ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 263

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
8 ta' Ottubru 2015


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva (UE) 2015/1794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2015 li temenda d-Direttivi 2008/94/KE, 2009/38/KE u 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Direttivi tal-Kunsill 98/59/KE u 2001/23/KE, fir-rigward tal-baħħara ( 1 )

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1795 tal-1 ta' Ottubru 2015 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Faeroe li jassoċja lill-Gżejjer Faeroe ma' Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014–2020)

6

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1796 tal-1 ta' Ottubru 2015 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Żvizzera ma' Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-attivitajiet ITER imwettqa minn Fużjoni għall-Enerġija

8

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1797 tas-7 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina

10

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1798 tat-2 ta' Lulju 2015 li jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) Nru 625/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill permezz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-istituzzjonijiet investituri, sponsors, mutwanti oriġinali u oriġinaturi marbuta ma' skoperturi għar-riskju tal-kreditu trasferit ( 1 )

12

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1799 tal-5 ta' Ottubru 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

14

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1800 tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

16

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1801 tas-7 ta' Ottubru 2015 li jwettaq tnaqqis tal-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2015 minħabba sajd żejjed fis-snin preċedenti

19

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1802 tas-7 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

29

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1803 tas-7 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-ħruġ tal-liċenzji tal-esportazzjoni, li jirrifjuta l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor barra mill-kwota

31

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 245/2014 tat-13 ta' Novembru 2014 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2015/1804]

33

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 246/2014 tat-13 ta' Novembru 2014 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2015/1805]

35

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 247/2014 tat-13 ta' Novembru 2014 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2015/1806]

36

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 248/2014 tat-13 ta' Novembru 2014 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2015/1807]

38

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 249/2014 tat-13 ta' Novembru 2014 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet [2015/1808]

40

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 250/2014 tat-13 ta' Novembru 2014 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2015/1809]

42

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 251/2014 tat-13 ta' Novembru 2014 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2015/1810]

44

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 252/2014 tat-13 ta' Novembru 2014 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2015/1811]

46

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 253/2014 tat-13 ta' Novembru 2014 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2015/1812]

47

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 30/15/COL tas-27 ta' Jannar 2015 biex jingħataw tliet derogi mitluba mill-Prinċipat tal-Liechtenstein b'rabta mal-Artikolu 30, Artikolu 36(2) u l-punt 1.1.3.6.3 lit. b tal-Anness 5 tal-Ordinanza tal-Liechtenstein tat-3 ta' Marzu 1998 dwar it-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq (Verordnung über den Transport gefährlicher Güter auf der Strasse — VTGGS), ibbażat fuq l-Artikolu 6(2)(a) tal-Att imsemmi fil-punt 13c f'Kapitolu I tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi) [2015/1813]

49

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

8.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/1


DIRETTIVA (UE) 2015/1794 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Ottubru 2015

li temenda d-Direttivi 2008/94/KE, 2009/38/KE u 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Direttivi tal-Kunsill 98/59/KE u 2001/23/KE, fir-rigward tal-baħħara

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 153(2)(b) flimkien mal-Artikolu 153(1)(b) u (e) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 153 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu, skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, jadottaw, permezz ta' direttivi, rekwiżiti minimi għal implementazzjoni gradwali bil-ħsieb li jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema. Tali direttivi għandhom jevitaw li jimponu spejjeż sproporzjonati, jew restrizzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali b'mod li jżommu lura l-ħolqien u l-iżvilupp ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju li huma l-muturi tat-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi.

(2)

Id-Direttivi 2008/94/KE (4), 2009/38/KE (5) u 2002/14/KE (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kunsill 98/59/KE (7) u 2001/23/KE (8), jew jeskludu lil ċerti baħħara mill-kamp ta' applikazzjoni tagħhom jew jippermettu lill-Istati Membri li jeskluduhom.

(3)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-21 ta' Jannar 2009 bit-titolu “L-iskopijiet strateġiċi u r-rakkomandazzjonijiet għall-politika tat-trasport marittimu tal-UE sal-2018”, il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza li jiġi stabbilit qafas legali integrat sabiex is-settur marittimu jsir aktar kompetittiv.

(4)

L-eżistenza ta', u/jew il-possibbiltà li jiġu introdotti, esklużjonijiet jistgħu jipprevjenu lill-baħħara milli jgawdu b'mod sħiħ id-drittijiet tagħhom għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni, jew jillimitaw t-tgawdija sħiħa ta' dawk id-drittijiet. Sakemm l-eżistenza ta', u/jew il-possibbiltà li jiġu introdotti, esklużjonijiet mhijiex iġġustifikata għal raġunijiet oġġettivi u l-baħħara ma jiġux trattati b'mod ugwali, id-dispożizzjonijiet li jippermettu tali esklużjonijiet għandhom jitħassru.

(5)

Fil-preżent, is-sitwazzjoni legali, li teżisti sa ċertu punt b'riżultat tan-natura speċifika tal-professjoni tat-tbaħħir, twassal biex ħaddiema fl-istess kategorija jingħataw trattament differenti minn Stati Membri differenti, skont jekk japplikawx jew le l-eżenzjonijiet u l-esklużjonijiet fakultattivi permessi mil-leġislazzjoni fis-seħħ. Għadd sinifikanti ta' Stati Membri għamlu użu limitat biss, jew ebda użu, minn dawk l-esklużjonijiet fakultattivi.

(6)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-10 ta' Ottubru 2007 bit-titolu “Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea”, il-Kummissjoni ddeskriviet li tali politika hija msejsa fuq ir-rikonoxximent ċar tal-fatt li l-kwistjonijiet kollha relatati mal-oċeani u l-ibħra Ewropej huma marbuta ma' xulxin, u li biex jinkisbu r-riżultati mixtieqa, il-politiki li għandhom x'jaqsmu mal-ibħra għandhom jiġu żviluppati b'mod konġunt. Enfasizzat ukoll il-ħtieġa li jiżdied l-għadd tal-impjiegi marittimi kif ukoll il-kwalità ta' dawn l-impjiegi għaċ-ċittadinital-Unjoni, u l-importanza li jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol abbord, fost oħrajn bl-investiment fir-riċerka, l-edukazzjoni, it-taħriġ, is-saħħa u s-sigurtà.

(7)

Din id-Direttiva hija konformi mal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-objettivi tagħha dwar l-impjiegi u mal-istrateġija ppreżentata mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha tat-23 ta' Novembru 2010 bit-titolu “Aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi: Kontribut Ewropew lejn livell massimu ta' impjiegi”.

(8)

L-hekk imsejħa ekonomija blu tirrappreżenta sehem sostanzjali tal-ekonomija tal-Unjoni f'termini ta' impjiegi u valur miżjud gross.

(9)

Skont l-Artikolu 154(2) TFUE, il-Kummissjoni kkonsultat lis-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni dwar x'direzzjoni tista' tieħu l-azzjoni tal-Unjoni f'dan il-qasam.

(10)

Fil-qafas tad-djalogu soċjali tagħhom, is-sħab soċjali fis-settur marittimu laħqu fehim komuni li huwa ta' importanza kbira għal din id-Direttiva. Dak il-fehim komuni jsib bilanċ tajjeb bejn il-ħtieġa li jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-baħħara u l-ħtieġa li jitqiesu kif xieraq il-karatteristiċi speċifiċi tas-settur.

(11)

Minħabba n-natura partikolari tas-settur marittimu u l-kundizzjonijiet tax-xogħol partikolari tal-ħaddiema affettwati mill-esklużjonijiet imħassra b'din id-Direttiva, jeħtieġ li jiġu adattati xi wħud mid-dispożizzjonijiet tad-Direttivi li huma emendati b'din id-Direttiva biex jirriflettu l-ispeċifiċitajiet tas-settur ikkonċernat.

(12)

Meta jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi ta' dawn l-aħħar snin, b'mod partikolari fir-rigward tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni, ir-rekwiżiti dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni għandhom jiġu aġġornati u applikati bl-aktar mod xieraq, inkluż bl-użu ta' teknoloġiji ġodda għall-komunikazzjoni mill-bogħod u permezz tat-titjib tad-disponibbiltà tal-Internet u billi jiġi żgurat l-użu raġonevoli ta' dan abbord, sabiex titjieb l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

(13)

Id-drittijiet tal-baħħara koperti minn din id-Direttiva, li huma mogħtija mill-Istati Membri fil-leġislazzjoni nazzjonali li timplimenta d-Direttivi 2008/94/KE, 2009/38/KE, 2002/14/KE, 98/59/KE u 2001/23/KE ma għandhomx jiġu affettwati. L-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ma għandhiex isservi biex tiġġustifika xi rigressjoni fir-rigward tas-sitwazzjoni li diġà tipprevali f'kull wieħed mill-Istati Membri.

(14)

Il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu tal-2006 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol għandha l-għan kemm li tikseb kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien deċenti għall-baħħara billi tipprevedi standards għas-saħħa u s-sigurtà, regoli ġusti ta' impjieg u taħriġ professjonali, kif ukoll li tikseb kompetizzjoni ġusta għas-sidien tal-bastimenti permezz tal-applikazzjoni globali tagħha kif ukoll li tiggarantixxi kundizzjonijiet ekwi fuq livell internazzjonali fir-rigward ta' wħud mid-drittijiet, iżda mhux kollha, tal-impjegati, irrispettivament min-nazzjonalità jew il-bandiera tal-bastiment. Dik il-Konvenzjoni, id-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE (9) u d-Direttivi 2009/16/KE (10) u 2013/54/UE (11) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxu d-drittijiet tal-baħħara għal kundizzjonijiet ta' xogħol deċenti fuq firxa wiesgħa ta' oqsma, jipprovdu drittijiet u protezzjoni koerenti għall-baħħara fuq ix-xogħol, u jikkontribwixxu għal kundizzjonijiet ekwi inkluż fl-Unjoni.

(15)

L-Unjoni għandha tħabbrek biex ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien abbord il-bastimenti, u biex tisfrutta l-potenzjal għall-innovazzjoni sabiex tagħmel lis-settur marittimu aktar attraenti għall-baħħara tal-Unjoni, inklużi ħaddiema żgħażagħ.

(16)

Minħabba li l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-baħħara u l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tagħhom, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista', minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkiseb dak l-għan.

(17)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni fl-impriża. Din id-Direttiva għandha tiġi implimentata f'konformità ma' dawk id-drittijiet u ma' dawk il-prinċipji.

