ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 190

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
15 ta' Awwissu 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 190/01

Rata tal-kambju ta' l-euro

1

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2007/C 190/02

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

2

2007/C 190/03

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

4

2007/C 190/04

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

6

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Kummissjoni

2007/C 190/05

Avviż ta' l-iskadenza ta' ċerti miżuri kontra d-dumping

8

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2007/C 190/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4760 — Amadeus/Sabre/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

9

2007/C 190/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4832 — Penske/GM/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

10

2007/C 190/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4811 — Cetelem/Findomestic) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

11

2007/C 190/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4749 — PSB/Ovako) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

12

2007/C 190/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4851 — Sagard/Fläkt Woods) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

13

 


 

(1)   Test b'relevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

15.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 190/1


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

It-14 ta'Awwissu 2007

(2007/C 190/01)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3591

JPY

Yen Ġappuniż

160,74

DKK

Krona Daniża

7,4422

GBP

Lira Sterlina

0,6788

SEK

Krona Żvediża

9,315

CHF

Frank Żvizzeru

1,6421

ISK

Krona Iżlandiża

89,31

NOK

Krona Norveġiża

7,975

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CYP

Lira Ċiprijotta

0,5842

CZK

Krona Ċeka

27,978

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

254,41

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6991

MTL

Lira Maltija

0,4293

PLN

Zloty Pollakk

3,7897

RON

Leu Rumen

3,2021

SKK

Krona Slovakka

33,502

TRY

Lira Turka

1,7752

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6184

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4352

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6306

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8571

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0673

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 267,22

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,8424

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,2965

HRK

Kuna Kroata

7,3068

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 714,38

MYR

Ringgit Malażjan

4,7276

PHP

Peso Filippin

62,247

RUB

Rouble Russu

34,721

THB

Baht Tajlandiż

43,079


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

15.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 190/2


Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

(2007/C 190/02)

Numru XA

XA 7021/07

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Regione Lazio

Titolu ta l-iskema ta' għajnuna jew isem ta' l-impriża li qed tirċievi l għajnuna

Fondo di rotazione per la promozione e lo sviluppo della cooperazione — Foncooper — in relazione alle iniziative nella Regione Lazio

Bażi ġuridika

Titolo I della legge 27 febbraio 1985 n. 49 e successive modificazioni

Direttiva del ministero dell'Industria, del commercio e dell'artigianato (ora ministero dello Sviluppo economico) del 9 maggio 2001 (G.U. n. 171 del 25 luglio 2001)

Articolo 19 del decreto legislativo 31 marzo 1998, n. 112

Articolo 45, comma 2, della legge regionale 6 agosto 1999, n. 14

Deliberazione di giunta regionale n. 1911 del 14 dicembre 2001

Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħti lill-impriża

Skema ta' għajnuniet: ammont annwali totali ta' 6 miljun EUR (1)

Intensità massima ta' l-għajnuna

L-intensità grossa ta' l-għajnuna ma għandhiex teċċedi:

50 % ta' l-investimenti eliġibbli fir-reġjuni li jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna skond l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE,

40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli fir-reġjuni l-oħra

Data ta' l-implimentazzjoni

Id-data ta' din il-formola preżenti tintbagħat lill-Kummisjsoni Ewropea

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

Illimitata, madankollu l-iskema ta' għajnuna hija eżenti mill-obbligu ta' notifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE sat-30 ta' Ġunju 2008, data li fiha jintemm il-perjodu ta' validità tar-Regolament (KE) Nru 70/2001, kif emendat, sakemm ma ssirx proroga

Għan ta' l-għajnuna

Għajnuna lill-SMEs kooperattivi għat-twettiq ta' proġetti ta' investiment f'beni immobbli materjali li għandhom isiru wara t-tressiq ta' l-applikazzjoni għall-finanzjament.

