ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2011.296.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 296

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
15 ta' Novembru 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1150/2011 tal-14 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2011 tal-14 ta’ Novembru 2011 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

3

 

*

Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2011 tal-14 ta’ Lulju 2011 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb ( 1 )

6

 

*

Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1153/2011 tat-30 ta' Awwissu 2011 li jemenda l-Anness Ib mar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jikkonċerna r-rekwiżiti tekniċi għat-tilqima kontra r-rabja ( 1 )

13

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1154/2011 tal-10 ta’ Novembru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Zgornjesavinjski želodec (IĠP)]

14

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1155/2011 tal-10 ta’ Novembru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Šebreljski želodec (IĠP)]

16

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1156/2011 tal-10 ta’ Novembru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Kočevski gozdni med (DPO)]

18

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1157/2011 tal-10 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringa fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VIb u VIaN min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza

20

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2011 tal-11 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-haddock fiż-żona IIIa; l-ilmijiet tal-UE tas-Subdiviżjonijiet 22-32 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Isvezja

22

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1159/2011 tal-11 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

24

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1160/2011 tal-14 ta’ Novembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni u r-rifjut tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti stqarrijiet dwar is-saħħa fuq oġġetti tal-ikel u li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard ( 1 )

26

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1161/2011 tal-14 ta’ Novembru 2011 li jemenda d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 953/2009 fir-rigward tal-listi ta’ sustanzi minerali li jistgħu jiġu miżjuda mal-ikel ( 1 )

29

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1162/2011 tal-14 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

31

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1163/2011 tal-14 ta’ Novembru 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/12

33

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2011/90/UE tal-14 ta’ Novembru 2011 li temenda Parti II tal-Anness I tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jipprovdi assunzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta ( 1 )

35

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/734/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2011 indirizzata lill-Greċja bl-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit, liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv

38

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/735/PESK tal-14 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

53

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/736/PESK tal-14 ta' Novembru 2011 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

55

 

 

2011/737/UE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2011 li temenda r-Regolament intern tagħha

58

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

15.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1150/2011

tal-14 ta’ Novembru 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fid-9 ta' Mejju 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

(2)

Fit-2 ta' Settembru 2011, il-Kunsill emenda (3) r-Regolament (UE) Nru 442/2011 biex jestendi l-miżuri kontra s-Sirja, inkluża espansjoni tal-kriterji tal-elenkar mifthiema għall-għan tal-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi, u projbizzjoni fuq ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasportazzjoni taż-żejt mhux maħdum mis-Sirja. Fit-23 ta' Settembru 2011, il-Kunsill emenda (4) r-Regolament (UE) Nru 442/2011 biex jestendi aktar il-miżuri kontra s-Sirja, biex jinkludi projbizzjoni fuq l-investiment fis-settur taż-żejt mhux maħdum, iż-żieda ta' aktar elenkar, u projbizzjoni fuq twassil ta' flus tal-karta u muniti tas-Sirja lill-Bank Ċentrali tas-Sirja. Fit-13 ta' Ottubru 2011, il-Kunsill reġa' emenda (5) r-Regolament (UE) Nru 442/2011, b'hekk jelenka entità addizzjonali u jagħmel deroga li tippermetti, għal perjodu limitat, l-użu tal-fondi ffriżati rċevuti sussegwentement minn din l-entità b'konnessjoni mal-iffinanzjar ta' kummerċ ma' persuni jew entitajiet mhux maħtura.

(3)

Minħabba r-repressjoni brutali li għadha għaddejja u tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem mill-Gvern tas-Sirja, fl-14 ta’ Novembru 2011, il-Kunsill addotta id-Deċiżjoni 2011/735/PESK li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (6) tipprovdi għal miżura addizzjonali, jiġifieri biex tipprojbixxi lill-Bank Ewropew tal-Investiment li jagħmel kwalunkwe ħruġ ta’ flus jew ħlas taħt jew b'rabta ma' ftehimiet ta' self eżistenti mas-Sirja u li jissuspendi l-Kuntratti dwar Servizzi ta' Assistenza Teknika eżistenti kollha għal proġetti sovrani li qegħdin fis-Sirja.

(4)

Din il-miżura taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hemm bżonn ta' azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi implimentata.

(5)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni 2011/735/PESK tipprovdi għall-aġġornament tal-informazzjoni li tirrigwarda persuna waħda fil-lista fl-Anness mad-Deċiżjoni 2011/273/PESK.

(6)

Ir-Regolament (UE) Nru442/2011 għandu jiġi emendat kif meħtieġ.

(7)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-artikolu i ġej huwa mdaħħal fir-Regolament (UE) Nru 442/2011:

“Artikolu 3d

Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) għandu:

(a)

jkun ipprojbit milli jagħmel kwalunkwe ħruġ ta’ flus jew ħlas taħt jew b'rabta ma' kwalunkwe ftehim ta' self eżistenti li jkun sar bejn l-Istat tas-Sirja jew kwalunkwe awtorità pubblika tiegħu u l-BEI.

(b)

jissospendi l-Kuntratti dwar Servizzi ta' Assistenza Teknika eżistenti kollha li jirrigwardaw proġetti ffinanzjati taħt il-ftehimiet ta’ self msemmija fil-paragrafu (a), u li huma maħsuba għall-benefiċċju dirett jew indirett tal-Istat ts-Sirja jew ta' kwalunkwe awtorita' pubblika tiegħu li għandu jitwettaq fis-Sirja.”

Artikolu 2

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 442/2011 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 121, 10.5.2011, p. 11.

(2)  ĠU L 121, 10.5.2011, p. 1

(3)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 878/2011, ĠU L 228, 3.9.2011, p.1.

(4)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 950/2011, ĠU L 247, 24.9.2011, p.3.

(5)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1011/2011, ĠU L 269, 14.10.2011, p.18.

(6)  Ara paġna 53 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali


ANNESS

L-entrata għal Nizar AL-ASSAAD fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 442/2011 huwa sostitwit b’dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“38.

Nizar Al-Assad

(Image)

Kuġin ta' Bashar Al-Assad; preċedentement kap tal-kumpannija "Nizar Oilfield Supplies".

Qrib ħafna ta' uffiċjali ewlenin tal-Gvern. Jiffinanzja lil Shabiha fir-reġjun ta' Latakia.

23.08.2011”


15.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1151/2011

tal-14 ta’ Novembru 2011

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011 tad-9 ta' Mejju 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-9 ta' Mejju 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja u f'konformità mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/736/PESK tal-14 ta’ Novembru 2011 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (2), persuni oħrajn għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 442/2011,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 442/2011.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 121, 10.5.2011, p. 1.

(2)  Ara paġna 55 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Persuni msemmija fl-Artikolu 1

 

Kunjom

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Raġunijiet

Data ta' elenkar

1.

Maġġur Ġenerali Jumah Al-Ahmad

 

Kmandant tal-Forzi Speċjali. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra d-dimostranti madwar is-Sirja.

14.11.2011

2.

Kurunell Lu’ai al-Ali

 

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana, Fergħa ta' Dera'a. Responsabbli għall-vjolenza kontra d-dimostranti f'Dera'a.

14.11.2011

3.

Logutenent Ġenerali Ali Abdullah Ayyub

 

Kap Deputat tal-Persunal Ġenerali (Persunal u Forza tax-Xogħol). Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra dimostranti madwar is-Sirja.

14.11.2011

4.

Logutenent Ġenerali Jasim al-Furayj

 

Kap tal-Persunal Ġenerali. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra dimostranti madwar is-Sirja.

14.11.2011

5.