(18)

Għaldaqstant, id-Direttivi 2008/94/KE, 2009/38/KE, 2002/14/KE, 98/59/KE u 2001/23/KE għandhom jiġu emendati skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emenda għad-Direttiva 2008/94/KE

L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2008/94/KE huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Fejn tali dispożizzjoni diġà tapplika fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jeskludu mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, is-servi domestiċi impjegati minn persuna fiżika.”.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2009/38/KE

Id-Direttiva 2009/38/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, jitħassar il-paragrafu 7;

(2)

fl-Artikolu 10(3), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Membru ta' korp speċjali tan-negozjati jew ta' Kunsill Ewropew tax-Xogħol, jew is-supplenti ta' tali membru, li huwa membru tal-ekwipaġġ ta' bastiment tal-baħar, għandu jkun intitolat li jipparteċipa f'laqgħa tal-korp speċjali tan-negozjati jew tal-Kunsill Ewropew tax-Xogħol, jew f'kull laqgħa oħra taħt kwalunkwe proċedura stabbilita skont l-Artikolu 6(3), meta dak il-membru jew is-supplenti ma jkunx fuq il-baħar jew f'port f'pajjiż ieħor għajr dak fejn hija domiċiljata l-kumpanija tat-tbaħħir, meta sseħħ il-laqgħa.

Il-laqgħat għandhom ikunu skedati, meta jkun prattikabbli, biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta' membri jew supplenti, li jkunu membri tal-ekwipaġġi ta' bastimenti tal-baħar.

F'każijiet fejn membru ta' korp speċjali tan-negozjati jew ta' Kunsill Ewropew tax-Xogħol, jew is-supplenti ta' tali membru, li huwa membru tal-ekwipaġġ ta' bastiment tal-baħar, ma jkunx jista' jattendi laqgħa, għandha titqies il-possibbiltà li jintużaw, fejn jista' jkun, teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni.”.

Artikolu 3

Emenda għad-Direttiva 2002/14/KE

L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2002/14/KE huwa mħassar.

Artikolu 4

Emendi għad-Direttiva 98/59/KE

Id-Direttiva 98/59/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1(2), jitħassar il-punt (c);

(2)

fl-Artikolu 3(1), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara t-tieni subparagrafu:

“Meta s-sensji kollettivi previsti jkunu jikkonċernaw lil membri tal-ekwipaġġ ta' bastiment tal-baħar, min jimpjega għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera mtajra mill-bastiment.”.

Artikolu 5

Emenda għad-Direttiva 2001/23/KE

L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2001/23/KE huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal trasferiment ta' bastiment tal-baħar li huwa parti minn trasferiment ta' impriża, negozju jew parti minn impriża jew negozju fis-sens tal-paragrafi 1 u 2, dment li min lilu jsir it-trasferiment jinsab, jew l-impriża, in-negozju, jew parti minn impriża jew negozju ttrasferiti jibqgħu, fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni territorjali tat-Trattat.

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika fejn l-oġġett tat-trasferiment jikkonsisti esklużivament minn bastiment tal-baħar wieħed jew aktar.”.

Artikolu 6

Livell ta' protezzjoni

L-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva taħt l-ebda ċirkostanza ma tikkostitwixxi raġuni għal tnaqqis fil-livell ġenerali ta' protezzjoni tal-persuni koperti minn din id-Direttiva, diġà mogħtija mill-Istati Membri fl-oqsma koperti bid-Direttivi 2008/94/KE, 2009/38/KE, 2002/14/KE, 98/59/KE u 2001/23/KE.

Artikolu 7

Rapportar mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u s-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Artikoli 4 u 5 sal-10 ta' Ottubru 2019.

Artikolu 8

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva sal-10 ta' Ottubru 2017. Huma għandhom immedjatament jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-kamp ta' applikazzjoni kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 10

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-6 ta' Ottubru 2015.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

N. SCHMIT


(1)  ĠU C 226, 16.7.2014, p. 35.

(2)  ĠU C 174, 7.6.2014, p. 50.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2015.

(4)  Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta' min iħaddimhom (ĠU L 283, 28.10.2008, p. 36).

(5)  Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni tal-impjegati (ĠU L 122, 16.5.2009, p. 28).

(6)  Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29).

(7)  Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar sensji kollettivi (ĠU L 225, 12.8.1998, p. 16).

(8)  Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji (ĠU L 82, 22.3.2001, p. 16).

(9)  Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE tas-16 ta' Frar 2009 li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, u li temenda d-Direttiva 1999/63/KE (ĠU L 124, 20.5.2009, p. 30).

(10)  Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-port (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57).

(11)  Direttiva 2013/54/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar ċerti responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera għall-konformità mal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu 2006 u l-infurzar tagħha (ĠU L 329, 10.12.2013, p. 1).


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

8.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1795

tal-1 ta' Ottubru 2015

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Faeroe li jassoċja lill-Gżejjer Faeroe ma' Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014–2020)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 186, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Faeroe li jassoċja lill-Gżejjer Faeroe ma' Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) (il-“Ftehim”) ġie iffirmat f'isem l-Unjoni fis-17 ta' Diċembru 2014 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/209 (1), soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(2)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Faeroe li jassoċja lill-Gżejjer Faeroe ma' Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (2).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 5(2) tal-Ftehim (3).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-1 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

É. SCHNEIDER


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/209 tal-10 ta' Novembru 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Faroe li jassoċja lill-Gżejjer Faroe ma' Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014–2020) (ĠU L 35, 11.2.2015, p. 1).

(2)  Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 35 tal-11.2.2015 flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


8.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1796

tal-1 ta' Ottubru 2015

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Żvizzera ma' Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-attivitajiet ITER imwettqa minn Fużjoni għall-Enerġija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 186, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a), l-Artikolu 218(7) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Żvizzera ma' Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-attivitajiet ITER imwettqa minn Fużjoni għall-Enerġija (il-“Ftehim”), ġie ffirmat f'isem l-Unjoni fil-5 ta' Diċembru 2014 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/953/UE (1).

(2)

Il-Ftehim ġie konkluż mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fil-5 ta' Diċembru 2014 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/954/Euratom (2).

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim għal koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Żvizzera ma' Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-attivitajiet ITER imwettqa minn Fużjoni għall-Enerġija huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (3).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tal-Ftehim (4).

Artikolu 3

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat għar-Riċerka tal-Iżvizzera/tal-Komunitajiet fir-rigward tad-deċiżjonijiet ta' dak il-Kumitat meħuda skont l-Artikolu 5(2) tal-Ftehim.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-1 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

É. SCHNEIDER


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/953/UE tal-4 ta' Diċembru 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja, tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Svizzera mal-Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta l-Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-attivitajiet tal-ITER imwettqa mill-Fużjoni għall-Enerġija (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/954/Euratom tal-4 ta' Diċembru 2014 li tapprova l-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Svizzera mal-Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta l-Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-attivitajiet tal-ITER imwettqa mill-Fużjoni għall-Enerġija (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 19).

(3)  Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 370 tat-30.12.2014 flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


REGOLAMENTI

8.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/10


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/1797

tas-7 ta' Ottubru 2015

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1764 tal-1 ta' Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 833/2014 (2).

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 833/2014 ġie emendat fit-8 ta' Settembru u fl-4 ta' Diċembru 2014 mir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) Nru 960/2014 (3) u (UE) Nru 1290/2014 (4), rispettivament.

(3)

Fl-1 ta' Ottubru 2015 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1764 sabiex ikunu awtorizzati ċerti operazzjonijiet li jikkonċernaw materjal pirotekniku speċifiku fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea, li huma meħtieġa għall-użu ta' lanċaturi operati minn fornituri tas-servizz ta' llanċjar tal-Istati Membri jew stabbiliti fi Stat Membru, jew għall-użu ta' llanċjar ta' programmi spazjali tal-Unjoni, l-Istati Membri tagħha jew tal-Aġenzija Spazjali Ewropea, jew għar-riforniment ta' karburant lis-satelliti mill-fabbrikanti tas-satelliti stabbiliti fi Stat Membru.

(4)

Uħud minn dawk l-emendi jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għaldaqstant, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 833/2014 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 jiddaħħlu l-paragrafi segwenti:

“2a.   Il-projbizzjonijiet fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, direttament jew indirettament, ta' assistenza teknika, ta' finanzjament jew ta' assistenza finanzjarja, relatati mal-operazzjonijiet segwenti:

(a)

il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni u mal-importazzjoni, l-akkwist u t-trasport ta' Idrażina (CAS 302-01-2) f'konċentrazzjonijiet ta' 70 fil-mija jew aktar, sakemm dik l-assistenza teknika, ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja tkun tirriferi għal ammont tal-Idrażina kkalkulat skont il-lanċament jew il-lanċamenti jew is-satelliti li għalihom issir, u li ma jaqbiżx il-kwantità totali ta' 800 kg għal kull lanċament jew satellita individwali;

(b)

l-importazzjoni, l-akkwist jew it-trasport tad-Dimetilidrażina asimmetrika (CAS 57-14-7);

(c)

il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni u l-importazzjoni, l-akkwist u t-trasport tal-Monometilidrażina (CAS60-34-4), sakemm dik l-assistenza teknika, ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja tkun tirriferi għal ammont ta' Monometilidrażina kkalkulat skont il-lanċament jew il-lanċamenti jew is-satelliti li għalihom issir, sa fejn is-sustanzi li jissemmew fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu jkunu destinati għall-użu ta' lanċaturi operati minn fornituri Ewropej tas-servizz ta' llanċjar, għall-użu ta' lanċamenti ta' programmi spazjali Ewropej, jew għall-għoti ta' karburant lis-satelliti minn fabbrikanti Ewropej tas-satelliti.

2b.   Il-forniment, direttament jew indirettament, ta' assistenza teknika, ta' finanzjament jew ta' assistenza finanzjarja, relatat mal-operazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2a għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti.

L-applikanti għall-awtorizzazzjoni għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet kompetenti.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-awtorizzazzjonijiet kollha li jingħataw.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huwa għandu japplika mid-9 ta' Ottubru 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  ĠU L 257, 2.10.2015, p. 42.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 960/2014 tat-8 ta' Settembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 271, 12.9.2014, p. 3).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1290/2014 tal-4 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 960/2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 (ĠU L 349, 5.12.2014, p. 20).


8.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/12


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1798

tat-2 ta' Lulju 2015

li jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) Nru 625/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill permezz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-istituzzjonijiet investituri, sponsors, mutwanti oriġinali u oriġinaturi marbuta ma' skoperturi għar-riskju tal-kreditu trasferit

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u impriżi ta' investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 410(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-verżjoni Bulgara, Estonjana, Ingliża, Franċiża, Latvjana, Litwana, Ungeriża u Maltija tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 625/2014 (2), jidhru żbalji fit-Titolu.