L-ispejjeż eliġibbli (mingħajr VAT) għax-xiri ta' art u bini, għat-twettiq ta' xogħlijiet ta' bini u x-xiri, il-modernizzazzjoni u r-ristrutturar ta' makkinarju, apparat u impjanti

Settur(i) ekonomiku/i kkonċernat/i

Is-setturi kollha

 

jew

 

Minjieri tal-faħam

 

Industrija tal-manifattura (kollha)

 

jew

 

Industrija ta' l-azzar

 

Tarznari

 

Fibri sintetiċi

 

Industrija tal-karozzi

 

Industriji tal-manifattura oħrajn

 

Ipproċessar u kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli

Iva

Servizzi (kollha)

 

jew

 

Trasport

 

Servizzi finanzjarji

 

Servizzi oħra

 

Isem u indirizz l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Regione Lazio — Assessorato Piccola e media impresa, commercio e artigianato

Direzione regionale Attività produttive

Area Risorse per le attività produttive

Via Rosa Raimondi Garibaldi, 7

I-00147 Roma

Il-korp ta' deċiżjoni:

“Comitato di gestione Foncooper- Regione Lazio” (Kumitat ta' Ġestjoni Foncooper- Regione Lazio) skond il-ftehim konkluż fis-26 ta' Ġunju 2000 bejn il-Ministeru ta' l-Industrija, l-Kummerċ u l-Artiġanat (illum il-Ministeru ta' l-Iżvilupp Ekonomiku) u l-Coopercredito Spa (illum Banca Nazionale del Lavoro SpA., Via Veneto 119, I-00187 Roma) u l-Addendum adottat fit-13 ta' Mejju 2002 bejn Regione Lazio u l-imsemmija Coopercredito SpA (illum Banca Nazionale del Lavoro SpA)

Tagħrif ieħor

Proġetti individwali ta' finanzjament ma għandhomx jaqbżu 2 miljun EUR jew 70 % ta' l-investimenti eliġibbli

L-għajnuna mogħtija hija kostitwita mid-differenza bejn il-pagamenti lura kalkolati bir-rati tas-suq u dawk bir-rata sussidjata applikata għall-finanzjament


(1)  In-nefqa annwali tinkludi l-infiq provdut bl-iskema, bl-istess bażi ġuridika, maħsub għall-SMEs koperti bir-Regolament (KE) Nru 70/2001, għal setturi għajr dawk koperti b'dan is-sommarju, jew bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006.


15.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 190/4


Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

(2007/C 190/03)

Numru XA

XA 7022/07

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Piemonte

Titolu ta l-iskema ta' għajnuna jew isem ta' l-impriża li qed tirċievi l għajnuna

Fondo di rotazione per la promozione e lo sviluppo della cooperazione — Foncooper — in relazione alle iniziative nella Regione Piemonte

Bażi ġuridika

Titolo I della legge 27 febbraio 1985 n. 49, modificata con legge 5 marzo 2001 n. 57, art. 12 (G.U. n. 66 del 20 marzo 2001)

Direttiva del ministero dell'Industria, del commercio e dell'artigianato (ora ministero dello Sviluppo economico) del 9 maggio 2001 (G.U. n. 171 del 25 luglio 2001)

Deliberazione regionale n. 73-14507 del 29.12.2004

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew l-ammont ta' l-għajnuna  lill-impriża

Skema ta' għajnuniet: ammont annwali totali ta' 8 miljun EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 70/2001, l-intensità ta' l-għajnuna ma tistax taqbeż is-7,5 % jew il-15 % skond id-daqs ta' l-impriża

Fejn l-investiment isir f'postijiet eliġibbli għall-għajnuna reġjonali, l-intensità ta' l-għajnuna ma taqbiżx il-massimu ta' l-għajnuna għall-investiment reġjonali ddeterminata mill-mappa approvata mill-Kummissjoni għal kull Stat Membru, Iżda xorta waħda fil-limiti indikati fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 70/2001.