Ġeneral Aous (Aws) ASLAN

Imwieled fl-1958

Kap ta' battaljun fi ħdan il-Gwardja Repubblikana. Qarib ta' Maher al-ASSAD u tal-President al-ASSAD. Ipparteċipa fir-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili madwar it-territorju Sirjan.

14.11.2011

6.

Ġeneral Ghassan BELAL

 

Ġeneral Kmandant tal-uffiċċju riżervat tar-raba' diviżjoni. Kunsillier ta' Maher al-ASSAD u koordinatur tal-operazzjonijiet ta' sigurtà. Responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili madwar it-territorju Sirjan.

14.11.2011

7.

Abdullah BERRI

 

Jidderiġi l-milizzji tal-familja BERRI. Responsabbli għall-milizzji progovernattivi implikati fir-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili f'ALEP.

14.11.2011

8.

George CHAOUI

 

Membru tal-Armata elettronika Sirjana. Ipparteċipa fir-ripressjoni vjolenti u inkoraġġixxa l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili madwar it-territorju Sirjan.

14.11.2011

9.

Maġġur Ġenerali Zuhair Hamad

 

Kap Deputat tad-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza madwar is-Sirja u għall-intimidazzjoni u t-tortura ta' dimostranti.

14.11.2011

10.

Amar ISMAEL

 

Ċivil - Kap tal-Armata elettronika Sirjana (servizz ta' informazzjoni tal-forza tal-art). Ipparteċipa fir-ripressjoni vjolenti u inkoraġġixxa l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili madwar it-territorju Sirjan.

14.11.2011

11.

Mujahed ISMAIL

 

Membru tal-Armata elettronika Sirjana. Ipparteċipa fir-ripressjoni vjolenti u inkoraġġixxa l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili madwar it-territorju Sirjan.

14.11.2011

12.

Saqr KHAYR BEK

 

Deputat Ministru tal-intern. Responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

14.11.2011

13.

Maġġur Ġenerali Nazih

 

Direttur Deputat tad-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza madwar is-Sirja u għall-intimidazzjoni u t-tortura ta' dimostranti.

14.11.2011

14.

Kifah MOULHEM

 

Kmandant ta' battaljun fi ħdan ir-raba' diviżjoni. Responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili f'Deïr el-Zor.

14.11.2011

15.

Ġeneral Maġġur Wajih Mahmud

 

Kmandant tat-18-il Diviżjoni Armata. Responsabbli għall-vjolenza kontra d-dimostranti f'Homs

14.11.2011

16.

Bassam SABBAGH

Imwieled fl-24 ta' Awwissu 1959 f'Damas. Indirizz: Kasaa, Triq Anwar al Attar, bini al Midani, Damas. Passaport Sirjan no 004326765 maħruġ fit-2/11/2008, validu sa Novembru 2014.

Imexxi l-kabinett Sabbagh u Associés (Damas), Avukat fil-Barreau de Paris. Kunsillier legali, finanzjarju u amministratur tal-affarijiet ta' Rami Makhlouf et de Khaldoun Makhlouf. Assoċjat ma' Bachar al-Assad fil-finanzjament ta' proġett ta' bini f'Lattaquié. Ipprovda appoġġ għall-finanzjament tar-reġim.

14.11.2011

17.

Ġeneral Luogotenent Tala Mustafa Tlass

 

Kap Deputat tal-Persunal Ġenerali (Loġistika u provvisti). Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra dimostranti madwar is-Sirja.

14.11.2011

18.

Maġġur Ġeneral Fu’ad Tawil

 

Kap Deputat tal-Forza tal-Ajru Sirjana Responsabbli għall-użu ta' vjolenza madwar is-Sirja u mill-intimidazzjoni u t-tortura ta' dimostranti.

14.11.2011


15.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/6


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1152/2011

tal-14 ta’ Lulju 2011

li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġijiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jistipula r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi. Partikolarment, jistipula r-regoli applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali fl-Istati Membri ta’ klieb, qtates u inmsa u jipprovdi, fejn hemm bżonn, għal miżuri sanitarji preventivi li għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti delegati biex jiġi żgurat il-kontroll tal-mard, minbarra l-idrofobija, li aktarx jinfirex minħabba ċ-ċaqliq ta’ dawk l-annimali. Dawk il-miżuri għandhom ikunu ġġustifikati xjentifikament u għandhom ikunu proporzjonati mar-riskju li dak il-mard jinxtered minħabba dawn il-movimenti.

(2)

Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jipprovdi li l-annimali domestiċi għandu jkollhom magħhom passaport maħruġ minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti li jiċċertifika, fejn ikun hemm bżonn, li jkunu ttieħdu l-miżuri sanitarji preventivi għall-mard, minbarra l-idrofobija, għall-annimal ikkonċernat.

(3)

L-ekinokokkożi alveolari hija marda parassitika kkawżata mid-dudu Echinococcus multilocularis. Fejn tiġi stabbilita l-marda, iċ-ċiklu tipiku tat-trażmissjoni tal-parassita fl-Ewropa huwa bbażat fuq il-fawna selvaġġa u jinvolvi l-karnivori selvaġġi bħala organiżmi ospitanti definittivi u bosta speċijiet ta’ mammiferi, partikolarment rodenti żgħar, bħala organiżmi ospitanti intermedji li jiġu infettati billi jinġerixxu l-bajd mifrux mill-feċi tal-organiżmi ospitanti definittivi fl-ambjent.

(4)

Għalkemm huma ta’ importanza sekondarja għall-persistenza taċ-ċiklu tal-ħajja tal-parassita fl-ambjenti endemiċi, il-klieb jistgħu jiġu infettati meta jinġerixxu r-rodenti infettati. Bħala organiżmi ospitanti definittivi potenzjali u minħabba l-kuntatti mill-viċin mal-bnedmin, dawn jistgħu jkunu sors ta’ infezzjoni għan-nies kif ukoll sors ta’ kontaminazzjoni tal-ambjent, inkluż żoni ħielsa mill-parassiti wara ostakli naturali. Ma hemmx rapporti ta’ inmsa bħala organiżmi ospitanti definittivi u skont l-għarfien kurrenti, il-kontribuzzjoni tal-qtates għaċ-ċiklu tat-trażmissjoni hija dubjuża.

(5)

Meta l-bnedmin jiġu affettwati bħala organiżmu ospitanti atipiku mil-larva tad-dudu, jiġu osservati sinjali kliniċi u patoloġiċi gravi tal-marda wara perjodu ta’ inkubazzjoni twil u f’pazjenti li ma jiġux ittrattati jew li ma jiġux ittrattati tajjeb, il-mortalità tista’ tkun iktar minn 90 %. Il-prevalenza dejjem ikbar tal-marda fil-fawna selvaġġa, u b’mod parallel fil-bnedmin, f’ċerti partijiet tal-Ewropa, tikkawża tħassib serju għall-awtoritajiet tas-saħħa pubblika f’ħafna Stati Membri.

(6)

Fil-waqt li l-infezzjoni Echinococcus multilocularis fl-annimali sseħħ fl-emisfera tat-Tramuntana, inkluż il-partijiet ċentrali u tat-Tramuntana tal-Ewropa, tal-Asja u tal-Amerika ta’ Fuq, qatt ma ġiet irreġistrata f’organiżmi ospitanti definittivi domestiċi u selvaġġi f’ċerti żoni tal-Unjoni Ewropea minkejja s-sorveljanza tal-fawna selvaġġa u l-aċċess bla restrizzjonijiet tal-klieb.

