ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 214

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
19 ta' Ġunju 2018

Werrej

Paġna

II   Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 214/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8725 — Nufarm/Century) ( 1)

1

IV   Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

2018/C 214/02

Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

2

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 214/03

Rata tal-kambju tal-euro

3

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2018/C 214/04

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat tas-servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti għall-operat tas-servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1)

4

2018/C 214/05

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Emendi fl-obbligi tas-servizz pubbliku marbutin mas-servizzi tal-ajru skedati ( 1)

5

2018/C 214/06

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Impożizzjoni ta’ obbligi tas-servizz pubbliku marbutin mas-servizzi tal-ajru skedati ( 1)

6

V   Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 214/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8829 — Total Produce/Dole Food Company) ( 1)

7

2018/C 214/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.8866 — MEC/Mitsui/SDPSK/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1)

9

2018/C 214/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.8929 — Apollo Management/Generali Belgium) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1)

10

2018/C 214/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8937 — Advent International/Zentiva) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1)

11

2018/C 214/11

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8850 — Kaiser+Kraft/Hoffmann/Simple System) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1)

12

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 214/1

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8725 — Nufarm/Century)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 214/01)

Fis-6 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8725. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

19.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 214/2

Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

(2018/C 214/02)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur HYON Chol-hae (nru 3), is-Sur PAK Jae-gyong (nru 6), is-Sur KIM Jong-gak (nru 16), is-Sur KIM Won-hong (nru 18) u s-Sur SON Chol-ju (nru 21), persuni li jidhru fil-Parti I tal-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (1) u fil-Parti (a) tal-Anness XV għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 (2) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.

Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmijin hawn fuq b’dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet ġodda. Dawk il-persuni huma b’dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsuba għad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel is-27 ta’ Ġunju 2018, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu.

Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni li tasal qabel il-11 ta’ Lulju 2018 għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 36(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u l-Artikolu 47a(1) tar-Regolament (UE) 2017/1509.

(1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.

(2)  ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.

Il-Kummissjoni Ewropea

19.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 214/3

Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-18 ta’ Ġunju 2018

(2018/C 214/03)

1 euro =

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1613

JPY

Yen Ġappuniż

128,27

DKK

Krona Daniża

7,4500

GBP

Lira Sterlina

0,87655

SEK

Krona Żvediża

10,2223

CHF

Frank Żvizzeru

1,1554

ISK

Krona Iżlandiża

125,70

NOK

Krona Norveġiża

9,4340

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,739

HUF

Forint Ungeriż

323,02

PLN

Zloty Pollakk

4,2876

RON

Leu Rumen

4,6658

TRY

Lira Turka

5,4821

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5610

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5307

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,1156

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6712

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5680

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 282,56

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,6275

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,4780

HRK

Kuna Kroata

7,3795

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 348,90

MYR

Ringgit Malażjan

4,6423

PHP

Peso Filippin

62,013

RUB

Rouble Russu

73,4609

THB

Baht Tajlandiż

37,951

BRL

Real Brażiljan

4,3472

MXN

Peso Messikan

23,9739

INR

Rupi Indjan

79,0145

(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

19.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 214/4

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat tas-servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti għall-operat tas-servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 214/04)

Stat Membru

L-Iżvezja

Rotot ikkonċernati

Hemavan – Arlanda (Stokkolma)

Vilhelmina – Arlanda (Stokkolma)

Lycksele – Arlanda (Stokkolma)

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Frar 2019 – Ottubru 2019

Skadenza għat-tressiq tal-offerti

Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din is-sejħa għall-offerti

Indirizz mnejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

L-Amministrazzjoni tat-Trasport Żvediża

SE-781 87 Borlänge

L-IŻVEZJA

Internet:

http://www.trafikverket.se/Foretag/Upphandling/Aktuella-upphandlingar/

Tel. +46 771921921

Kuntatti:

Håkan Jacobsson: hakan.jacobsson@trafikverket.se

Lisa Berglund: lisa.a.berglund@trafikverket.se

19.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 214/5

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Emendi fl-obbligi tas-servizz pubbliku marbutin mas-servizzi tal-ajru skedati

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 214/05)

Stat Membru

Franza

Rotta kkonċernata

Limoges (Bellegarde) — Pariġi (Orly)

Data oriġinali tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

fl-4 ta’ Awwissu 2004.