F'dak li għandu x'jaqsma ma' l-investimenti fis-settur ta' l-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti agrikoli, l-intensità massima ta' l-għajnuna ma tistax taqbeż:

il-50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli fir-reġjuni li huma ammessi biex jibbenefikaw mill-għajnuna skond l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE,

l-40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli fir-reġjuni l-oħra

Data ta' l-implimentazzjoni

Data tal-ħruġ ta' din l-iskeda informattiva

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali mogħtija

Il-31 ta' Diċembru 2008

Għan ta' l-għajnuna

Għajnuniet lill-SMEs kooperattivi għat-twettiq ta' proġetti ta' investiment fi materjal immobbli, li għandhom isiru wara l-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni għall-finanzjament.

Spejjeż ammissibbli (mingħajr VAT) fir-rigward tax-xiri ta' artijiet u bini, xogħol ta' ħitan, ix-xiri, il-modernizzazzjoni, u r-ristrutturar ta' makkinarju, tagħmir u impjanti

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna lill-SMEs, skond l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 364/2004 u mir-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

“Regione Piemonte — Direzione Formazione professionale e lavoro — Settore Sviluppo dell'imprenditorialità”

Via Magenta, 12

I-10128 Torino

Organo deliberante:

“Comitato di gestione Foncooper — Regione Piemonte”, ai sensi della Convenzione stipulata il 26 giugno 2000 tra il Ministero Industria, Commercio e Artigianato (ora Ministero dello Sviluppo Economico) e laCoopercredito SpA (ora Banca Nazionale del Lavoro SpA., Via Veneto, 119 — I-00187 Roma) e degli atti aggiuntivi stipulati in data 3 ta' Mejju 2002 tra la Regione Piemonte e la predetta Coopercredito SpA (ora Banca Nazionale del Lavoro SpA) ed in data 15 ta' Novembru 2005 tra la Regione Piemonte e la Banca Nazionale del Lavoro SpA

Tagħrif ieħor

Ammont massimu għall-kofinanzjament waħdieni 2 miljun EUR, fil-limitu ta' 70 % ta' l-investimenti ammessi.

L-għajnuna mogħtija hija kkostitwita mid-differenza bejn ir-rati tar-rimbors ikkalkulata bir-rata tas-suq u dawk bir-rata mnaqqsa applikata għall-finanzjament


15.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 190/6


Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

(2007/C 190/04)

Numru XA: XA 7023/07

Stat Membru: L-Olanda

Reġjun: —

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Regeling LNV-subsidies (omschrijving steun: Verhoging toegevoegde waarde landbouwproducten, onderdeel verwerking en afzet).

Bażi ġuridika:

Regeling LNV-subsidies: artikel 1:2, artikel 1:3, artikel 1:20, artikel 2:1, artikel 2:2, artikel 2:47, eerste lid, aanhef en onderdeel b,

Openstellingsbesluit LNV-subsidies.

In-nefqa ta' kull sena prevista fil-qafas ta' l-iskema jew l-ammont totali għal kull sena ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-ażjenda: L-iskema ta' l-għajnuna hija ffinanzjata miż-żieda (2,83 miljun EUR) għall-folja 123 tal-Programm ta' l-Iżvilupp Rurali 2007-2013.

L-akbar ammont ta' għajnuna: Għal kull proġett ta' kooperazzjoni, 35 % mill-ispejjeż msemmija fl-Artikolu 4(7) tar-Regolament (KE) Nru 70/2001. Meta titnieda l-iskema, l-akbar ammont ta' għajnuna għandu jiġi determinat abbżi tad-Deċiżjoni li tistieden l-applikazzjonijiet għal sussidji mill-Ministeru ta' l-Agrikoltura, in-Natura u l-Kwalità ta' l-I.

Id-data ta' implimentazzjoni: L-Iskema tas-Sussidji tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura, in-Natura u l-Kwalità ta' l-Ikel tidħol fis-seħħ fl-1 ta' April 2007.

It-tul tal-programm jew ta' l-għajnuna individwali: Jintemm f'Ġunju ta' l-2008 (skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 70/2001), filwaqt li jitqies il-perjodu ta' adattament, li jibqa' sejjer sal-31 ta' Diċembru 2008 (skond l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 70/2001).