(7)

Iċ-ċaqliq transkonfinali tal-fawna selvaġġa infettata ġie identifikat mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), f’opinjoni xjentifika dwar l-Evalwazzjoni tar-riskju tal-introduzzjoni tal-ekinokokkożi fir-Renju Unit, l-Irlanda, l-Isvezja, Malta u l-Finlandja, b’konsegwenza tal-abbandun tar-regoli nazzjonali (2), bħala r-rotta potenzjali ewlenija tad-dħul tal-parassita Echinococcus multilocularis, speċjalment f’żoni fejn m’hemmx ostakli fiżiċi effettivi, bħall-ibħra miftuħa. L-EFSA tqis li r-rwol epidemjoloġiku tal-klieb f’ħabitats endemiċi huwa ta’ importanza limitata għaċ-ċiklu tal-ħajja tal-parassita.

(8)

Madankollu, l-EFSA tqis li r-riskju li ċ-ċiklu tat-trażmissjoni tal-parassita Echinococcus multilocularis jiġi stabbilit f’organiżmi ospitanti intermedji u definittivi selvaġġi xierqa f’żoni li s’issa kienu ħielsa mill-parassita, huwa ikbar minn negliġibbli, fejn il-parassita jiġi introdott miċ-ċaqliq ta’ klieb infettati li jarmu l-bajd tad-dudu.

(9)

Skont l-EFSA, ir-riskju li l-parassita Echinococcus multilocularis jiddaħħal f’żoni li s’issa kienu ħielsa mill-parassita jista’ jittaffa jekk il-klieb miż-żoni endemiċi jiġu ttrattati. Sabiex ma terġax isseħħ l-infezzjoni, dan it-trattament għandu jsir malajr kemm jista’ jkun qabel id-dħul fiż-żoni ħielsa minn dak il-parassita. Madankollu, jinħtieġ perjodu minimu ta’ 24 siegħa wara t-trattament biex il-bajd infettiv li jibqa’ ma jintremiex fl-ambjent taż-żona ħielsa mill-parassita.

(10)

Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-prodotti mediċinali għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb, dawn għandhom ikunu ngħataw awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (3) jew ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (4), jew għandhom ikunu ġew approvati jew liċenzjati mill-awtorità indipendenti tal-pajjiż terz tal-oriġini tal-annimal.

(11)

L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 jipprevedi li l-Finlandja, l-Irlanda, Malta, l-Isvezja u r-Renju Unit, għal dik li hija l-ekinokokkosi, jistgħu jirrikjedu li d-dħul tal-annimali domestiċi fit-territorju tagħhom ikun suġġett għall-konformità mar-regoli speċjali applikabbli fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament. Minħabba li l-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament japplika biss sal-31 ta’ Diċembru 2011, jinħtieġ li jiġu adottati miżuri qabel dik id-data, sabiex tkun żgurata l-protezzjoni kontinwa ta’ dawk l-Istati Membri msemmija f’dak l-Artikolu li jistqarru li għadhom ħielsa mill-parassita b’riżultat tal-applikazzjoni tar-regoli nazzjonali.

(12)

L-esperjenza wriet li l-perjodu ta’ 24 sa 48 siegħa għat-trattament rikjest minn xi Stati Membri fir-regoli nazzjonali tagħhom skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 jista’ jkun diffiċli ħafna jew saħansitra mhux fattibbli għas-sidien tal-annimali domestiċi l-iktar meta t-trattament ikollu jsir fi tmiem il-ġimgħa u l-festi pubbliċi jew meta t-tluq wara t-trattament jiġi ttardjat għal raġunijiet mhux fil-kontroll tas-sid.

(13)

Billi l-esperjenza ta’ xi Stati Membri oħra li jippermettu perjodu itwal għat-trattament fir-regoli nazzjonali skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 u li baqgħu ħielsa mill-parassita, żieda raġonevoli fil-perjodu għat-trattament għal wieħed ta’ 24 sa 120 siegħa ma għandhiex iżżid ir-riskju li l-klieb ittrattati minn żoni endemiċi jerġgħu jiġu infettati bil-parassita Echinococcus multilocularis.

(14)

Il-miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjonijiet tal- Echinococcus multilocularis fil-klieb għandhom għalhekk jikkonsistu fl-amministrazzjoni ddokumentata minn veterinarju ta’ prodott mediċinali effettiv li jkun awtorizzat jew liċenzjat u li jiggarantixxi l-eliminazzjoni f’waqtha tal-forom intestinali tal-parassita Echinoccocus multilocularis.

(15)

It-trattament għandu jiġi ddokumentat fit-taqsima relevanti tal-passaport kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/803/KE tas-26 ta’ Novembru 2003 li tistabbilixxi mudell ta’ passaport tal-movimenti fil-Komunità ta’ klieb, qtates u inmsa (5) jew iċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/824/KE tal-1 ta’ Diċembru 2004 li tistabbilixxi certifikat mudell ta’ saħħa għaċ-ċaqliq mhux kummercjali ta’ klieb, qtates u inmsa minn pajjiżi terzi lejn il-Komunità (6).

(16)

Minħabba li l-miżuri sanitarji preventivi jinvolvu ċertu diffikultà, għandhom jiġu applikati b’mod proporzjonat mar-risku tat-tifrix tal-infezzjoni tal-Echinococcus multilocularis permezz tal-movimenti mhux kummerjċali tal-klieb domestiċi. Għalhekk, jixraq li dawn ir-riskji jittaffew bl-applikazzjoni tal-miżuri sanitarji preventivi previsti f’dan ir-Regolament lill-movimenti mhux kummerċjali tal-klieb li jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri jew partijiet minnhom fejn l-infezzjoni ma kinitx irreġistrata, jiġifieri dawk l-Istati Membri elenkati fil-Parti A tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(17)

Barra minn hekk, u strettament għal perjodu limitat ta’ żmien, il-miżuri sanitarji preventivi għandhom jiġu applikati wkoll kontra l-introduzzjoni mill-ġdid tal-parassita Echinococcus multilocularis fl-Istati Membri jew partijiet minnhom bi prevalenza baxxa ta’ dak il-parassita u fejn qed jiġi implimentat programm obbligatorju għall-eradikazzjoni tiegħu fl-organiżmi ospitanti definittivi selvaġġi, jiġifieri dawk l-Istati Membri elenkati fil-Parti B tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(18)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistipula l-kondizzjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jreġu l-kummerċ u l-importazzjonijiet fil-Komunità’ ta’ annimali, sperma, bajd u embrijuni li mhumiex suġġetti għall-kondizzjonijiet ta’ saħħa stabbiliti fir-regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (7), fost oħrajn tistipula r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-kummerċ u l-importazzjonijiet tal-klieb mill-pajjiżi terzi. Ir-rekwiżiti sanitarji fl-Artikoli 10 u 16 ta’ dik id-Direttiva jirreferu għar-Regolament (KE) Nru 998/2003. Għalhekk, fl-interessi tal-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jixraq li l-programmi għall-eradikazzjoni tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fl-organiżmi ospitanti definittivi selvaġġi jitfasslu u jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni u għandhom jiddeskrivu partikolarment l-elementi fl-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 92/65/KEE.

(19)

Billi ċ-ċaqliq tal-klieb minn żona ħielsa mill-parassita Echinoccocus multilocularis huwa ta’ riskju negliġibbli għat-tifrix tal-marda, ma għandhomx ikunu rikjesti miżuri sanitarji preventivi għal klieb mill-Istati Membri jew partijiet tagħhom elenkati fil-Parti A tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(20)

L-Isvezja rrappurtat każijiet ta’ infezzjonijiet tal-Echinoccocus multilocularis fil-fawna selvaġġa minn Jannar 2011 ‘l hawn, filwaqt li r-riżultati li bagħtu lill-Kummissjoni l-Irlanda, il-Finlandja u r-Renju Unit tas-sorveljanza tagħhom għall-parassita Echinoccocus multilocularis fl-organiżmi ospitanti definittivi selvaġġi jappoġġaw id-dikjarazzjoni tagħhom li l-parassita huwa assenti mill-ekosistemi rispettivi tagħhom.

(21)

Malta bagħtet evidenza li fuq il-gżira ma hemmx annimali selvaġġi li huma organiżmi ospitanti definittivi xierqa, li l-parassita Echinococcus multilocularis qatt ma ġie rreġistrat fl-organiżmi ospitanti definittivi domestiċi indiġeni u li l-ambjent ma jappoġġax popolazzjoni sinifikanti ta’ organiżmi ospitanti intermedji potenzjali.

(22)

Mill-informazzjoni mibgħuta mill-Irlanda, Malta, il-Finlandja u r-Renju Unit, joħroġ ċar li dawk l-Istati Membri jikkonformaw ma’ waħda mill-kundizzjonijiet biex jiġu elenkati fil-Parti A tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament għat-territorju sħiħ tagħhom. Għalhekk, għandhom jitħallew japplikaw il-miżuri sanitarji preventivi stipulati f’dan ir-Regolament mill-1 ta’ Jannar 2012, meta tiskadi l-miżura tranżizzjonali prevista fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003.

(23)

Skont l-opinjoni tal-EFSA tal-2006, it-twaqqigħ tal-bajd infettiv tal-parassita Echinococcus multilocularis ma jibdiex qabel 28 jum mill-inġestjoni tal-organiżmu ospitanti intermedju infettat. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jistipula l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ derogi fil-każ li klieb li jkunu se jdumu inqas minn 28 jum wara l-applikazzjoni tal-miżuri sanitarji preventivi fit-territorju tal-Istati Membri jew partijiet minnhom elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, billi ma hemmx riskju li dawk il-klieb jintroduċu l-parassita,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb maħsuba għal movimenti mhux kummerċjali fit-territorji tal-Istati Membri jew partijiet minnhom, u li jiġu determinati fuq il-bażi ta’:

(a)

in-nuqqas tal-parassita Echinococcus multilocularis fl-annimali ospitanti definittivi; jew

(b)

l-implimentazzjoni ta’ programm għall-eradikazzjoni tal-parassita Echinococcus multilocularis fl-annimali ospitanti definittivi selvaġġi, f’perjodu ta’ żmien definit.

Artikolu 2

Applikazzjoni ġeografika tal-miżuri sanitarji preventivi

1.   L-Istati Membri elenkati fl-Anness I għandhom japplikaw il-miżuri sanitarji preventivi previsti fl-Artikolu 7 (“il-miżuri sanitarji preventivi”) lil klieb maħsuba għal movimenti mhux kummerċjali u li jidħlu fit-territorju ta’ dawk l-Istati Membri jew partijiet tagħhom elenkati fl-Anness.

2.   L-Istati Membri elenkati fil-Parti A tal-Anness I ma għandhomx japplikaw il-miżuri sanitarji preventivi lill-klieb maħsuba għal movimenti mhux kummerċjali li jiġu direttament minn Stat Membru ieħor elenkat f’dik il-Parti jew partijiet minnu.

3.   L-Istati Membri elenkati fil-Parti B tal-Anness I ma għandhomx japplikaw il-miżuri sanitarji preventivi lill-klieb maħsuba għal movimenti mhux kummerċjali li jiġu direttament minn Stat Membru ieħor elenkat fil-Parti A jew partijiet minnu.

Artikolu 3

Kundizzjonijiet biex l-Istati Membri jew partijiet minnhom jiġu elenkati fil-Parti A tal-Anness I

L-Istati Membri għandhom jiġu elenkati fil-Parti A tal-Anness I, għat-territorju kollu jew partijiet minnu, meta jkunu bagħtu applikazzjoni lill-Kummissjoni li tiddokumenta l-konformità tagħhom ma’ mill-inqas waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

ikunu ddikjaraw, skont il-proċedura rrakkomandata fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 1.4.6. tal-Kapitkolu 1.4 tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri, l-Edizzjoni tal-2010, il-Volum 1, tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), li t-territorju kollu tagħhom jew parti minnu huwa ħieles mill-infezzjoni tal-Echinococcus multilocularis fl-annimali ospitanti definittivi, u hemm fis-seħħ regoli biex l-infezzjonijiet tal-Echinococcus multilocularis f’annimali ospitanti jiġu notifikati b’mod obbligatorju skont il-liġi nazzjonali;

(b)

matul il-15-il sena qabel id-data ta’ dik l-applikazzjoni u mingħajr ma ġie applikat programm ta’ sorveljanza speċifiku għall-patoġenu, ma ġietx irreġistrata okkorrenza ta’ infezzjoni tal-Echinococcus multilocularis fl-annimali ospitanti bil-kundizzjoni li fl-10 snin ta’ qabel id-data ta’ dik l-applikazzjoni ġew sodisfatti dawn il-kundizzjonijiet:

(i)

kienu fis-seħħ regoli biex l-infezzjonijiet tal-Echinococcus multilocularis fl-annimali ospitanti jkollhom jiġu notifikati b’mod obbligatorju skont il-liġi nazzjonali;

(ii)

kien hemm fis-seħħ sistema ta’ individwazzjoni minn kmieni għall-infezzjonijiet tal-Echinococcus multilocularis fl-annimali ospitanti;

(iii)

kien hemm fis-seħħ miżuri xierqa għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-parassita Echinococcus multilocularis mill-annimali ospitanti definittivi domestiċi;

(iv)

mhuwiex magħruf li l-infezzjoni bil-parassita Echinococcus multilocularis hija stabbilita fl-annimali ospitanti selvaġġi fit-territorju tagħhom;

(c)

implimentaw, għal tliet perjodi ta’ 12-il xahar qabel id-data ta’ dik l-applikazzjoni, programm ta’ sorveljanza speċifiku għall-patoġenu li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness II u ma ġietx irreġistrata xi okkorrenza ta’ infezzjoni tal-Echinococcus multilocularis fl-annimali ospitanti definittivi selvaġġi, u dawn l-okkorrenzi jkunu notifikabbli b’mod obbligatorju skont il-liġi nazzjonali.

Artikolu 4

Kundizzjonijiet biex l-Istati Membri jew partijiet minnhom jiġu elenkati fil-Parti B tal-Anness I

L-Istati Membri għandhom jiġu elenkati fil-Parti B tal-Anness I għal mhux iktar minn ħames perjodi ta’ sorveljanza ta’ 12-il xahar kull wieħed, fejn ikunu bagħtu lill-Kummissjoni applikazzjoni li tiddokumenta li:

(a)

f’konformità mal-inċiżi fl-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 92/65/KEE ġie implimentat programm obbligatorju għall-eradikazzjoni tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fl-annimali ospitanti definittivi selvaġġi fit-territorju kollu li għandu jiġi elenkat f’dik il-Parti jew parti minnu;

(b)

hemm fis-seħħ regoli biex l-infezzjonijiet tal-Echinococcus multilocularis fl-annimali ospitanti jiġu notifikati b’mod obbligatorju skont il-liġi nazzjonali.

Artikolu 5

Obbligi tal-Istati Membri elenkati fl-Anness I

1.   L-Istati Membri elenkati fl-Anness I għandhom ikollhom fis-seħħ:

(a)

regoli biex l-infezzjonijiet tal-Echinococcus multilocularis fl-annimali ospitanti jiġu notifikati b’mod obbligatorju skont il-liġi nazzjonali;

(b)

sistema ta’ individwazzjoni minn kmieni għall-infezzjonijiet tal-Echinococcus multilocularis fl-annimali ospitanti.

2.   L-Istati Membri elenkati fl-Anness I għandhom jimplimentaw programm ta’ sorveljanza speċifiku għall-patoġenu li jitfassal u jitwettaq skont l-Anness II.

3.   L-Istati Membri elenkati fl-Anness I għandhom minnufih jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-individwazzjoni ta’ kull infezzjoni ta’ Echinococcus multilocularis f’kampjuni meħuda minn annimali ospitanti definittivi selvaġġi:

(a)

matul il-perjodu preċedenti ta’ sorveljanza ta’ 12-il xahar, fil-każ tal-Istati Membri jew partijiet tagħhom elenkati fil-Parti A tal-Anness I; jew

(b)

wara l-ewwel perjodu ta’ 24 xahar wara l-bidu tal-programm obbligatorju stipulat fl-Artikolu 4 għall-eradikazzjoni tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fl-annimali ospitanti definittivi selvaġġi fl-Istati Membri jew partijiet tagħhom elenkati fil-Parti B tal-Anness I.

4.   L-Istati Membri elenkati fl-Anness I għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni r-riżultat tal-programm ta’ sorveljanza speċifiku għall-patoġenu msemmi fil-paragrafu 2 sal-31 ta’ Mejju wara t-tmiem ta’ kull perjodu ta’ sorveljanza ta’ 12-il xahar.

Artikolu 6

Kundizzjonijiet għat-tneħħija tal-Istati Membri jew partijiet tagħhom mill-Anness I

Il-Kummissjoni għandha tneħħi lill-Istati Membri jew partijiet tagħhom mil-lista rispettiva stipulata fl-Anness I meta:

(a)

il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5(1) ma jkunux għadhom japplikaw; jew

(b)

tkun ġiet individwata l-okkorrenza ta’ infezzjoni Echinococcus multilocularis fl-annimali ospitanti definittivi matul il-perjodi ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 5(3); jew

(c)

ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 5(4) ma ġiex mgħoddi lill-Kummissjoni qabel l-iskadenza stipulata fl-Artikolu 5(4); jew

(d)

il-programm ta’ eradikazzjoni previst fl-Artikolu 4 jkun twaqqaf.

Artikolu 7

Miżuri sanitarji preventivi

1.   Il-klieb maħsuba għall-movimenti mhux kummerċjali fl-Istati Membri jew partijiet minnhom elenkati fl-Anness I għandhom jiġu ttrattati kontra l-forom intestinali maturi u immaturi tal-parassita Echinococcus multilocularis fi żmien perjodu ta’ mhux iktar minn 120 siegħa u mhux inqas minn 24 siegħa qabel id-dħul skedata f’dawn l-Istati Membri jew partijiet minnhom.

2.   It-trattament previst fil-paragrafu 1 għandu jingħata minn veterinarju u għandu jikkonsisti minn prodott mediċinali:

(a)

li fih id-doża xierqa ta’:

(i)

praziquantel; jew

(ii)

sustanzi attivi farmakoloġikament, li waħidhom jew flimkien, ikunu ppruvati li jnaqqsu l-ammont ta’ forom intestinali maturi u immaturi tal-parassita Echinococcus multilocularis fl-ispeċi ospitanti kkonċernata;

(b)

li jkun ingħata:

(i)

awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/82/KE jew l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004; jew

(ii)

approvazzjoni jew liċenzja mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz minn fejn ġej il-kelb maħsub għall-moviment mhux kummerċjali.

3.   It-trattament previst fil-paragrafu 1 għandu jkun iċċertifikat minn:

(a)

il-veterinarju li jamministrah fit-taqsima relevanti tal-passaport mudell stabbilit mid-Deċiżjoni 2003/803/KE, fil-każ ta’ moviment mhux kummerċjali tal-klieb ġewwa l-UE stess; jew

(b)

veterinarju uffiċjali fit-taqsima relevanti tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali stabbilit mid-Deċiżjoni 2004/824/KE, fil-każ ta’ moviment mhux kummerċjali tal-klieb minn pajjiż terz.

Artikolu 8

Deroga mill-applikazzjoni tal-miżuri sanitarji preventivi

1.   B’deroga mill-Artikolu 7(1), il-moviment mhux kummerċjali fl-Istati Membri jew partijiet tagħhom elenkati fl-Anness I għandu jkun permess għal klieb li jkunu ġew soġġetti għall-miżuri sanitarji preventivi kif previst:

(a)

fl-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 7(3)(a), mill-inqas darbtejn f’intervall ta’ mhux iktar minn 28 jum u t-trattament jiġi ripetut sussegwentement f’intervalli regolari ta’ mhux iktar minn 28 jum;

(b)

fl-Artikolu 7(2) u (3), mhux inqas minn 24 hours qabel id-dħul, u mhux iktar minn 28 jum qabel id-data tat-tlestija tat-tranżitu, f’liema każ dawk il-klieb għandhom jgħaddu minn punt tad-dħul tal-vjaġġaturi elenkat minn dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003.

2.   Id-deroga prevista fil-paragrafu 1 għandha tapplika biss għall-movimenti ta’ klieb li jidħlu f’dawk l-Istati Membri jew partijiet tagħhom elenkati fl-Anness I li jkunu:

(a)

innotifikaw lill-Kummissjoni bil-kundizzjonijiet għall-kontroll ta’ dawn il-movimenti; u

(b)

ippubblikaw dawn il-kundizzjonijiet.

Artikolu 9

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha:

(a)

tirrevedi dan ir-Regolament mhux iktar tard minn ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu fid-dawl tal-iżviluppi xjentifiċi dwar l-infezzjoni Echinococcus multilocularis fl-annimali;

(b)

tibgħat ir-riżultati tar-reviżjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Ir-reviżjoni għandha tevalwa partikolarment il-proporzjonalità u l-ġustifikazzjoni xjentifika tal-miżuri sanitarji preventivi.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.

(2)  The EFSA Journal (2006) 441, 1–54 (http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/441.pdf).

(3)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.

(4)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 312, 27.11.2003, p. 1.

(6)  ĠU L 358, 3.12.2004, p. 12.

(7)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.


ANNESS I

PARTI A

Lista ta’ Stati Membri jew partijiet minnhom li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3

Kodiċi ISO

Stat Membru

Il-parti tat-territorju

FI

IL-FINLANDJA

It-territorju kollu

GB

IR-RENJU UNIT

It-territorju kollu

IE

L-IRLANDA

It-territorju kollu

MT

MALTA

It-territorju kollu


PARTI B

Lista ta’ Stati Membri jew partijiet minnhom li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4

Kodiċi ISO

Stat Membru

Il-parti tat-territorju

 

 

 


ANNESS II

Ir-rekwiżiti għall-programm ta’ sorveljanza speċifiku għall-patoġenu previst fil-punt (c) tal-Artikolu 3

1.

Il-programm ta’ sorveljanza speċifiku għall-patoġenu għandu jitfassal biex jindividwa għal kull unità ġeografika epidemjoloġikament relevanti fl-Istat Membru jew parti minnu prevalenza ta’ mhux iktar minn 1 % f’livell ta’ fiduċja ta’ għallinqas 95 %.

2.

Il-programm ta’ sorveljanza speċifiku għall-patoġenu għandu juża kampjuni xierqa, abbażi tar-riskju jew rappreżentattivi, li jiżguraw l-individwazzjoni tal-parassita Echinococcus multilocularis jekk ikun preżenti fi kwalunkwe parti tal-Istat Membru fil-prevalenza speċifikata fil-punt 1.

3.

Il-programm ta’ sorveljanza speċifiku għall-patoġenu għandu jikonsisti fil-ġbir, matul il-perjodu ta’ sorveljanza ta’ 12-il xahar, ta’ kampjuni mill-annimali ospitanti definittivi selvaġġi jew, fil-każ fejn hemm evidenza tan-nuqqas ta’ annimali ospitanti definittivi selvaġġi, mill-annimali ospitanti definittivi domestiċi, u li għandhom jiġu analizzati bl-eżaminazzjoni ta’:

(a)

il-kontenut intestinali għall-individwazzjoni tal-parassita Echinococcus multilocularis bil-metodu tas-sedimentazzjoni u l-għadd (SCT - sedimentation and counting technique), jew b’metodu ta’ sensittività u speċifiċità ekwivalenti; jew

(b)

il-feċi għall-individwazzjoni tal-aċidu deossiribonukleiku (DNA) speċifiku għall-ispeċi mit-tessut jew bajd tal-parassit tal-Echinococcus multilocularis permezz tar-reazzjoni tal-katina tal-polimerażi (PCR), jew metodu ta’ sensittività u speċifiċità ekwivalenti.


15.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/13


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1153/2011

tat-30 ta' Awwissu 2011

li jemenda l-Anness Ib mar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jikkonċerna r-rekwiżiti tekniċi għat-tilqima kontra r-rabja

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar il-ħtiġijiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 19a(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali applikabbli għall-moviment mhux b'għan kummerċjali bejn l-Istati Membri ta’ klieb, qtates u inmsa kif elenkat fil-Partijiet A u B tal-Anness I ta’ miegħu. Huwa jistipula li dawn l-annimali għandu jkollhom magħhom passaport li jiċċertifika li saret tilqima valida kontra r-rabja fuq l-annimal ikkonċernat skont l-Anness Ib mar-Regolament (KE) Nru 998/2003, u jistipula wkoll li r-rekwiżiti tekniċi għat-tilqim kontra r-rabja, kif stabbiliti fl-Anness Ib, jistgħu jiġu emendati permezz ta' atti delegati.

(2)

L-Anness Ib mar-Regolament (KE) Nru 998/2003 jistipula li tilqima kontra r-rabja tista' titqies li hi valida biss jekk, skont affarijiet oħra, id-data tat-tilqima ma tkunx qabel id-data tal-mikroċippa indikata fil-passaport jew f'ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jkun qed jakkompanja l-annimal ikkonċernat. Iżda anki annimal li jkun sarlu tatwaġġ li jista' jinqara faċilment qabel it-3 ta' Lulju 2011 huwa meqjus li hu identifikat skont dan ir-Regolament. Għaldaqstant, għall-fini ta' ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jeħtieġ li jiġi emendat l-Anness Ib mar-Regolament (KE) Nru 998/2003 biex ikun jistipula li tilqima kontra r-rabja tista' titqies li tkun valida jekk, fost affarijiet oħra, id-data tat-tilqima kontra r-rabja ma tkunx qabel id-data tal-mikroċippa jew tat-tatwaġġ.

(3)

L-Anness Ib mar-Regolament (KE) Nru 998/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness Ib mar-Regolament (KE) Nru 998/2003, il-punt 2(b) jinbidel b'dan li ġej:

"(b)

id-data msemmija fil-punt (a) ma tistax tkun qabel id-data tal-mikroċippa jew tat-tatwaġġ imniżżla:

(i)

fit-Taqsima III(2) jew III(5) tal-passaport; jew

(ii)

fit-taqsima rilevanti taċ-ċertifikat dwar saħħet l-annimal li jkun qed jakkompanjah;"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, it-30 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.


15.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1154/2011

tal-10 ta’ Novembru 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Zgornjesavinjski želodec (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mis-Slovenja biex id-denominazzjoni “Zgornjesavinjski želodec” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2)

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 45, 12.2.2011, p. 28.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.2.   Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

IS-SLOVENJA

Zgornjesavinjski želodec (IĠP)


15.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1155/2011

tal-10 ta’ Novembru 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Šebreljski želodec (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mis-Slovenja biex id-denominazzjoni “Šebreljski želodec” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 45, 12.2.2011, p. 25.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.2.   Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

IS-SLOVENJA

Šebreljski želodec (IĠP)


15.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1156/2011

tal-10 ta’ Novembru 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Kočevski gozdni med (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mis-Slovenja biex id-denominazzjoni “Kočevski gozdni med” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 70, 4.3.2011, p. 11.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.4.   Prodotti oħra li ġejjin mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti tal-ħalib minbarra l-butir, eċċ.)

IS-SLOVENJA

Kočevski gozdni med (DPO)


15.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1157/2011

tal-10 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringa fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VIb u VIaN min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta’ Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.1.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

66/T&Q

Stat Membru

Franza

Stokk

HER/5B6ANB

Speċi

Aringa (Clupea harengus)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VIb u VIaN

Data

12.10.2011


15.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1158/2011

tal-11 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-haddock fiż-żona IIIa; l-ilmijiet tal-UE tas-Subdiviżjonijiet 22-32 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Isvezja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta’ Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.1.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

69/T&Q

Stat Membru

L-Isvezja

Stokk

HAD/3 A/BCD

Speċi

Haddock (Melanogrammus aeglefinus)

Żona

IIIa; l-ilmijiet tal-UE tas-Subdiviżjonijiet 22-32

Data

24.10.2011


15.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1159/2011

tal-11 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta’ Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.1.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

67/T&Q

Stat Membru

Spanja

Stokk

COD/1N2AB.

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

Data

6.7.2011


15.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1160/2011

tal-14 ta’ Novembru 2011

dwar l-awtorizzazzjoni u r-rifjut tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti stqarrijiet dwar is-saħħa fuq oġġetti tal-ikel u li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 l-istqarrijiet li jsiru rigward l-effetti tal-ikel fuq is-saħħa huma ipprojbiti sakemm dawn ma jkunux awtorizzati mill-Kummissjoni b’konformità ma’ dan ir-Regolament u inklużi f’lista ta’ stqarrijiet permessi.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula wkoll li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet ta’ stqarrijiet dwar is-saħħa jistgħu jitressqu mill-operaturi tan-negozji tal-ikel quddiem l-awtorità kompetenti nazzjonali ta’ Stat Membru. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tressaq l-applikazzjonijiet validi quddiem l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Awtorità”.

(3)

Wara li tirċievi applikazzjoni, l-Awtorità għandha tgħarraf mingħajr dewmien lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni u tipprovdi opinjoni fuq l-istqarrija dwar is-saħħa kkonċernata.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni ta’ stqarrijiet dwar is-saħħa filwaqt li tqis l-opinjoni mogħtija mill-Awtorità.

(5)

Wara applikazzjoni minn CreaNutrition AG, imressqa skont l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni dwar stqarrija dwar is-saħħa relatata mal-effetti tal-betaglukan tal-ħafur fuq it-tnaqqis tal-kolesterol fid-demm (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2008-681) (2). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “L-inklużjoni tal-betaglukan tal-ħafur bħala parti minn dieta bbilanċjata tista’ tnaqqas b’mod attiv l-LDL fid-demm (lipoproteina b’densità baxxa) u l-kolesterol totali”.

(6)

Abbażi tad-dejta ppreżentata, fl-opinjoni tagħha li waslet għand il-Kummissjoni u għand l-Istati Membri fit-8 ta’ Diċembru 2010, l-Awtorità kkonkludiet li ma kienet ġiet stabbilita l-ebda relazzjoni bejn il-konsum tal-betaglukan tal-ħafur u t-tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet tal-kolesterol LDL fid-demm. Għaldaqstant, stqarrija dwar is-saħħa li tirrifletti din il-konklużjoni għandha titqies bħala konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, u għandha tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ stqarrijiet li huma permessi.

(7)

L-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula li opinjoni favur l-awtorizzazzjoni ta’ stqarrija dwar is-saħħa għandha tinkludi ċerti dettalji. Għaldaqstant, dawk id-dettalji għandhom jiġu stipulati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-istqarrija awtorizzata u għandhom jinkludu, skont il-każ, ir-reviżjoni tal-kliem tal-istqarrija, il-kundizzjonijiet speċifiċi rigward l-użu tal-stqarrija, u, fejn japplikaw, il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet tal-użu tal-ikel u/jew dikjarazzjoni jew twissija addizzjonali, skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u konformi mal-opinjonijiet tal-Awtorità.

(8)

Wieħed mill-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 huwa li jiżgura li l-istqarrijiet dwar is-saħħa huma vera, ċari u affidabbli u utli għall-konsumatur, u li l-formolazzjoni tal-kliem u l-preżentazzjoni jitqiesu f’dan ir-rigward; għalhekk jekk il-formolazzjoni tal-kliem għall-istqarrijiet għall-konsumaturi jkollha l-istess tifsira ta’ stqarrija dwar is-saħħa awtorizzata, rigward li turi li teżisti l-istess relazzjoni bejn kategorija tal-ikel, ikel jew wieħed mill-kostitwenti tiegħu u s-saħħa, għandha tkun suġġetta għall-istess kundizzjonijiet ta’ użu indikati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

(9)

Wara applikazzjoni minn HarlandHall L.t.d. (f’isem l-Assoċjazzjoni tal-Proteina tas-Sojja, il-Federazzjoni Ewropea tal-Proteina Veġetali u l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Ikel tas-Sojja Naturali), imressqa skont l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità intalbet tagħti opinjoni dwar stqarrija dwar is-saħħa rrelatata mal-effetti tal-proteina tas-sojja fuq it-tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet tal-kolesterol fid-demm (Il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2009-00672) (3). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Intwera li l-proteina tas-sojja mill-pjanti tbaxxi/tnaqqas il-kolesterol fid-demm; it-tnaqqis tal-kolesterol fid-demm jista’ jnaqqas ir-riskju tal-mard tal-qalb (koronarju)”.

(10)

Abbażi tad-dejta ppreżentata, fl-opinjoni tagħha li waslet għand il-Kummissjoni u għand l-Istati Membri fit-30 ta’ Lulju 2010, l-Awtorità kkonkludiet li ma kienet ġiet stabbilita l-ebda relazzjoni bejn il-konsum tal-proteina tas-sojja u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ma għandhiex tiġi awtorizzata.

(11)

Wara applikazzjoni minn Danone France, mressqa skont l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni dwar stqarrija dwar is-saħħa relatata mal-effetti tal-Actimel®, prodott tal-ħalib iffermentat li fih il-Lactobacillus casei DN-114 001 u simbjożi tal-jogurt dwar it-tnaqqis tal-preżenza tat-tossini tal-Clostridium difficile fl-imsaren (Il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2009-00776) (4). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Il-ħalib iffermentat li fih il-probijotiku Lactobacillus casei DN-114001 u simbjożi tal-jogurt inaqqsu l-preżenza tat-tossini tal-Clostridium difficile fl-imsaren (ta’ nies li qed jixjieħu suxxettibbli). Il-preżenza tat-tossini Clostridium difficile hija marbuta mal-inċidenza tad-dijarea akuta”.

(12)

Fuq il-bażi tad-dejta ppreżentata, l-Awtorità kkonkludiet fl-opinjoni tagħha li wasslet għand il-Kummissjoni u l-Istati Membri fit-8 ta’ Diċembru 2010 li l-evidenza pprovduta hija insuffiċjenti biex tistabbilixxi relazzjoni ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-Actimel® u t-tnaqqis tar-riskju tad-dijarea C. difficile billi titnaqqas il-preżenza tat-tossini C. difficile. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ma għandhiex tiġi awtorizzata.

(13)

Il-Kummissjoni qieset il-kummenti li rċeviet mingħand l-applikanti u l-membri tal-pubbliku skont l-Artikolu 16(6) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 hija u tistabbilixxi l-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament.

(14)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-stqarrijiet dwar is-saħħa elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament jistgħu jsiru dwar oġġetti tal-ikel fis-suq tal-Unjoni Ewropea b’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

2.   L-stqarrijiet dwar is-saħħa msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ stqarrijiet permessi kif stipulat fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

Artikolu 2

L-istqarrijiet dwar is-saħħa elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ stqarrijiet permessi stipulati fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(2)  EFSA Journal (2010); 8(12):1885.

(3)  EFSA Journal 2010; 8(7):1688.

(4)  EFSA Journal 2010 8(12):1903.


ANNESS I

STQARRIJA DWAR IS-SAĦĦA PERMESSA

Applikazzjoni – Dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

Applikant - Indirizz

Nutrijent, sustanza, ikel jew kategorija ta’ ikel

Stqarrija

Kundizzjonijiet tal-użu tal-istqarrija

Kundizzjonijiet u/jew restrizzjonijiet fuq l-użu tal-ikel u/jew dikjarazzjoni jew twissija addizzjonali

Referenza tal-opinjoni tal-EFSA

Stqarrija dwar is-saħħa li tirreferi għal tnaqqis fir-riskju tal-mard, skont l-Artikolu 14(1)(a)

CreaNutrition AG, Business Park, 6301 Zug, L-Isvizzera

Betaglukan tal-ħafur

Intwera li l-betaglukan tal-ħafur ibaxxi/inaqqas il-kolesterol fid-demm. Il-kolesterol għoli huwa fattur ta’ riskju fl-iżvilupp tal-mard koronarju tal-qalb.

Għandu jingħata tagħrif lill-konsumaturi li l-effett benefiċjali jinkiseb permezz ta’ doża ta’ kuljum ta’ 3 g ta’ betaglukan tal-ħafur.

L-istqarrija tista’ tintuża għal ikel li jipprovdi mill-inqas 1 g ta’ betaglukan f’kull porzjon ikkwantifikat.

 

Q-2008-681


ANNESS II

STQARRIJIET DWAR IS-SAĦĦA RRIFJUTATI

Applikazzjoni – Dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

Nutrijent, sustanza, ikel jew kategorija ta’ ikel

Stqarrija

Referenza tal-opinjoni tal-EFSA

Stqarrija dwar is-saħħa li tirreferi għal tnaqqis fir-riskju tal-mard, skont l-Artikolu 14(1)(a)

Proteina tas-sojja

Intwera li l-proteina tas-sojja tbaxxi/tnaqqas il-kolesterol fid-demm. it-tnaqqis tal-kolesterol fid-demm jista’ jnaqqas ir-riskju tal-mard tal-qalb (koronarju)

Q-2009-00672

Stqarrija dwar is-saħħa li tirreferi għal tnaqqis fir-riskju tal-mard, skont l-Artikolu 14(1)(a)

ACTIMEL® Lactobacillus casei DN-114 001 bis-simbjożi tal-jogurt

Il-ħalib iffermentat li fih il-probijotiku Lactobacillus casei DN-114 001 u simbjożi tal-jogurt inaqqsu l-preżenza tat-tossini tal-Clostridium difficile fl-istonku (ta’ nies li qed jixjieħu suxxettibbli). Il-preżenza tat-tossini Clostridium difficile hija assoċjata mal-inċidenza tad-diarrohea akuta.