(2)

Jidher żball fil-verżjoni Griega, Ingliża, Franċiża, Taljana, Latvjana, Ungeriża u Maltija tal-Artikolu 1(c) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 625/2014.

(3)

Fil-verżjoni Estonjana, Griega, Ingliża, Franċiża, Kroata, Taljana, Ungeriża, Polakka, Rumena, Finlandiża u Żvediża tar-Regolament Delegat (UE) Nru 625/2014, fl-Artikolu 15(1) l-istruttura tas-sentenza hija żbaljata.

(4)

Jjidher żball fil-verżjoni Ingliża, Franċiża, Latvjana u Maltija tal-Artikolu 16(3) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 625/2014.

(5)

Fil-verżjoni Bulgara, Spanjola, Ċeka, Ġermaniża, Estonjana, Griega, Ingliża, Franċiża, Kroata, Taljana, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Olandiża, Polakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Finlandiża u Żvediża tar-Regolament Delegat (UE) Nru 625/2014, l-istruttura tas-sentenza tal-Artikolu 22(1)(b) hija żbaljata.

(6)

Fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 625/2014, jinstab b'mod żbaljat punt (c), li għandu jkun paragrafu separat f' dak l-Artikolu. It-test għandu jiġi kkoreġut sabiex tiġi ċċarata li m'hemmx għalfejn tiġi pprovduta d-dejta materjalment rilevanti f'kull ċirkostanza individwali fil-livell ta' self u li f'ċerti ċirkostanzi jista' jkun meqjus biżżejjed li tiġi pprovduta d-dejta materjalment rilevanti fuq bażi aggregata.

(7)

Għalhekk ir-Regolament Delegat (UE) Nru 625/2014 għandu jiġi kkoreġut.

(8)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz oriġinali tal-istandards tekniċi regolatorji sottomessi mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) lill-Kummissjoni.

(9)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz oriġinali tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati Bankarji stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 625/2014 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

Fit-Titolu, il-kelma “mutwanti” hija sostitwita bil-kelma “mutwant”;

(2)

Fl-Artikolu 1(c) il-kliem “ittra ta' krediti” huma sostitwiti bil-kliem “ittri ta' kreditu”;

(3)

Jikkonċerna biss il-lingwa Estonjana, Griega, Ingliża, Franċiża, Kroata, Taljana, Ungeriża, Polakka, Rumena, Finlandiża u Żvediża;

(4)

Fl- Artikolu 16(3), il-kliem “ittra ta' krediti” huma sostitwiti bil-kliem “ittri ta' kreditu”;

(5)

L-Artikolu 22(1)(b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

liema mill-kundizzjonijiet previsti fil-punti (a), (b), (c), (d) jew (e) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 405(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikunu ġew applikati sabiex jinżamm interess ekonomiku nett;”;

(6)

L-Artikolu 23(2) huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

wara ksur ta' obbligi inklużi fid-dokumentazzjoni relatata mat-titolizzazzjoni.”;

(b)

il-punt (c) huwa sostitwit bil-paragrafu 2a ġdid li ġej:

“2a.   Dejta materjalment rilevanti dwar l-iskoperturi sottostanti individwali hija, b'mod ġenerali, ipprovduta separatament għal kull self; madankollu hemm każijiet fejn l-informazzjoni pprovduta fuq bażi aggregata tista' tkun suffiċjenti. Fl-ivvalutar ta' jekk hijiex biżżejjed id-dejta pprovduta fuq bażi aggregata, il-fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati jinkludu l-granularità tal-pool sottostanti u jekk l-immaniġġar tal-iskoperturi f'dak il-pool huwiex ibbażat fuq il-pool innifsu jew fuq bażi ta' self b'self.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 625/2014 tat-13 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill permezz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-istituzzjonijiet investituri, sponsors, mutwanti oriġinali u oriġinaturi marbuta ma' skoperturi għar-riskju tal-kreditu trasferit (ĠU L 174, 13.6.2014, p. 16).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


8.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1799

tal-5 ta' Ottubru 2015

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jenħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, kemm b'mod parzjali kif ukoll b'mod sħiħ, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta'dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni (Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott fil-forma ta' trab, li jinħareġ għall-bejgħ bl-imnut f'kaxxa tal-plastik ta' 300 g. Id-doża rakkomandata indikata ta' kuljum (10 g) tikkonsisti minn (f'milligrammi):

amminoaċidi (taħlita ta' arġinina u ċitrullina)

5 200

vitamina Ċ (fil-forma ta'aċidu askorbiku)

500

L-tawrina

300

vitamina E (fil-forma ta' aċetat ta' D-alfa-tokoferil)

90

aċidu alfalipojku

10

aċidu foliku

0,4

melissa

50

kalċju (fil-forma ta' CaCO3)

66

Il-prodott fih ukoll ammonti żgħar ta' aċidu ċitriku, sukralożju u diossidu tas-siliċju.

Skont it-tikketta, il-prodott huwa suppliment nutrittiv għall-konsum mill-bniedem li jipprovdi għajnuna fil-kura tal-ġisem u li joffri benesseri tul il-ħajja.

Id-doża rakkomandata indikata ta' kuljum hija ta' 10 g (2 kuċċarini).

2106 90 92

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 sa 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota Addizzjonali 1(a) tal-Kapitolu 30 u l-kliem tal-kodiċijiet NM 2106 , 2106 90 u 2106 90 92 .

Il-prodott huwa preparazzjoni ppreżentata bħala suppliment nutrittiv għall-konsum mill-bniedem, li fih vitamini u amminoaċidi.

Il-prodott mhuwiex maħsub biex jintuża għad-dijanjożi, it-trattament, il-kura jew il-prevenzjoni ta' mard skont it-tifsira tal-intestatura 3004 . Anki jekk fih livelli tal-vitamini Ċ u E li huma ogħla, b'mod sinifikanti, mid-doża rakkomandata ta' kuljum, il-prodott ma jissodisfax ir-rekwiżiti tan-Nota Addizzjonali 1(a) tal-Kapitolu 30. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 3004 hija eskluża.

Peress li l-prodott huwa ppreżentat f'imballaġġ b'indikazzjoni li huwa jmantni s-saħħa jew il-benesseri ġenerali, huwa preparazzjoni tal-ikel mhux speċifikata jew inkluża band'oħra (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 2106 , it-tieni paragrafu, punt 16).

Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi klassifikat taħt il-kodiċi NM 2106 90 92 bħala preparazzjoni oħra tal-ikel.


8.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1800

tas-6 ta' Ottubru 2015

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha b'mod parzjali jew bis-sħiħ, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Apparat elettroniku li jista' jinġarr, b'qisien ta' 7 × 60 × 110 mm u piż ta' 100 g, li jikkonsisti mill-komponenti ewlenin li ġejjin f'qafas wieħed tal-plastik:

skrin tattilu tal-kulur b'dijodi li jemettu d-dawl (LED), b'qies djagonali tal-iskrin ta' 8,9 cm (3,5 pulzieri) u b'riżoluzzjoni ta' 960 × 640 pixels,

unità ċentrali ta' pproċessar,

memorja RAM ta' 256 MB;

kapaċità ta' ħżin ta' 32 GB;

modulu għal konnessjoni bla fili ma' apparat ieħor u mal-Internet;

batterija tal-litju rikarikabbli;

lawdspiker;

mikrofonu, u

kamera għall-ġbid ta' filmati u ritratti.

L-apparat fih l-interfaċċi li ġejjin:

konnettur biex l-apparat ikun jista' jiġi rikarikat u biex jiġi mqabbad ma' apparat ieħor, bħal pereżempju magna għall-ipproċessar awtomatiku tad-dejta (ADP) u

jack plug ta' 3,5 mm.

L-apparat jippermetti lill-utent, inter alia, jaqbad mal-Internet, iniżżel, iħaddem u jimmodifika l-applikazzjonijiet tas-softwer, jirċievi u jibgħat posta elettronika, jilgħab il-logħob, u jniżżel, jirrekordja u jirriproduċi mużika, filmati u ritratti.

8471 30 00

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita bir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, nota 3 tas-Sezzjoni XVI, nota 5(A) tal-Kapitolu 84 u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 8471 u 8471 30 00 .

L-apparat huwa ddisinjat biex iwettaq żewġ funzjonijiet jew aktar li huma kumplimentari jew alternattivi fi ħdan it-tifsira tan-nota 3 tas-Sezzjoni XVI (l-ipproċessar ta' dejta, komunikazzjoni fuq netwerk bla fili, ir-reġistrazzjoni u r-riproduzzjoni ta' kontenut awdjo u vidjo, il-ġbid ta' filmati u ritratti, u l-wiri ta' stampi statiċi u ta' stampi vidjo).

Minħabba l-karatteristiki oġġettivi tal-apparat, b'mod partikolari l-kapaċità tiegħu li jniżżel minn fuq l-Internet, li jaħżen, jimmodifika u jħaddem il-programmi, il-funzjoni ewlenija tiegħu hija l-ipproċessar tad-dejta (ara wkoll l-Opinjonijiet tal-HS dwar il-Klassifikazzjoni 8471.30/2, 3 u 4). Il-funzjonijiet l-oħra huma meqjusa bħala sekondarji.

Għaldaqstant l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8471 30 00 , bħala magna li tista' tinġarr għall-ipproċessar awtomatiku tad-dejta, b'piż ta' mhux aktar minn 10 kg, li tikkonsisti minn mill-inqas unità ċentrali ta' pproċessar, tastiera u skrin.


8.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1801

tas-7 ta' Ottubru 2015

li jwettaq tnaqqis tal-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2015 minħabba sajd żejjed fis-snin preċedenti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 105(1), (2), u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2014 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 (2),

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1180/2013 (3),

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 24/2014 (4), u

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (5).

(2)

Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2015 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1221/2014 (6),

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 (7),

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (8), u

r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/106 (9).

(3)

Skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti tas-sajd li kienu allokati għalih, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-kwoti tas-sajd tal-futur ta' dak l-Istat Membru.

(4)

L-Artikolu 105(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jipprevedi li dan it-tnaqqis tal-kwoti tas-sajd għandu jsir fis-sena/snin ta' wara billi jiġu applikati l-fatturi rispettivi ta' multiplikazzjoni mogħtija f'dawk il-paragrafi.

