ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 107

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
30 ta' Marzu 2015


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2015/C 107/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2015/C 107/02

Kawża C-172/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-3 ta’ Frar 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 49 TFUE — Artikolu 31 tal-Ftehim ŻEE — Taxxa fuq il-kumpanniji — Gruppi ta’ kumpanniji — Tnaqqis tat-telf subit minn grupp — Trasferiment tat-telf subit minn sussidjarja mhux residenti — Kundizzjonijiet — Data li fiha tiġi ddeterminata n-natura definittiva tat-telf tas-sussidjarja mhux residenti)

2

2015/C 107/03

Kawża C-282/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – T-Mobile Austria GmbH vs Telekom-Control-Kommission (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/20/KE — Artikolu 5(6) — Drittijiet ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju u ta’ numri — Direttiva 2002/21/KE — Artikolu 4(1) — Dritt għal azzjoni legali kontra deċiżjoni ta’ awtorità regolatorja nazzjonali — Kunċett ta’ impriża affettwati [affettwata] minn deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali — Artikolu 9b — Trasferiment tad-drittijiet individwali ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju — Assenjazzjoni mill-ġdid tad-drittijiet ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju wara l-għaqda ta’ żewġ impriżi)

3

2015/C 107/04

Kawża C-375/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-28 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien – l-Awstrija) – Harald Kolassa vs Barclays Bank plc (Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali — Kuntratti konklużi mill-konsumaturi — Konsumatur, domiċiljat fi Stat Membru, li xtara titoli, maħruġa minn bank stabbilit fi Stat Membru ieħor, mingħand intermedjarju stabbilit fit-tielet Stat Membru — Ġurisdizzjoni għar-rikorsi diretti kontra l-bank li ħareġ it-titoli msemmija)

4

2015/C 107/05

Kawżi magħquda C-401/13 u C-432/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – Ir-Rumanija) – Vasiliki Balazs vs Casa Judeţeană de Pensii Cluj (C-401/13), Casa Judeţeană de Pensii Cluj vs Attila Balazs (C-432/13) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikolu 7(2)(ċ) — Applikabbiltà tal-ftehim dwar is-sigurtà soċjali bejn Stati Membri — Refuġjat rimpatrijat li joriġina minn Stat Membru — Twettiq ta’ perijodi ta’ impjieg fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor — Talba għall-għoti ta’ benefiċċju tax-xjuħija — Rifjut)

5

2015/C 107/06

Kawża C-417/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – ÖBB Personenverkehr AG vs Gotthard Starjakob (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2000/78/KE — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Artikolu 2(1) u (2)(a) — Artikolu 6(1) — Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-akkreditazzjoni, għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-remunerazzjoni, ta’ perijodi ta’ servizz imwettqa qabel l-għeluq tal-età ta’ 18-il sena għal proroga tat-termini tal-avvanz — Ġustifikazzjoni — Kapaċità li jintlaħaq l-għan imfittex — Dritt li tiġi kkontestata l-proroga tat-termini tal-avvanz)

5

2015/C 107/07

Kawża C-419/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Art & Allposters International BV vs Stichting Pictoright (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29/KE — Artikolu 4 — Dritt ta’ distribuzzjoni — Regola tal-eżawriment — Kunċett ta’ oġġett — Trasferiment tal-immaġni ta’ xogħol protett minn fuq poster tal-karta għal fuq tila — Bdil tal-media — Effett fuq l-eżawriment)

6

2015/C 107/08

Kawża C-441/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien – l-Awstrija) – Pez Hejduk vs EnergieAgentur.NRW GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 5(3) — Kompetenzi speċjali f’materja ta’ delitti jew kważi delitti — Drittijiet tal-awtur — Kontenut żmaterjalizzat — Tpoġġija fuq l-internet — Determinazzjoni tal-post fejn seħħ il-fatt dannuż — Kriterji)

7

2015/C 107/09

Kawża C-463/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Stanley International Betting Ltd, Stanleybet Malta Ltd vs Ministero dell'Economia e delle Finanze, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli di Stato (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Riorganizzazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji permezz ta’ allinjament temporali tal-iskadenzi — Sejħa għal offerti ġdida — Liċenzji għal tul ta’ żmien iqsar minn dak ta’ liċenzji antiki — Restrizzjoni — Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali — Proporzjonalità)

8

2015/C 107/10

Kawżi Magħquda C-482/13, C-484/13, C-485/13 u C-487/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción de Marchena – Spanja) – Unicaja Banco, SA vs José Hidalgo Rueda et (C-482/13), Caixabank SA vs Manuel María Rueda Ledesma (C-484/13), Rosario Mesa Mesa (C-484/13), José Labella Crespo (C-485/13), Rosario Márquez Rodríguez (C-485/13), Rafael Gallardo Salvat (C-485/13), Manuela Márquez Rodríguez (C-485/13), Alberto Galán Luna (C-487/13), Domingo Galán Luna (C-487/13) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Kuntratti konklużi bejn bejjiegħa jew fornituri u konsumaturi — Kuntratti ipotekarji — Klawżoli ta’ interessi moratorji — Klawżoli inġusti — Proċedura għall-eżekuzzjoni ta’ ipoteki — Moderazzjoni tal-ammont tal-interessi — Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali)

8

2015/C 107/11

Kawża C-498/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias – il-Greċja) – Agrooikosystimata EPE vs Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon, Ypourgos Agrotikis Anaptyxis kai Trofimon, Perifereia Thessalias (Perifereaki Enotita Magnisias) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Regolament (KEE) Nru 2078/92 — Metodi ta’ produzzjoni agrikola kompatibbli mar-rekwiżiti tal-ħarsien tal-ambjent u taż-żamma tal-kampanja fi stat tajjeb — Irtirar għal żmien twil ta’ art agrikola għal raġunijiet marbuta mal-ambjent — Għajnuna agro ambjentali mħallsa lill-bdiewa u kofinanzjata mill-Unjoni Ewropea — Kwalità tal-benefiċjarju ta’ tali għajnuna)

9

2015/C 107/12

Kawża C-529/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Georg Felber vs Bundesministerin für Unterricht, Kunst und Kultur (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2000/78/KE — Artikoli 2(1) u (2)(a) u 6(1) u (2) — Differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età — Servizz pubbliku — Skema ta’ pensjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi t-teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi skolastiċi mwettqa qabel l-età ta’ 18-il sena)

10

2015/C 107/13

Kawżi magħquda C-627/13 u C-2/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra Miguel M. (C-627/13), Thi Bich Ngoc Nguyen, Nadine Schönherr (C-2/14), (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Prekursuri tad-droga — Monitoraġġ tal-kummerċ bejn l-Istati Membri — Regolament (KE) Nru 273/2004 — Monitoraġġ tal-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi terzi — Regolament (KE) Nru 111/2005 — Kummerċ ta’ prodotti mediċinali li fihom l-efedrina jew il-psewdoefedrina — Kunċett ta’ ‘sustanza skedata’ — Kompożizzjoni — Esklużjoni tal-prodotti mediċinali bħala tali jew biss ta’ dawk li fihom sustanzi skedati li huma komposti b’tali mod li dawn is-sustanzi ma jistgħux jiġu estratti faċilment — Direttiva 2001/83/KE — Kunċett ta’ prodott mediċinali)

11

2015/C 107/14

Kawża C-647/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Bruxelles – il-Belġju) – Office national de l’emploi vs Marie-Rose Melchior (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali — Kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà għall-benefiċċju tal-allowances tal-qgħad fi Stat Membru — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ perijodi ta’ xogħol li twettqu bħala membru tal-persunal bil-kuntratt fis-servizz ta’ istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea stabbilita f’dan l-Istat Membru — Assimilazzjoni tal-ġranet ta’ qgħad ikkumpensati skont il-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej għal ġranet ta’ xogħol — Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali)

11

2015/C 107/15

Kawża C-655/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep – il-Pajjiżi l-Baxxi) – H. J. Mertens vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikolu 71 — Kunċett ta’ ħaddiem transkonfinali parzjalment qiegħed — Rifjut mill-Istat Membru ta’ residenza u mill-Istat Membru kompetenti li jagħti l-benefiċċji tal-qgħad)

12

2015/C 107/16

Kawża C-55/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-22 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons – il-Belġju) – Régie communale autonome du stade Luc Varenne vs État belge [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 77/388/KEE — VAT — Eżenzjonijiet — Artikolu 13B(b) — Kunċett ta’ kiri ta’ proprjetà immobbli eżentat — Tqegħid għad-dispożizzjoni, bi ħlas, ta’ grawnd tal-futbol — Kuntratt ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni li jirriżerva ċerti drittijiet u prerogattivi lill-proprjetarju — Provvista, mill-proprjetarju, ta’ servizzi differenti li jirrappreżentaw 80 % mill-kumpens previst mill-kuntratt]

13

2015/C 107/17

Kawża C-117/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-5 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 23 de Madrid – Spanja) – Grima Janet Nisttahuz Poclava vs Jose María Ariza Toledano Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Ftehim qafas ETUC, UNICE, CEEP dwar xogħol għal żmien fiss — Leġiżlazzjoni nazzjonali li jipprevedi kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat b’perijodu ta’ prova ta’ sena — Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Assenza — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

13

2015/C 107/18

Kawża C-317/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Frar 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 45 TFUE — Regolament (UE) Nru 492/2011 — Moviment liberu tal-ħaddiema — Aċċess għall - impjiegi — Servizz pubbliku lokali — Konoxxenzi lingwistiċi — Modalità ta’ prova)

14

2015/C 107/19

Kawża C-327/14 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2014 minn Galina Meister mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-5 ta’ Diċembru 2013 fil-Kawża T-390/13, Galina Meister vs Il-Kummissjoni Ewropea

14

2015/C 107/20

Kawża C-585/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fit-18 ta’ Diċembru 2014 – Petru Chiș vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice Cluj

15

2015/C 107/21

Kawża C-586/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fit-18 ta’ Diċembru 2014 – Vasile Budișan vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice Cluj

15

2015/C 107/22

Kawża C-587/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fit-18 ta’ Diċembru 2014 – Aurel Moldovan vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice Cluj

16

2015/C 107/23

Kawża C-588/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fit-18 ta’ Diċembru 2014 – Sergiu Octav Constantinescu vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice Sălaj

17

2015/C 107/24

Kawża C-603/14 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2014 minn El Corte Inglés, S.A mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-15 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża T-515/12 – El Corte Inglés vs UASI – English Cut (The English Cut)

17

2015/C 107/25

Kawża C-609/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (Ir-Rumanija) fit-23 ta’ Diċembru 2014 – Nicolae Ilie Nicula vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Fondului pentru Mediu

18

2015/C 107/26

Kawża C-4/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Jannar 2015 – Staatssecretaris van Financiën vs Argos Supply Trading BV

19

2015/C 107/27

Kawża C-5/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Jannar 2015 – AK (*1) vs Achmea Schadeverzekeringen NV u Stichting Achmea Rechtsbijstand

19

2015/C 107/28

Kawża C-13/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-16 ta’ Jannar 2015 – Cdiscount SA vs Ministère public