L-għan ta' l-għajnuna: L-għan huwa li jiġu promossi proġetti li jtejbu l-prestazzjoni kumplessiva tal-farm u jirrelataw għall-investiment fl-ipproċessar u/jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli kif stipulat fl-Anness I tat-Trattat tal-KE.

L-iskema ta' għajnuna tikkonforma ma' l-Artikolu 4(7)(d) tar-Regolament (KE) Nru 70/2001.

Settur(i) ikkonċernati: L-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli.

Kummenti:

L-iskema ta' għajnuna tapplika għal stabbilimenti agrikoli.

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministerie van Landbouw Natuur en Voedselkwaliteit

Postbus 20401

2500 EK Den Haag

Nederland

Informazzjoni oħra: Din l-iskema ta' għajnuna hija maħsuba biex tipprovdi iktar finanzjar għall-miżura 123 tal-Programm ta' Żvilupp Rurali (2007-13) skond l-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

L-attivitajiet li ġejjin jaqgħu fi ħdan l-ambitu tal-miżura 123 tal-programm. 1). Investiment fil-proċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE, u 2) investiment bil-għan ta' l-iżvilupp ta' prodotti, proċeduri u teknoloġiji ġodda marbuta mal-prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE.

Din in-notifika tirrelata biss għal investiment tat-tip deskritt hawn fuq fil-punt 1. Investiment tat-tip deskritt fil-punt 2 hija koperta bin-notifika XS 138/07.

Għalhekk, kemm din in-notifika kif ukoll in-notifika XS 138/07 jirrelataw għal għajnuna maħsuba biex tipprovdi iktar finanzjar għall-mizura 123 tal-Programm ta' l-Iżvilupp Rurali (2007-2013).

Numru XA: XA 7024/07

Stat Membru: L-Olanda

Reġjun: —

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Regeling LNV-subsidies (omschrijving steun: Samenwerking bij innovatie (industrieel onderzoek)).

Bażi ġuridika:

Regeling LNV-subsidies: artikel 1:2, artikel 1:3, artikel 2:1, artikel 2:2, artikel 2:32,

Openstellingsbesluit LNV-subsidies.

In-nefqa ta' kull sena prevista fil-qafas ta' l-iskema jew ammont totali għal kull sena ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-azjenda: L-iskema ta' l-għajnuna hija ffinanzjata miż-żieda (11,75 miljun EUR) għal folja 124 tal-Programm ta' l-Iżvilupp Rurali 2007-2013.

Intensità massima ta' l-għajnuna: Għal kull proġett ta' kooperazzjoni, 35 % mill-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 5a(5) tar-Regolament (KE) Nru 70/2001, sa massimu ta' 500 000 EUR.

Id-data ta' implimentazzjoni: L-Iskema ta' Sussidji tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura, in-Natura u l-Kwalità ta' l-Ikel tidħol fis-seħħ fl-1 ta' April 2007. Mhu se jsir l-ebda pagament qabel ma jiġi approvat il-Programm ta' l-Iżvilupp Rurali 2007-2013.

It-tul tal-programm jew ta' l-għajnuna individwali: Jintemm f'Ġunju ta' l-2008 (skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 70/2001), filwaqt li jitqies il-perjodu ta' adattament, li jibqa' sejjer sal-31 ta' Diċembru 2008 (skond l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 70/2001).

L-għan ta' l-għajnuna: L-għan huwa li tittejjeb il-kooperazzjoni bejn il-bdiewa jew bejn il-bdiewa u negozji oħra billi tingħata għajnuna biex jiġu koperti l-ispejjeż ta' kooperazzjoni fuq proġett li jiffoka fuq riċerka ppjanata jew investigazzjoni kritika għall-finijiet ta' l-iskoperta ta' għarfien ġdid sabiex jintuża biex jiġu żviluppati prodotti, proċessi jew servizzi ġodda jew biex jinkiseb titjib sinifikanti fi prodotti, proċessi jew servizzi eżistenti.

L-iskema ta' l-għajnuna tikkonforma mal-paragrafu ta' introduzzjoni u t-taqsima b ta' l-Artikolu 5a(3) u l-Artikolu 5a(5) tar-Regolament (KE) Nru 70/2001.

Settur(i) ikkonċernati: Is-setturi kollha

Kummenti:

Din l-iskema ta' għajnuna tapplika għall-istabbilimenti agrikoli li jipproduċu prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE, l-SMEs attivi fis-settur agrikolu (il-firxa sħiħa ta' kumpaniji involuti fi prodotti agrikoli, kif ukoll dawk involuti fil-marketing, fil-kummerċ, il-provvista ta' servizzi, sostenn loġistiku u twassil fir-rigward ta' prodotti agrikoli proċessati jew mhux ipproċessati) u kumpaniji tal-foresterija.

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministerie van Landbouw Natuur en Voedselkwaliteit

Postbus 20401

2500 EK Den Haag

Nederland

Informazzjoni oħra: Din l-iskema ta' għajnuna hija maħsuba biex tipprovdi iktar finanzjar għall-miżura 124 tal-Programm ta' Żvilupp Rurali (2007-13) skond l-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

L-attivitajiet li ġejjin jaqgħu fi ħdan l-ambitu tal-miżura 124 tal-programm. 1). il-kooperazzjoni fuq l-innovazzjoni — sezzjoni ta'“żvilupp prekompetittiv”, u 2). kooperazzjoni fuq innovazzjoni — sezzjoni “żvilupp industrijali”.

Din in-notifika tirrelata biss għal investiment tat-tip deskritt hawn fuq fil-punt 2. Investiment tat-tip deskritt fil-punt 1 hija koperta bin-notifika XS 138/07.

Kemm din in-notifika u n-notifika XS 138/07 għalhekk jirrelataw għal għajnuna maħsuba biex tipprovdi iktar finanzjar għall-mizura 124 tal-Programm ta' l-Iżvilupp Rurali (2007-2013).


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Kummissjoni

15.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 190/8


Avviż ta' l-iskadenza ta' ċerti miżuri kontra d-dumping

(2007/C 190/05)

B'referenza għall-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (1), li ma wassal għal ebda talba għar-reviżjoni, il-Kummissjoni tavża li l-miżuri kontra d-dumping u ta' kontrobilanċ imsemmija isfel ser jiskadu dalwaqt.

Dan l-avviż huwa ppubblikat b'konformità ma' l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 (2) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjoni dumped minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea.

Prodott

Pajjiż(i) ta' l-oriġini jew ta' l-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta' l-iskadenza

Fittings ta' tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew ta' l-azzar

Ir-Russja

Dazju anti-dumping

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1514/2002 (ĠU L 228, 24.8.2002, p. 1) kif emendat l-aħħar bir- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 778/2003 (ĠU L 114, 8.5.2003, p. 1)

25.8.2007


(1)  ĠU C 286, 23.11.2006, p. 8.

(2)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17)


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

15.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 190/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4760 — Amadeus/Sabre/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 190/06)

1.

Fis-7 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Amadeus IT Group, S.A. (“Amadeus”, ta' Spanja) u Sabre Inc. (“Sabre”, ta' l-Istati Uniti) jakkwistaw, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' l-impriża Moneydirect (li għandha tkun imwaqqfa fl-Irlanda) permezz tax-xiri ta' ishma f'kumpanija mwaqqfa ġdida li tikkostitwixxi negozju bi sħab.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għall-Amadeus: Id-distribuzzjoni u l-bejgħ ta' servizzi ta' l-ivvjaġġar permezz ta' Sistema Globali ta' Distribuzzjoni (“GDS”), servizzi ta' IT lill-industrija tat-trasport bl-ajru;

għal Sabre: id-distribuzzjoni u l-bejgħ ta' servizzi ta' l-ivvjaġġar permezz ta' GDS, aġenzija ta' l-ivvjaġġar fuq l-internet, servizzi ta' ġestjoni, prodotti ta' software u servizzi ta' konsultazzjoni lill-industrija tat-trasport bl-ajru;

Għal Moneydirect: il-forniment ta' servizzi ta' ipproċessar ta' pagamenti u ta' clearing għall-industrija ta' l-ivvjaġġar.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-konċentrazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hi riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skond il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati sabiex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks Nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4760 — Amadeus/Sabre/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


15.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 190/10


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4832 — Penske/GM/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 190/07)

1.

Fis-6 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Penske Corporation (“Penske”, ta' l-Istati Uniti) u l-General Motors Corporation (“GM”, l-Istati Uniti) jakkwistaw, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' VM Motori SpA (“VMM”, ta' l-Italja), permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Penske: negozju fil-karozzi u fil-bejgħ,

għal GM: manifattura tal-karozzi,

għal VMM: makni diesel.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-konċentrazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hi riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skond il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati sabiex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru. (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4832 — Penske/GM/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


15.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 190/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4811 — Cetelem/Findomestic)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 190/08)

1.

Fis-7 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża CETELEM S.A. (“Cetelem”, ta' Franza) ikkontrolla mill-Groupe BNP Paribas S.A. (“BNPP”, ta' Franza) takkwista, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll kollu ta' l-impriża Findomestic Banca S.p.A. (“Findomestic”, ta' l-Italja), bħalissa taħt il-kontroll konġunt ta' Cetelem u tal-Cassa di Risparmio di Firenze S.p.A (“CRF”, ta' l-Italja), permezz ta' l-akkwists ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

Cetelem: l-għoti ta' kreditu lil konsumaturi u servizzi finanzjarji oħra għal konsumaturi fi Franza u madwar id-dinja,

BNPP: bejgħ bl-imnut, investimenti u private banking,

Fondomestic: l-għoti ta' kreditu għal konsumaturi fl-Italja.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-konċentrazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hi riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2)għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skond il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax Nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4811 — Cetelem/Findomestic, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


15.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 190/12


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4749 — PSB/Ovako)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 190/09)

1.

Fit-8 ta' Awwissu 2007 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4, u wara referenza skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tiegħu l-impriża Pampus Stahlbeteiligungs GmbH (“PSB”, tal-Ġermanja), proprjetà tal-grupp Pampus Industrie Beteiligungen GmbH & Co. KG (“PIB”, tal-Ġermanja), takkwista fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ ta' l-impriża Ovako Holding B.V. (“Ovako”, ta' l-Iżvezja) kollha kemm hi, li bħalissa hija kkontrollata minn PSB, Hombergh Holdings B.V. (“Hombergh”, ta' l-Olanda), u W.P. de Pundert Ventures B.V. (“de Pundert”, ta' l-Olanda), permezz tal-konklużjoni ta' ftehim ġdid ta' l-azzjonisti.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għall-PSB: Proprjetà tal-grupp PIB b'investimenti f'għadd ta' kumpaniji attivi fil-qasam ta' l-azzar,

għal Ovako: produttur ta' azzar twil speċjali u prodotti ta' azzar ipproċessat għall-industrija tal-karozzi u ta' l-inġinerija.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-konċentrazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hi riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati sabiex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (fks Nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4749 — PSB/Ovako, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


15.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 190/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4851 — Sagard/Fläkt Woods)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 190/10)

1.

Fit-8 ta' Awwissu 2007 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Sagard SAS (“Sagard”, ta' Franza), proprjetà tal-Power Corporation tal-group Kanada (“PCC”, tal-Kanada) takkwista, fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt ta' l-impriża Fläkt Woods (tal-Lussemburgu) Sàrl (“Fläkt Woods”, tal-Lussmeburgu), permezz ta' l-akkwist ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal PCC: Servizzi ta' assikurazzjoni, servizzi finanzjarji, servizzi ta' komunikazzjoni, teknoloġija u bijoteknoloġija;

għal Sagard: fondi ta' investiment;

għal Fläkt Woods: Ventilazzjoni ta' l-arja, u sistemi ta' immaniġġjar ta' l-arja, sistemi ta' tmexxija ta' l-arja.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-konċentrazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hi riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati sabiex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu bil-fax (Nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4851 — Sagard/Fläkt Woods, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.