Data tad-dħul fis-seħħ tal-emendi

fl-1 ta’ Jannar 2019.

Indirizz mnejn jistgħu jinkisbu t-test u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligi tas-servizz pubbliku

Digriet tat-28 ta’ Mejju 2018 li jimmodifika l-obbligi tas-servizz pubbliku imposti fuq is-servizzi tal-arju bejn Limoges u Pariġi (Orly)

NOR: TRAA1810010 A

http://www.legifrance.gouv.fr/initRechTexte.do

għal aktar tagħrif:

Direction Générale de l’Aviation Civile

DTA/SDT/T2

50 rue Henry Farman

75720 Paris cedex 15

FRANCE

Tel. +33 158094321

osp-compagnies.dta@aviation-civile.gouv.fr

19.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 214/6

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Impożizzjoni ta’ obbligi tas-servizz pubbliku marbutin mas-servizzi tal-ajru skedati

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 214/06)

Stat Membru

Franza

Rotta kkonċernata

Limoges (Bellegarde) — Lyon (Saint-Exupéry)

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

fl-1 ta’ Jannar 2019.

Indirizz mnejn jistgħu jinkisbu t-test u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligi tas-servizz pubbliku

Digriet tat-28 ta’ Mejju 2018 dwar l-impożizzjoni ta’ obbligi tas-servizz pubbliku fuq is-servizzi tal-arju skedati bejn Limoges u Lyon (Saint-Exupéry)

NOR: TRAA1810014A

http://www.legifrance.gouv.fr/initRechTexte.do

għal aktar tagħrif:

Direction Générale de l’Aviation Civile

DTA/SDT/T2

50 rue Henry Farman

75 720 Paris cedex 15

FRANCE

Tel. +33 158094321

osp-compagnies.dta@aviation-civile.gouv.fr

V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

19.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 214/7

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8829 — Total Produce/Dole Food Company)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 214/07)

1.   

Fil-11 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Total Produce PLC (ir-Repubblika tal-Irlanda),

DFC Holdings LLC (l-Istati Uniti tal-Amerka).

Total Produce PLC (“Total Produce”) se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ DFC Holdings LLC kollha kemm hi, u indirettament is-sussidjarja li hija kompletament proprjetà tagħha, Dole Food Company Incorporated (flimkien imsejħa “Dole”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Total Produce: L-importazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ frott u ħaxix frisk, inklużi l-banana u l-ananas. Total Produce tħaddem ukoll ċentri ta’ sajran tal-banana. Total Produce hija attiva madwar id-dinja, b’enfasi ġeografika fl-Ewropa.

—   Dole: Il-produzzjoni, il-bejgħ u d-distribuzzjoni ta’ frott u ħaxix friski, inklużi l-banana u l-ananas, fl-Amerka ta’ Fuq, l-Ewropa, l-Amerka Latina, l-Afrika t’Isfel u Dubai, b’enfasi ġeografika prinċipali fuq l-Amerka ta’ Fuq.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8829 — Total Produce/Dole Food Company

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

19.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 214/9

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.8866 — MEC/Mitsui/SDPSK/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 214/08)

1.   

Fil-11 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Mitsubishi Estate Co. Ltd (“MEC”, il-Ġappun),

Mitsui & Co., Ltd (“Mitsui”, il-Ġappun),

Sime Darby Property (Sungai Kapar) Sdn Bhd (“SDPSK”, il-Malasja).

MEC, Mitsui u SDPSK jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Sime Darby MIT Development Sdn Bhd (il-joint venture, “JV”, il-Malasja).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   MEC: żvilupp tal-proprjetà immobbli, u impenjata wkoll fil-ġestjoni tal-proprjetà.

—   Mitsui: dar kummerċjali involuta f’għadd ta’ komoditajiet madwar id-dinja kollha u kummerċ ieħor.

—   SDPSK: l-iżvilupp tal-proprjetà fil-Malasja. SDPSK tappartjeni għal SD-Property Group, grupp multinazzjonali involut f’negozji relatati mal-proprjetà.

—   għall-JV: l-akkwist u l-iżvilupp ta’ biċċiet ta’ art ta’ madwar 38 ettaru f’Selangor, il-Malasja. Il-JV se tiżviluppa l-proprjetà bħala loġistika/park industrijali mibnija skont rekwiżiti preċiżi (built-to-suit).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8866 — MEC/Mitsui/SDPSK/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.

