|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1692 |
13.6.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1692
tat-30 ta’ Mejju 2024
li taħtar membru u żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Taljan,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
|
(2) |
Fl-20 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/102 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Fis-26 ta’ Mejju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2021/877 (3), li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra s-Sur Alessandro FERMI sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(4) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Gianmarco MEDUSEI, u għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra s-Sur Piero Mauro ZANIN, saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(5) |
Il-Gvern Taljan ippropona lis-Sur Gaetano GALVAGNO, rappreżentant ta’ korp reġjonali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, Presidente dell’Assemblea Regionale Siciliana (President tal-Assemblea Reġjonali ta’ Sqallija), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025. |
|
(6) |
Il-Gvern Taljan ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur Mauro BORDIN, Presidente del Consiglio Regionale del Friuli Venezia Giulia (President tal-Kunsill Reġjonali tal-Friuli Venezia Giulia), u s-Sur Federico ROMANI, Presidente del Consiglio Regionale della Lombardia (President tal-Kunsill Reġjonali tal-Lombardija), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:
|
(a) |
bħala membru:
|
u
|
(b) |
bħala membri supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
T. VAN DER STRAETEN
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 20, 24.1.2020, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/102/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/877 tas-26 ta’ Mejju 2021 li taħtar membru u membru supplenti, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 192, 1.6.2021, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/877/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1692/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)