ser tippermetti li r-Renju Unit jikkoopera dwar il-miżuri meħtieġa għall-ġestjoni tas-sajd bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-attivitajiet tas-sajd jitwettqu b’mod li jirriżulta fl-isfruttament sostenibbli tal-istokk jew l-istokkijiet ikkonċernati.

(13)

L-adeżjoni qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ tranżizzjoni tippermetti li r-Renju Unit jagħti effett sħiħ lill-obbligi li jirriżultaw mill-UNCLOS fir-rigward tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni li jidħlu fis-seħħ mill-mument li jintemm il-perijodu ta’ tranżizzjoni u d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għalih. Huwa għalhekk fl-interess tal-Unjoni li tapprova l-applikazzjoni għall-adeżjoni mal-Konvenzjoni NEAFC imressqa mir-Renju Unit sal-iskadenza tal-perijodu ta’ notifika msemmi fl-Artikolu 20(4) tal-Konvenzjoni NEAFC.

(14)

Fl-interessi taċ-ċarezza u ċ-ċertezza tad-dritt, id-Deċiżjoni (UE) 2019/510 jenħtieġ li titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-qafas tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal (“il-Konvenzjoni NEAFC”) għandha tkun li tiġi approvata l-applikazzjoni għall-adeżjoni tar-Renju Unit mal-Konvenzjoni NEAFC.

2.   Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tinnotifika lid-Depożitarju tal-Konvenzjoni NEAFC bil-pożizzjoni tal-Unjoni sal-iskadenza tal-perijodu ta’ notifika msemmi fl-Artikolu 20(4) tal-Konvenzjoni NEAFC.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (UE) 2019/510 hija mħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KLOECKNER


(1)  ĠU L 227, 12.8.1981, p. 22.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 81/608/KEE tat-13 ta’ Lulju 1981 li tirrigwarda l-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Koperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal (ĠU L 227, 12.8.1981, p. 21).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/510 tal-25 ta’ Marzu 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-qafas tal-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni dwar is-sajd fl-Atlantiku tal-Grigal fir-rigward tal-applikazzjoni għall-adeżjoni ma’ dik il-Konvenzjoni, ippreżentata mir-Renju Unit (ĠU L 85, 27.3.2019, p. 22).

(4)  ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 1).

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1305 tat-18 ta’ Settembru 2020 li tawtorizza lir-Renju Unit biex jesprimi l-kunsens tiegħu, fil-kapaċità tiegħu stess, li jkun marbut minn ċerti ftehimiet internazzjonali li jiġu applikati matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni fil-qasam tal-politika komuni tas-sajd tal-Unjoni (ĠU L 305, 21.9.2020, p. 27).

(7)  ĠU L 179, 23.6.1998, p. 3.

(8)  ĠU L 189, 3.7.1998, p. 16.


Rettifika

25.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/11


Rettifika għad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 328 tal-21 ta’ Diċembru 2018 )

Fil-paġna 132, l-Artikolu 29(7), il-punt (a)

minflok:

“(a)

il-pajjiż jew l-organizzazzjoni ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali tal-oriġini tal-bijomassa forestali:

(i)

huma Parti għall-Ftehim ta’ Pariġi;

(ii)

ippreżentaw kontribut determinat fil-livell nazzjonali (NDC) għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), li jkopri l-emissjonijiet u l-assorbimenti mis-settur tal-agrikoltura, il-forestrija u l-użu tal-art bl-iżgurar li kwalunkwe tibdil fil-ħażna tal-karbonju assoċjata ma’ ħsad tal-bijomassa hija kontabbilizzata lejn l-impenn tal-pajjiż biex inaqqas jew jillimita l-emissjonijiet tal-gassijiet serra kif speċifikat fin-NDC; jew

(iii)

għandu/ha fis-seħħ liġijiet nazzjonali jew subnazzjonali, f’konformità mal-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Pariġi, applikabbli għall-qasam tal-ħsad, biex jikkonservaw u jsaħħu l-istokkijiet u l-ħażniet (sinks) tal-karbonju, u li jipprovdu evidenza li l-emissjonijiet rrappurtati mis-setturi tal-LULUCF ma jeċċedux l-emissjonijiet ma jaqbżux l-assorbimenti;”,

aqra:

“(a)

il-pajjiż jew l-organizzazzjoni ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali tal-oriġini tal-bijomassa forestali huma Parti għall-Ftehim ta’ Pariġi u:

(i)

ippreżentaw kontribut determinat fil-livell nazzjonali (NDC) għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), li jkopri l-emissjonijiet u l-assorbimenti mis-settur tal-agrikoltura, il-forestrija u l-użu tal-art bl-iżgurar li kwalunkwe tibdil fil-ħażna tal-karbonju assoċjata ma’ ħsad tal-bijomassa hija kontabbilizzata lejn l-impenn tal-pajjiż biex inaqqas jew jillimita l-emissjonijiet tal-gassijiet serra kif speċifikat fin-NDC; jew

(ii)

għandhom fis-seħħ liġijiet nazzjonali jew subnazzjonali, f’konformità mal-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Pariġi, applikabbli għall-qasam tal-ħsad, biex jikkonservaw u jsaħħu l-istokkijiet u l-ħażniet (sinks) tal-karbonju, u li jipprovdu evidenza li l-emissjonijiet rrappurtati mis-setturi tal-LULUCF ma jeċċedux l-assorbimenti;”.

Fil-paġna 135, l-Artikolu 30(5), it-tieni subparagrafu

minflok:

“(…) mill-punti stabbiliti fl-Anness IX tar-Regolament (UE) 2018/1999 (…)”,

aqra:

“(…) mill-punti stabbiliti fl-Anness XI tar-Regolament (UE) 2018/1999 (…)”.

Fil-paġna 142, Anness II, l-ewwel paragrafu, il-formula

minflok:

“(QN(norm))(CN[(/(i)(N 14))(QiCi)] 15)”,

aqra:

Image 1”.

Fil-paġna 142, Anness II, it-tieni paragrafu, il-formula

minflok:

“(QN(norm))((CN CN 12)((/(i)(Nn))Qi(/(j)(Nn))(Cj Cj 12)))”,

aqra:

Image 2”.

Fil-paġna 142, Anness II, it-tielet paragrafu, il-formula

minflok:

“(QN(norm))((CN CN 12)((/(i)(Nn))Qi (/(j)(Nn))(Cj Cj 12)))”.

aqra:

Image 3”.

Fil-paġna 148, Anness V, Parti (A), l-entrata seba’ f’dik il-paġna

minflok:

“bijodiżil miż-żejt tal-palm (ħawt effluwenti miftuħ)

32 %

19 %”.

aqra:

“bijodiżil miż-żejt tal-palm (ħawt effluwenti miftuħ)

33 %

20 %”.

Fil-paġna 149, Anness V, Parti (B), l-entrati tnejn, erbgħa, sitta u tmienja

minflok:

“diżil Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam f’impjant awtonomu

85 %

85 %

petrol Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam f’impjant awtonomu

85 %

85 %

dimetileter (DME) mill-iskart tal-injam f’impjant awtonomu

86 %

86 %

metanol mill-iskart tal-injam f’impjant awtonomu

86 %

86 %”.

aqra:

“diżil Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam f’impjant awtonomu

83 %

83 %

petrol Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam f’impjant awtonomu

83 %

83 %

dimetileter (DME) mill-iskart tal-injam f’impjant awtonomu

84 %

84 %

metanol mill-iskart tal-injam f’impjant awtonomu

84 %

84 %”.

Fil-paġna 156, Anness V, Parti (D), l-entrati għaxra u sittax f’dik il-paġna:

minflok:

“bijodiżil taż-żejt tal-palm

26,2

26,2

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm

27,4

27,4”.

aqra:

“bijodiżil taż-żejt tal-palm

26,0

26,0

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm

27,3

27,3”.

Fil-paġna 162, Anness V, Parti (D), l-entrata tmienja f’dik il-paġna

minflok:

“bijodiżil mit-tħin fin (rendering) ta’ xaħmijiet tal-annimali (**)

1,7

1,7”.

aqra:

“bijodiżil mit-tħin fin (rendering) ta’ xaħmijiet tal-annimali (**)

1,6

1,6”.

Fil-paġna 166, Anness V, Parti (D), l-entrati erbgħa, ħamsa, sebgħa, ħdax, tnax, tmintax u dsatax f’dik il-paġna

minflok:

“bijodiżil taż-żejt tal-palm (ħawt effluwenti miftuħ)

63,5

75,7

bijodiżil taż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt)

46,3

51,6

bijodiżil mit-tħin fin (rendering) ta’ xaħmijiet tal-annimali (**)

15,3

20,8

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm (ħawt effluwenti miftuħ)

62,2

73,3

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt)

44,1

48,0

żejt veġetali safi miż-żejt tal-palm (ħawt effluwenti miftuħ)

56,3

65,4

żejt veġetali safi miż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt)

38,4

57,2”.

aqra:

“bijodiżil taż-żejt tal-palm (ħawt effluwenti miftuħ)

63,3

75,5

bijodiżil taż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt)

46,1

51,4

bijodiżil mit-tħin fin (rendering) ta’ xaħmijiet tal-annimali (**)

15,2

20,7

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm (ħawt effluwenti miftuħ)

62,1

73,2

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt)

44,0

47,9

żejt veġetali safi miż-żejt tal-palm (ħawt effluwenti miftuħ)

56,4

65,5

żejt veġetali safi miż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt)

38,5

40,3”.

Fil-paġna 167, Anness V, Parti (E), l-ewwel tabella f’dik il-paġna, l-entrati erbgħa u ħamsa

minflok:

“petrol Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam f’impjant awtonomu

8,2

8,2

petrol Fischer-Tropsch mill-injam imkabbar f’impjant awtonomu

12,4

12,4”.

aqra:

“petrol Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam f’impjant awtonomu

3,3

3,3

petrol Fischer-Tropsch mill-injam imkabbar f’impjant awtonomu

8,2

8,2”

Fil-paġna 169, Anness V, Parti (E), it-tieni tabella f’dik il-paġna, l-entrata tnejn, erbgħa, sitta u tmienja

minflok:

“diżil Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam f’impjant awtonomu

10,3

10,3

petrol Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam f’impjant awtonomu

10,3

10,3

dimetileter (DME) mill-iskart tal-injam f’impjant awtonomu

10,4

10,4

metanol mill-iskart tal-injam f’impjant awtonomu

10,4

10,4”.

aqra:

“diżil Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam f’impjant awtonomu

12,2

12,2

petrol Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam f’impjant awtonomu

12,2

12,2

dimetileter (DME) mill-iskart tal-injam f’impjant awtonomu

12,1

12,1

metanol mill-iskart tal-injam f’impjant awtonomu

12,1

12,1”.

Fil-paġna 171, Anness V, Parti (E), it-tieni tabella f’dik il-paġna, l-entrata tnejn, erbgħa, sitta u tmienja

minflok:

“diżil Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam f’impjant awtonomu

13,7

13,7

petrol Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam f’impjant awtonomu

13,7

13,7

dimetileter (DME) mill-iskart tal-injam f’impjant awtonomu

13,5

13,5

metanol mill-iskart tal-injam f’impjant awtonomu

13,5

13,5”.

aqra:

“diżil Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam f’impjant awtonomu

15,6

15,6

petrol Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam f’impjant awtonomu

15,6

15,6

dimetileter (DME) mill-iskart tal-injam f’impjant awtonomu

15,2

15,2

metanol mill-iskart tal-injam f’impjant awtonomu

15,2

15,2”.

Fil-paġna 180, Anness VI, Parti (B)(1), punt (b), l-ewwel formula

minflok:

Image 4”,

aqra:

Image 5”.

Fil-paġna 180, Anness VI, Parti (B)(1), punt (b), it-tieni formula

minflok:

Image 6”,

aqra:

Image 7”.

Fil-paġna 186, Anness VI, Parti (B)(18), it-tieni subparagrafu

minflok:

“Fil-każ ta’ bijogass u bijometan, il-prodotti-sekondarji kollha li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 7, għandhom ikunu kkunsidrati għall-fini ta’ dak il-kalkolu. (…)”,

aqra:

“Fil-każ ta’ bijogass u bijometan, il-prodotti-sekondarji kollha għandhom jiġu kkunsidrati għall-fini ta’ dak il-kalkolu. (…)”.