20

2015/C 107/29

Kawża C-71/15 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2015 mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-6 ta’ Jannar 2015 fil-Kawża T-71/15, Kendrion vs L-Unjoni Ewropea

20

 

Il-Qorti Ġenerali

2015/C 107/30

Kawża T-579/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2015 – Akhras vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Iffriżar ta’ fondi — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Dritt għall-ħajja — Dritt għall-proprjetà — Dritt għar-rispett tal-privatezza — Proporzjonalità)

23

2015/C 107/31

Kawża T-505/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2015 – Compagnie des montres Longines, Francillon vs UASI – Cheng (B) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva B — Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti li tirrappreżenta żewġ ġwienaħ miftuħa — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ ħsara għar-reputazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009]

24

2015/C 107/32

Kawża T-76/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2015 – Compagnie des montres Longines, Francillon vs UASI – Staccata (QUARTODIMIGLIO QM) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva QUARTODIMIGLIO QM — Trade marks Komunitarji u internazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw żewġ ġwienah estiżi u trade marks internazzjonali figurattivi preċedenti LONGINES — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 — Assenza ta’ ħsara għar-reputazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009]

25

2015/C 107/33

Kawża T-287/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Frar 2015 – Husky CZ vs UASI – Husky of Tostock (HUSKY) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark Komunitarja verbali HUSKY — Użu ġenwin tat-trade mark — Revoka parzjali — Proroga ta’ terminu — Regola 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 — Traduzzjoni fil-lingwa tal-kawża]

25

2015/C 107/34

Kawża T-318/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2015 – Vita Phone vs UASI [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali LIFEDATA — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b), u Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Nuqqas ta’ evalwazzjoni konkreta — Obbligu ta’ motivazzjoni]

26

2015/C 107/35

Kawża T-453/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2015 – Klaes vs UASI – Klaes Kunststoffe (Klaes) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Klaes — Trade mark Komunitarja figurattiva anterjuri Klaes — Raġuni relattiva għal rifjut — Riskju ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

26

2015/C 107/36

Kawża T-531/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2015 – Kicks Kosmetikkedjan vs UASI – Kik Textilien (KICKS) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

27

2015/C 107/37

Kawża T-532/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2015 – Kicks Kosmetikkedjan vs UASI – Kik Textilien (KICKS) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

28

2015/C 107/38

Kawża T-758/14: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2014 – Infineon Technologies vs Il-Kummissjoni

28

2015/C 107/39

Kawża T-13/15: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2015 – Deutsche Post vs UASI – Media Logistik (PostModern)

30

2015/C 107/40

Kawża T-18/15: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Jannar 2015 – Philip Morris vs Il-Kummissjoni Ewropea

30

2015/C 107/41

Kawża T-21/15: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2015 – Franmax vs UASI – Ehrmann (Dino)

32

2015/C 107/42

Kawża T-41/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2015 – Novartis vs UASI – Mabxience (HERTIXAN)

32

2015/C 107/43

Kawża T-53/15: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2015 – Credentis vs UASI – Aldi Karlslunde (Curodont)

33

2015/C 107/44

Kawża T-54/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2015 – Jääkiekon SM-liiga vs UASI (Liiga)

34

2015/C 107/45

Kawża T-55/15: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2015 – Certified Angus Beef vs UASI – Certified Australian Angus Beef (CERTIFIED AUSTRALIAN ANGUS BEEF)

34

2015/C 107/46

Kawża T-60/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2015 – Laboratorios Ern vs UASI – Dermogen Farma (ETERN JUVENTUS)

35

2015/C 107/47

Kawża T-61/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2015 – 1 & 1 Internet vs UASI – Unoe Bank (1e1)

36

2015/C 107/48

Kawża T-62/15: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2015 – Market Watch vs UASI – El Corte Inglés (MITOCHRON)

37

2015/C 107/49

Kawża T-63/15: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2015 – Shoe Branding Europe vs UASI (Strixxi paralleli)

37

2015/C 107/50

Kawża T-64/15: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2015 – Shoe Branding Europe vs UASI (Strixxi paralleli mmejjla)

38

2015/C 107/51

Kawża T-252/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2015 – Gretsch-Unitas u Gretsch-Unitas Baubeschläge vs Il-Kummissjoni

39

2015/C 107/52

Kawża T-657/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni

39

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2015/C 107/53

Kawża F-6/15: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2015 – ZZ vs EASA

40


 


MT

 

Għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità, xi informazzjoni li tinsab f’din il-ħarġa ma tistax tibqa’ tiġi żvelata, u għalhekk ġiet ippubblikata verżjoni awtentika ġdida.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2015/C 107/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 96, 23.3.2015

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 89, 16.3.2015

ĠU C 81, 9.3.2015

ĠU C 73, 2.3.2015

ĠU C 65, 23.2.2015

ĠU C 56, 16.2.2015

ĠU C 46, 9.2.2015

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-3 ta’ Frar 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-172/13) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 49 TFUE - Artikolu 31 tal-Ftehim ŻEE - Taxxa fuq il-kumpanniji - Gruppi ta’ kumpanniji - Tnaqqis tat-telf subit minn grupp - Trasferiment tat-telf subit minn sussidjarja mhux residenti - Kundizzjonijiet - Data li fiha tiġi ddeterminata n-natura definittiva tat-telf tas-sussidjarja mhux residenti))

(2015/C 107/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Roels u R. Lyal, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: V. Kaye, S. Brighouse u A. Robinson, aġenti, assistiti minn D. Ewart, QC, u S. Ford, barrister)

Partijiet intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u K. Petersen, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A. Rubio González u A. Gavela Llopis, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. K. Bulterman u J. Langer, aġenti), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: S. Hartikainen, aġent)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – T-Mobile Austria GmbH vs Telekom-Control-Kommission

(Kawża C-282/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/20/KE - Artikolu 5(6) - Drittijiet ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju u ta’ numri - Direttiva 2002/21/KE - Artikolu 4(1) - Dritt għal azzjoni legali kontra deċiżjoni ta’ awtorità regolatorja nazzjonali - Kunċett ta’ “impriża affettwati [affettwata] minn deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali” - Artikolu 9b - Trasferiment tad-drittijiet individwali ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju - Assenjazzjoni mill-ġdid tad-drittijiet ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju wara l-għaqda ta’ żewġ impriżi))

(2015/C 107/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: T-Mobile Austria GmbH

Konvenuta: Telekom-Control-Kommission

fil-preżenza ta’: Hutchison Drei Austria Holdings GmbH, li qabel kienet Hutchison 3G Austria Holdings GmbH, Hutchison Drei Austria GmbH, li qabel kienet Hutchison 3G Austria GmbH u Orange Austria Telecommunication GmbH, Stubai SCA, Orange Belgium SA, A1 Telekom Austria AG, Bundesministerin für Verkehr, Innovation und Technologie

Dispożittiv

L-Artikoli 4(1) u 9b tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, u l-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), kif emendata bid-Direttiva 2009/140, għandhom jiġu interpretati fis-sens li impriża, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tista’ tiġi kklassifikata bħala persuna affettwata, fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/21, kif emendata bid-Direttiva 2009/140, meta din l-impriża, li tipprovdi netwerks jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, tkun f’kompetizzjoni mal-impriża jew mal-impriżi li jkunu partijiet fi proċedura ta’ awtorizzazzjoni ta’ trasferiment ta’ drittijiet ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju previst fl-Artikolu 5(6) u destinatarji tad-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali, u meta din id-deċiżjoni jista’ jkollha impatt fuq il-pożizzjoni ta’ din l-impriża tal-ewwel fis-suq.


(1)  ĠU C 260, 07.09.2013.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-28 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien – l-Awstrija) – Harald Kolassa vs Barclays Bank plc

(Kawża C-375/13) (1)

((Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Kuntratti konklużi mill-konsumaturi - Konsumatur, domiċiljat fi Stat Membru, li xtara titoli, maħruġa minn bank stabbilit fi Stat Membru ieħor, mingħand intermedjarju stabbilit fit-tielet Stat Membru - Ġurisdizzjoni għar-rikorsi diretti kontra l-bank li ħareġ it-titoli msemmija))

(2015/C 107/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Handelsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Harald Kolassa

Konvenuta: Barclays Bank plc

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, rikorrent li, bħala konsumatur, xtara obbligazzjonijiet lill-portatur mingħand terz professjonist, mingħajr ma jkun ġie konkluż kuntratt bejn il-konsumatur imsemmi u l-persuna li ħarġet dawn l-obbligazzjonijiet – liema ħaġa għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju –, ma jistax jinvoka l-ġurisdizzjoni stabbilita f’din id-dispożizzjoni għall-finijiet tal-kawża mressqa kontra l-imsemmija persuna li ħarġet l-obbligazzjonijiet u bbażata fuq il-kundizzjonijiet ta’ self, fuq il-ksur tal-obbligi ta’ informazzjoni u ta’ kontroll kif ukoll fuq ir-responsabbiltà fir-rigward tal-prospett.

2)

L-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, rikorrent li xtara obbligazzjonijiet lill-portatur mingħand terz, mingħajr ma l-persuna li ħarġithom assumiet liberament obbligu fir-rigward ta’ dan ir-rikorrent, liema ħaġa għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju, ma jistax jinvoka l-ġurisdizzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni għall-finijiet tal-kawża mressqa kontra l-imsemmija persuna li ħarġet l-obbligazzjonijiet u bbażata fuq il-kundizzjonijiet ta’ self, fuq il-ksur tal-obbligi ta’ informazzjoni u ta’ kontroll kif ukoll fuq ir-responsabbiltà fir-rigward tal-prospett.

3)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal kawża intiża biex tistabbilixxi r-responsabbiltà tal-persuna li ħarġet iċ-ċertifikat minħabba l-prospett relatat miegħu kif ukoll minħabba l-ksur ta’ obbligi ta’ informazzjoni oħra li jinsabu fuq din il-persuna li ħarġet iċ-ċertifikat, sakemm din ir-responsabbiltà ma tkunx tidħol fil-materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt fis-sens tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament imsemmi. Skont il-paragrafu 3 tal-istess Artikolu 5, il-qrati tad-domiċilju tar-rikorrent għandhom ġurisdizzjoni, abbażi tal-materjalizzazzjoni tad-dannu, biex jisimgħu tali kawża b’mod partikolari meta d-dannu allegat jitwettaq direttament f’kont bankarju tar-rikorrent ma’ bank stabbilit fil-limiti tal-ġurisdizzjoni tagħhom.

4)

Fil-kuntest tal-verifika tal-ġurisdizzjoni skont ir-Regolament Nru 44/2001, ma għandhiex issir evalwazzjoni dettaljata tal-provi f’dak li jikkonċerna l-elementi ta’ fatt inkwistjoni li huma rilevanti kemm għall-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni kif ukoll għall-eżistenza tad-dritt invokat. Madankollu, huwa mixtieq li l-qorti li titressaq il-kawża quddiemha teżamina l-ġurisdizzjoni internazzjonali tagħha fid-dawl tal-informazzjoni kollha li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha, inklużi, jekk ikun il-każ, il-kontestazzjonijiet imressqa mill-konvenut.