19.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 214/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.8929 — Apollo Management/Generali Belgium)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 214/09)

1.   

Fil-11 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Athora Holding Ltd (“Athora”, Bermuda), li kkontrollata minn Apollo Management L.P. (“Apollo”, l-Istati Uniti tal-Amerika), u

Generali Belgium S.A. (“Generali Belgium”, il-Belġju).

Athora takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Generali Belgium kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Athora hija attiva fl-assigurazzjoni u r-riassikurazzjoni fil-Ġermanja u r-Renju Unit,

Apollo hija fond tal-investimenti dinji li għandha ishma f’negozji f’firxa ta’ setturi,

Generali Belgium hija fornitur tal-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja, attiva biss fil-Belġju.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8929 — Apollo Management/Generali Belgium

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.

19.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 214/11

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8937 — Advent International/Zentiva)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 214/10)

1.   

Fit-8 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Advent International Corporation (“Advent”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Il-grupp ta’ kumpaniji Zentiva, inklużi Zentiva Pharma GmbH (il-Ġermanja), Winthrop Arzneimittel GmbH (il-Ġermanja), Winthrop Pharmaceuticals UK Ltd (ir-Renju Unit), Zentiva France (Franza), Zentiva Polska sp. z.o.o. (il-Polonja), Zentiva S.A. (ir-Rumanija), Zentiva, a.s. (is-Slovakkja), Zentiva International, a.s. (is-Slovakkja), Zentiva Group, a.s. (ir-Repubblika Ċeka), Zentiva, k.s. (ir-Repubblika Ċeka), Zentiva Portugal, Lda (il-Portugall), Zentiva Italia S.r.l. (l-Italja), Zentiva GmbH (l-Awstrija), Helvepharm AG (l-Iżvizzera) u Zentiva HU Kft (l-Ungerija) (flimkien “Zentiva”), bħallisa kkontrollata minn Sanofi.

Il-konċentrazzjoni proposta tikkonsisti fl-akkwist tal-kontroll uniku minn Advent ta’ Zentiva fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Advent: investitur dinji ta’ ekwità privata, investimenti ffukati fuq diversi setturi, jiġifieri servizzi finanzjarji u tan-negozju; il-kura tas-saħħa; industrijali il-bejgħ bl-imnut, tal-konsumatur u ta’ rikreazzjoni; u t-teknoloġija, il-midja u t-telekomunikazzjoni.

—   Zentiva: grupp farmaċewtiku ffukat fuq l-iżvilupp, il-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti farmaċewtiċi ġeneriċi primarjament fl-Ewropa.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8937 — Advent International/Zentiva

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.

19.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 214/12

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8850 — Kaiser+Kraft/Hoffmann/Simple System)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 214/11)

1.   

Fit-8 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Kaiser+Kraft Europa GmbH (il-Ġermanja), ikkontrollata minn Franz Haniel & Cie GmbH (il-Ġermanja),

Hoffmann SE (il-Ġermanja), ikkontrollata minn NV Holding GmbH (l-Awstrija),

Simple System GmbH & Co. KG (il-Ġermanja).

Kaiser+Kraft Europa GmbH (“Kaiser+Kraft”, il-Ġermanja) u Hoffmann SE (“Hoffmann”, il-Ġermanja) jakkwsitaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Simple System GmbH & Co. KG kollha kemm hi (“Simple System”, il-Ġermanja).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Kaiser+Kraft: Intrapriża speċjalizzata fil-bejgħt mill-bogħod bejn l-intrapriżi (B2B) ta’ tagħmir destinat għall-intrapriżi.

—   Hoffmann: kummerċ, manifattura u distribuzzjoni ta’ għodda standard u prodotti kumplimntari kif ukoll servizzi u konsulenza prodotti u servizzi u pariri konnessi.

—   Simple System: Prestazzjonita’ servizzi marbuta mad-distribuzzjoni bejn l-intrapriżi ta’ prodotti tal-Kategorija C, b’mod partikuilari l-isfruttament ta’ pjattaforma fuq l-Internet.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8850 — Kaiser+Kraft/Hoffmann/Simple System

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email, faks jew bil-posta, fejn għandhom jintużaw id-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt: