ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 235

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
19 ta' Settembru 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1245 tat-18 ta' Settembru 2018 li jimplimenta l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) 2016/44 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1246 tat-18 ta' Settembru 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni tad-distillat pirolinjuż fil-lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti ( 1 )

3

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1247 tat-18 ta' Settembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger)

7

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1248 tat-18 ta' Settembru 2018 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani

9

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1249 tat-18 ta' Settembru 2018 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b'appoġġ għall-Mekkaniżmu ta' Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen

14

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1250 tat-18 ta' Settembru 2018 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

21

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1251 tat-18 ta' Settembru 2018 li ma tapprovax l-empentrin bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 18 ( 1 )

24

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

19.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1245

tat-18 ta' Settembru 2018

li jimplimenta l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) 2016/44 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta' Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2016 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/44.

(2)

Fil-11 ta' Settembru 2018 il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1970 (2011) tal-KSNU żied persuna mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II għar-Regolament (UE) 2016/44 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

G. BLÜMEL


(1)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.


ANNESS

Il-persuna li ġejja tiżdied mal-lista fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/44:

“27.

Isem: 1: Ibrahim 2: Saeed 3: Salim 4: Jadhran

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej ta' milizzji armati Data tat-twelid: 1982 Post tat-twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: Libja Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fil-: 11 ta' Settembru 2018. Tagħrif ieħor: isem l-omm Salma Abdula Younis. Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: www.interpol.int/en/notice/search/un/xxxx.

Elenkat skont il-paragrafi 11 (b), 11 (c) u 11 (d) tar-Riżoluzzjoni 2213 (2015); paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017).

Informazzjoni addizzjonali:

L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tal-Libja ħareġ mandat ta' arrest kontra l-persuna kkonċernata fejn ġie akkużat li wettaq għadd ta' reati.

Il-persuna kkonċernata wettqet azzjonijiet u attakki bl-armi kontra installazzjonijiet taż-żejt li jinsabu fir-reġjun tan-nofs qamar taż-żejt li kkawżaw il-qerda tiegħu, bl-aħħar wieħed fl-14 ta' Ġunju 2018.

L-attakki fuq ir-reġjun tan-nofs qamar taż-żejt wasslu għal ħafna vittmi fost l-abitanti tar-reġjun u pperikolaw il-ħajja tal-persuni ċivili.

L-attakki b'mod intermittenti waqqfu l-esportazzjonijiet taż-żejt Libjan mill-2013 sal-2018, li wassal għal telf sinifikanti għall-ekonomija Libjana.

Il-persuna kkonċernata pprovat tesporta ż-żejt b'mod illegali.

Il-persuna kkonċernata tirrekluta ġellieda barranin għall-attakki ripetuti tiegħu kontra r-reġjun “tan-nofs qamar taż-żejt”.

Il-persuna kkonċernata, permezz tal-azzjonijiet tiegħu, qed jaħdem kontra l-istabbiltà tal-Libja, u jikkostitwixxi ostakolu għall-partijiet Libjani biex tissolva l-kriżi politika u jiġi implimentat il-Pjan ta' Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.”


19.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1246

tat-18 ta' Settembru 2018

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni tad-distillat pirolinjuż fil-lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti u ta' materjali tas-sors approvati għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti u introduċa dik il-lista fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008. Ir-Regolament (UE) Nru 872/2012 introduċa wkoll il-Parti B (“Preparazzjonijiet aromatizzanti”), il-Parti C (“Aromatizzanti li għaddew minn proċess termali”), il-Parti D (“Prekursuri aromatizzanti”), il-Parti E (“Aromatizzanti oħra”) u l-Parti F (“Materjali tas-sors”) fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008. Il-Partijiet B sa F tal-Anness I jikkorrispondu għall-kategoriji ta' aromatizzanti u materjali mis-sors imsemmija fl-Artikolu 9(b) sa (f) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008. Il-Partijiet B sa F ma fihom l-ebda entrata.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 873/2012 (4) jistabbilixxi miżuri tranżitorji li jirrigwardaw il-lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti u ta' materjali tas-sors stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(4)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 873/2012 jistabbilixxi perjodu tranżitorju għal ikel li fih ġew miżjuda aromatizzanti li jappartjenu għall-Partijiet B sa F tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 li kienu s-suġġett ta' applikazzjoni qabel it-22 ta' Ottubru 2015 skont l-Artikolu 3 tiegħu. L-Artikolu 4 jistabbilixxi li t-tmiem tal-perjodu tranżitorju għat-tqegħid fis-suq ta' ikel ta' dan it-tip huwa t-22 ta' April 2018.

(5)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jista' jiġi aġġornat b'konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, kemm fuq inizjattiva tal-Kummissjoni kif ukoll wara applikazzjoni sottomessa minn Stat Membru jew minn parti interessata.

(6)

Fis-16 ta' Ottubru 2012, tressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni għall-awtorizzazzjoni tal-prodott distillat pirolinjuż [Nru tal-FL 21.001] bl-isem “etere tar-rum” taħt il-kategorija “aromatizzanti oħra”. L-applikant talab biex dan l-aromatizzant jintuża f'silġ li jittiekel, ħlewwiet, chewing gum, ħelu, ċereali u prodotti taċ-ċereali derivati miż-żerriegħa taċ-ċereali, għeruq u tuberi u pjanti tal-miżwed u tal-legumi, prodotti tal-forn, laħam u prodotti tal-laħam, imluħa, ħwawar, sopop, zlazi, insalati, xorb mhux alkoħoliku u xorb alkoħoliku sa ċerti livelli.

(7)

L-applikazzjoni ntbagħtet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) biex tagħti l-opinjoni tagħha. L-applikazzjoni kienet disponibbli wkoll għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

(8)

Fl-24 ta' Awwissu 2017, l-Awtorità adottat l-“Opinjoni Xjentifika dwar l-Evalwazzjoni tal-Grupp ta' Aromatizzanti 500 (FGE.500): etere tar-rum” tagħha, dwar l-evalwazzjoni tas-sikurezza tad-distillat pirolinjuż [Nru tal-FL 21.001] meta dan jintuża bħala aromatizzant taħt il-kategorija “aromatizzanti oħra” (5). Dan il-prodott huwa taħlita kumplessa komposta minn aktar minn tmenin kostitwent individwali. L-Awtorità kkonkludiet li skont l-istrateġija ġenerali għall-valutazzjoni tar-riskju ta' sustanzi aromatizzanti, il-preżenza ta' sustanzi ġenotossiċi bħala kostitwenti tal-etere tar-rum hija ta' tħassib għas-sikurezza. Din indikat it-tħassib serju dwar is-sikurezza relatat ma' għadd ta' kostitwenti bħall-furani u d-derivattivi, u kostitwenti oħra, assoċjati mal-ġenotossiċità u mal-karċinoġeniċità, u semmiet ukoll ir-riskji ta' karċinoġeniċità involuti fil-preżenza tal-etanol.

(9)

Ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Slovakka infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-użu tad-distillat pirolinjuż [Nru tal-FL 21.001] fix-xarbiet spiritużi tradizzjonali tuzemák u tuzemský u talbu li jinżamm dan l-użu għal dawn ix-xarbiet spiritużi speċifiċi.

(10)

B'konformità mal-Premessa 7 tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 l-approvazzjoni tal-aromatizzanti jenħtieġ li tqis ukoll fatturi oħra rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata, fost l-oħrajn fatturi soċjetali u tradizzjonali. Billi l-użu ta' dan l-aromatizzant huwa attwalment meħtieġ biex jinżammu l-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi tradizzjonali tax-xarbiet spiritużi tuzemák u tuzemský fir-Repubblika Ċeka u fir-Repubblika Slovakka, huwa xieraq li din is-sustanza tiġi awtorizzata skont il-kundizzjonijiet tal-użu stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(11)

Dawk ix-xarbiet spirtużi, bħax-xarbiet spiritużi u x-xarbiet alkoħoliċi kollha b'mod ġenerali, mhumiex maħsuba biex jiġu kkunsmati mit-tfal jew minn partijiet vulnerabbli oħra tal-popolazzjoni. Minbarra r-rekwiżiti tat-tikkettar eżistenti, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrikjedu informazzjoni addizzjonali biex tiġi pprovduta rigward ir-riskji speċifiċi marbuta mal-preżenza tad-distillat pirolinjuż (Nru tal-FL 21.001] f'dawk ix-xarbiet alkoħoliċi tradizzjonali.

(12)

Ix-xarbiet spiritużi li fihom ġie miżjud id-distillat pirolinjuż [Nru tal-FL 21.001] jenħtieġ li ma jintużawx fil-manifattura ta' oġġetti tal-ikel oħra.

(13)

Meta ssir referenza għall-aromatizzant fit-tikkettar tax-xarbiet spiritużi tuzemáku tuzemský, jenħtieġ li jintuża l-isem jew in-numru tal-FL.

(14)

Flimkien mar-rekwiżiti tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, meta d-distillat pirolinjuż [Nru tal-FL 21.001] jiġi kkumerċjalizzat bħala mhux maħsub biex jinbiegħ lill-konsumatur aħħari, jenħtieġ li fl-ittikkettar jiġi indikat li dan l-aromatizzant jista' jintuża biss għall-manifattura tax-xarbiet spiritużi tuzemák u tuzemský.

(15)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mit-23 ta' April 2018.

(16)

Dan ir-Regolament jenħtieġ ikun fis-seħħ għal perjodu ta' 5 snin biex b'hekk ikunu jistgħu jiġu żviluppati alternattivi għad-distillat pirolinjuż [Nru tal-FL 21.001] għall-użu fix-xarbiet spiritużi tradizzjonali tuzemák u tuzemský.

(17)

Għaldaqstant, il-Parti E tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(18)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti E tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija emendata b'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Il-prodott distillat pirolinjuż [Nru tal-FL 21.001] huwa awtorizzat fix-xarbiet spiritużi tradizzjonali tuzemák u tuzemský soġġetti għar-restrizzjonijiet tal-użu stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-23 ta' April 2018 sad-19 ta' Settembru 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 873/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri tranżitorji li jirrigwardaw il-lista tal-Unjoni ta' ħwawar u materjali mis-sors stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 162).

(5)  EFSA Journal 2017;15(8):4897.


ANNESS

Fil-Parti E tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tiżdied l-entrata li ġejja li tikkonċerna d-distillat pirolinjuż [Nru tal-FL: 21.001]:

Nru tal-FL

Isem

Nru tal-CAS

Nru tal-JECFA

Nru tal-KtE

Purità tal-imsemmija sustanza

Restrizzjonijiet tal-użu

Nota ta' qiegħ il-paġna

Referenza

“21.001

Distillat pirolinjuż

Taħlita kumplessa ta' sustanzi, miksuba bid-distillazzjoni tal-prodotti tar-reazzjoni tal-aċidu pirolinjuż u tal-etanol. Likwidu b'riħa u togħma simili għar-rum.

Kostitwenti:

Etanol (iddeterminat permezz ta' Kromatografija b'Fażi Gassuża/Individwatur tal-Jonizzazzjoni bi Fjamma): aktar minn 40 % w/w)

Aċetat tal-etil: anqas minn 25 % w/w)

Format tal-etil: anqas minn 2 % w/w)

Etil propjonat: anqas minn 4 % w/w)

Butirat tal-etil: anqas minn 1,5 % w/w)

Aċetat tal-metil: anqas minn 3,5 % w/w)

Ekwivalenti għall-furan (furan u 2 metil furan) espressi bħala furan: anqas minn 8 mg/l

Metanol u derivattivi tal-metanol, espressi bħala ekwivalenti għall-metanol: anqas minn 2 % (w/w)

Benżopiren: anqas minn 1 μg/l

Benż(a)antraċen: anqas minn 2 μg/l

aċidi (espressi bħala aċidu aċetiku): anqas minn 1,00 g/l

Fix-xarbiet spiritużi li ġejjin biss:

tuzemák u tuzemský li jaqgħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 meta jiġu kkummerċjalizzati fl-imballaġġ finali maħsuba biss għall-konsumatur finali, 3 800 mg/l.

1.

Meta ssir referenza fl-ittikkettar għall-aromatizzant distillat pirolinjuż [Nru tal-FL: 21.001] fix-xarbiet spiritużi tuzemák u tuzemský, għandhom jintużaw l-isem jew in-numru tal-FL.

2.

It-tuzemák u t-tuzemský li fihom jiżdied id-distillat pirolinjuż [Nru tal-FL: 21.001] ma għandhomx jintużaw fil-manifattura ta' oġġetti tal-ikel oħra.

3.

Flimkien mar-rekwiżiti tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, meta dan l-aromatizzant jiġi kkumerċjalizzat bħala tali, fl-ittikkettar għandu jiġi indikat li dan l-aromatizzant jista' jintuża biss għall-manifattura tax-xarbiet spiritużi tuzemák u tuzemský.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu ttikkettar addizzjonali, li jinforma lill-konsumaturi dwar ir-riskji speċifiċi marbuta mal-preżenza tad-distillat pirolinjuż [Nru tal-FL 21.001] fix-xarbiet spiritużi tuzemák u tuzemský.

 

EFSA”


DEĊIŻJONIJIET

19.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/7


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1247

tat-18 ta' Settembru 2018

li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-16 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/392/PESK (1) li tistabbilixxi missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer sabiex tappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċità tal-atturi tas-sigurtà tan-Niġer biex jikkumbattu t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata (EUCAP Sahel Niger).

(2)

Il-Kunsill estenda l-Missjoni sal-15 ta' Lulju 2018 permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1172 (2) u pprovdielha referenza finanzjarja sal-istess data permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1253 (3). Barra minn hekk, il-Kunsill estenda l-Missjoni u l-ammont ta' referenza finanzjarja tagħha sat-30 ta' Settembru 2018 permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/997 (4).

(3)

Fit-28 ta' Ġunju 2018, il-Kunsill Ewropew adotta konklużjonijiet dwar il-migrazzjoni.

(4)

B'segwitu għall-Analiżi Strateġika tal-Missjoni, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà rrakkomanda li jiġi emendat il-mandat ta' EUCAP Sahel Niger u li din tiġi estiża b'sentejn.

(5)

L-EUCAP Sahel Niger ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(6)

Id-Deċiżjoni 2012/392/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2012/392/PESK għandha tiġi emendata kif ġej:

(a)

L-Artikoli 1, 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Missjoni

L-Unjoni tistabbilixxi missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer sabiex tappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċità tal-atturi tas-sigurtà tan-Niġer biex jikkumbattu t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata (EUCAP Sahel Niger), inkluż bil-ħsieb li tittejjeb il-kapaċità tagħhom li jikkontrollaw u jikkumbattu l-migrazzjoni irregolari u li jnaqqsu l-livell ta' kriminalità assoċjata.

Artikolu 2

Objettivi

Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u l-Iżvilupp fis-Saħel, l-EUCAP Sahel Niger għandha timmira li l-awtoritajiet tan-Niġer ikunu jistgħu jiżviluppaw l-oqfsa strateġiċi meħtieġa u li jagħmlu l-strateġiji eżistenti aktar operattivi. L-EUCAP Sahel Niger għandha timmira wkoll li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' approċċ integrat, multidixxiplinari, koerenti, sostenibbli u ċċentrat fuq id-drittijiet tal-bniedem fost id-diversi atturi tas-sigurtà tan-Niġer fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata Għandha wkoll tgħin lill-awtoritajiet ċentrali u lokali u lill-forzi tas-sigurtà tan-Niġer jiżviluppaw politiki, tekniki u proċeduri sabiex jikkontrollaw u jikkumbattu l-migrazzjoni irregolari b'mod effettiv.

Artikolu 3

Kompiti

1.   Sabiex twettaq l-objettivi stipulati fl-Artikolu 2, l-EUCAP Sahel Niger għandha:

(a)

ittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-atturi differenti fin-Niġer fil-qasam tas-sigurtà u tappoġġa l-iżvilupp ta' oqfsa strateġiċi u tagħmel l-istrateġiji eżistenti f'dak il-qasam aktar operattivi;

(b)

issaħħaħ il-kapaċità tal-forzi tas-sigurtà tan-Niġer fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata permezz ta' konsulenza, taħriġ u fejn xieraq mentoraġġ;

(c)

tassisti lill-forzi tas-sigurtà tan-Niġer fl-iżvilupp tal-proċeduri u t-tekniki biex jikkontrollaw u jikkumbattu l-migrazzjoni irregolari b'mod effettiv u jnaqqsu l-livell ta' kriminalità assoċjata billi jipprovdu konsulenza strateġika u taħriġ, inkluż fir-rigward tal-kontroll tal-fruntieri, b'appoġġ għall-objettivi tal-UE dwar il-migrazzjoni;

(d)

tiffaċilita l-koordinazzjoni reġjonali u internazzjonali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u l-migrazzjoni irregolari.

2.   L-EUCAP Sahel Niger għandha tiffoka fuq l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 li jikkontribwixxu għat titjib tal-kontroll tat-territorju tan-Niġer, inkluż f'koordinament mal-Forzi Armati tan-Niġer.

3.   Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-EUCAP Sahel Niger għandha timmira li tiżgura li l-kapaċità tan-Niġer biex jikkumbatti t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata tiġi żviluppata b'mod sostenibbli, b'mod partikolari permezz ta' titjib fil-ġestjoni tar-riżorsi umani, il-loġistika u l-politika dwar it-taħriġ f'dak il-qasam.

4.   L-EUCAP Sahel Niger ma għandha twettaq l-ebda funzjoni eżekuttiva.”.

(b)

Fl-Artikolu 13(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta' referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Sahel Niger għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2018 sat-30 ta' Settembru 2020 għandu jkun ta' EUR 63 400 000.”.

(c)

Fl-Artikolu 16, it-tieni sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

“Hija għandha tapplika sat-30 ta' Settembru 2020.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

G. BLÜMEL


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/392/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 187, 17.7.2012, p. 48).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1172 tat-18 ta' Lulju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 106).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1253 tal-11 ta' Lulju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 179, 12.7.2017, p. 15).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/997 tat-13 ta' Lulju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger (ĠU L 178, 16.7.2018, p. 7).


19.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1248

tat-18 ta' Settembru 2018

li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Ir-riżoluzzjoni tal-konflitt Iżraelo-Palestinjan hija prijorità strateġika għall-Unjoni u l-Unjoni għandha tibqa' impenjata b'mod attiv sakemm jissolva abbażi tas-soluzzjoni ta' żewġ Stati.

(2)

Jenħtieġ li jinħatar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani (PPLN) sad-29 ta' Frar 2020.

(3)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Is-Sinjura Susanna TERSTAL hija b'dan maħtura bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani (PPLN) sad-29 ta' Frar 2020. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jintemm qabel, fuq il-bażi ta' valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).

Artikolu 2

Objettivi tal-politika

1.   Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta' politika tal-Unjoni fir-rigward tal-PPLN.

2.   L-objettiv ġenerali huwa paċi komprensiva li għandha tinkiseb abbażi ta' soluzzjoni ta' żewġ Stati, bl-Iżrael u Stat Palestinjan demokratiku, kontigwu, vijabbli, paċifiku u sovran jgħixu maġenb xulxin ġewwa fruntieri siguri u rikonoxxuti, li jgawdu relazzjonijiet normali mal-ġirien tagħhom f'konformità mar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCRs) 242 (1967) u 338 (1973) rilevanti u li jfakkar Riżoluzzjonijiet oħra rilevanti, inkluża l-UNSCR 2334 (2016), il-prinċipji ta' Madrid, inkluża art għall-paċi, il-Pjan Direzzjonali, il-ftehimiet maqbula qabel mill-partijiet, l-Inizjattiva Għarbija għall-Paċi u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kwartett tal-Lvant nofsani (“il-Kwartett”) tal-1 ta' Lulju 2016. Fid-dawl tal-aspetti differenti tar-relazzjonijiet Iżraeljani-Għarab, id-dimensjoni reġjonali tikkostitwixxi element essenzjali għal paċi komprensiva.

3.   Biex jintlaħaq dan l-objettiv, il-prijoritajiet ta' politika huma l-preservazzjoni tas-soluzzjoni ta' żewġ Stati u l-varar mill-ġdid u l-appoġġ għall-proċess ta' paċi. Parametri ċari li jiddefinixxu l-bażi għan-negozjati huma elementi ewlenin għal eżitu b'suċċess u l-Unjoni stabbilixxiet il-pożizzjoni tagħha rigward tali parametri fil-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Diċembru 2009, Diċembru 2010 u Lulju 2014, li hi ser tkompli tippromwovi b'mod attiv.

4.   L-Unjoni hija impenjata li taħdem mal-partijiet u mas-sħab fil-komunità internazzjonali, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni fil-Kwartett u ssegwi b'mod attiv inizjattivi internazzjonali xierqa biex tinħoloq dinamika ġdida għan-negozjati.

Artikolu 3

Mandat

1.   Sabiex jinkisbu l-objettivi ta' politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

jipprovdi kontribut attiv u effiċjenti mill-Unjoni għal azzjonijiet u inizjattivi li jwasslu għal riżoluzzjoni finali tal-konflitt Iżraeljan-Palestinjan abbażi tas-soluzzjoni ta' żewġ Stati u f'konformità mal-parametri tal-Unjoni u l-UNSCRs rilevanti inkluża l-UNSCR 2334 (2016) u jressaq proposti għal azzjoni tal-Unjoni f'dan ir-rigward;

(b)

jiffaċilita u jżomm kuntatti mill-qrib mal-partijiet kollha tal-proċess ta' paċi, l-atturi politiċi rilevanti, pajjiżi oħra tar-reġjun, il-membri tal-Kwartett u pajjiżi rilevanti oħra, kif ukoll man-NU u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħra, bħal-Lega tal-Istati Għarab, sabiex jaħdem magħhom fit-tisħiħ tal-proċess ta' paċi;

(c)

jaħdem kif ikun meħtieġ biex jippromwovi u jikkontribwixxi għal qafas ġdid possibbli ta' negozjati f'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati ewlenin kollha u l-Istati Membri tal-Unjoni, b'mod partikolari permezz tal-avvanz tal-objettivi tad-dikjarazzjoni Konġunta adottata mill-parteċipanti tal-konferenza li nżammet f'Pariġi fil-15 ta' Jannar 2017 (1);

(d)

jappoġġa u jikkontribwixxi b'mod attiv għal negozjati ta' paċi bejn il-partijiet, anke billi jressaq proposti f'isem l-Unjoni u f'konformità mal-politika konsolidata li ilha li ġiet stabbilita fil-kuntest ta' dawk in-negozjati;

(e)

jiżgura preżenza kontinwa tal-Unjoni fil-fora internazzjonali rilevanti;

(f)

jikkontribwixxi għall-immaniġġar u l-prevenzjoni ta' kriżijiet, anke fir-rigward ta' Gaża;

(g)

jikkontribwixxi, fejn mitlub, għall-implimentazzjoni ta' ftehimiet internazzjonali milħuqa bejn il-partijiet u jinvolvi ruħu magħhom diplomatikament fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mat-termini ta' dawk il-ftehimiet;

(h)

jikkontribwixxi għal sforzi politiċi biex issir bidla fundamentali li twassal għal soluzzjoni sostenibbli għall-Istrixxa ta' Gaża li hija parti integrali ta' Stat Palestinjan futur u li għandha tiġi indirizzata fin-negozjati;

(i)

jagħti attenzjoni partikolari lil fatturi li jaffettwaw id-dimensjoni reġjonali tal-proċess ta' paċi, lill-involviment mas-sħab Għarab u lill-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Għarbija għall-Paċi;

(j)

jinvolvi ruħu b'mod kostruttiv mal-firmatarji ta' ftehimiet fil-qafas tal-proċess ta' paċi sabiex jippromwovi konformità man-normi bażiċi tad-demokrazija, inkluż ir-rispett lejn id-dritt umanitarju internazzjonali, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;

(k)

jagħmel proposti għall-interventi tal-Unjoni fil-proċess ta' paċi u dwar l-aħjar mod kif jiġu segwiti l-inizjattivi tal-Unjoni u l-isforzi tal-Unjoni relatati mal-proċess ta' paċi attwali, bħall-kontribut tal-Unjoni għar-riformi Palestinjani u inklużi l-aspetti politiċi tal-proġetti rilevanti tal-Unjoni għall-iżvilupp;

(l)

jimpenja lill-partijiet biex joqogħdu lura minn azzjonijiet unilaterali li jheddu l-vijabbiltà tas-soluzzjoni ta' żewġ Stati, notevolment f'Ġerusalemm u fiż-Żona C tax-Xatt tal-Punent Okkupat;

(m)

jirrapporta regolarment, bħala Mibgħut tal-Kwartett, dwar il-progress u l-evoluzzjoni fin-negozjati, kif ukoll dwar l-attivitajiet tal-Kwartett, u jikkontribwixxi għat-tħejjija tal-laqgħat tal-Mibgħuta tal-Kwartett abbażi tal-pożizzjonijiet tal-Unjoni u permezz ta' koordinazzjoni ma' membri oħra tal-Kwartett;

(n)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem f'kooperazzjoni mar-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem, inklużi l-Linji Gwida tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-Linji Gwida tal-Unjoni dwar it-Tfal u l-Konflitti Armati kif ukoll dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni kontrihom, u tal-politika tal-Unjoni rigward il-UNSCR 1325 (2000) dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, anke bil-monitoraġġ u r-rappurtar dwar l-iżviluppi kif ukoll bil-formulazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet f'dan ir-rigward;

(o)

jikkontribwixxi għal komprensjoni aħjar tar-rwol tal-Unjoni fost l-opinjonisti ewlenin fir-reġjun.

2.   Ir-RSUE għandu jappoġġa l-ħidma tar-RGħ, filwaqt li jżomm ħarsa ġenerali fuq l-attivitajiet kollha tal-Unjoni fir-reġjun relatati mal-PPLN.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat, filwaqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-KPS għandu jżomm kollegament privileġġjat mar-RSUE u għandu jkun il-punt ta' kuntatt primarju tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandu jaħdem f'koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti rilevanti tiegħu.

4.   Ir-RSUE ser iwettaq żjarat regolari fir-reġjun u ser jiżgura koordinazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju tar-Rappreżentant tal-Unjoni f'Ġerusalemm, id-delegazzjoni tal-Unjoni f'Tel Aviv, kif ukoll ma' delegazzjonijiet oħra rilevanti tal-Unjoni fir-reġjun.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE sad-29 ta' Frar 2020 għandu jkun ta' EUR 1 730 000.

2.   In-nefqa għandha tiġi amministrata f'konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt iffirmat bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni.

4.   Ir-RSUE għandu jagħti rendikont ta' kull infiq lill-Kummissjoni sakemm tingħata l-approvazzjoni mill-Kummissjoni tar-rapport finali li jifformalizza l-għeluq finanzjarju tal-mandat.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni ta' tim

1.   Fil-limiti tal-mandat tar-RSUE u l-mezzi finanzjarji korrispondenti li jitpoġġew għad-dispożizzjoni, ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-formazzjoni ta' tim. It-tim għandu jinkludi t-tagħrif espert dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' politika kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tat-tim.

2.   L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jipproponu l-issekondar ta' persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta' tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-awtorità li tibagħtu. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu wkoll jiġu assenjati sabiex jaħdmu mar-RSUE. Il-persunal internazzjonali b'kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa' taħt l-awtorità amministrattiva tal-awtorità li tibagħtu u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

4.   Il-persunal tar-RSUE għandu jitqiegħed fl-istess post tad-dipartiment rilevanti tas-SEAE, mad-delegazzjoni tal-Unjoni f'Tel Aviv u mal-Uffiċċju tar-Rappreżentant tal-Unjoni f'Ġerusalemm sabiex ikunu żgurati l-koerenza u l-konsistenza tal-attivitajiet rispettivi tagħhom.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u tal-persunal tar-RSUE

Il-privileġġi, immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għall-ikkompletar u l-funzjonament bla xkiel tal-missjoni tar-RSUE u tal-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jinftiehmu mal-pajjiżi ospitanti, kif xieraq. L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jagħtu l-appoġġ meħtieġ kollu għal dan l-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tat-tim tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta' sigurtà stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (2).

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni, is-SEAE u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE jingħata aċċess għal kull informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun u/jew l-Istati Membri għandhom, skont il-każ, jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

F'konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta' persunal skjerat barra l-Unjoni f'kapaċità operattiva taħt it-Titlu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f'konformità mal-mandat tar-RSUE u abbażi tas-sitwazzjoni tas-sigurtà fiż-żona ta' responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b'mod partikolari billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta' sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta' sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi, li jirregola l-ġestjoni taċ-ċaqliq mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona ta' responsabbiltà, kif ukoll il-ġestjoni ta' inċidenti ta' sigurtà inkluż pjan ta' kontinġenza u pjan ta' evakwazzjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra mill-Unjoni jkun kopert b'assigurazzjoni ta' riskju għoli, kif ikunu jeħtieġu l-kundizzjonijiet fiż-żona ta' responsabbiltà;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tat-tim tar-RSUE li jiġu skjerati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew it-taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu, jew kif jaslu, fiż-żona ta' responsabbiltà, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati lil dik iż-żona mis-SEAE;

(d)

jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet miftehmin kollha li jsiru wara valutazzjonijiet regolari ta' sigurtà u jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta' sigurtà fil-qafas tar-rapport ta' progress u r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rapporti

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment rapporti bil-fomm u bil-miktub lir-RGħ u lill-KPS. Ir-RSUE għandu jipprovdi rapport ukoll lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill, kif neċessarju. Għandhom jiġu ċċirkolati rapporti regolari permezz tan-netwerk COREU. Ir-RSUE jista' jipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin. F'konformità mal-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista' jkun involut fl-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effikaċja tal-azzjoni tal-Unjoni u għandha tgħin sabiex ikun żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri jiġu utilizzati konsistentement sabiex jinkisbu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni. Għandu jintalab kuntatt mal-Istati Membri fejn xieraq. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma' dawk tas-servizzi tal-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jipprovdi sessjonijiet ta' informazzjoni regolari lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni u lill-missjonijiet tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-Uffiċċju tar-Rappreżentant tal-Unjoni f'Ġerusalemm u d-delegazzjoni tal-Unjoni f'Tel Aviv.

2.   Fuq il-post, għandu jinżamm kuntatt mill-qrib mal-Kapijiet tal-Missjonijiet tal-Istati Membri, mal-Kapijiet ta' delegazzjonijiet tal-Unjoni u mal-kapijiet tal-Missjonijiet tal-PSDK ikkonċernati. Huma għandhom jagħmlu kull sforz biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE, f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Kap tad-delegazzjoni tal-Unjoni f'Tel Aviv u l-Uffiċċju tar-Rappreżentant tal-Unjoni f'Ġerusalemm, għandu jipprovdi lill-Kapijiet tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) u tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EUBAM Rafah) bi gwida politika lokali. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kuntatt ma' atturi internazzjonali u reġjonali oħrajn fil-kamp.

Artikolu 13

Assistenza rigward pretensjonijiet

Ir-RSUE u l-persunal tar-RSUE għandhom jassistu fl-għoti ta' elementi sabiex tingħata risposta għal kwalunkwe pretensjoni u kwalunkwe obbligu li jkunu jirriżultaw mill-mandati tar-RSUE preċedenti għall-PPLN, u għandhom jipprovdu assistenza amministrattiva u aċċess għall-fajls rilevanti għal dawn l-għanijiet.

Artikolu 14

Rieżami

L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħrajn mill-Unjoni għar-reġjun għandhom jinżammu taħt rieżami regolari. Ir-RSUE għandha tippreżenta rapport ta' progress lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni sal-31 ta' Jannar 2019 u rapport komprensiv dwar l-implementazzjoni tal-mandat sat-30 ta' Novembru 2019.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

G. BLÜMEL


(1)  Stat Membru wieħed (ir-Renju Unit) attenda biss bħala osservatur u ma ffirmax id-Dikjarazzjoni Konġunta adottata waqt il-konferenza.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).


19.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1249

tat-18 ta' Settembru 2018

dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b'appoġġ għall-Mekkaniżmu ta' Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-14 ta' April 2015, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni (UNSCR) 2216 (2015), li imponiet embargo fuq il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u materjal relatat ta' kull tip lil Ali Abdullah Saleh, ex-President tal-Jemen, u ċerti persuni oħra, kif ukoll persuni u entitajiet oħra li għandhom jiġu deżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà.

(2)

Skont talba mill-Gvern tal-Jemen tas-6 ta' Awwissu 2015, u f'konformità mal-UNSCR 2216 (2015), is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, permezz ta' ittra lill-Gvern tal-Jemen bid-data tal-11 ta' Awwissu 2015, qabel li jistitwixxi mekkaniżmu ta' verifika u spezzjoni (“UNVIM”) tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) bl-għan li jiġi ffaċilitat il-fluss bla xkiel ta' oġġetti kummerċjali lejn il-Jemen u biex tingħata spinta lill-ekonomija tal-pajjiż.

(3)

Fil-5 ta' Mejju 2016, il-UNVIM sar operazzjonali. L-Uffiċċju tas-Servizzi tal-Proġetti tan-Nazzjonijiet Uniti (UNOPS) joperazzjonalizza u jiġġestixxi l-UNVIM f'isem l-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (UN OCHA), il-Gvern tal-Jemen, u l-Istati Membri kkonċernati tan-NU.

(4)

Fit-3 ta' April 2017, il-Kunsill saħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat l-ipproċessar effettiv u f'waqtu tat-trasport marittimu kummerċjali lejn il-Jemen u esprima l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-kontinwazzjoni tal-UNVIM u l-implimentazzjoni sħiħa u bla xkiel tal-mandat tiegħu. Il-Kunsill appella wkoll għall-implimentazzjoni sħiħa tal-embargo mmirat fuq l-armi impost mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, u, f'dan ir-rigward, tenna l-applikazzjoni stretta tar-regoli stipulati fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (1).

(5)

Fis-27 ta' Diċembru 2017, il-UNVIM għamel proposta bil-għan li jissaħħu u jitwessgħu l-attivitajiet tiegħu għal perijodu ulterjuri ta' sena sa Marzu 2019, b'mod partikolari billi jiġi aċċellerat aktar il-proċess ta' awtorizzazzjoni tal-vjeġġi kummerċjali, u billi tiżdied il-kapaċità tiegħu li jiskjera persunal u riżorsi addizzjonali fil-portijiet ikkonċernati. Dan it-tisħiħ jeħtieġ appoġġ biex jiżdied il-persunal tal-UNVIM u jinkiseb tagħmir ta' spezzjoni addizzjonali. Jenħtieġ li l-Unjoni tikkontribwixxi finanzjarjament għal tali appoġġ.

(6)

Fil-25 ta' Ġunju 2018, il-Kunsill saħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat l-ipproċessar effettiv u f'waqtu tat-trasport marittimu kummerċjali fil-portijiet ikkonċernati, inkluż il-fjuwil, u esprima l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-kontinwazzjoni tal-UNVIM u l-implimentazzjoni sħiħa u bla xkiel tal-mandat tiegħu, u ddeċieda li jikkunsidra t-tisħiħ tal-UNVIM.

(7)

Jenħtieġ li l-implimentazzjoni teknika ta' din id-Deċiżjoni tiġi fdata lill-UNOPS. Il-kontribut tal-Unjoni għall-UNVIM ser ikun strumentali biex il-UNVIM ikun jista' jkompli jwettaq il-kompiti tiegħu ta' servizzi ta' monitoraġġ u spezzjoni li jiżguraw li l-merkanziji kummerċjali li jidħlu fl-ilmijiet territorjali tal-Jemen ikunu konformi mal-UNSCR 2216 (2015). Jenħtieġ li, jekk il-mandat jew il-ħtiġijiet tal-UNVIM jinbidlu b'mod li jinħolqu dubji dwar l-adegwatezza jew ir-rilevanza tal-proġett biex jikseb l-objettivi tiegħu, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tiġi vvalutata mill-ġdid kif xieraq.

(8)

Jenħtieġ li s-superviżjoni tal-implimentazzjoni korretta tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tkun fdata lill-Kummissjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Unjoni għandha tappoġġa lill-UNVIM bl-objettiv ġenerali li tikkontribwixxi biex jiġi ristabbilit il-fluss liberu bla xkiel ta' oġġetti kummerċjali lejn il-Jemen billi jkun ipprovdut proċess ta' awtorizzazzjoni trasparenti u effettiv għall-vjeġġi kummerċjali destinati għall-portijiet Jemeniti li mhumiex taħt il-kontroll tal-Gvern tal-Jemen.

2.   L-objettivi speċifiċi ta' dan il-proġett huma kif ġej:

iż-żieda tal-fluss ta' merkanzija kummerċjali lejn il-Jemen billi jiġi aċċellerat aktar il-proċess ta' awtorizzazzjoni tal-vjeġġi kummerċjali u tiġi ristabbilita l-fiduċja tal-kumpanniji ta' trasport marittimu fir-rigward tal-aċċessibbiltà tal-port ta' Hodeydah u Saleef;

iż-żieda tal-kapaċità tal-UNVIM li jiskjera persunal u riżorsi addizzjonali f'Djibouti, fil-Port King Abdullah (ir-Renju tal-Arabja Sawdija), fil-portijiet ta' Salalah u Sohar (l-Oman) u ta' Dubai (l-Emirati Għarab Magħquda) kif ukoll tal-kapaċità ta' rispons tiegħu f'każ li l-UNVIM jingħata responsabbiltajiet addizzjonali fil-port ta' Hodeydah matul id-durata tal-proġett.

3.   L-Unjoni għandha tikkontribwixxi permezz ta' din id-Deċiżjoni għall-ispejjeż assoċjati mat-tisħiħ tal-UNVIM u b'hekk tgħin ukoll biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni tal-Jemen bħala parti minn strateġija umanitarja usa'.

Deskrizzjoni dettaljata tal-attivitajiet tal-proġett tinsab fl-Anness.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ) għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1 għandha tkun fdata lill-UNOPS. Dan għandu jwettaq dan il-kompitu taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. Għal dan il-fini, ir-RGħ għandha tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa mal-UNOPS.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta' EUR 4 915 504,24.

2.   L-ammont maħsub biex ikopri l-perijodu ta' sitt xhur wara l-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament imsemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandu jkun ta' EUR 2 748 472,96. L-ammont ta' EUR 2 167 031,28 li jifdal għandu jintuża jekk il-Kunsill jiddeċiedi li jsir hekk, wara r-rieżami msemmi fl-Artikolu 5(2).

3.   L-infiq iffinanzjat mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jiġi ġestit f'konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit tal-Unjoni.

4.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-ġestjoni korretta tal-infiq imsemmi fil-paragrafu 1. Għal dan il-fini, hija għandha tikkonkludi ftehim ta' finanzjament mal-UNOPS. Il-ftehim ta' finanzjament għandu jistipula li l-UNOPS għandu jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni.

5.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta' finanzjament imsemmi fil-paragrafu 4 malajr kemm jista' jkun wara t-18 ta' Settembru 2018. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f'dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament.

Artikolu 4

1.   Ir-RGħ għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni abbażi ta' rapporti regolari mħejjija mill-UNVIM, inkluż dwar il-laqgħat ta' kull xahar tal-Kumitat ta' Tmexxija tal-UNVIM. Dawk ir-rapporti għandhom ikunu l-bażi għall-evalwazzjoni mill-Kunsill.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Kunsill informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1.

Artikolu 5

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

2.   Il-Kunsill għandu jirrieżamina din id-Deċiżjoni ħames xhur wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(4).

3.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 12-il xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament bejn il-Kummissjoni u l-UNOPS imsemmi fl-Artikolu 3(4). Madankollu, hija għandha tiskadi sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħha jekk sa dakinhar ma jkun ġie konkluż l-ebda ftehim ta' finanzjament.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

G. BLÜMEL


(1)  Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).


ANNESS

1.   Sfond

(a)

Il-konflitt attwali fil-Jemen irriżulta fi kriżi umanitarja mifruxa, u ħalla bejn wieħed u ieħor 75 % tal-popolazzjoni (22,2 miljun persuna) fil-bżonn ta' għajnuna. L-ostakli fl-importazzjonijiet kummerċjali għall-Jemen wasslu għal nuqqas serju ta' oġġetti bażiċi, żieda qawwija fil-prezzijiet tal-oġġetti disponibbli, żieda fis-suq illeċitu u fin-netwerks ta' kuntrabandu.

Sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni umanitarja mwiegħra fil-Jemen, huwa essenzjali li l-flussi regolari ta' merkanzija kummerċjali fil-pajjiż jitkomplew. Ir-Riżoluzzjoni 2216 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tagħti mandat lill-Istati Membri tan-NU biex jieħdu l-miżuri neċessarji biex jimpedixxu l-forniment, bejgħ jew trasferiment, dirett jew indirett, minn jew permezz ta', it-territorji tagħhom jew miċ-ċittadini tagħhom, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru bil-bandiera tagħhom, ta' kull tip ta' armamenti u materjal relatat, inklużi armi u munizzjoni, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u spare parts għal dawn imsemmijin hawn fuq, lil ċerti individwi u entitajiet li jiġu ddeżinjati mill-Kumitat stabbilit skont dik ir-riżoluzzjoni. Sabiex jiġi ffaċilitat il-fluss bla xkiel ta' oġġetti kummerċjali lejn il-Jemen, in-NU ntalbet mill-Gvern tal-Jemen biex tipprovdi servizz ta' monitoraġġ u spezzjoni li jiżgura li l-merkanzija kummerċjali li tidħol fl-ilmijiet territorjali tal-Jemen tkun konformi mal-UNSCR 2216 (2015).

F'Diċembru 2015, l-Uffiċċju tas-Servizzi tal-Proġetti tan-Nazzjonijiet Uniti (UNOPS) intalab joperazzjonalizza u jiġġestixxi mekkaniżmu biex jissorvelja s-servizzi ta' monitoraġġ u spezzjoni f'isem l-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (UN OCHA), il-Gvern tal-Jemen, u l-Istati Membri kkonċernati tan-NU sabiex jiġi ffaċilitat il-fluss bla xkiel ta' oġġetti kummerċjali għaż-żoni tal-Jemen li mhumiex taħt il-kontroll tal-Gvern tal-Jemen. Il-UNVIM sar operazzjonali fil-5 ta' Mejju 2016.

Wara r-restrizzjonijiet ta' Novembru 2017 imposti mill-Koalizzjoni fuq it-trasport marittimu lejn it-tramuntana tal-Jemen, il-UNVIM kellu diskussjonijiet ma' donaturi u sħab esterni, kif ukoll mal-Koalizzjoni. Il-proposta għall-estensjoni tal-UNVIM minn April 2018 sa Marzu 2019 irriflettiet il-kontenut ta' dawn id-diskussjonijiet dwar it-tisħiħ tal-kapaċità tiegħu, biex jittaffa' t-tħassib dwar il-kuntrabandu ta' armi abbord bastimenti kummerċjali u jitnaqqas id-dewmien għat-trasport marittimu kummerċjali.

Attwalment il-UNVIM jopera f'Djibouti b'4 Superviżuri, 4 Spetturi, 4 Timijiet tal-EDD, 13-il membru ta' persunal tal-Maniġment/Tekniku u sa 7 membri ta' persunal issekondati mir-Renju Unit kif ukoll f'Jeddah (ir-Renju tal-Arabja Sawdija) b'2 Superviżuri. Għaddejjin diskussjonijiet biex l-attivitajiet ta' monitoraġġ tal-UNVIM jiġu estiżi fil-Port King Abdullah (ir-Renju tal-Arabja Sawdija), fil-port ta' Salalah u Sohar (l-Oman) u fil-port ta' Dubai (l-Emirati Għarab Magħquda ).

(b)

L-UE saħqet b'mod konsistenti fuq l-importanza tal-ipproċessar effettiv u f'waqtu tat-trasport marittimu kummerċjali u appoġġat il-kontinwazzjoni tal-UNVIM u l-implimentazzjoni bla xkiel tal-mandat tiegħu. Kwalunkwe tip ta' appoġġ tal-UE għall-kontinwazzjoni tal-UNVIM għaldaqstant għandu jitqies fil-perspettiva tat-titjib tal-effiċjenza tal-mekkaniżmu sabiex tiżdied il-kapaċità ta' operaturi u Stati biex iwasslu oġġetti kummerċjali lill-popolazzjoni Jemenita. Kif rikonoxxut fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta' April 2017, jenħtieġ l-appoġġ sħiħ tal-Koalizzjoni u tal-Gvern tal-Jemen sabiex il-UNVIM jaħdem b'mod effettiv u b'kapaċità sħiħa. Barra minn hekk, kwalunkwe attività tal-UE għandha titqies fil-qafas tal-impenn usa' tal-UE lejn soluzzjoni politika għall-konflitt, b'appoġġ sħiħ għall-isforzi tal-Mibgħut Speċjali tan-NU.

2.   Proċess ta' Spezzjoni u Verifika tal-UNVIM

Bħalissa, il-UNVIM japplika għall-bastimenti kollha 'l fuq minn 100 MT destinati għall-portijiet Jemeniti li mhumiex taħt il-kontroll tal-Gvern tal-Jemen u għal (1) il-bastimenti kollha li jġorru oġġetti kummerċjali li nxtraw minn entitajiet kummerċjali jew tal-gvern ibbażati fil-Jemen bl-intenzjoni li jinbiegħu fil-Jemen, (2) assistenza bilaterali minn Stati Membri tan-NU li mhijiex qed tingħata permezz ta' UNAFP jew organizzazzjoni umanitarja internazzjonali rikonoxxuta.

Il-proċess ta' verifika jibda meta kumpannija ta' trasport marittimu tippreżenta talba ta' awtorizzazzjoni online fuq www.vimye.org, ittella' d-dokumenti meħtieġa u tippreżenta lill-UNVIM id-dokumenti kollha mitluba. Fi żmien 48 siegħa, il-UNVIM jeżamina d-dokumenti, u jibgħat notifika lis-sħab esterni bħaċ-Ċellula għall-Evakwazzjoni u l-Operazzjonijiet Umanitarji tal-Forzi ta' Koalizzjoni (EHOC). Il-UNVIM imbagħad jiddeċiedi jekk jispezzjonax il-bastiment jew le abbażi tal-proċess tiegħu stess li jinkludi diskrepanzi fid-dokumenti li rċieva, waqfiet f'portijiet mhux iddikjarati, moviment suspettuż tal-bastiment, it-tifi tas-Sistema ta' Identifikazzjoni Awtomatika (AIS) għal aktar minn erba' sigħat, u l-feedback li jirċievi minn sħab esterni. L-ispezzjonijiet tal-bastiment jitwettqu fil-port fl-ilmijiet territorjali jew fuq il-baħar fl-ilmijiet internazzjonali.

Konsegwentement, jew jingħata ċertifikat tal-awtorizzazzjoni jew dan jiġi rrifjutat (ikkanċellat, irrifjutat jew imħassar). Fil-każ ta' bastimenti li jingħataw l-awtorizzazzjoni, il-UNVIM jibqa' jagħmel monitoraġġ tal-movimenti tagħhom permezz tal-AIS, inkluż it-transitu għaż-żona ta' stennija tal-Koalizzjoni; miż-żona ta' stennija għaż-żona tal-ankraġġ; mill-ankraġġ lejn l-irmiġġ għall-ħatt. L-insegwiment tal-UNVIM jispiċċa ladarba l-bastimenti li jkunu ngħataw l-approvazzjoni jitilqu mill-portijiet tal-Baħar l-Aħmar tal-Jemen wara li jkunu ħattew il-merkanzija tagħhom u telqu mill-port. Matul il-proċess kollu, il-UNVIM iżomm kuntatt mill-qrib mal-kumpanniji ta' trasport marittimu u mal-Kmandant tal-bastimenti (il-Kaptan) u jaqdi rwol kritiku meta jindirizza kwalunkwe kwistjoni li l-bastimenti jistgħu jiltaqgħu magħha fuq il-baħar, inkluża medjazzjoni mal-EHOC u mal-Koalizzjoni. Il-faċilitazzjoni mill-UNVIM tal-proċess kollu tal-awtorizzazzjoni u l-komunikazzjoni konsistenti mal-kumpanniji ta' trasport marittimu huma kruċjali biex tinżamm il-fiduċja tal-linji ta' trasport marittimu internazzjonali, u għaldaqstant biex jiġi żgurat li l-importazzjonijiet kummerċjali lejn il-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni Jemenita jibqgħu jsiru minkejja l-konflitt li għaddej.

Il-UNVIM fittex ukoll li jserraħ ras il-komunità ta' trasport marittimu internazzjonali permezz ta' laqgħat kull tliet xhur mar-rappreżentanti tagħhom biex jiżguraw li d-diffikultajiet u l-isfidi tagħhom jinftiehmu u jiġu indirizzati sew.

3.   Objettivi Ġenerali

Sabiex jiġi żgurat li l-UNVIM ikun jista' jimplimenta l-mandat tiegħu bla xkiel, l-objettiv ġenerali tal-Azzjoni huwa li tikkontribwixxi biex jiġi ristabbilit il-fluss liberu bla xkiel ta' oġġetti kummerċjali lejn il-Jemen billi jkun ipprovdut proċess ta' awtorizzazzjoni trasparenti u effettiv għal vjeġġi kummerċjali destinati għall-portijiet Jemeniti li mhumiex taħt il-kontroll tal-Gvern tal-Jemen.

L-objettivi speċifiċi huma dawn li ġejjin:

Jiżdied il-fluss ta' merkanzija kummerċjali lejn il-Jemen billi jiġi aċċellerat aktar il-proċess ta' awtorizzazzjoni ta' vjeġġi kummerċjali u billi tiġi ristabbilita l-fiduċja tal-kumpanniji ta' trasport marittimu fir-rigward tal-aċċessibbiltà tal-port ta' Hodeydah u Saleef minkejja l-konflitt attwali;

Tiżdied il-kapaċità tal-UNVIM li jibgħat persunal u riżorsi addizzjonali f'Djibouti, fil-Port King Abdullah (ir-Renju tal-Arabja Sawdija), fil-portijiet ta' Salalah u Sohar (l-Oman) u ta' Dubai (l-Emirati Għarab Magħquda) kif ukoll il-marġini ta' rispons tiegħu f'każ li l-UNVIM jingħata responsabbiltajiet addizzjonali fil-port ta' Hodeydah matul id-durata tal-proġett.

Jekk il-mandat jew il-ħtiġijiet tal-UNVIM jinbidlu b'mod li jinħolqu dubji dwar l-adegwatezza jew ir-rilevanza tal-proġett biex jinkisbu l-objettivi msemmijin hawn fuq, il-kontribuzzjoni tal-UE għandha tiġi vvalutata mill-ġdid kif xieraq.

4.   Deskrizzjoni tal-attivitajiet

Il-UNOPS ser ikollu r-responsabbiltà għall-implimentazzjoni teknika tal-proġett.

Attività 1: Jiżdied in-numru ta' Superviżuri tal-UNVIM. Sa ħames (05) superviżuri addizzjonali u sa żewġ (02) spetturi addizzjonali tal-merkanzija ser jiġu reklutati għall-Djibouti, il-Port King Abdullah u l-Jeddah (ir-Renju tal-Arabja Sawdija), il-portijiet ta' Salalah u Sohar (l-Oman) u ta' Dubai (l-Emirati Għarab Magħquda) jew għal kwalunkwe post ieħor, inkluż, b'mod tentattiv, Hodeydah. Din iż-żieda fil-kapaċità tippermetti lill-UNVIM jadatta ruħu malajr għal kwalunkwe żvilupp u jżid il-medda operazzjonali tal-UNVIM biex iwettaq spezzjonijiet tal-bastimenti filwaqt li tiġi żgurata l-kontinwità operazzjonali tal-UNVIM. Il-UNVIM ser jirrekluta wkoll uffiċjal wieħed addizzjonali bbażat f'Djibouti li, fost l-oħrajn, ser jikkollega mal-UE u b'mod partikolari mad-Delegazzjonijiet tal-UE fir-reġjun tal-Baħar l-Aħmar.

L-attivitajiet ippjanati huma dawn li ġejjin:

Il-UNOPS ser jirrekluta s-superviżuri, l-ispetturi u l-uffiċjal il-ġodda f'konformità mar-regoli u l-proċeduri ta' reklutaġġ tal-UNOPS;

Il-UNOPS ser jinforma lis-SEAE minn qabel dwar kwalunkwe ftuħ ta' pożizzjoni.

Kronoloġija: tul id-durata kollha tal-proġett.

Attività 2: Il-kiri ta' parti mill-port ta' Djibouti. F'konformità mal-Ftehim ta' Kooperazzjoni fi Proġetti ffirmat mal-awtoritajiet ta' Djibouti fl-1 ta' Mejju 2018, il-UNVIM jikri mollijiet u rmiġġi fil-port ta' Djibouti biex jiżgura post kostanti għat-twettiq ta' spezzjonijiet. Faċilità ġdida fil-port bħalissa qed tiġi rinnovata biex tiffaċilita l-ħidma tas-superviżuri, l-ispetturi u l-EDDs. Dan ser jikkontribwixxi wkoll biex jiġi aċċellerat il-proċess ta' spezzjoni.

Kronoloġija: tul id-durata kollha tal-proġett

Attività 3: Żieda fin-numru ta' klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi (EDD) minn erbgħa għal sitta f'Djibouti: il-UNVIM ser iżid in-numru ta' EDDs u l-ġesturi tal-klieb minn erbgħa għal sitta. Peress li l-EDDs għandhom bżonn il-mistrieħ matul l-ispezzjonijiet u minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi f'Djibouti, iż-żieda fin-numru ta' spezzjonijiet toħloq il-ħtieġa ta' kapaċità addizzjonali biex jiġu żgurati t-trattament xieraq tal-EDDs u l-kontinwità operazzjonali.

Attivitajiet ippjanati:

Skont il-proċeduri ta' akkwist tan-NU, il-UNOPS ser iniedi sejħa ġdida għall-offerti għall-EDDs u l-ġesturi tagħhom għall-għoti ta' kuntratt jew inkella jemenda l-kuntratt eżistenti mal-fornitur attwali tas-servizzi tal-UNVIM (TDI - L-Inizjattiva għall-Iżvilupp);

L-EDDs il-ġodda ser jiġu integrati fit-tim eżistenti ta' 4 EDDs u ġesturi tal-klieb.

Kronoloġija: tul id-durata kollha tal-proġett.

Attività 4: Ix-xiri ta' tagħmir addizzjonali ta' spezzjoni: biex it-tim tal-UNVIM f'Djibouti jiġi megħjun fl-iskennjar tal-kontenituri u l-merkanzija, il-UNVIM ser jixtri żewġ (02) skanners mobbli. Dan it-tagħmir addizzjonali ser jiffaċilita l-ispezzjoni f'waqtha tal-bastimenti fil-port ta' Djibouti u fl-ilmijiet internazzjonali.

L-attivitajiet ippjanati huma dawn li ġejjin:

L-iżvilupp ta' speċifikazzjonijiet tekniċi li għaddej bħalissa;

Skont il-proċeduri ta' akkwist tal-UNOPS, tnedija ta' sejħa internazzjonali għall-offerti għall-provvisti u l-għoti ta' kuntratt;

Kunsinna tat-tagħmir u t-taħriġ tal-persunal rilevanti.

Kronoloġija: Tul l-ewwel erba' xhur (1-4) tal-proġett.

Fi tmiem il-proġett, id-disponiment tal-assi ser isir skont il-kuntratt iffirmat mal-Kummissjoni Ewropea.

Attività 5: Implimentazzjoni tal-Proġett

Il-UNOPS ser jipprovdi sorveljanza tal-ġestjoni tal-programm; din ser tinkludi l-iżvilupp ta' stadji importanti, rieżamijiet interni, sorveljanza tal-ftehimiet kuntrattwali, u ġestjoni finanzjarja. L-attivitajiet antiċipati jinkludu:

L-akkwist ta' servizzi esterni jew Ftehim dwar Servizzi Speċjali għal assistenza teknika għall-implimentazzjoni tal-proġett;

Ġestjoni finanzjarja u kuntrattwali tas-servizzi li l-UNOPS jissottokuntratta lil partijiet terzi.

Kronoloġija: tul id-durata kollha tal-proġett.

5.   Riżultati mistennija

Bl-intensifikazzjoni tal-attivitajiet operazzjonali tal-UNVIM, ir-riżultati mistennija tal-proġett huma kif ġej:

Impediment tal-fluss ta' oġġetti projbiti milli jidħlu fil-portijiet tal-Baħar l-Aħmar tal-Jemen;

Faċilitazzjoni tal-fluss liberu ta' oġġetti kummerċjali lejn il-portijiet tal-Baħar l-Aħmar tal-Jemen;

Tinbena fiduċja fost il-komunità ta' trasport marittimu internazzjonali billi jiġi pproġettat proċess trasparenti u effiċjenti għad-dħul ta' oġġetti kummerċjali lejn il-portijiet tal-Baħar l-Aħmar tal-Jemen, minkejja l-konflitt li għaddej;

Appoġġ għall-Gvern tal-Jemen biex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni tiegħu fir-rigward ta' komoditajiet bażiċi li mhumiex qed jiġu kompletament issodisfati mill-għajnuna umanitarja u s-sorsi lokali.

6.   Durata stmata

Id-durata tal-proġett hija prevista għal 12-il xahar f'żewġ termini ta' 6 xhur (6 + 6). L-ewwel terminu għandu jkompli sa Marzu 2019, it-tieni terminu għandu jibda minn April 2019. Peress li l-arranġamenti ta' finanzjament tal-UNVIM attwali mad-donaturi japplikaw biss sa Marzu 2019, id-Deċiżjoni tal-Kunsill tipprevedi arranġament speċifiku fir-rigward tal-perijodu wara Marzu 2019.

Dan l-arranġament jikkonsisti minn klawsola ta' rieżami li tistipula li l-kontribuzzjoni tal-UE għandha tiġi vvalutata mill-ġdid, fid-dawl ta' opinjoni pożittiva mill-Istati Membri dwar l-estensjoni bla waqfien tal-kontribuzzjoni tal-UE għal sitt xhur oħra.

Għaldaqstant, il-ftehim ta' Delega bejn il-Kummissjoni u l-UNOPS ser jiġi ffirmat għal terminu inizjali ta' sitt xhur biss, li jista' jiġi estiż għal terminu ta' sitt xhur oħra ladarba tingħata opinjoni pożittiva mill-Istati Membri.

7.   Viżibbiltà tal-Unjoni

Billi l-UNOPS ser ikun responsabbli għall-implimentazzjoni teknika tal-proġett, huwa jiżgura viżibbiltà xierqa tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, pereżempju f'rapporti, avvenimenti jew laqgħat. Il-bandiera tal-UE ser tidher fuq id-dokumentazzjoni kollha tal-UNVIM.

Il-UNVIM/UNOPS ser juru viżibbiltà xierqa fuq it-tagħmir kollu mixtri bil-fondi tal-UE li mhuwiex għall-konsum, inkluż il-wiri tal-logo tal-UE. Fejn tali wiri jista' jipperikola l-privileġġi u l-immunitajiet tal-UNOPS jew is-sikurezza tal-persunal jew tal-benefiċjarji aħħarija tiegħu, ser isiru arranġamenti alternattivi adatti.

8.   Parteċipazzjoni tal-UE fil-Kumitat ta' Tmexxija tal-UNVIM

Il-Kumitat ta' Tmexxija tal-UNVIM huwa magħmul mir-Renju tal-Arabja Sawdija (EHOC u l-Ministeru għad-Difiża), l-Emirati Għarab Magħquda, il-Gvern tal-Jemen (uffiċjal ta' kollegament tal-UNVIM ibbażat f'Djibouti u rappreżentant tal-Ministeru għat-Trasport), l-UNOPS u l-OCHA. Fir-rigward tal-Istati Uniti, in-Netherlands u r-Renju Unit li jattendu din il-laqgħa bi “status ta' osservatur” fil-kapaċità tagħhom bħala donaturi għall-UNVIM, l-UE ser tipparteċipa fil-laqgħat ta' kull xahar tal-Kumitat ta' Tmexxija tal-UNVIM.

9.   Rapportar

Il-UNVIM/UNOPS ser jipprovdu rapport ta' kull xahar lis-SEAE għar-rieżami tal-progress lejn it-twettiq tar-riżultati tal-proġett. Dawn ir-rapporti ser ikunu kondiviżi mal-korp rilevanti tal-Kunsill.

Is-SEAE ser jirrapporta lill-korp rilevanti tal-Kunsill dwar il-laqgħat ta' kull xahar tal-Kumitat ta' Tmexxija tal-UNVIM.

Il-UNVIM/UNOPS ser jirrapportaw direttament lill-korp rilevanti tal-Kunsill kull tliet xhur fi Brussell.

Il-UNVIM/UNOPS ser jippreżentaw rapport narrattiv u finanzjarju finali fi żmien sitt xhur minn tmiem il-perijodu tal-implimentazzjoni.


19.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/21


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1250

tat-18 ta' Settembru 2018

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2015 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(2)

Fil-11 ta' Settembru 2018 il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1970 (2011) tal-KSNU żied persuna mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi I u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma emendati kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

G. BLÜMEL


(1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.


ANNESS

Il-persuna li ġejja tiżdied mal-lista fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333

“27.

Isem: 1: Ibrahim 2: Saeed 3: Salim 4: Jadhran

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej ta' milizzji armati Data tat-twelid: 1982 Post tat-twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: Libja Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fil-: 11 ta' Settembru 2018. Tagħrif ieħor: isem l-omm Salma Abdula Younis. Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: www.interpol.int/en/notice/search/un/xxxx.

Elenkat skont il-paragrafi 11 (b), 11 (c) u 11 (d) tar-Riżoluzzjoni 2213 (2015); paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017).

Informazzjoni addizzjonali:

L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tal-Libja ħareġ mandat ta' arrest kontra l-persuna kkonċernata fejn ġie akkużat li wettaq għadd ta' reati.

Il-persuna kkonċernata wettqet azzjonijiet u attakki bl-armi kontra installazzjonijiet taż-żejt li jinsabu fir-reġjun tan-nofs qamar taż-żejt li kkawżaw il-qerda tiegħu, bl-aħħar wieħed fl-14 ta' Ġunju 2018.

L-attakki fuq ir-reġjun tan-nofs qamar taż-żejt wasslu għal ħafna vittmi fost l-abitanti tar-reġjun u pperikolaw il-ħajja tal-persuni ċivili.

L-attakki b'mod intermittenti waqqfu l-esportazzjonijiet taż-żejt Libjan mill-2013 sal-2018, li wassal għal telf sinifikanti għall-ekonomija Libjana.

Il-persuna kkonċernata pprovat tesporta ż-żejt b'mod illegali.

Il-persuna kkonċernata tirrekluta ġellieda barranin għall-attakki ripetuti tiegħu kontra r-reġjun “tan-nofs qamar taż-żejt”.

Il-persuna kkonċernata, permezz tal-azzjonijiet tiegħu, qed jaħdem kontra l-istabbiltà tal-Libja, u jikkostitwixxi ostakolu għall-partijiet Libjani biex tissolva l-kriżi politika u jiġi implimentat il-Pjan ta' Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.”

Il-persuna li ġejja tiżdied mal-lista fl-Anness III tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333

“27.

Isem: 1: Ibrahim 2: Saeed 3: Salim 4: Jadhran

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej ta' milizzji armati Data tat-twelid: 1982 Post tat-twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: Il-Libja Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fil-: 11 ta' Settembru 2018. Tagħrif ieħor: isem l-omm Salma Abdula Younis. Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: www.interpol.int/en/notice/search/un/xxxx.

Elenkat skont il-paragrafi 11 (b), 11 (c) u 11 (d) tar-Riżoluzzjoni 2213 (2015); paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017).

Informazzjoni addizzjonali:

L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tal-Libja ħareġ mandat ta' arrest kontra l-persuna kkonċernata fejn ġie akkużat li wettaq għadd ta' reati.

Il-persuna kkonċernata wettqet azzjonijiet u attakki bl-armi kontra installazzjonijiet taż-żejt li jinsabu fir-reġjun tan-nofs qamar taż-żejt li kkawżaw il-qerda tiegħu, bl-aħħar wieħed fl-14 ta' Ġunju 2018.

L-attakki fuq ir-reġjun tan-nofs qamar taż-żejt waslu għal ħafna vittmi fost l-abitanti tar-reġjun u pperikolaw il-ħajja tal-persuni ċivili.

L-attakki b'mod intermittenti waqqfu l-esportazzjonijiet taż-żejt Libjan mill-2013 sal-2018, li wassal għal telf sinifikanti għall-ekonomija Libjana.

Il-persuna kkonċernata pprovat tesporta ż-żejt b'mod illegali.

Il-persuna kkonċernata tirrekluta ġellieda barranin għall-attakki ripetuti tiegħu kontra r-reġjun “tan-nofs qamar taż-żejt”.

Il-persuna kkonċernata, permezz tal-azzjonijiet tiegħu, qed jaħdem kontra l-istabbiltà tal-Libja, u jikkostitwixxi ostakolu għall-partijiet Libjani biex tissolva l-kriżi politika u jiġi implimentat il-Pjan ta' Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.”


19.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/24


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1251

tat-18 ta' Settembru 2018

li ma tapprovax l-empentrin bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 18

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li jridu jiġu evalwati bil-ħsieb li possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi l-empentrin (Nru tal-KE: mhux disponibbli, Nru tal-CAS: 54406-48-3).

(2)

L-empentrin ġiet evalwata għall-użu fi prodotti tat-tip 18, insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta' artropodi oħra, kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Il-Belġju inħatar bħala l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni u ppreżenta r-rapport tal-valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tiegħu fl-24 ta' Ġunju 2016.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1062/2014, l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ġiet fformulata fit-13 ta' Diċembru 2017 mill-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali, filwaqt li tqiesu l-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni (3).

(5)

Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali li jintużaw għat-tip ta' prodott 18 u li fihom l-empentrin ma jistgħux jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(6)

B'mod partikolari, skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-applikant jeħtieġ jipprovdi biżżejjed dejta sabiex ikun possibbli li jiġi determinat jekk sustanza attiva tissodisfax il-kriterji ta' esklużjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) ta' dak ir-Regolament. L-applikant intalab diversi drabi mill-awtorità kompetenti ta' evalwazzjoni biex jipprovdi informazzjoni dwar karċinoġenità sabiex issir din il-valutazzjoni, u dan ma pprovdiex dejta suffiċjenti fi żmien xieraq, b'tali mod li jagħmilha impossibbli li wieħed jivvaluta l-kriterju ta' esklużjoni stipulat fl-Artikolu 5(1)(a) ta' dak ir-Regolament.

(7)

Barra minn hekk, ix-xenarji evalwati fil-valutazzjonijiet tar-riskju għas-saħħa tal-bniedem u dawk ambjentali identifikaw riskji inaċċettabbli u ma seta' jiġi identifikat l-ebda użu sikur.

(8)

Għalhekk, mhuwiex xieraq li l-empentrin tiġi approvata għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 18.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Empentrin (Nru tal-KE: mhux disponibbli, Nru tal-CAS: 54406-48-3) mhijiex approvata bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 18.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  L-Opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali (BPC) dwar l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva Empentrin, Tip ta' prodott: 18, ECHA/BPC/182/2017, adottata fit-13 ta' Diċembru 2017.