(1)  ĠU C 274, 21.09.2013.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – Ir-Rumanija) – Vasiliki Balazs vs Casa Judeţeană de Pensii Cluj (C-401/13), Casa Judeţeană de Pensii Cluj vs Attila Balazs (C-432/13)

(Kawżi magħquda C-401/13 u C-432/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 7(2)(ċ) - Applikabbiltà tal-ftehim dwar is-sigurtà soċjali bejn Stati Membri - Refuġjat rimpatrijat li joriġina minn Stat Membru - Twettiq ta’ perijodi ta’ impjieg fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor - Talba għall-għoti ta’ benefiċċju tax-xjuħija - Rifjut))

(2015/C 107/05)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vasiliki Balazs (C-401/13), Casa Judeţeană de Pensii Cluj (C-432/13)

Konvenuti: Casa Judeţeană de Pensii Cluj (C-401/13), Attila Balazs (C-432/13)

Dispożittiv

L-Artikolu 7(2)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1992/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li Ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta’ sigurtà soċjali taċ-ċittadini ta’ wieħed mill-Istati firmatarji li kellhom il-kwalità ta’ refuġjati politiċi fit-territorju tal-Istat firmatarju l-ieħor, konkluż f’data fejn kien għad ma hemmx adeżjoni fl-Unjoni ta’ wieħed miż-żewġ Stati firmatarji u li ma jirriżultax fl-Anness III ta’ dan ir-regolament, ma jibqax applikabbli għas-sitwazzjoni ta’ refuġjati politiċi rimpatrijati fl-Istat ta’ oriġini tagħhom qabel il-konklużjoni tal-Ftehim bilaterali u d-dħul fis-seħħ tal-imsemmi regolament.


(1)  ĠU C 298, 12.10.2013


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – ÖBB Personenverkehr AG vs Gotthard Starjakob

(Kawża C-417/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Artikolu 2(1) u (2)(a) - Artikolu 6(1) - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-akkreditazzjoni, għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-remunerazzjoni, ta’ perijodi ta’ servizz imwettqa qabel l-għeluq tal-età ta’ 18-il sena għal proroga tat-termini tal-avvanz - Ġustifikazzjoni - Kapaċità li jintlaħaq l-għan imfittex - Dritt li tiġi kkontestata l-proroga tat-termini tal-avvanz))

(2015/C 107/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ÖBB Personenverkehr AG

Konvenut: Gotthard Starjakob

Dispożittiv

1)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 2 u 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, sabiex telimina diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, takkredita l-perijodi ta’ servizz ta’ qabel l-għeluq tal-età ta’ 18-il sena, iżda li, fl-istess ħin, tinkludi regola, li hija intiża fir-realtà sabiex tapplika biss għall-membri tal-persunal vittmi minn din id-diskriminazzjoni, li ttawwal b’sena l-perijodu meħtieġ għall-avvanz f’kull wieħed mill-ewwel tliet livelli ta’ remunerazzjoni u li, b’dan il-mod, iżżomm definittivament differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età.

2)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/78, għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, li hija intiża li twaqqaf diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, ma għandhiex neċessarjament tippermetti lil membru tal-persunal, li l-perijodi ta’ servizz miksuba qabel ma għalaq l-età ta’ 18-il sena ma ttiħdux inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-avvanz tiegħu, li jikseb kumpens finanzjarju li jikkorrispondi għall-ħlas tad-differenza bejn ir-remunerazzjoni li kieku kien jikseb fl-assenza ta’ tali diskriminazzjoni u dik li effettivament kiseb. Madankollu, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali u sakemm sistema li tipproċedi għall-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni minħabba fl-età konformement ma’ dak li tipprovdi d-Direttiva 2000/78 ma tkunx ġiet adottata, l-istabbiliment mill-ġdid tal-ugwaljanza fit-trattament jimplika l-għoti lill-membri tal-persunal li l-esperjenza tagħhom inkisbet, anki jekk parzjalment, qabel l-għeluq tal-età ta’ 18-il sena tal-istess vantaġġi li kienu setgħu jibbenefikaw minnhom il-membri tal-persunal li kienu kisbu, wara li għalqu din l-età, esperjenza tal-istess natura u ta’ tul paragunabbli, għal dak li jirrigwarda kemm l-akkreditazzjoni ta’ perijodi ta’ servizz imwettqa qabel l-għeluq tal-età ta’ 18-il sena kif ukoll l-avvanz fil-livell tar-remunerazzjonijiet.

3)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/78, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li l-leġiżlatur nazzjonali jipprevedi, għall-finijiet tal-akkreditazzjoni ta’ perijodi ta’ servizz imwettqa qabel l-għeluq tal-età ta’ 18-il sena, obbligu ta’ kooperazzjoni skont liema l-membru tal-persunal għandu jipprovdi lil persuna li timpjegah il-provi marbuta ma’ dawn il-perijodi. Madankollu, ma jikkostitwixxix abbuż ta’ dritt il-fatt li membru tal-persunal jirrifjuta milli jikkoopera għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tinkludi diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, li tmur kontra d-Direttiva 2000/78, kif ukoll il-kawża tiegħu intiża li tikseb il-ħlas sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid l-ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-membri tal-persunal li kienu kisbu, wara li għalqu din l-età, esperjenza tal-istess natura u ta’ tul paragunabbli għaliha.

4)

Il-prinċipju ta’ effettività għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jipprekludix li terminu nazzjonali ta’ preskrizzjoni tad-drittijiet li għandhom il-bażi tagħhom fid-dritt tal-Unjoni jibda jiddekorri qabel id-data ta’ meta tingħata sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li kkjarifikat is-sitwazzjoni ġuridika fil-qasam.


(1)  ĠU C 325, 09.11.2013.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Art & Allposters International BV vs Stichting Pictoright

(Kawża C-419/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 4 - Dritt ta’ distribuzzjoni - Regola tal-eżawriment - Kunċett ta’ “oġġett” - Trasferiment tal-immaġni ta’ xogħol protett minn fuq poster tal-karta għal fuq tila - Bdil tal-media - Effett fuq l-eżawriment))

(2015/C 107/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Art & Allposters International BV

Konvenuta: Stichting Pictoright

Dispożittiv

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-regola tal-eżawriment tad-dritt ta’ distribuzzjoni ma tapplikax f’sitwazzjoni fejn riproduzzjoni ta’ xogħol protett, wara li tkun ġiet ikkummerċjalizzata fl-Unjoni Ewropea bil-kunsens tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur, ġarrbet bdil fil-media tagħha, bħat-trasferiment fuq tila ta’ din ir-riproduzzjoni li tkun fuq poster tal-karta, u ġiet imqiegħda mill-ġdid fis-suq fil-forma l-ġdida tagħha.


(1)  ĠU C 325, 09.11.2013.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien – l-Awstrija) – Pez Hejduk vs EnergieAgentur.NRW GmbH

(Kawża C-441/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 5(3) - Kompetenzi speċjali f’materja ta’ delitti jew kważi delitti - Drittijiet tal-awtur - Kontenut żmaterjalizzat - Tpoġġija fuq l-internet - Determinazzjoni tal-post fejn seħħ il-fatt dannuż - Kriterji))

(2015/C 107/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Handelsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pez Hejduk

Konvenuta: EnergieAgentur.NRW GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi tal-qorti f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ ta’ ksur allegat ta’ drittijiet tal-awtur jew ta’ drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur iggarantiti mill-Istat Membru tal-qorti adita, din tal-aħħar ikollha ġurisdizzjoni, abbażi tal-post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu, li tieħu konjizzjoni ta’ kawża għad-danni għal ksur ta’ dawn id-drittijiet minħabba t-tpoġġija fuq l-internet ta’ ritratti protetti fuq sit tal-internet aċċessibbli fil-ġurisdizzjoni tagħha. Din il-qorti jkollha ġurisdizzjoni biss sabiex tieħu konjizzjoni tad-dannu kkawżat fit-territorju tal-Istat Membru li hija tkun fih.


(1)  ĠU C 313, 26.10.2013.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Stanley International Betting Ltd, Stanleybet Malta Ltd vs Ministero dell'Economia e delle Finanze, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli di Stato

(Kawża C-463/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Riorganizzazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji permezz ta’ allinjament temporali tal-iskadenzi - Sejħa għal offerti ġdida - Liċenzji għal tul ta’ żmien iqsar minn dak ta’ liċenzji antiki - Restrizzjoni - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità))

(2015/C 107/09)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stanley International Betting Ltd, Stanleybet Malta Ltd

Konvenuti: Ministero dell'Economia e delle Finanze, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli di Stato

Fil-preżenza ta’: Intralot Italia SpA, SNAI SpA, Galassia Game Srl, Eurobet Italia Srl unipersonale, Lottomatica Scommesse Srl, Sisal Match Point SpA, Cogetech Gaming Srl

Dispożittiv

L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE, kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ sejħa għal offerti ġdida fir-rigward ta’ liċenzji għal tul ta’ żmien iqsar minn dak tal-liċenzji mogħtija fil-passat minħabba riorganizzazzjoni tas-sistema permezz ta’ allinjament temporali tal-iskadenzi tal-liċenzji.


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción de Marchena – Spanja) – Unicaja Banco, SA vs José Hidalgo Rueda et (C-482/13), Caixabank SA vs Manuel María Rueda Ledesma (C-484/13), Rosario Mesa Mesa (C-484/13), José Labella Crespo (C-485/13), Rosario Márquez Rodríguez (C-485/13), Rafael Gallardo Salvat (C-485/13), Manuela Márquez Rodríguez (C-485/13), Alberto Galán Luna (C-487/13), Domingo Galán Luna (C-487/13)

(Kawżi Magħquda C-482/13, C-484/13, C-485/13 u C-487/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Kuntratti konklużi bejn bejjiegħa jew fornituri u konsumaturi - Kuntratti ipotekarji - Klawżoli ta’ interessi moratorji - Klawżoli inġusti - Proċedura għall-eżekuzzjoni ta’ ipoteki - Moderazzjoni tal-ammont tal-interessi - Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali))

(2015/C 107/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia e Instrucción de Marchena

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Unicaja Banco, SA, Caixabank SA

Konvenuti: José Hidalgo Rueda, María del Carmen Vega Martín, Gestión Patrimonial Hive SL, Francisco Antonio López Reina, Rosa María Hidalgo Vega (C-482/13), Manuel María Rueda Ledesma (C-484/13), Rosario Mesa Mesa (C-484/13), José Labella Crespo (C-485/13), Rosario Márquez Rodríguez (C-485/13), Rafael Gallardo Salvat (C-485/13), Manuela Márquez Rodríguez (C-485/13), Alberto Galán Luna (C-487/13), Domingo Galán Luna (C-487/13)

Dispożittiv

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali li abbażi tagħha l-qorti nazzjonali li quddiemha tkun tressqet proċedura għall-eżekuzzjoni ta’ ipoteki hija obbligata li tikkalkola mill-ġdid is-somom dovuti abbażi ta’ klawżola ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju li tipprevedi interessi moratorji li r-rata tagħhom hija iktar minn tliet darbiet ir-rata statutorja, sabiex l-ammont ta’ dawn l-interessi ma jeċċedix dan il-limitu, sakemm l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni nazzjonali:

hija bla ħsara għall-evalwazzjoni minn din il-qorti nazzjonali tan-natura inġusta ta’ tali klawżola u

ma tipprekludix lil din il-qorti milli tneħħi din il-klawżola fil-każ li hija kellha tikkonkludi li din hija ta’ natura “inġusta” fis-sens tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 352, 30.11.2013.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias – il-Greċja) – Agrooikosystimata EPE vs Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon, Ypourgos Agrotikis Anaptyxis kai Trofimon, Perifereia Thessalias (Perifereaki Enotita Magnisias)

(Kawża C-498/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Politika Agrikola Komuni - Regolament (KEE) Nru 2078/92 - Metodi ta’ produzzjoni agrikola kompatibbli mar-rekwiżiti tal-ħarsien tal-ambjent u taż-żamma tal-kampanja fi stat tajjeb - Irtirar għal żmien twil ta’ art agrikola għal raġunijiet marbuta mal-ambjent - Għajnuna agro ambjentali mħallsa lill-bdiewa u kofinanzjata mill-Unjoni Ewropea - Kwalità tal-benefiċjarju ta’ tali għajnuna))

(2015/C 107/11)

Lingwa tal-kawża: il-Greċja

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agrooikosystimata EPE

Konvenuti: Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon, Ypourgos Agrotikis Anaptyxis kai Trofimon, Perifereia Thessalias (Perifereaki Enotita Magnisias)

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92, tat-30 ta’ Ġunju 1992, dwar metodi ta’ produzzjoni agrikola kompatibbli mar-rekwiżiti tal-ħarsien tal-ambjent u taż-żamma tal-kampanja fi stat tajjeb, għandu jiġi interpretat fis-sens li setgħu biss jibbenefikaw mill-programm tal-irtirar għal żmien twil ta’ art agrikola previst fl-Artikolu 2(1)(f) tiegħu dawk il-persuni li preċedentement kellhom fil-pussess tagħhom produzzjoni agrikola.


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Georg Felber vs Bundesministerin für Unterricht, Kunst und Kultur

(Kawża C-529/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2000/78/KE - Artikoli 2(1) u (2)(a) u 6(1) u (2) - Differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età - Servizz pubbliku - Skema ta’ pensjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi t-teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi skolastiċi mwettqa qabel l-età ta’ 18-il sena))

(2015/C 107/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Georg Felber

Konvenuta: Bundesministerin für Unterricht, Kunst und Kultur

Dispożittiv

L-Artikoli 2(1) u (2)(a) u 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi t-teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi skolastiċi mwettqa minn uffiċjal qabel l-età ta’ 18-il sena għall-finijiet tal-għoti tad-dritt għall-pensjoni u tal-kalkolu tal-ammont tal-pensjoni tal-irtirar tiegħu, sa fejn, minn naħa, din hija oġġettivament u raġonevolment iġġustifikata minn għan leġittimu relatat mal-politika tal-impjieg u mas-suq tax-xogħol u, min-naħa l-oħra, tikkostitwixxi mezz xieraq u neċessarju għat-twettiq ta’ dan il-għan.


(1)  ĠU C 15, 18.01.2014.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra Miguel M. (C-627/13), Thi Bich Ngoc Nguyen, Nadine Schönherr (C-2/14),

(Kawżi magħquda C-627/13 u C-2/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prekursuri tad-droga - Monitoraġġ tal-kummerċ bejn l-Istati Membri - Regolament (KE) Nru 273/2004 - Monitoraġġ tal-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi terzi - Regolament (KE) Nru 111/2005 - Kummerċ ta’ prodotti mediċinali li fihom l-efedrina jew il-psewdoefedrina - Kunċett ta’ ‘sustanza skedata’ - Kompożizzjoni - Esklużjoni tal-prodotti mediċinali bħala tali jew biss ta’ dawk li fihom sustanzi skedati li huma komposti b’tali mod li dawn is-sustanzi ma jistgħux jiġu estratti faċilment - Direttiva 2001/83/KE - Kunċett ta’ “prodott mediċinali”))

(2015/C 107/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-proċeduri kriminali fil-kawża prinċipali

Miguel M. (C-627/13), Thi Bich Ngoc Nguyen, Nadine Schönherr (C-2/14)

Dispożittiv

L-Artikoli 2(a), rispettivament, tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, dwar prekursuri tad-droga, u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005, tat-22 ta’ Diċembru 2004, li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li prodott mediċinali, kif iddefinit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, ma jistax, bħala tali, jiġi kklassifikat bħala “sustanza skedata”, anki jekk fih sustanza msemmija fl-Anness I tar-Regolament Nru 273/2004 kif ukoll fl-Anness tar-Regolament Nru 111/2005 u li tista’ tiġi faċilment estratta jew użata permezz ta’ mezzi li huma applikabbli faċilment jew li huma ekonomikament vijabbli.


(1)  ĠU C 39, 08.02.2014

ĠU C 71, 08.03.2014


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Bruxelles – il-Belġju) – Office national de l’emploi vs Marie-Rose Melchior

(Kawża C-647/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà għall-benefiċċju tal-allowances tal-qgħad fi Stat Membru - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ perijodi ta’ xogħol li twettqu bħala membru tal-persunal bil-kuntratt fis-servizz ta’ istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea stabbilita f’dan l-Istat Membru - Assimilazzjoni tal-ġranet ta’ qgħad ikkumpensati skont il-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej għal ġranet ta’ xogħol - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali))

(2015/C 107/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour du travail de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Office national de l'emploi

Konvenuta: Marie-Rose Melchior

Dispożittiv

L-Artikolu 10 KE, flimkien mal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet, stabbilit bir-Regolament Ewropej tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, tad-29 ta’ Frar 1968, li jistabbilixxi r-regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni, hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004, tat-22 ta’ Marzu 2004, jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, interpretata fis-sens li, għall-eliġibbiltà għall-benefiċċju tal-allowances tal-qgħad, ma jittiħdux inkunsiderazzjoni l-perijodi ta’ xogħol imwettqa bħala membru tal-persunal bil-kuntratt f’istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea stabbilita f’dan l-Istat Membru u ma humiex assimilati bħala jiem tax-xogħol il-jiem ta’ qgħad li wasslu għall-ħlas ta’ allowance tal-qgħad skont il-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej, filwaqt li l-ġranet ta’ qgħad ikkumpensati skont il-leġiżlazzjoni tal-imsemmi Stat Membru jibbenefikaw minn tali assimilazzjoni.


(1)  ĠU C 61, 01.03.2014


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep – il-Pajjiżi l-Baxxi) – H. J. Mertens vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

(Kawża C-655/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 71 - Kunċett ta’ “ħaddiem transkonfinali parzjalment qiegħed” - Rifjut mill-Istat Membru ta’ residenza u mill-Istat Membru kompetenti li jagħti l-benefiċċji tal-qgħad))

(2015/C 107/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: H. J. Mertens

Konvenuta: Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

Dispożittiv

L-Artikolu 71(1)(a)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar il-pubblikazzjoni [l-applikazzjoni] tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, kif emendat u aġġornat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1606/98, tad-29 ta’ Ġunju 1998, għandu jiġi interpretat fis-sens li ħaddiem transkonfinali li, immedjatament wara t-tmiem ta’ relazzjoni ta’ xogħol full-time ma’ persuna li timpjega fi Stat Membru, ikun impjegat part-time minn persuna oħra li timpjega f’dan l-istess Stat Membru jkun jista’ jitqies li huwa ħaddiem transkonfinali parzjalment qiegħed, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 78, 15.3.2014.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-22 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons – il-Belġju) – Régie communale autonome du stade Luc Varenne vs État belge

(Kawża C-55/14) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 77/388/KEE - VAT - Eżenzjonijiet - Artikolu 13B(b) - Kunċett ta’ “kiri ta’ proprjetà immobbli eżentat” - Tqegħid għad-dispożizzjoni, bi ħlas, ta’ grawnd tal-futbol - Kuntratt ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni li jirriżerva ċerti drittijiet u prerogattivi lill-proprjetarju - Provvista, mill-proprjetarju, ta’ servizzi differenti li jirrappreżentaw 80 % mill-kumpens previst mill-kuntratt])

(2015/C 107/16)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Régie communale autonome du stade Luc Varenne

Konvenut: État belge

Dispożittiv

L-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tqegħid għad-dispożizzjoni, bi ħlas, ta’ grawnd tal-futbol permezz ta’ kuntratt li jirriżerva ċerti drittijiet u prerogattivi lill-proprjetarju u li jipprovdi l-provvista, minn dan tal-aħħar, ta’ servizzi differenti, b’mod partikolari servizzi ta’ manutenzjoni, ta’ tindif, ta’ żamma tajba u ta’ konformità regolatorja, li jirrappreżentaw 80 % mill-kumpens previst mill-kuntratt, ma jikkostitwixxix, bħala prinċipju, “kiri ta’ proprjetà immobbli” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Il-qorti tar-rinviju għandha tevalwa din iċ-ċirkustanza.


(1)  ĠU C 102, 07.04.2014.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-5 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 23 de Madrid – Spanja) – Grima Janet Nisttahuz Poclava vs Jose María Ariza Toledano

(Kawża C-117/14) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Ftehim qafas ETUC, UNICE, CEEP dwar xogħol għal żmien fiss - Leġiżlazzjoni nazzjonali li jipprevedi kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat b’perijodu ta’ prova ta’ sena - Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Assenza - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

(2015/C 107/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 23 de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Grima Janet Nisttahuz Poclava

Konvenut: Jose María Ariza Toledano

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mill-Juzgado de lo Social Nru 23 de Madrid (Spanja), permezz tad-deċiżjoni tal-4 ta’ Marzu 2014.


(1)  ĠU C 151, 19.05.2014.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Frar 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-317/14) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 45 TFUE - Regolament (UE) Nru 492/2011 - Moviment liberu tal-ħaddiema - Aċċess għall - impjiegi - Servizz pubbliku lokali - Konoxxenzi lingwistiċi - Modalità ta’ prova))

(2015/C 107/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Enegren u D. Martin, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: L. Van den Broeck, J. Van Holm u M. Jacobs, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi rrikjeda mill-kandidati għall-postijiet fid-dipartimenti lokali stabbiliti fir-reġjuni tal-lingwa Franċiża jew tal-lingwa Ġermaniża, li fir-rigward tagħhom ma jkunx jirriżulta mid-diplomi jew miċ-ċertifikati rikjesti li huma segwew it-tagħlim bil-lingwa kkonċernata, li huma jipproduċu l-prova tal-konoxxenzi lingwistiċi tagħhom permezz ta’ tip wieħed ta’ ċertifikat, maħruġ esklużivament minn organu uffiċjali Belġjan wieħed wara eżami organizzat minn dan l-organu fit-territorju Belġjan, ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 45 TFUE u r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 303, 08.09.2014.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/14


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2014 minn Galina Meister mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-5 ta’ Diċembru 2013 fil-Kawża T-390/13, Galina Meister vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-327/14 P)

(2015/C 107/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Galina Meister (rappreżentant: W. Becker, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tat-12 ta’ Frar 2015, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellanti tbati l-ispejjeż tagħha stess.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fit-18 ta’ Diċembru 2014 – Petru Chiș vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice Cluj

(Kawża C-585/14)

(2015/C 107/20)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Petru Chiș

Konvenuta: Administrația Județeană a Finanțelor Publice Cluj

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 9/2012 u tas-suġġett tat-taxxa prevista minn din il-liġi, huwa neċessarju li jitqies li l-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil Stat Membru tal-Unjoni milli jistabbilixxi taxxa fuq l-emissjonijiet li jniġġsu applikabbli fil-mument tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi li ġejjin minn Stat tal-Unjoni ieħor, taxxa li ma tapplikax għar-reġistrazzjoni waqt it-trasferiment tad-dritt għall-proprjetà fuq il-vetturi nazzjonali li fir-rigward tagħhom tali taxxa jew taxxa simili diġà tħallset, fil-kundizzjonijiet fejn il-valur ta’ din it-taxxa residwali inkorporata fil-valur tal-vetturi li jinsabu fis-suq intern hija inferjuri għat-taxxa l-ġdida?

2)

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 9/2012 u tas-suġġett tat-taxxa prevista minn din il-liġi, huwa neċessarju li jitqies li l-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil Stat Membru tal-Unjoni milli jistabbilixxi taxxa fuq l-emissjonijiet li jniġġsu applikabbli fil-mument tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi li ġejjin minn Stat tal-Unjoni ieħor, taxxa li, fil-każijiet tal-vetturi nazzjonali, hija dovuta biss waqt it-trasferiment tad-dritt għall-proprjetà fuq tali vettura, bil-konsegwenza li vettura barranija ma tistax tintuża mingħajr ħlas tat-taxxa, filwaqt li vettura nazzjonali tista’ tintuża b’mod illimitat ratione temporis mingħajr ħlas tat-taxxa, sal-mument tat-trasferiment tad-dritt għall-proprjetà fuq l-imsemmija vettura, segwit bir-reġistrazzjoni tal-proprjetarju l-ġdid, jekk tali trasferiment iseħħ?


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fit-18 ta’ Diċembru 2014 – Vasile Budișan vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice Cluj

(Kawża C-586/14)

(2015/C 107/21)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Vasile Budișan

Konvenuta: Administrația Județeană a Finanțelor Publice Cluj

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 9/2012 u tas-suġġett tat-taxxa prevista minn din il-liġi, huwa neċessarju li jitqies li l-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil Stat Membru tal-Unjoni milli jistabbilixxi taxxa fuq l-emissjonijiet li jniġġsu applikabbli fil-mument tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi li ġejjin minn Stat tal-Unjoni ieħor, taxxa li ma tapplikax għar-reġistrazzjoni waqt it-trasferiment tad-dritt għall-proprjetà fuq il-vetturi nazzjonali li fir-rigward tagħhom tali taxxa jew taxxa simili diġà tħallset, fil-kundizzjonijiet fejn il-valur ta’ din it-taxxa residwali inkorporata fil-valur tal-vetturi li jinsabu fis-suq intern hija inferjuri għat-taxxa l-ġdida?

2)

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 9/2012 u tas-suġġett tat-taxxa prevista minn din il-liġi, huwa neċessarju li jitqies li l-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil Stat Membru tal-Unjoni milli jistabbilixxi taxxa fuq l-emissjonijiet li jniġġsu applikabbli fil-mument tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi li ġejjin minn Stat tal-Unjoni ieħor, taxxa li, fil-każijiet tal-vetturi nazzjonali, hija dovuta biss waqt it-trasferiment tad-dritt għall-proprjetà fuq tali vettura, bil-konsegwenza li vettura barranija ma tistax tintuża mingħajr ħlas tat-taxxa, filwaqt li vettura nazzjonali tista’ tintuża b’mod illimitat ratione temporis mingħajr ħlas tat-taxxa, sal-mument tat-trasferiment tad-dritt għall-proprjetà fuq l-imsemmija vettura, segwit bir-reġistrazzjoni tal-proprjetarju l-ġdid, jekk tali trasferiment iseħħ?


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fit-18 ta’ Diċembru 2014 – Aurel Moldovan vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice Cluj

(Kawża C-587/14)

(2015/C 107/22)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Aurel Moldovan

Konvenuta: Administrația Județeană a Finanțelor Publice Cluj

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 9/2012 u tas-suġġett tat-taxxa prevista minn din il-liġi, huwa neċessarju li jitqies li l-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil Stat Membru tal-Unjoni milli jistabbilixxi taxxa fuq l-emissjonijiet li jniġġsu applikabbli fil-mument tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi li ġejjin minn Stat tal-Unjoni ieħor, taxxa li ma tapplikax għar-reġistrazzjoni waqt it-trasferiment tad-dritt għall-proprjetà fuq il-vetturi nazzjonali li fir-rigward tagħhom tali taxxa jew taxxa simili diġà tħallset, fil-kundizzjonijiet fejn il-valur ta’ din it-taxxa residwali inkorporata fil-valur tal-vetturi li jinsabu fis-suq intern hija inferjuri għat-taxxa l-ġdida?

2)

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 9/2012 u tas-suġġett tat-taxxa prevista minn din il-liġi, huwa neċessarju li jitqies li l-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil Stat Membru tal-Unjoni milli jistabbilixxi taxxa fuq l-emissjonijiet li jniġġsu applikabbli fil-mument tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi li ġejjin minn Stat tal-Unjoni ieħor, taxxa li, fil-każijiet tal-vetturi nazzjonali, hija dovuta biss waqt it-trasferiment tad-dritt għall-proprjetà fuq tali vettura, bil-konsegwenza li vettura barranija ma tistax tintuża mingħajr ħlas tat-taxxa, filwaqt li vettura nazzjonali tista’ tintuża b’mod illimitat ratione temporis mingħajr ħlas tat-taxxa, sal-mument tat-trasferiment tad-dritt għall-proprjetà fuq l-imsemmija vettura, segwit bir-reġistrazzjoni tal-proprjetarju l-ġdid, jekk tali trasferiment iseħħ?


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fit-18 ta’ Diċembru 2014 – Sergiu Octav Constantinescu vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice Sălaj

(Kawża C-588/14)

(2015/C 107/23)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Sergiu Octav Constantinescu

Konvenuta: Administrația Județeană a Finanțelor Publice Sălaj

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 9/2012 u tas-suġġett tat-taxxa prevista minn din il-liġi, huwa neċessarju li jitqies li l-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil Stat Membru tal-Unjoni milli jistabbilixxi taxxa fuq l-emissjonijiet li jniġġsu applikabbli fil-mument tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi li ġejjin minn Stat tal-Unjoni ieħor, taxxa li ma tapplikax għar-reġistrazzjoni waqt it-trasferiment tad-dritt għall-proprjetà fuq il-vetturi nazzjonali li fir-rigward tagħhom tali taxxa jew taxxa simili diġà tħallset, fil-kundizzjonijiet fejn il-valur ta’ din it-taxxa residwali inkorporata fil-valur tal-vetturi li jinsabu fis-suq intern hija inferjuri għat-taxxa l-ġdida?

2)

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 9/2012 u tas-suġġett tat-taxxa prevista minn din il-liġi, huwa neċessarju li jitqies li l-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil Stat Membru tal-Unjoni milli jistabbilixxi taxxa fuq l-emissjonijiet li jniġġsu applikabbli fil-mument tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi li ġejjin minn Stat tal-Unjoni ieħor, taxxa li, fil-każijiet tal-vetturi nazzjonali, hija dovuta biss waqt it-trasferiment tad-dritt għall-proprjetà fuq tali vettura, bil-konsegwenza li vettura barranija ma tistax tintuża mingħajr ħlas tat-taxxa, filwaqt li vettura nazzjonali tista’ tintuża b’mod illimitat ratione temporis mingħajr ħlas tat-taxxa, sal-mument tat-trasferiment tad-dritt għall-proprjetà fuq l-imsemmija vettura, segwit bir-reġistrazzjoni tal-proprjetarju l-ġdid, jekk tali trasferiment iseħħ?


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/17


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2014 minn El Corte Inglés, S.A mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-15 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża T-515/12 – El Corte Inglés vs UASI – English Cut (The English Cut)

(Kawża C-603/14 P)

(2015/C 107/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: El Corte Inglés, S.A. (rappreżentanti: J.L. Rivas Zurdo, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża T-515/12 fl-intier tagħha.

tikkundanna lill-parti jew lill-partijiet li qed jikkontestaw dan l-appell għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq żnaturament tal-fatti, peress li l-Qorti Ġenerali, fis-sentenza tagħha tal-15 ta’ Ottubru 2014, stabbilixxiet li x-xebh kunċettwali eżistenti bejn is-sinjali huwa xebh li għandu jiġi kkwalifikat bħala limitat, filwaqt li l-Bord tal-Appell tal-UASI qies li jeżisti xebh kunċettwali.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq il-ksur tad-dritt Komunitarju, peress li ġie applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009 (1).

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq il-ksur tad-dritt Komunitarju, peress li ġie applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (Ir-Rumanija) fit-23 ta’ Diċembru 2014 – Nicolae Ilie Nicula vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Fondului pentru Mediu

(Kawża C-609/14)

(2015/C 107/25)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Sibiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Nicolae Ilie Nicula

Konvenuti: Administrația Județeană a Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Fondului pentru Mediu

Intervenjenti: Cristina Lenuta Stoica

Domanda preliminari

L-Artikolu 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 17, 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ non reformatio in peius li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni u mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet bħal dawk tal-OUG Nruo9/2013?


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Jannar 2015 – Staatssecretaris van Financiën vs Argos Supply Trading BV

(Kawża C-4/15)

(2015/C 107/26)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën

Konvenuta: Argos Supply Trading BV

Domanda preliminari

Fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet ekonomiċi meħtieġa għas-sistema ta’ pproċessar passiv, il-kunċett ta’ “proċessuri tal-Komunità” li jinsab fl-Artikolu 148(ċ) tal-KDK [Kodiċi Doganali tal-Komunità] (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi b’mod partikolari produtturi tal-Komunità ta’ materja prima jew ta’ prodotti kważi lesti li huma identiċi għal dawk li, fil-proċess ta’ pproċessar, ġew ipproċessati bħala merkanzija mhux tal-Komunità?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Jannar 2015 –  AK (*1) vs Achmea Schadeverzekeringen NV u Stichting Achmea Rechtsbijstand

(Kawża C-5/15)

(2015/C 107/27)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AK (*1)

Konvenuti: Achmea Schadeverzekeringen NV, Stichting Achmea Rechtsbijstand

Domanda preliminari

Il-kunċett ta’ “proċedura [amministrattiva]” imsemmi fil-parti introduttorja u fis-subparagrafu (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE (1), tat-22 ta’ Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi l-fażi ta’ lment quddiem is-CIZ [Centrum Indicatiestelling Zorg], li matulha l-persuna li t-talba għal indikazzjoni tagħha tkun inċaħdet mis-CIZ tressaq ilment quddiem l-istess CIZ sabiex titolbu jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu?


(*1)  Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.

(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 187


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-16 ta’ Jannar 2015 – Cdiscount SA vs Ministère public

(Kawża C-13/15)

(2015/C 107/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cdiscount SA

Konvenut: Ministère public

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 sa 9 tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (1) jipprekludu li jkun ipprojbit, fiċ-ċirkustanzi kollha, irrispettivament mill-impatt potenzjali tiegħu fuq id-deċiżjoni tal-konsumatur medju, tnaqqis tal-prezz li ma huwiex ikkalkolat skont il-prezz ta’ referenza stabbilit permezz ta’ regolament?


(1)  Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 249, p. 22).


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/20


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2015 mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-6 ta’ Jannar 2015 fil-Kawża T-71/15, Kendrion vs L-Unjoni Ewropea

(Kawża C-71/15 P)

(2015/C 107/29)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellanti: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. V. Placco u E. Beysen, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Kendrion NV

Talbiet tal-appellanti

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Jannar 2015 fil-Kawża T-479/15, Kendrion vs L-Unjoni Ewropea;

tilqa’ t-talbiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“QĠUE”) imressqa quddiem il-Qorti Ġenerali inkonformità mal-Artikolu 114 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha u għaldaqstant

prinċipalment, filwaqt li taqta’ definittivament it-tilwima, tiddikjara inammissibbli r-rikors għad-danni ppreżentat minn Kendrion NV minħabba li huwa ppreżentat kontra l-QĠUE (bħala rappreżentanti tal-Unjoni);

sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-fatt li r-rikors imsemmi huwa ppreżentat kontra l-QĠUE u mhux kontra l-Kummissjoni (bħala rappreżentantital-Unjoni) ma jaffettwax l-ammissibbiltà tiegħu iżda li l-Qorti Ġenerali, fid-deċiżjoni tagħha dwar il-kwistjoni proċedurali mqajma quddiemha mill-QĠUE, kien imissha ordnat li l-Qorti tal-Ġustizzja tiġi ssostitwita bil-Kummissjoni bħala konvenuta, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi dwar ir-rikors għad-danni ta’ Kendrion fid-dawl tal-evalwazzjoni legali tal-Qorti tal-Ġustizzja;

tikkundanna lil Kendrion NV għall-ispejjeż tal-proċedura tal-ewwel istanza u tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta’ digriet tas-6 ta’ Jannar 2015, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ċaħdet it-talba mressqa mill-QĠUE bis-saħħa tal-Artikolu 114 tar-Regoli tal-Proċedura tal-imsemmija Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-Kawża T-479/14, Kendrion vs Il-Qorti tal-Ġustizzja. It-talba ta’ din l-istituzzjoni kienet intiża, prinċipalment, sabiex jiġi ddikjarat inammissibbli r-rikors ta’ Kendrion NV li kien ġie nnotifikat lilha bħala konvenuta u li permezz tiegħu din il-kumpannija kienet qiegħda tinvoka r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni sabiex tikseb kumpens għad-dannu li hija allegatament ġarrbet minħabba li l-Qorti Ġenerali kienet naqset milli tosserva terminu raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni fil-Kawża T-54/06, Kendrion vs Il-Kummissjoni. Sussidjarjament, f’din it-talba l-QĠUE qajmet kwistjoni proċedurali li permezz tagħha talbet lill-Qorti Ġenerali tordna li tiġi ssostitwita bil-Kummissjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Kummissjoni”) bħala konvenuta. F’dan il-kuntest, il-QĠUE sostniet li r-rikorrenti kien imissha ppreżentat ir-rikors tagħha kontra l-Unjoni Ewropea rrappreżentata mill-Kummissjoni u mhux mill-QĠUE. Fid-digriet iċċitat iktar ’il fuq, il-Qorti Ġenerali ma qablitx mal-QĠUE dwar dan il-punt.

Il-QĠUE qiegħda preżentement tippreżenta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja appell bis-saħħa tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-QĠUE intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet. Insostenn ta’ dan l-appell, il-QĠUE tinvoka n-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli dwar ir-rappreżentanza tal-Unjoni quddiem il-qrati tagħha u ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

Fil-kuntest tal- ewwel aggravju, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli dwar ir-rappreżentanza tal-Unjoni quddiem il-qrati tagħha , il-QĠUE tosserva li, fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni espliċita li torganizza r-rappreżentanza tal-Unjoni quddiem il-qrati tagħha fil-kuntest ta’ kawżi mressqa bis-saħħa tal-Artikolu 268 TFUE sabiex tiġi invokata r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, ir-regoli dwar tali rappreżentanza għandhom jiġu dedotti minn prinċipji ġenerali li jirregolaw l-eżerċizzju tal-funzjoni ġudizzjarja, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja kif ukoll il-prinċipji ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità tal-qorti.

Dan l-ewwel aggravju tal-QĠUE huwa maqsum f’żewġ partijiet, jiġifieri n-nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti marbuta mal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, minn naħa, u n-nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti marbuta mal-prinċipji ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità tal-qorti, min-naħa l-oħra.

Fil-kuntest tal-ewwel parti, il-QĠUE tosserva li l-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali fis-sens li hija l-QĠUE li għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-kuntest tar-rikors għad-danni ċċitati iktar ’il fuq hija bbażata b’mod ċar fuq il-ġurisprudenza li rriżultat mis-sentenza Werhahn Hansamühle et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (63/72 sa 69/72, EU:C:1973:121, iktar ’il quddiem is-“sentenza Werhahn et”). Is-soluzzjoni adottata f’din il-ġurisprudenza timplika li, meta r-responsabbiltà tal-Komunità, li saret l-Unjoni, tkun stabbilita minħabba fatt attribwibbli lil waħda mill-istituzzjonijiet tagħha, hija għandha tkun irrappreżentata quddiem il-qorti tal-Unjoni mill-istituzzjoni jew istituzzjonijiet li lilha jew lilhom ikun attribwibbli l-fatt li jwassal għar-responsabbiltà. Il-QĠUE tosserva li din is-soluzzjoni ma tistax tapplika għall-kawża ineżami peress li twassal, minħabba diversi fatturi, għal sitwazzjoni li tirriżulta kuntrarja għall-interess ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja li, skont it-termini espliċiti tas-sentenza Werhahn et, hija r-raġuni li tiġġustifika l-imsemmija soluzzjoni. F’dan il-kuntest, il-QĠUE qiegħda tinvoka wkoll, inċidentalment, in-nuqqas ta’ osservanza tal-portata tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 317 TFUE u tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament Nru 966/2012 (1), liema dispożizzjonijiet jipprovdu li l-Qorti Ġenerali kien imissha rrikonoxxiet il-prinċipju li kumpens bħal dak mitlub fil-kawża ineżami għandu jiġi imputat fil-parti tal-baġit li tikkonċerna lill-Kummissjoni.

Fil-kuntest tat-tieni parti tal-ewwel aggravju, il-QĠUE, filwaqt li tibbaża ruħha f’dan ir-rigward fuq is-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta’ Lulju 2008, Mihalkov vs Il-Bulgarija (Applikazzjoni Nru 67719/01), issostni li l-Qorti Ġenerali ma osservatx ir-rekwiżiti ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità tal-qorti meta qieset li l-QĠUE kellha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-kuntest tar-rikors għad-danni ppreżentat minn Kendrion. Fil-fatt, peress li, fil-kawża ineżami, minn naħa, il-fatt li jwassal għar-responsabbiltà allegata seħħ fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet ġudizzjarji ta’ kulleġġ ġudikanti u peress li, min-naħa l-oħra, il-kulleġġ ġudikanti mitlub jieħu konjizzjoni tal-kawża (i) jaqa’ taħt l-istess qorti (il-Qorti Ġenerali) bħall-kulleġġ ġudikanti li lilu huwa attribwibbli l-fatt li wassal għar-responsabbiltà u (ii) jagħmel parti integrali mill-konvenuta f’din il-kawża (il-QĠUE), li magħha l-Imħallfin tagħha huma professjonalment marbuta, ir-rekwiżiti ċċitati iktar ’il fuq huma kompromessi, u dan iktar u iktar jekk, kif iddeċidiet il-Qorti Ġenerali, kumpens bħal dak mitlub ikollu jiġi imputat fil-parti tal-baġit li tikkonċerna lill-QĠUE.

Fil-kuntest tat- tieni aggravju tagħha, il-QĠUE ssostni li d-digriet appellat kiser l-obbligu ta’ motivazzjoni minħabba li ma jinkludix rifjut speċifiku tal-linja ta’ argumenti dwar il-portata tas-sentenza Kendrion vs Il-Kummissjoni (C-50/12 P, EU:C:2013:771), li l-QĠUE kienet żviluppat quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal- 25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, p. 1).


Il-Qorti Ġenerali

30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2015 – Akhras vs Il-Kunsill

(Kawża T-579/11) (1)

((Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Iffriżar ta’ fondi - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-ħajja - Dritt għall-proprjetà - Dritt għar-rispett tal-privatezza - Proporzjonalità))

(2015/C 107/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tarif Akhras (Homs, is-Sirja) (rappreżentanti: S. Ashley, S. Millar, S. Jeffrey, A. Irvine, solicitors, D. Wyatt, QC, u R. Blakeley, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn M. Bishop, F. Naert u M.-M. Joséphidès, sussegwentement minn M. Bishop u M.-M. Joséphidès, aġenti)

Parti konvenuta in sostenn tal-parti konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn E. Paasivirta u F. Castillo de la Torre, sussegwentement minn F. Castillo de la Torre u D. Gauci, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni 2011/522/PESC tal-Kunsill, tat-2 ta’ Settembru 2011, li emendat id-deċiżjoni 2011/273/PESC dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 228, p. 16), tar-Regolament (UE) Nru 878/2011 tal-Kunsill, tat-2 ta’ Settembru 2011 li emenda r-Regolament Nru 442/2011 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 228, p. 1), tad-deċiżjoni 2011/628PESC tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2011, li emendat id-deċiżjoni 2011/273/PESC dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 247, p. 17), tar-Regolament (UE) Nru 1011/2011 tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2011, li emenda r-Regolament Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 269, p. 18), tad-deċiżjoni 2011/782/PESC tal-Kunsill, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja li abrogat id-deċiżjoni 2011/273/PESC (ĠU L 319, p. 56), tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 tal-Kunsill, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja li abrogat ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 16, p. 1), tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni 2012/172PESC tal-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 2012, li implimentat id-deċiżjoni 2011/782 (ĠU L 87, p. 103), tar-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 266/2012 tal-Kunsill, tat-23 ta’ Marzu 2012. li implimentat id-deċiżjoni 2012/739/PESC tal-Kunsill tad-29 ta’ Novembru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja li abrogat id-deċiżjoni 2011/782 (ĠU L 330, p. 21), tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni 2013/185/PESC tal-Kunsill, tat-22 ta’ April 2013, li implimentat d-deċiżjoni 2012/739 (ĠU L 111, p. 77), tar-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 363/2013 tal-Kunsill, tat-22 ta’ April 2013, li implimentat ir-Regolament Nru 36/2012 (ĠU L 111, p 1) tad-deċiżjoni 2013/255/PESC tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 147, p. 14), tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni 2014/730/PESC tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ottubru 2014, li implimentat id-deċiżjoni ta; implimentazzjoni 2013/255 (ĠU L 301, p. 36) u tar-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 1105/2014 tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ottubru 2014, li implimentat ir-Regolament Nru 36/2012 (ĠU L 301, p. 7) dment li tali atti jikkonċernaw ir-rikorrent

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni 2011/522/PESC tal-Kunsill, tat-2 ta’ Settembru 2011, li emendat id-deċiżjoni 2011/273/PESC dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, ir-Regolament (UE) Nru 878/2011 tal-Kunsill, tat-2 ta’ Settembru 2011 li emendat ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, id-deċiżjoni 2011/628/PESC tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2011, li emendat id-deċiżjoni 2011/273/PESC dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, ir-Regolament (UE) Nru 1011/2011 tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2011, li emenda ir-Regolament (UE) Nru: 442/2011 miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, id-deċiżjoni 2011/782/PESC tal-Kunsill tal-1 ta’ Diċembru 2011 miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li abrogat id-deċiżjoni2011/273/PESC, u r-Regolament (UE) Nru 36/2012 tal-Kunsill, tat-18 ta’ Jannar 2012, miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja li abrogat ir-Regolament (UE) Nru 442/2011, għandhom jiġu annullati safejn dawn l-atti jikkonċerenaw lil Tarif Akhras.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati s-spejjeż tagħha stess fil-kuntest tal-proċedura preżenti.

4)

Tarif Akhras għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-proċedura riferita.


(1)  ĠU C 6 tas-7.1.2012.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2015 – Compagnie des montres Longines, Francillon vs UASI – Cheng (B)

(Kawża T-505/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva B - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti li tirrappreżenta żewġ ġwienaħ miftuħa - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ ħsara għar-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2015/C 107/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Compagnie des montres Longines, Francillon SA (Saint-Imier, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment F. Mattina, sussegwentement P. Bullock, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Xiuxiu Cheng (Budapest, l-Ungerija)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Settembru 2012 (Każ R 193/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Compagnie des montres Longines, Francillon SA u Xiuxiu Cheng.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Compagnie des montres Longines, Francillon SA, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2015 – Compagnie des montres Longines, Francillon vs UASI – Staccata (QUARTODIMIGLIO QM)

(Kawża T-76/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva QUARTODIMIGLIO QM - Trade marks Komunitarji u internazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw żewġ ġwienah estiżi u trade marks internazzjonali figurattivi preċedenti LONGINES - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 - Assenza ta’ ħsara għar-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2015/C 107/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Compagnie des montres Longines, Francillon SA (Saint-Imier, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Staccata Srl (Côme, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Novembru 2012 (Każ R 62/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-Compagnie des montres Longines, Francillon SA u Staccata Srl.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Compagnie des montres Longines, Francillon SA hija kkundannara għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 108, 13.4.2013.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Frar 2015 – Husky CZ vs UASI – Husky of Tostock (HUSKY)

(Kawża T-287/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja verbali HUSKY - Użu ġenwin tat-trade mark - Revoka parzjali - Proroga ta’ terminu - Regola 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Traduzzjoni fil-lingwa tal-kawża”])

(2015/C 107/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Husky CZ s.r.o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: L. Lorenc, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Geroulakos u I. Harrington, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Husky of Tostock Ltd (Woodbridge, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Marzu 2013 (Każ Nru R 748/2012-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Husky CZ s.r.o. u Husky of Tostock Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Husky CZ s.r.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2015 – Vita Phone vs UASI

(Kawża T-318/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali LIFEDATA - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b), u Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Nuqqas ta’ evalwazzjoni konkreta - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

(2015/C 107/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vita Phone GmbH (Mannheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Ruess u A. Doepner-Thiele, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Marten u G. Schneider, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Marzu 2013 (Każ R 1072/2012-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali LIFEDATA bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vita Phone GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 226, 3.8.2013.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2015 – Klaes vs UASI – Klaes Kunststoffe (Klaes)

(Kawża T-453/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Klaes - Trade mark Komunitarja figurattiva anterjuri Klaes - Raġuni relattiva għal rifjut - Riskju ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2015/C 107/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Horst Klaes GmbH & Co. KG (Bad Neuenahr-Ahrweiler, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Dix, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Klaes Kunststoffe GmbH (Neuenrade, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn J. Schneider, sussegwentement minn S. Schweyer, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra l-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Gunju 2013 (Każ R 1206/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Horst Klaes GmbH & Co. KG u Klaes Kunststoffe GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Horst Klaes GmbH & Co. KG tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk inkorsi mill-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

3)

Klaes Kunststoffe GmbH tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 313, 26.10.2013


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/27


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2015 – Kicks Kosmetikkedjan vs UASI – Kik Textilien (KICKS)

(Kawża T-531/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 107/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kicks Kosmetikkedjan AB (Stokkolma, l-Isvezja) (rappreżentanti: K. Strömholm, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: I. Harrington, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Kik Textilien und Non-Food GmbH (Bönen, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta’ Lulju 2013 (Każ R 992/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kik Textilien und Non-Food GmbH u Kicks Kosmetikkedjan AB.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni.

2)

Ir-rikorrenti u l-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull wieħed minnhom, in-nofs tal-ispejjeż tal-konvenut.


(1)  ĠU C 359, 7.12.2013.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2015 – Kicks Kosmetikkedjan vs UASI – Kik Textilien (KICKS)

(Kawża T-532/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 107/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kicks Kosmetikkedjan AB (Stokkolma, l-Isvezja) (rappreżentant: K. Strömholm, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Kik Textilien und Non-Food GmbH (Bönen, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta’ Lulju 2013 (Każ R 991/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kicks Kosmetikkedjan AB u Kik Textilien und Non-Food GmbH.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni.

2)

Ir-rikorrenti u l-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull wieħed minnhom, in-nofs tal-ispejjeż tal-konvenut.


(1)  ĠU C 359, 7.12.2013.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/28


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2014 – Infineon Technologies vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-758/14)

(2015/C 107/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Infineon Technologies AG (Neubiberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Brinker, U. Soltész, P. Linsmeier, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Każ AT.39574 – Smart Card Chips tat-3 ta’ Settembru 2014 (notifikata lir-rikorrenti fil-5 ta’ Settembru 2014), b’mod partikolari l-Artikolu 1(a), l-Artikolu 2(a) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 4;

sussidjarjament, tordna tnaqqis sostanzjali tal-multa imposta fuq Infineon Technologies AG skond l-Artikolu 2(a) tad-deċiżjoni; u

tordna lill-Kummisjoni Ewropea tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti fil-proċedura preżenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors preżenti tagħha, ir-rikorrenti qed titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 6250 finali, tat-3 ta’ Settembru 2014, fil-Każ Nru AT.39574 – Smart Card Chips.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv jallega li l-Kummissjoni kisret id-dritt għal smigħ tar-rikorrenti, b’mod partikolari meta naqset li tadotta dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida. Ir-rikorrenti tissottometti illi:

il-Kummissjoni naqset milli tippreżenta l-provi b’mod li kien jippermetti lir-rikorrenti tidentifika l-aġir li sar ilment fuqu sabiex tkun tista’ tiddefendi ruħha b’mod xieraq;

il-Kummissjoni kisret id-drittijiet proċedurali ta’ Infineon meta introduċiet elementi ta’ provi ewlenin fi stadju tard ħafna tal-proċedura u b’riżultat ta’ dan Infineon ma setgħetx tiddefendi ruħha b’risposta eżawrjenti lid-dikjarazzjoni tal- oġġezzjonijiet u ġiet imċaħħda mill-opportunità li tirribatti l-provi miġjuba kontrieha f’seduta għas-sottomissjonijiet orali; u

uħud mid-dokumenti li bbażat l-argumenti tagħha fuqhom il-Kummissjoni ma ġewx żvelati lil Infineon u ma jistgħux jiġu użati kontriha.

2.

It-tieni motiv jallega li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u d-drittijiet tad-difiża ta’ Infineon meta applikat “proċess imħaffef”.

3.

It-tielet motiv jallega li l-kuntatti ta’ Infineon mal-kompetituri tagħha li sar riferiment għalihom fid-Deċiżjoni ma kisrux l-Artikolu 101(1) TFUE. Ir-rikorrenti tissottometti illi:

il-provi li bbażat ruħha fuqhom il-Kummissjoni ma humiex kredibbli u għaldaqstant ma humiex suffiċjenti sabiex jistabilixxu l-fatti kif deskritti fid-Deċiżjoni lil hinn minn kull dubju raġjonevoli (in dubio pro reo); u

il-fatti kif deskritti mill-Kummissjoni ma jikkostitwixxux “restrizzjoni minħabba l-għan” kif issostni l-Kummissjoni.

4.

Ir-raba’ motiv jallega li l-Kummissjoni wettqet żball manifest meta applikat il-kunċett ta’ “ksur uniku u kontinwat” (KUK), peress li, l-ewwel nett, Infineon kienet responsabbli biss għal seba’ kuntatti bilaterali (minn total ta’ 41 kuntatt), fit-tieni nett, ma kinitx taf bihom u, fl-aħħar nett, ma setgħetx raġonevolment tipprevedi l-kuntatti bilaterali bejn il-parteċipanti l-oħra.

5.

Il-ħames motiv jallega li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti meta kkalkolat il-multa billi ma naqqsitx il-fatturat mill-“valur tal-bejgħ” (il-bażi li fuqha ġiet ikkalkolata l-multa) li b’mod ċar ma ġietx affettwata mill-ksur.

6.

Is-sitt motiv jallega li l-Kummissjoni kisret il-linji gwida tagħha stess fuq multi u kisret ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità, b’mod partikolari meta ffissat “il-perċentwali tal-gravità” fl-istess livell għall-partijiet kollha.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/30


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2015 – Deutsche Post vs UASI – Media Logistik (PostModern)

(Kawża T-13/15)

(2015/C 107/39)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Hamacher u C. Giersdorf, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Media Logistik GmbH (Dresden, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikanti: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark inkwistjoni: it-trade mark verbali Komunitarja “PostModern” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 276 821

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Novembru 2014 fil-Każ R 2063/2013-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut u, skont il-każ, lill-partijiet l-oħra, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/30


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Jannar 2015 – Philip Morris vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-18/15)

(2015/C 107/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Philip Morris Ltd (Richmond, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Nordlander u M. Abenhaïm, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors għal annullament bħala ammissibbli;

tannulla id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares (2014) 3694540 tas-6 ta’ Novembru 2014, sa fejn ċaħdet lir-rikorrent aċċess sħiħ għad dokumenti rikjesti, pero’ bl-eċċezzjoni tad-data personali redatta u kontenuta fl-istess dokumenti.

Tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti f’dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tal-kawża preżenti, ir-rikorrenti qed titlob l-annullament tad-deċiżjoni Ares (2014) 3694540 tas-6 ta’ Novembru 2014, li biha il-Kummissjoni ċaħdet it-talba tar-rikorrenti għal aċċess sħih għal ħames dokumenti interni mħejjija fil-kuntest tax-xogħol preparatorju li sar qabel l-adozzjoni tad-Direttiva 2014/40/UE dwar il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti (1) relatati (“id-deċiżjoni kontestata”).

Insostenn ta’ din il-kawża, ir-rikorrenti tistrieħ fuq żewġ motivi legali.

1.

L-ewwel motiv jallega li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 15(3) TFEU u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (2) (Ir-Regolament dwar it-Trasparenza) billi naqset milli turi li l-iżvelar tad-dokumenti rikjesti lir-rikorrenti kienu ser idgħajjfu “speċifikament u attwalment” il-ħarsien ta’ proċedimenti fil-qrati li huma identifikati, u b’dan in-nuqqas li tagħmel evalwazzjoni tajba dwar jekk l-interess pubbliku prevalenti huwa raġuni biżżejjed biex jiġġustifika żvelar sħiħ. Ir-rikorrenti targumenta li l-Kummissjoni naqset milli turi li żvelar sħiħ tad-dokumenti rikjesti jdgħajjfu “speċifikament u attwalment” il-ħarsien ta’ “proċedimenti fil-qrati” identifikati, għaliex, l-ewwel nett, id-dokumenti rikjesti ma jistgħux igawdu mill-preżunzjoni ta’ ħarsien applikabbli għal “’sottomissjonijiet fil-qorti”, fit-tieni lok ir-riferenza astratta li għamlet il-Kummissjoni għall-prinċipju tal-parità tal-armi ma tiġġustifikax l-estensjoni tal-preżunzjoni għal dokumenit li mhumiex tal-qorti, u, fit-tielet lok, ir-riferenzi astratti tal-Kummissjoni għal proċeduri pendenti, parità tal-armi, u l-abbilta’ tas-servizz legali li jiddefendi il-validità tat-TPD mhumiex biżżejjed sabiex juru li l-iżvelar, b’dawn il-fatti, jdgħajjef “speċifikament u attwalment” il-ħarsien ta’ “proċedimenti fil-qrati”.

2.

It-tieni motiv jallega li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 15(3) TFEU u t-tieni paragrfu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament dwar it-Trasparenza billi naqset milli turi li żvelar sħih tad-dokument rikjest lir-rikorrenti jdgħajjef “speċifikament u attwalment” il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Ir-rikorrenti tissottometti li l-Kummissjoni għamlet akkużi vagi dwar il-ħsara li allegatament saret lill-kooperazzjoni bejn is-servizzi tal-Kummissjoni, iżda naqset milli turi xi pressjoni esterna serja li setgħet iddagħjjef serjament il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Il-Kummissjoni wettqet ukoll żball mainfest meta għamlet evalwazzjoni tal-interess pubbliku prevalenti, peress li identifikat l-interess żbaljat sabiex jiġi bilanċjat mal-ħarsien tal-proċess tagħha tat-teħid ta’ deċiżjonijiet.


(1)  Direttiva 2014/40/UW tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-sispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE, ĠU, L 12//1

(2)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ĠU L 145/43


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/32


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2015 – Franmax vs UASI – Ehrmann (Dino)

(Kawża T-21/15)

(2015/C 107/41)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Franmax UAB (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentant: E. Saukalas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ehrmann AG Oberschönegg im Allgäu (Oberschönegg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant/Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent/il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata: Trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “Dino” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 809 481

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 2012/2013-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/32


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2015 – Novartis vs UASI – Mabxience (HERTIXAN)

(Kawża T-41/15)

(2015/C 107/42)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mabxience SA (Montevideo, l-Urugwaj)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata: Trade mark Komunitarja verbali “HERTIXAN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 660 835

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 2550/2013-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/33


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2015 – Credentis vs UASI – Aldi Karlslunde (Curodont)

(Kawża T-53/15)

(2015/C 107/43)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Credentis AG (Windisch, l-Isvizzera) (rappreżentant: D. Breuer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aldi Karlslunde K/S (Karlslunde, id-Danimarka)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Curodont” – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 10 332 807.

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Novembru 2014 fil-Każ R 353/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI u lil Aldi Karlslunde għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/34


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2015 – Jääkiekon SM-liiga vs UASI (Liiga)

(Kawża T-54/15)

(2015/C 107/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Jääkiekon SM-liiga Oy (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: L. Laaksonen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkonċernata: Trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Liiga” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 056 792

Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tat-tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Diċembru 2014 fil-Każ R 576/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/34


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2015 – Certified Angus Beef vs UASI – Certified Australian Angus Beef (CERTIFIED AUSTRALIAN ANGUS BEEF)

(Kawża T-55/15)

(2015/C 107/45)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Certified Angus Beef, LLC (Wooster, Ohio, l-Istati Uniti tal-Amerika) (rappreżentant: C. Aikens, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Certified Australian Angus Beef Pty Ltd (Surrey Hills, l-Awstralja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata: Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “CERTIFIED AUSTRALIAN ANGUS BEEF” – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 095 394

Proċedimenti quddiem l-UASI: Proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 662/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ l-oppożizzjoni kollha kemm hi;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/35


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2015 – Laboratorios Ern vs UASI – Dermogen Farma (ETERN JUVENTUS)

(Kawża T-60/15)

(2015/C 107/46)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Laboratorios Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: T. González Martínez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dermogen Farma, SA (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “ETERN JUVENTUS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 862 548

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Novembru 2014 fil-Każ R 2414/2013-1

Talbiet

tannulla deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Novembru 2014 fil-Każ R 2414/2013-1, sa fejn tirrigwarda l-ilqugħ parzjali tas-servizzi li ġejjin: Klassi 35 “Servizzi ta’ bejgħ bl-imnut, bl-ingrossa, u permezz ta’ netwerks dinjija tal-informatika ta’ toothpaste; bejgħ esklużiv u rappreżentazzjonijiet kummerċjali dwar it-toothpastes”;

tiċħad l-Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 10 862 548 “ETERN JUVENTUS” fir-rigward tal-Klassi 35 “Servizzi ta’ bejgħ bl-imnut, bl-ingrossa, u permezz ta’ netwerks dinjija tal-informatika ta’ toothpaste; bejgħ esklużiv u rappreżentazzjonijiet kummerċjali dwar it-toothpastes”, u

tikkundanna lill-UASI, u jekk ikun meħtieġ lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/36


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2015 – 1 & 1 Internet vs UASI – Unoe Bank (1e1)

(Kawża T-61/15)

(2015/C 107/47)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: 1&1 Internet AG (Montabaur, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Klopp, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Unoe Bank, SA (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata: it-trade mark Komunitarja verbali “(1e1)” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 047 479

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Diċembru 2014 fil-Każ R 101/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata dwar il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 002090507 bejn 1&1 Internet AG u UNO E Bank;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/37


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2015 – Market Watch vs UASI – El Corte Inglés (MITOCHRON)

(Kawża T-62/15)

(2015/C 107/48)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Market Watch Franchise & Consulting, Inc. (Freeport, il-Bahamas) (rappreżentant: J. Korab, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “MITOCHRON”, Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 200 078

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Novembru 2014 fil-Każ R 508/2014-2

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks li huma s-suġġett tat-tilwima.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/37


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2015 – Shoe Branding Europe vs UASI (Strixxi paralleli)

(Kawża T-63/15)

(2015/C 107/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Shoe Branding Europe BVBA (Oudenaarde, il-Belġju) (rappreżentant: J. Løje, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata: Trade mark Komunitarja figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ strixxi paralleli) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 926 764

Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Diċembru 2014, fil-Każ R 2560/2013-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/38


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2015 – Shoe Branding Europe vs UASI (Strixxi paralleli mmejjla)

(Kawża T-64/15)

(2015/C 107/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Shoe Branding Europe BVBA (Oudenaarde, il-Belġju) (rappreżentant: J. Løje, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkonċernata Trade mark Komunitarja figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ strixxi paralleli mmejjla) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 984 102

Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Diċembru 2014 fil-Każ R 2563/2013-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2015 – Gretsch-Unitas u Gretsch-Unitas Baubeschläge vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-252/12) (1)

(2015/C 107/51)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tat-tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 227, 28.7.2012.


30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-657/14) (1)

(2015/C 107/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 380, 27.10.2014.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/40


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2015 – ZZ vs EASA

(Kawża F-6/15)

(2015/C 107/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: E. Asenov, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni li tterminat il-kuntratt b’terminu fiss tar-rikorrent qabel id-data tal-iskadenza tiegħu kif mniżżel fl-istess kuntratt u applikazzjoni għad-danni bl-imgħaxijiet li jinkludu danni materjali u danni morali li r-rikorrent sofra riżultat tat-terminazzjoni qabel iż-żmien tal-kuntratt.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla id-Deċiżjoni kontestata Nru 2014/39/E tas-16 ta’ April 2014, li tterminat il-kuntratt tar-rikorrent qabel iż-zmien stabbilit, liema deċiżjoni ġiet konfermata bid-deċiżjoni tal-EASA Nru SR 14-005 tas-27 ta’ Ottubru 2014;

Kunpens għad-danni morali sofferti mir-rikorrent fil-forma ta’ umiljazzjoni, insult, ksur ta’ reputazzjoni u deterjorament ta’ saħħa kawżati mill-istess deċiżjoni. Ir-rikorrent jistma dawn id-danni morali fis-somma ta’ EUR 100 000;

Kumpens għad-danni materjali sofferti mir-rikorrent b’riżultat tat-terminazzjoni tal-kuntratt qabel id-data tal-iskadenza tiegħu. Dawn id-danni huma ekwivalenti għad-differenza bejn is-salarju sħiħ tar-rikorrent u l-kumpens imsemmi fl-Artikolu 47(b)(ii) CEOS għall-perjodu bejn it-terminazzjoni qabel iż-żmien tal-kuntratt tar-rikorrent u il-jum tal-istabbiliment mill-ġdid tal-istess kuntratt jew id-data tal-iskadenza tal-kuntratt fl-1 ta’ Novembru 2015. Din id-differenza tammonta għal EUR 75 000, iżda kalkoli iktar preċiżi jistgħu jsiru mill-uffiċċju tal-accountant tal-EASA;

Tirristawra l-eżekuzzjoni normali tal-kuntratt tar-rikorrent u r-relazzjoni professonali tar-rikorrent al-European Aviation Safety Agency;

Dwar Provi:

Xhud wieħed li jrid jiġi mħarrek sabiex jixhed fil-parti orali tal-proċedura dwar ir-reputazzjoni tar-rikorrent fost il-komunità tal-avjazzjoni ċivili qabel is-sospensjoni illegali tiegħu;

Xhud wieħed li jrid jiġi mħarrek biex jixhed fil-parti orali tal-proċedura dwar is-stat ta’ saħħa mentali u saħħa in ġenerali tar-rikorrent kemm qabel u kemm wara ma seħħet is-sospensjoni illegali u t-terminazzjoni tal-kuntratt.

L-EASA sabiex tiġi ordnata tissottometti lista ta’ karigi sensittivi

Dwar l-ispejjeż, il-konvenuta għandha tiġi ordnata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tar-rikorrent, inklużi l-ispejjez tal-avukat li qed jirrapprezenta lir-rikorrent quddiem it-Tribunal tal-Persunal, inklużi spejjez tax-xhieda u kwalunkwe spejjeż oħra inkorsi f’din il-proċedura.