(5)

Ċerti Stati Membri qabżu l-kwoti tas-sajd allokati lilhom għall-2014. Għalhekk, jixraq li jitwettaq tnaqqis tal-kwoti tas-sajd allokati lilhom fl-2015 u, fejn rilevanti, fis-snin ta' wara, għall-istokkijiet mistada żżejjed.

(6)

Fl-2012, Spanja qabżet il-kwota tagħha tas-sajd għall-istokk tal-iskampu fiż-żoni IX u X; fl-ilmijiet tal-UE ta' CECAF 34.1.1 (NEP/93411). It-tnaqqis ta' 75,45 tunnellata li rriżulta minn dan is-sajd żejjed kien applikabbli fl-2013 u, fuq talba ta' Spanja, ġie mqassam fuq perjodu ta' tliet snin, sa mill-2013. Il-bqija tat-tnaqqis annwali applikabbli għall-istokk NEP/93411 ta' Spanja jammonta għal 19-il tunnellata fl-2015, mingħajr ħsara għal kull adattament ieħor fil-kwoti.

(7)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 871/2014 (10) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1360/2014 (11) stipulaw tnaqqis tal-kwoti tas-sajd għal ċerti pajjiżi u speċijiet għall-2014. Madanakollu, għal ċerti Stati Membri, it-tnaqqis li kellu jiġi applikat għal ċerti speċijiet kien ikbar mill-kwoti rispettivi disponibbli fl-2014 u, għalhekk, ma setax jitwettaq bis-sħiħ matul dik is-sena. Biex ikun żgurat li każijiet bħal dawn jitnaqqas l-ammont kollu għall-istokkijiet rispettivi, għandhom jitqiesu l-kwantitajiet li jkun għad fadal meta jiġi stabbilit it-tnaqqis tal-kwoti għall-2015 u, fejn rilevanti, minn kwoti sussegwenti.

(8)

It-tnaqqis mill-kwoti tas-sajd kif previst minn dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr ħsara għat-tnaqqis applikabbli għall-kwoti tal-2015 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 165/2011 (12) u skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2013 (13).

(9)

Billi l-kwoti jingħataw f'tunnellati jew f'biċċiet sħaħ, il-kwantitajiet li fihom inqas minn tunnellata jew minn biċċa ma jitqisux,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwoti tas-sajd iffissati fir-Regolamenti (UE) Nru 1221/2014, (UE) Nru 1367/2014, (UE) 2015/104, u (UE) 2015/106 għas-sena 2015 għandhom jitnaqqsu skont kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika mingħajr ħsara għat-tnaqqis previst fir-Regolament (UE) Nru 165/2011 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 tal-20 ta' Diċembru 2012 li jiffissa għall-2013 u l-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond (ĠU L 356, 22.12.2012, p. 22).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1180/2013 tad-19 ta' Novembru 2013 li jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku (ĠU L 313, 22.11.2013, p. 4).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 24/2014 tal-10 ta' Jannar 2014 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 9, 14.1.2014, p. 4).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kusnill (UE) Nru 1221/2014 tal-10 ta' Novembru 2014 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2015 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 43/2014 u (UE) Nru 1180/2013 (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 16).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 tal-15 ta' Diċembru 2014 li jiffissa għall-2015 u l-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 1).

(8)  r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għall-bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/106 tad-19 ta' Jannar 2015 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2015 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 19, 24.1.2015, p. 8).

(10)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 871/2014 tat-11 ta' Awwissu 2014 għat-twettiq ta' tnaqqis tal-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2014 minħabba sajd żejjed fis-snin preċedenti (ĠU L 239, 12.8.2014, p. 14).

(11)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1360/2014 tat-18 ta' Diċembru 2014 għat-twettiq ta' tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2014 minħabba sajd eċċessiv ta' stokkijiet oħrajn fis-sena preċedenti u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 871/2014 fir-rigward tal-ammonti li għandhom jitnaqqsu fis-snin futuri (ĠU L 365, 19.12.2014, p. 106).

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 165/2011 tat-22 ta' Frar 2011 li jipprovdi għal tnaqqis minn ċerti kwoti tal-kavalli allokati lil Spanja għall-2011 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed fl-2010 (ĠU L 48, 23.2.2011, p. 11).

(13)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2013 tal-5 ta' Marzu 2013 li jipprovdi għal tnaqqis minn ċerti kwoti tas-sajd allokati lil Spanja fl-2013 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed ta' ċertu kwota tal-kavalli fl-2009 (ĠU L 62, 6.3.2013, p. 62).


ANNESS

TNAQQIS MILL-KWOTI TAL-ISTOKKIJIET LI SAR SAJD ŻEJJED TAGĦHOM

Stat Membru

Kodiċi tal-ispeċi

Kodiċi taż-żona

Isem l-ispeċi

Isem iż-żona

Kwota oriġinali tal-2014

Ħatt l-art permess għall-2014 (Il-kwantità totali addattata f'tunnellati) (1)

Qabdiet totali fl-2014 (kwantità f'tunnellati)

Il-konsum tal-kwota mqabbel mal-ħatt l-art permess (%)

Sajd żejjed imqabbel mal-ħatt l-art permess (kwantità f'tunnellati)

Fattur ta' multiplikazzjoni (2)

Fattur addizzjonali ta' multiplikazzjoni (3)  (4)

Tnaqqis li fadal mill-2014 (5)

Bilanċ pendenti (6)

Tnaqqis li jrid jiġi applikat fl-2015 (kwantità f'tunnellati)

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

(12)

(13)

(14)

(15)

BE

PLE

7HJK.

Barbun tat-tbajja'

Fiż-żoni VIIh, VIIj u VIIk

8,000

1,120

3,701

330,45

2,581

/

/

/

/

2,581

BE

SOL

8AB.

Lingwata komuni

Fiż-żoni VIIIa u VIIIb

47,000

327,900

328,823

100,28

0,923

/

C

/

/

1,385

BE

SRX

07D.

Rebekkini u raj

Fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId

72,000

60,000

69,586

115,98

9,586

/

/

/

/

9,586

BE

SRX

67AKXD

Rebekkini u raj

Fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k

725,000

765,000

770,738

100,75

5,738

/

/

/

/

5,738

DK

COD

03AN.

Bakkaljaw

Skagerrak

3 177,000

3 299,380

3 408,570

103,31

109,190

/

C

/

/

163,785

DK

HER

03 A.

Aringi

IIIa

19 357,000

15 529,000

15 641,340

100,72

112,340

/

/

/

/

112,340

DK

HER

2A47DX

Aringi

Fiż-żoni IV, VIId u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIa

12 526,000

12 959,000

13 430,160

103,64

471,160

/

/

/

/

471,160

DK

HER

4AB.

Aringi

Fl-ilmijiet tal-Unjoni u Norveġiżi taż-żona IV fit-Tramuntana ta' 53° 30′ N

80 026,000

99 702,000

99 711,800

100,10

9,800

/

/

/

/

9,800

DK

PRA

03 A.

Gamblu tat-Tramuntana

IIIa

2 308,000

2 308,000

2 317,330

100,40

9,330

/

/

/

/

9,330

DK

SAN

234_2

Ċiċċirell

Fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona tal-ġestjoni taċ-ċiċċirell 2

4 717,000

4 868,000

8 381,430

172,17

3 513,430

2

/

/

/

7 026,860

DK

SPR

2AC4-C

Laċċa kaħla u qbid aċċessorju

Fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

122 383,000

126 007,000

127 165,410

100,92

1 158,410

/

/

/

/

1 158,410

ES

ALF

3X14-

Fonsa ħamra

Fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

67,000

67,000

79,683

118,93

12,683

/

A

3,000

/

22,025

ES

BSF

56712-

Ċinturin Iswed

Fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali taż-żoni V, VI, VII u XII

226,000

312,500

327,697

104,86

15,197

/

A

/

/

22,796

ES

BSF

8910-

Ċinturin Iswed

Fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X

12,000

6,130

15,769

257,24

9,639

/

A

27,130

/

41,589

ES

BUM

ATLANT

Marlin blu

Fl-Oċean Atlantiku

27,200

27,200

124,452

457,54

97,252

/

A

27,000

/

172,878

ES

DWS

56789-

Kelb il-baħar tal-fond

Fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali taż-żoni V, VI, VII VIII u IX

0

0

3,039

N/A

3,039

/

A

/

/

4,559

ES

GFB

567-

Lipp abjad

Fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali taż-żoni V, VI, u VII

588,000

828,030

842,467

101,74

14,437

/

/

/

/

14,437

ES

GFB

89-

Lipp abjad

Fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali taż-żoni VIII, u IX

242,000

216,750

237,282

109,47

20,532

/

A

17,750

/

48,548

ES

GHL

1N2AB.

Ħalibatt tal-Groenlandja

Fl-ilmijiet tan-Norveġja taż-żoni I u II

/

0

22,685

N/A

22,685

/

/

/

/

22,685

ES

HAD

5BC6 A.

Merluzz tal-linja sewda

Fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali taż-żoni Vb, u VIa

/

2,840

18,933

666,65

16,093

/

A

12,540

/

36,680

ES

HAD

7X7A34

Merluzz tal-linja sewda

Fiż-żoni VIIb-k, VIII, IX u X; fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona CECAF 34.1.1

/

0

3,075

N/A

3,075

/

A

/

/

4,613

ES

NEP

9/3411

Skampu

Fiż-żoni IX u X; fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona CECAF 34.1.1

55,000

33,690

24,403

72,43

– 9,287

/

/

19,000 (7)

/

9,713

ES

OTH

1N2AB.

Speċijiet oħrajn

Fl-ilmijiet tan-Norveġja taż-żoni I u II

/

0

26,744

N/A

26,744

/

/

/

/

26,744

ES

POK

56-14

Pollakkju iswed

Fiż-żona VI; fl-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali taż-żoni Vb, XII u XIV

/

4,810

8,703

180,94

3,893

/

/

/

/

3,893

ES

RNG

5B67-

Roundnose grenadier

Fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali taż-żoni Vb, VI, u VII

70,000

111,160

125,401

112,81

14,241

/

/

/

/

14,241

ES

SBR

678-

Paġella ħamra

Fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII

143,000

133,060

136,418

102,52

3,358

/

/

/

/

3,358

ES

SOL

8AB.

Lingwata komuni

Fiż-żoni VIIIa u VIIIb

9,000

8,100

9,894

122,15

1,794

/

A+C

2,100

/

4,791

ESP

SRX

89-C.

Rebekkini u raj

Fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIII u IX

1 057,000

857,000

1 089,241

127,10

232,241

1,4

/

/

/

325,137

ES

USK

567EI.

Tusk

Fl-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali taż-żoni V, VI, u VII

26,000

15,770

15,762

99,95

– 0,008

/

/

58,770

/

58,762

ES

WHM

ATLANT

Marlin abjad

Fl-Oċean Atlantiku

30,500

25,670

98,039

381,92

72,369

/

/

0,170

/

72,539

FR

SRX

07D.

Rebekkini u raj

Fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId

602,000

627,000

698,414

111,39

71,414

/

/

/

/

71,414

FR

SRX

2AC4-C

Rebekkini u raj

Fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

33,000

36,000

48,212

133,92

12,212

/

/

/

/

12,212

IE

PLE

7HJK.

Barbun tat-tbajja'

Fiż-żoni VIIh, VIIj u VIIk

59,000

61,000

78,270

128,31

17,270

/

A

/

/

25,905

IE

SOL

07 A.

Lingwata komuni

Fiż-żona VIIa

41,000

42,000

43,107

102,64

1,107

/

/

/

/

1,107

IE

SRX

67AKXD

Rebekkini u raj

Fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k

1 048,000

1 030,000

1 079,446

104,80

49,446

/

/

/

/

49,446

LT

GHL

N3LMNO

Ħalibatt tal-Groenlandja

NAFO 3LMNO

22,000

0

0

N/A

0

/

/

46,000

/

46,000

LV

HER

03D.RG

Aringi

fis-sottotaqsima 28.1

16 534,000

19 334,630

20 084,200

103,88

749,570

/

/

/

/

749,570

NL

HKE

3 A/BCD

Merluzz

Fiż-żona IIIa; fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-Sottotaqsimiet 22-32

/

0

1,655

N/A

1,655

/

C

/

/

2,482

NL

RED

1N2AB.

Redfish

Fl-ilmijiet tan-Norveġja taż-żoni I u II

/

0

2,798

N/A

2,798

/

/

/

/

2,798

PT

ANF

8C3411

Petrika

Fiż-żoni VIIIc, IX u X; fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona CECAF 34.1.1

436,000

664,000

676,302

101,85

12,302

/

/

/

/

12,302

PT

BFT

AE45WM

Tonna

Fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta' 45° W, u fil-Mediterran

235,500

235,500

243,092

103,22

7,592

/

C

/

/

11,388

PT

HAD

1N2AB

Merluzz tal-linja sewda

Fl-ilmijiet tan-Norveġja taż-żoni I u II

/

0

26,816

N/A

26,816

/

/

/

344,950

371,766

PT

POK

1N2AB.

Pollakkju iswed

Fl-ilmijiet tan-Norveġja taż-żoni I u II

/

18,000

11,850

65,83

– 6,150

/

/

/

185,000

178,850

PT

SRX

89-C.

Rebekkini u raj

Fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIII u IX

1 051,000

1 051,000

1 059,237

100,78

8,237

/

/

/

/

8,237

SE

Bakkaljaw

03AN.

Bakkaljaw

Skagerrak

371,000

560,000

562,836

100,51

2,836

/

C

/

/

4,254

UK

DGS

15X14

Mazzola griża

Fl-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali taż-żoni I, V, VI, VII VIII XII u XIV

0

0

1,027

N/A

1,027

/

A

/

/

1,541

UK

GHL

514GRN

Ħalibatt tal-Groenlandja

Fl-ilmijiet ta' Greenland taż-żoni V u XIV

189,000

0

0

N/A

0

/

/

1,000

/

1,000

UK

HAD

5BC6 A.

Merluzz tal-linja sewda

Fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali taż-żoni Vb, u VIa

3 106,000

3 236,600

3 277,296

101,26

40,696

/

/

/

/

40,696

UK

MAC

2CX14-

Kavalli

Fiż-żoni VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali taż-żona Vb; fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni IIa, XII u XIV

179 471,000

275 119,000

279 250,206

101,50

4 131,206

/

/

/

/

4 131,206

UK

NOP

2A3A4.

Merluzz tan-Norveġja

Fiż-żona IIIa; Fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

/

0

14,000

N/A

14,000

/

/

/

/

14,000

UK

PLE

7DE.

Barbun tat-tbajja'

Fiż-żoni VIId u VIIe

1 548,000

1 500,000

1 606,749

107,12

106,749

1,1

/

/

/

117,424

UK

SOL

7FG.

Lingwata komuni

Fiż-żoni VIIf u VIIg

282,000

255,250

252,487

98,92

(– 2,763) (8)

/

/

1,950

/

1,950

UK

SRX

07D.

Rebekkini u raj

Fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId

120,000

95,000

102,679

108,08

7,679

/

/

/

/

7,679

UK

WHB

24-N

Stokkafixx

Fl-ilmijiet tan-Norveġja taż-żoni II u IV

0

0

22,204

N/A

22,204

/

/

/

/

22,204


(1)  Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet għas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22), it-trasferimenti tal-kwoti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) jew ir-reallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(2)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. It-tnaqqis ekwivalenti għas-sajd żejjed × 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha ta' sajd żejjed li jkun daqs 100 tunnellata jew inqas.

(3)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(4)  L-ittra “A” turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1,5, minħabba snin konsekuttivi ta' sajd żejjed fis-snin 2012, 2013 u 2014. L-ittra “C” turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1,5 għaliex l-istokk huwa soġġett għal pjan multiannwali.

(5)  Il-kwantitajiet li fadal li ma setgħux jitnaqqsu fl-2014 skont ir-Regolament (UE) Nru 871/2014 billi ma kienx hemm kwota disponibbli, jew ma kienx hemm kwota biżżejjed.

(6)  Il-kwantitajiet li fadal imqabbla mas-sajd żejjed fis-snin qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, u li ma jistgħux jitnaqqsu minn stokk ieħor.

(7)  Fuq talba ta' Spanja, l-irkupru li kellu jintradd fl-2013 ġie mqassam fuq tliet snin.

(8)  Din il-kwantità m'għadhiex disponibbli wara t-talba tat-trasferiment li għamel ir-Renju Unit skont ir-Regolament (KE) Nru 847/96 u li japplika skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1170 (ĠU L 189, 17.7.2015, p. 2).


8.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/29


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1802

tas-7 ta' Ottubru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

54,3

MA

178,5

MK

46,1

TR

81,7

ZZ

90,2

0707 00 05

AL

27,7

TR

107,9

ZZ

67,8

0709 93 10

TR

129,9

ZZ

129,9

0805 50 10

AR

126,0

BO

160,8

CL

149,1

TR

95,0

UY

86,6

ZA

139,8

ZZ

126,2

0806 10 10

BR

257,8

EG

189,0

MK

96,2

TR

161,0

ZA

128,8

ZZ

166,6

0808 10 80

CL

127,8

MK

23,1

NZ

144,3

US

137,2

ZA

136,4

ZZ

113,8

0808 30 90

AR

131,8

TR

130,8

XS

87,9

ZA

149,1

ZZ

124,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


8.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/31


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1803

tas-7 ta' Ottubru 2015

li jistabbilixxi perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-ħruġ tal-liċenzji tal-esportazzjoni, li jirrifjuta l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor barra mill-kwota

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 7e flimkien mal-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 139(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, iz-zokkor prodott matul sena ta' kummerċjalizzazzjoni li jaqbeż il-kwota msemmija fl-Artikolu 136 ta' dak ir-Regolament jista' jiġi esportat biss fil-limitu kwantitattiv stabbilit mill-Kummissjoni.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1164 tal-15 ta' Lulju 2015 li jiffissal-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2015/2016 (3) jistabbilixxi t-tali limiti kwantitattivi.

(3)

Il-kwantitajiet ta' zokkor koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni jaqbżu l-limitu kwantitattiv iffissat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1164. Għalhekk, għandu jiġi stabbilit perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-kwantitajiet li saret applikazzjoni għalihom mill-1 sat-2 ta' Ottubru 2015. L-applikazzjonijiet kollha għal-liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor mressqin wara t-2 ta' Ottubru 2015 għandhom jiġu rrifjutati kif xieraq u għandu jiġi sospiż it-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għandhom jinħarġu liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor barra mill-kwota li għalih ikunu tressqu applikazzjonijiet mill-1 sat-2 ta' Ottubru 2015 għall-kwantitajiet mitlubin, immultiplikati b'perċentwali ta' aċċettazzjoni ta' 32,928064 %.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor barra mill-kwota mressqin fil-5, 6, 7, 8 u 9 ta' Ottubru 2015 b'dan qed jiġu rrifjutati.

3.   It-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor barra mill-kwota għandu jiġi sospiż għall-perjodu mit-12 ta' Ottubru 2015 sat-30 ta' Settembru 2016.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 188, 16.7.2015, p. 28.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

8.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 245/2014

tat-13 ta' Novembru 2014

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2015/1804]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 446/2014 tat-2 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika strutturali kummerċjali, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 251/2009 u (UE) Nru 275/2010, dwar is-serje ta' dejta li għandha tiġi prodotta u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-istatistiċi strutturali tal-kummerċ (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE hu emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punti 1 (Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u fil-punt 1l (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 251/2009):

“—

32014 R 0446: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 446/2014 tat-2 ta' Mejju 2014 (ĠU L 132, 3.5.2014, p. 13).”

2.

Fil-punt 1l (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 251/2009), il-kliem “9C u 9D” jiġu sostitwiti bil-kliem “9C, 9D, 9E, 9F, 9G, 9H, 9M u 9P”.

3.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 1m (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 275/2010):

“, kif emendat bi:

32014 R 0446: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 446/2014 tat-2 ta' Mejju 2014 (ĠU L 132, 3.5.2014, p. 13).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 446/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-14 ta' Novembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 132, 3.5.2014, p. 13.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


8.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 246/2014

tat-13 ta' Novembru 2014

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2015/1805]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 439/2014 tad-29 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 250/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika strutturali kummerċjali, fir-rigward tad-definizzjonijiet tal-karatteristiċi u l-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 1k (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 250/2009) tal-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:

“—

32014 R 0439: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 439/2014 tad-29 ta' April 2014 (ĠU L 128, 30.4.2014, p. 72).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 439/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-14 ta' Novembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 128, 30.4.2014, p. 72.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


8.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 247/2014

tat-13 ta' Novembru 2014

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2015/1806]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

In-Norveġja ħadet sehem u kkontribwixxiet finanzjarjament għall-attivitajiet li jirriżultaw mir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) permezz tal-inklużjoni ta' dak ir-Regolament fil-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE.

(2)

Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE sabiex jiġi inkluż ir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(3)

Huwa xieraq li l-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fl-attivitajiet li jirriżultaw mir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 jibdew mill-1 ta' Jannar 2014, irrispettivament minn meta din id-Deċiżjoni tiġi adottata, jew jekk it-twettiq tar-rekwiżiti kostituzzjonali għal din id-Deċiżjoni, jekk ikun hemm, jiġix innotifikat wara l-10 ta' Lulju 2014.

(4)

Entitajiet stabbiliti fl-Istati tal-EFTA għandhom ikunu intitolati li jipparteċipaw f'attivitajiet li jibdew qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. L-ispejjeż imġarrba għal dawn l-attivitajiet, li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-1 ta' Jannar 2014, jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għal spejjeż imġarrba minn entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri tal-UE dment li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ qabel it-tmiem tal-azzjoni kkonċernata.

(5)

Il-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar in-Navigazzjoni bis-Satellita bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tan-Norveġja (3), li ġie ffirmat fit-22 ta' Settembru 2010, japplika provviżorjament mill-1 ta' Mejju 2011.

(6)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014. Madanakollu, minħabba problemi ekonomiċi, il-parteċipazzjoni tal-Islanda fil-programmi għandha tiġi sospiża temporanjament,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej huwa mdaħħal wara l-paragrafu 8a tal-Artikolu 1 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE:

“8aa.

(a)

Mill-1 ta' Jannar 2014, l-Istati tal-EFTA jipparteċipaw fl-attivitajiet li jistgħu jirriżultaw mill-att tal-Unjoni li ġej:

32013 R 1285: Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 1).

(b)

L-Istati tal-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-attivitajiet imsemmijin taħt (a) skont l-Artikolu 82(1)(a) u l-Protokoll 32 tal-Ftehim.

(c)

L-ispejjeż tal-estensjoni tal-kopertura ġeografika tas-sistema EGNOS lejn it-territorji tal-Istati tal-EFTA parteċipanti għandhom jitħallsu mill-Istati tal-EFTA bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja għall-attivitajiet imsemmijin taħt (a). Din l-estensjoni tal-kopertura hija soġġetta għall-fattibilità teknika u ma ddewwimx l-estensjoni tal-kopertura ġeografika tas-sistema EGNOS fit-territorji kollha tal-Istati Membri tal-UE li jinsabu ġeografikament fl-Ewropa.

(d)

Fuq il-livell tal-proġett, l-istituzzjonijiet, l-impriżi, l-organizzazzjonijiet u ċ-ċittadini tal-Istati tal-EFTA għandu jkollhom id-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 81(d) tal-Ftehim.

(e)

L-ispejjeż imġarrba għal attivitajiet li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-1 ta' Jannar 2014, jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli mill-bidu tal-azzjoni skont il-ftehim tal-għotja jew id-deċiżjoni tal-għotja kkonċernati dment li d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 247/2014 tal-13 ta' Novembru 2014 tidħol fis-seħħ qabel tmiem l-azzjoni.

(f)

L-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw b'mod sħiħ, mingħajr id-dritt tal-vot, fil-kumitati kollha tal-Unjoni li jgħinu lill-Kummissjoni Ewropea fil-ġestjoni, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija taħt (a).

Il-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fil-kumitati u l-gruppi ta' esperti tal-Unjoni li jassistu lill-Kummissjoni Ewropea b'mod speċifiku fl-aspetti ta' siġurtà tal-attivitajiet imsemmija taħt (a) għandha tiġi indirizzata fir-regoli tal-proċedura ta' dawn il-kumitati u gruppi.

(g)

Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal-Liechtenstein.

(h)

Fir-rigward tal-Islanda, dan il-paragrafu għandu jiġi sospiż sakemm jiġi deċiż mod ieħor mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (*).

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 1.

(3)  ĠU L 283, 29.10.2010, p. 12.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


8.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 248/2014

tat-13 ta' Novembru 2014

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2015/1807]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

In-Norveġja ħadet sehem u kkontribwiet finanzjarjament għall-attivitajiet tal-Programmi tal-GNSS Ewropej li jirriżultaw mir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u se tkompli tipparteċipa u tikkontribwixxi finanzjarjament għall-attivitajiet li jirriżultaw mir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 (2) permezz tal-inklużjoni ta' dawk ir-Regolamenti fil-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE.

(2)

In-Norveġja u l-Islanda għandhom interess fis-servizzi kollha li se jiġu offruti mis-sistema stabbilita skont il-programm Galileo, inkluż is-Servizz Pubbliku Regolat (“PRS”).

(3)

Huwa għalhekk xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE tiġi estiża sabiex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar ir-regoli ta' aċċess għas-servizz pubbliku regolat offrut mis-sistema dinjija ta' navigazzjoni bis-satellita li ġiet stabbilita taħt il-programm Galileo (3).

(4)

In-Norveġja tista' ssir parteċipant fil-PRS soġġett għall-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(5) tad-Deċiżjoni 1104/2011/UE.

(5)

Il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju ta' informazzjoni klassifikata (4), li ġie ffirmat fit-22 ta' Novembru 2004, japplika mill-1 ta' Diċembru 2004.

(6)

Il-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar in-Navigazzjoni bis-Satellita bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tan-Norveġja (5), li ġie ffirmat fit-22 ta' Settembru 2010, japplika provviżorjament mill-1 ta' Mejju 2011.

(7)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti din il-kooperazzjoni estiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 8aa fl-Artikolu 1 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE:

“8ab.

(a)

L-Istati tal-EFTA jipparteċipaw fl-attivitajiet li jistgħu jirriżultaw mill-att tal-Unjoni li ġej:

32011 D 1104: Id-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar ir-regoli ta' aċċess għas-servizz pubbliku regolat offrut mis-sistema dinjija ta' navigazzjoni bis-satellita li ġiet stabbilita taħt il-programm Galileo (ĠU L 287, 4.11.2011, p. 1).

(b)

L-Istati tal-EFTA jistgħu jsiru parteċipanti fil-PRS soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 3(5)(a) u (b) tad-Deċiżjoni 1104/2011/UE.

(c)

Il-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA f'diversi kumitati u gruppi ta' esperti relatati mal-PRS għandha tiġi indirizzata fir-regoli ta' proċedura korrispondenti tagħhom.

(d)

L-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni 1104/2011/UE ma japplikax għall-Istati tal-EFTA.

(e)

Dan il-paragrafu ma japplikax għal-Liechtenstein.

(f)

Fir-rigward tal-Islanda, dan il-paragrafu huwa sospiż sakemm jiġi deċiż mod ieħor mill-Kumitat Konġunt taż-ZEE.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Supplement taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 1.

(3)  ĠU L 287, 4.11.2011, p. 1.

(4)  ĠU L 362, 9.12.2004, p. 29.

(5)  ĠU L 283, 29.10.2010, p. 12.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


8.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 249/2014

tat-13 ta' Novembru 2014

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet [2015/1808]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tiġi estiża għall-Ftehim ŻEE biex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 (1).

(2)

Huwa xieraq li l-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fl-attivitajiet li jirriżultaw mir-Regolament (UE) Nru 377/2014 jibdew mill-1 ta' Jannar 2014 anke jekk din id-Deċiżjoni tiġi adottata, jew jekk it-twettiq tar-rekwiżiti kostituzzjonali għal din id-Deċiżjoni, jekk ikun hemm, jiġi nnotifikat wara l-10 ta' Lulju 2014.

(3)

Entitajiet stabbiliti fl-Istati tal-EFTA għandhom ikunu intitolati biex jipparteċipaw f'attivitajiet li jibdew qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. L-ispejjeż imġarrba għal dawn l-attivitajiet, li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-1 ta' Jannar 2014, jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għal spejjeż imġarrba minn entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri tal-UE dment li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ qabel it-tmiem tal-azzjoni kkonċernata.

(4)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-paragrafu li jmiss jiddaħħal wara l-paragrafu 8c fl-Artikolu 1 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE:

“8d.

(a)

Mill-1 ta' Jannar 2014, l-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw fl-attivitajiet li jistgħu jirriżultaw mill-Att tal-Unjoni li ġej:

32014 R 0377: Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 44).

(b)

L-Istati tal-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-attivitajiet msemmijin taħt (a) skont l-Artikolu 82(1)(a) tal-Protokoll 32 tal-Ftehim.

(c)

L-ispejjeż imġarrba għal attivitajiet li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-1 ta' Jannar 2014, jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli mill-bidu tal-azzjoni taħt il-ftehim tal-għotja jew id-deċiżjoni tal-għotja kkonċernati sakemm id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 249/2014 tal-13 ta' Novembru 2014 tidħol fis-seħħ qabel tmiem l-azzjoni.

(d)

L-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw b'mod sħiħ, mingħajr id-dritt tal-vot, fil-kumitati kollha tal-Unjoni li jgħinu lill-Kummissjoni Ewropea fil-ġestjoni, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija f'(a).

(e)

Dan il-paragrafu ma għandux japplika għan-Norveġja u l-Liechtenstein.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 122, 24.4.2014, p. 44.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


8.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 250/2014

tat-13 ta' Novembru 2014

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2015/1809]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE fl-azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-operat u l-iżvilupp tas-Suq Intern.

(2)

Huwa xieraq li din il-kooperazzjoni tkompli wara l-31 ta' Diċembru 2013, irrispettivament minn meta din id-Deċiżjoni tkun adottata jew jekk it-twettiq tar-rekwiżiti kostituzzjonali għal din id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, jekk ikun hemm, jiġix innotifikat wara l-10 ta' Lulju 2014.

(3)

Entitajiet stabbiliti fl-Istati tal-EFTA għandhom ikunu intitolati jipparteċipaw fl-attivitajiet li jibdew qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni. L-ispejjeż imġarrba għal dawn l-attivitajiet, li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-1 ta' Jannar 2014, jistgħu jitqiesu eliġibbli taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għal spejjeż imġarrba minn entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri tal-UE, sakemm din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ qabel ma tintemm l-azzjoni konċernata.

(4)

Għalhekk, il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża tkompli għaddejja wara l-31 ta' Diċembru 2013,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 8:

“9.   L-Istati tal-EFTA, mill-1 ta' Jannar 2014, jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-Unjoni relatati mal-linji baġitarji li ġejjin, imdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014:

Linja tal-baġit 02 03 01:‘L-operat u l-iżvilupp tas-suq intern partikolarment fl-oqsma tan-notifika, iċ-ċertifikazzjoni u l-approssimazzjoni settorjali’,

Linja tal-baġit 12 02 01:‘L-implimentazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern.’

L-ispejjeż imġarrba għal attivitajiet li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-1 ta' Jannar 2014, jistgħu jitqiesu eliġibbli mill-bidu tal-azzjoni taħt il-ftehim tal-għotja jew id-deċiżjoni tal-għotja konċernati, dment li d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 250/2014 ta' 13 ta' Novembru 2014 tidħol fis-seħħ qabel tmiem l-azzjoni.”

2.

Il-kliem “paragrafi 5, 6, 7 u 8” fil-paragrafi 3 u 4 huma ssostitwiti bil-kliem “paragrafi 5 sa 9”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


8.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 251/2014

tat-13 ta' Novembru 2014

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2015/1810]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE sabiex tkopri r-Regolament (UE) Nru 254/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar programm pluriennali tal-konsumaturi għas-snin 2014-20 u li jħassar id-Deċiżjoni (KE) Nru 1926/2006/KE (1).

(2)

Huwa xieraq li l-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fl-attivitajiet li jirriżultaw mir-Regolament (UE) Nru 254/2014 jibdew mill-1 ta' Jannar 2014, irrispettivament minn meta din id-Deċiżjoni tiġi adottata jew jekk it-twettiq tar-rekwiżiti kostituzzjonali għal din id-Deċiżjoni, jekk ikun hemm, jiġix innnotifikat wara l-10 ta' Lulju 2014.

(3)

Entitajiet stabbiliti fl-Istati tal-EFTA għandhom ikunu intitolati biex jipparteċipaw f'attivitajiet li jibdew qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. L-ispejjeż imġarrba għal dawn l-attivitajiet, li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-1 ta' Jannar 2014, jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għal spejjeż imġarrba minn entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri tal-UE dment li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ qabel it-tmiem tal-azzjoni kkonċernata.

(4)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 6 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 3a:

“3b.   L-Istati tal-EFTA, b'effett mill-1 ta' Jannar 2014, jipparteċipaw f'dan il-programm li ġej:

32014 R 0254: Ir-Regolament (UE) Nru 254/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar programm pluriennali tal-konsumaturi għas-snin 2014-20 u li jħassar id-Deċiżjoni (KE) Nru 1926/2006/KE (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 42).

L-ispejjeż imġarrba għal attivitajiet li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-1 ta' Jannar 2014, jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli mill-bidu tal-azzjoni taħt il-ftehim tal-għotja jew id-deċiżjoni tal-għotja kkonċernati dment li d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 251/2014 tal-13 ta' Novembru 2014 tidħol fis-seħħ qabel tmiem l-azzjoni.

Il-Liechtenstein għandu jiġi eżentat mill-parteċipazzjoni f'dan il-programm u milli jagħti kontribuzzjoni finanzjarja għalih.”

2.

It-test tal-paragrafu 4 huwa ssostitwit b'li ġej:

“L-Istati tal-EFTA għandhom jikkontribuwixxu b'mod finanzjarju għall-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 3, 3a u 3b b'konformità mal-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim.”

3.

It-test tal-paragrafu 5 huwa ssostitwit b'li ġej:

“L-Istati tal-EFTA għandhom, mill-bidu tal-kooperazzjoni fl-attivitajiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 3, 3a u 3b, jipparteċipaw b'mod sħiħ, mingħajr id-dritt li jivvutaw, fil-kumitati tal-KE u korpi oħra li jgħinu lill-Kummissjoni tal-KE fl-immaniġġar jew l-iżvilupp ta' dawn l-attivitajiet.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 84, 20.3.2014, p. 42.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


8.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 252/2014

tat-13 ta' Novembru 2014

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2015/1811]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE tiġi estiża sabiex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 573/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar kooperazzjoni mtejba bejn is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) (1).

(2)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti din il-kooperazzjoni estiża.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-paragrafu li jmiss jiddaħħal wara l-paragrafu 8 fl-Artikolu 15 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE:

“9.

L-Istati tal-EFTA jipparteċipaw fil-koperazzjoni prevista f'att tal-UE li ġej:

32014 D 0573: Id-Deċiżjoni Nru 573/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar kooperazzjoni mtejba bejn is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 32).

L-Istati tal-EFTA ikunu parteċipanti sħaħ, mingħajr id-dritt tal-vot, fil-Bord tan-Netwerk.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 159, 28.5.2014, p. 32.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


8.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 253/2014

tat-13 ta' Novembru 2014

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2015/1812]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE sabiex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar it-twaqqif tat-tielet Programm għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014–2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE (1).

(2)

Huwa xieraq li l-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fl-attivitajiet li jirriżultaw mir-Regolament (UE) Nru 282/2014 tibda mill-1 ta' Jannar 2014, irrispettivament minn meta din id-Deċiżjoni tiġi adottata, jew jekk it-twettiq tar-rekwiżiti kostituzzjonali għal din id-Deċiżjoni, jekk ikun hemm, ikun innotifikat wara l-10 ta' Lulju 2014.

(3)

Entitajiet stabbiliti fl-Istati tal-EFTA għandhom ikunu intitolati li jipparteċipaw f'attivitajiet li jibdew qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. L-ispejjeż imġarrba għal dawn l-attivitajiet, li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-1 ta' Jannar 2014, jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għal spejjeż imġarrba minn entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri tal-UE sakemm din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ qabel it-tmiem tal-azzjoni kkonċernata.

(4)

Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 16 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE:

“—

32014 R 0282: Ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar l-istabbiliment tat-tielet programm ta' azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014–2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 1).

L-ispejjeż imġarrba għal attivitajiet li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-1 ta' Jannar 2014, jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli mill-bidu tal-azzjoni taħt il-ftehim tal-għotja jew id-deċiżjoni tal-għotja konċernati dment li d-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 253/2014 tat-13 ta' Novembru 2014 tidħol fis-seħħ qabel tmiem l-azzjoni.

Il-Liechtenstein għandu jiġi eżentat mill-parteċipazzjoni f'dan il-programm u milli jagħti kontribut finanzjarju għalih.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Hija għandha tibda tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 86, 21.3.2014, p. 1.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


8.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/49


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 30/15/COL

tas-27 ta' Jannar 2015

biex jingħataw tliet derogi mitluba mill-Prinċipat tal-Liechtenstein b'rabta mal-Artikolu 30, Artikolu 36(2) u l-punt 1.1.3.6.3 lit. b tal-Anness 5 tal-Ordinanza tal-Liechtenstein tat-3 ta' Marzu 1998 dwar it-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq (Verordnung über den Transport gefährlicher Güter auf der Strasse — VTGGS), ibbażat fuq l-Artikolu 6(2)(a) tal-Att imsemmi fil-punt 13c f'Kapitolu I tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi) [2015/1813]

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA,

Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-punt 13c fil-Kapitolu I tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE, Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (Id-“Direttiva”), kif adattat mill-Ftehim ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu partikolarment l-Artikoli 6 u 9,

Wara li ġew ikkunsidrati d-deċiżjonijiet tal-Kumitat Permanenti Nru 3/12/SC u Nru 4/12/SC,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 295/14/COL tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tas-16 ta' Lulju 2014 (l-Avveniment Nru 710373) biex jintbgħatu abbozzi ta' miżuri lill-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA li għandhom jittieħdu mill-Aworità ta' Sorveljanza tal-EFTA b'rabta mar-rikjesta tal-Liechtenstein, u billi tingħata s-setgħa lill-Membru tal-Kulleġġ kompetenti biex jadotta d-deċiżjoni finali jekk il-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA japprova l-abbozz ta' deċiżjoni unanimament,

Billi:

1.   PROĊEDURA

Il-Gvern tal-Liechtenstein, b'ittra lill-Awtorità tal-20 ta' Diċembru 2013 (l-Avveniment Nru 694300), għamel rikjesta għal erba' derogi fuq il-bażi tal-Artikoli 6(2)(a) tad-Direttiva. Id-derogi kif mitluba mill-Liechtenstein huma stipulati fl-Artikoli 29, 30, 36(2) u fil-punt 1.1.3.6.3 lit. b tal-Anness 5 tal-Ordinanza tat-3 ta' Marzu 1998 dwar it-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq (LR 741.621, kif emendat l-aħħar) (Verordnung über den Transport gefährlicher Güter auf der Strasse — VTGGS) (“l-Ordinanza”) u jikkonċernaw it-trasport ta' splussivi, spezzjonijiet ta' impriżi tat-tankijiet, it-taħriġ speċjali tas-sewwieqa u s-siti ta' kostruzzjoni tat-tankijiet, rispettivament.

Waslu aktar kjarifiki minn naħa tal-Gvern tal-Liechtenstein fl-2014 b'komunikazzjoni informali fl-20 ta' Frar (l-Avveniment Nru 700062), il-21 ta' Frar (l-Avveniment Nru 700131), it-12 ta' Marzu (l-Avveniment Nru 702345), is-27 ta' Marzu (l-Avveniment Nru 703760), id-9 ta' Mejju (l-Avveniment Nru 707772), l-14 ta' Mejju (l-Avveniment Nru 708302) u s-16 ta' Mejju (l-Avveniment Nru 708667).

Permezz ta' kuntratt ta' servizz bid-data tal-4 ta' Marzu 2014 (l-Avveniment Nru 700047), l-Awtorità ikkummissjonat lid-DNV GL AS (“DNV”) biex tivvaluta jekk id-derogi mitluba hux se jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva, b'enfasi fuq kwalunkwe riskju potenzjali jew reali li jirriżultaw mid-derogi; dwar jekk dawn iwasslux f'inqas, iktar jew sigurtà ekwivalenti; u, jekk ikun hemm bżonn, dwar l-identifikazzjoni ta' miżuri ta' mitigazzjoni possibbli. Fis-16 ta' April 2014, id-DNV bagħatet rapport preliminari lill-Awtorità (l-Avveniment Nru 706289). Fit-23 ta' Mejju 2014, DNV ressqet ir-rapport finali tagħha (l-Avveniment Nru 709161).

Wara li vvalutat id-derogi mitluba minn Liechtenstein, l-Awtorità kkonkludiet li huma biss id-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 30, 36(2) u fil-punt 1.1.3.6.3 lit. b tal-Anness 5 tal-Ordinanza li jikkwalifikaw bħala derogi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva, billi l-Artikolu 29 tal-Ordinanza dwar splussivi f'pakketti ta' trasport li jkunu nfetħu, ma jitqiesx bħala deroga (1).

Fis-16 ta' Lulju 2014, l-Awtorità bagħtet it-tliet abbozzi ta' miżuri (l-Avveniment Nru 706153) li għandhom jittieħdu mill-Awtorità quddiem il-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA b'rabta mat-talba tal-Liechtenstein għal deroga bbażata fuq l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva.

L-abbozz ta' miżuri mressqa quddiem il-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA fis-16 ta' Lulju 2014 kien kif ġej:

1.

L-Artikolu 30 tal-Ordinanza, tal-ispezzjonijiet fuq-impriżi tat-tankijiet:

Fl-opinjoni tal-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA, it-talba għal deroga b'rabta mal-Artikolu 30 tal-Ordinanza dwar spezzjonijiet fuq l-impriżi tat-tankijiet, għandha tkun awtorizzata,sakemm is-sewwieqa jkollhom it-taħriġ CITEC (2) speċifiku.

Data ta' skadenza: is-26 ta' Settembru 2015.

2.

L-Artikolu 36(2) tal-Ordinanza, taħriġ speċjali għas-sewwieqa:

Fl-opinjoni tal-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA it-talba għal deroga għandha tiġi rifjutata sakemm il-gvern tal-Liechtenstein juri lit-taħrig provdud mill-BBT (3) huwa kompatibli mat-taħriġ ADR (4).

3.

Il-punt 1.1.3.6.3 lit. b tal-Anness 5 tal-Ordinanza, fuq is-siti ta' kostruzzjoni ta' tankijiet:

Fl-opinjoni tal-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA, it-talba għal deroga b'rabta mal-punt 1.1.3.6.3 lit. b tal-Anness 5 tal- Ordinanza, siti ta' kostruzzjoni tat-tankijiet, għandhom jiġu awtorizzati sakemm il-qoxra użata tkun doppja.

Data ta' skadenza: Is-26 ta' Settembru 2015.

Permezz ta' ittra tas-16 ta' Lulju 2014 (l-Avveniment Nru 716061), l-Awtorità informat lill-Istati tal-EFTA dwar l-abbozz ta' miżuri li għandhom jittieħdu mill-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA u stiednet lill-Istati tal-EFTA biex jivvalutaw in-notifika mill-Liechtenstein u l-abbozz ta'Opinjoni tal-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA. Barra minn hekk, ma'dik l-ittra, l-Awtorità proponiet li l-opinjoni tal-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, b'referenza għall-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 4/2012/SC tas-26 ta' Ottubru 2012. L-Awtorità talbet lill-Istati tal-EFTA biex jipprovduha bi kwalunkwe osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-abbozz ta' Opinjoni tal-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA sal-25 ta' Awwissu 2014.

Permezz ta' ittra bid-data tal-21 ta' Awwissu 2014 (l-avveniment 720223), il-Gvern Norveġiż informa lill-Awtorità li ma kellux kummenti dwar l-abbozz ta' Opinjoni tal-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA. Permezz ta' ittra bid-data tat-22 ta' Awwissu 2014 (l-avveniment 719910), il-Gvern tal-Liechtenstein bagħat kummenti dwar l-abbozz ta' Opinjoni tal-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA. Il-Gvern Islandiż ma bagħat l-ebda tweġiba.

Fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet li waslu, l-Awtorità rrivediett u emendat l-abbozz ta' Opinjoni inizjalment imressaqa quddiem il-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA skont id-Deċiżjoni Nru 295/14/COL tas-16 ta' Lulju 2014. L-Awtorità rrivediet ukoll it-tul ta' żmien tad-deroga, b'konformità mal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva. Fil-verżjoni riveduta u emendata tal-abbozz ta' Opinjoni, l-Awtorità kkunsidrat li d-derogi mitluba għandhom jingħataw mingħajr kundizzjonijiet.

Permezz ta' ittra bid-data tal-24 ta' Novembru 2014 (l-avveniment 730389), l-Awtorità bagħtet l-abbozz ta' Opinjoni rivedut u emendat quddiem il-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA, fejn talbet lill-Istati tal-EFTA jipprovdu lill-Awtorità bl-osservazzjonijiet tagħha b'rabta mal-abbozz ta'Opinjoni rivedut u emendat tal-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA qabel tmiem in-negozjar tat-12 ta' Diċembru 2014.

Il-Gvern tal-Liechtenstein, b'ittra tal-5 ta' Diċembru 2014 (l-Avveniment Nru 731864), informa lill-Awtorità li ma kellux iktar osservazzjonijiet u talab lill-Awtorità biex issegwi s-suġġerimenti magħmula mill-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA u biex tawtorizza d-derogi mitluba. Permezz ta' ittra bid-data tal-11 ta' Diċembru 2014 (l-avveniment 732607), il-Gvern Norveġiż informa lill-Awtorità li ma kellu l-ebda kumment dwar l-abbozz ta' Opinjoni tal-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA. Il-Gvern Islandiż ma bagħat ebda tweġiba.

2.   VALUTAZZJONI

Wara l-kjarifiki u tagħrif ġdid mibgħuta mill-Gvern tal-Liechtenstein, l-Awtorità, fl-osservazzjonijiet tagħha dwar l-abbozz ta' Opinjoni tat-22 ta' Awwissu 2014, kkonkludiet li t-tliet derogi kif jinsabu fl-Artikoli 30, 36(2) u fil-punt 1.1.3.6.3 lit. b tal-Anness 5 tal-Ordinanza għandhom ikunu awtorizzati.

B'rabta mal-ewwel talba għal deroga, il-Gvern tal-Liechtenstein ikkjarifika fl-ittra tiegħu tat-22 ta' Awwissu 2014 li x-xufiera kollha ta' impriżi ta' testijiet tat-tankijiet fil-Liechtenstein li joperaw skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 30 VTTGS għandhom jagħmlu it-taħriġ CITEC ta' tliet ġimgħat li jkopri sigurtà u aspetti relatati mal-ambjent b'rabta mal-attivitajiet professjonali tagħhom. Il-Gvern tal-Liechtenstein speċifika wkoll li kull sewwieq tal-impriżi tat-tankijiet tal-Liechtenstein għandu ċertifikat magħruf bħala ċ-Ċertifikat tal-Konfederazzjoni Żvizzera fi Speċjalizzazjoni tas-Sigurtà tat-Tankijiet (Spezialist/-in für Tanksicherheit mit eidgenössischem Fachausweis). Għalhekk, peress li s-sewwieqa lestew it-taħriġ CITEC speċifiku, id-deroga ma tikkompromettix is-sikurezza. F'konformità ma' dan, l-Awtorità tikkunsidra li t-talba għal deroga b'rabta mal-Artikolu 30 tal-Ordinanza għandha tkun awtorizzata.

B'rabta mat-tieni talba għal deroga, il-Gvern tal-Liechtenstein, fl-ittra tat-22 ta' Awwissu 2014, bagħat tagħrif ġdid biex isostni l-fehma tiegħhu li għas-sewwieqa, il-liċenzja BBT hija ekwivalenti għat-taħriġ ADR. Għalhekk l-Awtorità tikkunsidra li dan it-tagħrif ulterjuri huwa biżżejjed sabiex tintwera ekwivalenza f'dan ir-rigward, peress li d-detenturi tal-liċenzja BBT huma awtorizzati li jġorru oġġetti li jappartjenu għall-Klassi 1 tal-ADR u it-taħriġ għall-ksib ta' liċenzja BBT ikopri l-aspetti rilevanti kollha meħtieġa għat-trasport ta' oġġetti bħal dawn.

Fl-aħħar nett, b'rabta mat-tielet talba għal deroga, il-Gvern tal-Liechtenstein, f'osservazzjonijiet li għamel bil-mitkub fit-22 ta' Awwissu 2014, ikkonferma li l-kostruzzjoni tat-tankijiet inkwistjoni għandhom qoxra doppja, peress li jikkonsistu f'tank intern u baċir ta' ġbir issiġġilat minn barra (definiti bħala tali f'punt 6.14.1.1 tal-Anness 5 VTGGS). F'konformità ma' dan, l-Awtorità tikkunsidra li t-talba għal deroga b'rabta mal-Punt 1.1.3.6.3 lit. b tal-Anness 5 għandha tkun awtorizzata.

Fl-aħħar nett, l-Awtorità tqis li is-sigurtà m'hijiex kompromessa bl-għoti ta' dawn id-derogi u li t-tliet talbiet għal derogi jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva. B'hekk, id-derogi li jinsabu fl-Artikoli 30, 36(2) u fil-punt 1.1.3.6.3 lit. b tal-Anness 5 tal-Ordinanza għandhom ikunu awtorizzati. L-Awtorità għalhekk tagħti deroga kif intalbet, ibbażata fuq l- Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva. Id-deroga hija valida għal sitt snin, kif previst fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva. L-Awtorità tista', f'konformità mal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva, iġġedded l-awtorizzazzjoni tagħha.

Għal dawn ir-raġunijiet, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, skont l-Artikolu 6 tal-Att imsemmi fil-punt 13c fil-Kapitolu I tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE, id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi, kif adottat permezz tal-Protokoll 1 tal-Ftehim ŻEE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-derogi mitluba mill-Prinċipat tal-Liechtenstein b'rabta mal- Artikolu 30, l-Artikolu 36(2) u l-Punt 1.1.3.6.3 lit. b tal-Anness 5 tal-Ordinanza tal-Liechtenstein tat-3 ta' Marzu 1998 dwar it-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq (Verordnung über den Transport gefährlicher Güter auf der Strasse — VTGGS), huma mogħtija.

Artikolu 2

Id-derogazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni se jkunu ppubblikati fit-taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu skont il-punt 6 tal-Protokoll 1 tal-Ftehim ŻEE.

Artikolu 3

Id-derogazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni huma validi għal perjodu ta' sitt snin.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Prinċipat tal Liechtenstein u tidħol fis-seħħ meta ssir notifika lil dak l-Istat.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija awtentika bl-Ingliż.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Jannar 2015.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

Helga JÓNSDÓTTIR

Membru tal-Kulleġġ

Xavier LEWIS

Direttur


(1)  Qed issir referenza għall-valutazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 295/14/COL.

(2)  CITEC: L-Assoċjazzjoni Żvizzera għall-protezzjoni tal-ilmijiet u s-sigurtà tat-tankijiet (Association pour la protection des eaux et la sécurité des citernes).

(3)  BBT: L-Uffiċċju Federali Żvizzeru Għall-Edukazzjoni Professjonali u t-Teknoloġija (Bundesamt für Berufsbildung und Technologie).

(4)  ADR: Ftehim Ewropew rigward il-Ġarr Internazzjonali ta' Merkanzija Perikoluża bit-Triq.