Q-2009-00776


15.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1161/2011

tal-14 ta’ Novembru 2011

li jemenda d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 953/2009 fir-rigward tal-listi ta’ sustanzi minerali li jistgħu jiġu miżjuda mal-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(5) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA),

Billi:

(1)

L-Anness II tad-Direttiva 2002/46/KE jistabbilixxi l-lista ta’ vitamini u sustanzi minerali li jistgħu jintużaw għall-manifattura ta’ supplimenti tal-ikel. Ir-Regolament tal-Kummissjoni 1170/2009 (4) issostitwixxa l-Annessi I u II tad-Direttiva 2002/46/KE. Il-modifiki lil-lista fl-Anness II tad-Direttiva 2002/46/KE kif immodifikata minn dak ir-Regolament għandhom jiġu adottati f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva u skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(3) tagħha.

(2)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 jistabbilixxi l-lista tal-vitamini u s-sustanzi minerali li jistgħu jiżdiedu mal-ikel.

(3)

L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 953/2009 (5) jistabbilixxi l-lista ta’ sustanzi li jistgħu jiżdiedu għal skopijiet nutrittivi speċifiċi fl-ikel għal użijiet nutrittivi partikolari.

(4)

L-EFSA evalwat sustanzi minerali ġodda għall-użu fl-ikel. Is-sustanzi li l-EFSA esprimiet opinjoni favorevoli dwarhom għandhom jiżdiedu mal-listi f’dawk l-atti.

(5)

Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati permezz tal-Grupp Konsultattiv dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u tal-Pjanti u l-kummenti mogħtija ġew ikkunsidrati.

(6)

Id-Direttiva 2002/46/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 u r-Regolament (KE) Nru 953/2009 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponiehom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Punt B tal-Anness II tad-Direttiva 2002/46/KE huwa emendat kif ġej:

(a)

dawn il-punti għandhom jiddaħħlu wara “fosfat ferruż”

“fosfat ferruż tal-ammonju

EDTA ferriku tas-sodju”

(b)

dawn li ġejjin jiddaħħlu wara “melħ tas-sosdju tal-aċidu ortofosforiku”:

“sulfat tas-sodju

sulfat tal-potassju”.

Artikolu 2

Il-Punt 2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 huwa emendat kif ġej:

(a)

dawn il-punti għandhom jiddaħħlu wara “sulfat ferruż”

“fosfat ferruż tal-ammonju

EDTA ferriku tas-sodju”

(b)

dan li ġej jiddaħħal wara “sulfat tal-kromu (III) u l-eżaidrat tiegħu”:

“pikolinat tal-kromu”.

Artikolu 3

Il-Kategorija 2 (Minerali) tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 953/2009 hija emendata kif ġej:

(a)

dawn il-punti għandhom jiddaħħlu wara “sulfat ferruż”

“fosfat ferruż tal-ammonju

x

 

EDTA ferriku tas-sodju

x”

 

(b)

dan li ġej jiddaħħal wara “sulfat tal-kromu (III) u l-eżaidrat tiegħu”:

“pikolinat tal-kromu

x”

 

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.

(2)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.

(3)  ĠU L 124, 20.5.2009, p. 21.

(4)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 36.

(5)  ĠU L 269, 14.10.2009, p. 9.


15.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/31


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1162/2011

tal-14 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Novembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

64,0

AR

40,4

MA

67,1

TR

89,1

ZZ

65,2

0707 00 05

AL

64,0

TR

143,9

ZZ

104,0

0709 90 70

AR

61,1

MA

59,0

TR

129,4

ZZ

83,2

0805 20 10

MA

115,3

ZA

71,4

ZZ

93,4

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

29,1

IL

75,8

MA

79,7

TR

82,5

UY

54,6

ZZ

64,3

0805 50 10

TR

61,0

ZA

59,4

ZZ

60,2

0806 10 10

BR

235,4

EC

65,7

LB

271,1

TR

145,0

US

266,1

ZA

77,5

ZZ

176,8

0808 10 80

CA

86,1

CL

90,0

CN

67,2

NZ

182,1

US

142,4

ZA

142,9

ZZ

118,5

0808 20 50

CL

73,3

CN

46,3

TR

133,1

ZA

73,2

ZZ

81,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


15.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/33


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1163/2011

tal-14 ta’ Novembru 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/12

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2011/12 ġew stabbiliti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 971/2011 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1137/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/12, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Novembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 254, 30.9.2011, p. 12.

(4)  ĠU L 292, 10.11.2011, p. 10.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-15 ta’ Novembru 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

43,24

0,00

1701 11 90  (1)

43,24

1,93

1701 12 10  (1)

43,24

0,00

1701 12 90  (1)

43,24

1,64

1701 91 00  (2)

47,87

3,11

1701 99 10  (2)

47,87

0,00

1701 99 90  (2)

47,87

0,00

1702 90 95  (3)

0,48

0,23


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DIRETTIVI

15.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/35


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/90/UE

tal-14 ta’ Novembru 2011

li temenda Parti II tal-Anness I tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jipprovdi assunzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumaturi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1) (Direttiva tal-Kreditu tal-Konsumatur), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(5) tagħha,

Billi:

(1)

L-esperjenza miġbura mill-Istati Membri bl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/48/KE wriet li l-assunzjonijiet stipulati fil-Parti II tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva mhumiex biżżejjed għall-kalkolu b’mod uniformi tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta u barra dan mhumiex aktar adottati għas-sitwazzjoni kummerċjali fis-suq.

(2)

Huwa neċessarju li jsiru żidiet ma’ dawk l-assunzjonijiet billi jiġu pprovduti assunzjonijiet ġodda fuq il-livelli għall-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta għal krediti mingħajr tul ta’ żmien fiss jew ripagabbli bis-sħiħ ripetutament. Huwa neċessarju wkoll li jiġu pprovduti livelli għall-għażla taż-żmien tal-bidu tal-ġbid ta’ kreditu u l-ħlasijiet li jridu jsiru mill-konsumatur.

(3)

Il-Parti II tal-Anness I mad-Direttiva 2008/48/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25(1) tad-Direttiva 2008/48/KE u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Il-Parti II tal-Anness I tad-Direttiva 2008/48/KE hija emendata kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2013.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66.


ANNESS

Il-Parti II tal-Anness I tad-Direttiva 2008/48/KE hija mibdula b’dan li ġej:

“II.

L-assunzjonijiet miżjuda għall-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta għandhom ikunu kif ġej:

(a)

Jekk ftehim ta’ kreditu jagħti lill-konsumatur libertà fil-ġbid ta’ kreditu, l-ammont totali ta’ kreditu għandu jitqies li jkun miġbud immedjatament u interament.

(b)

Jekk ftehim ta’ kreditu jagħti lill-konsumatur il-libertà ta’ ġbid ta’ kreditu b’mod ġenerali iżda jimponi, fost il-modi differenti ta’ ġbid, limitu fir-rigward tal-ammont ta’ kreditu u l-perjodu ta’ żmien, l-ammont ta’ kreditu għandu jitqies bħala li nġibed fl-aktar data bikrija prevista fil-ftehim u skont dawk il-limiti ta’ ġbid.

(ċ)

Jekk ftehim ta’ kreditu jipprovdi modi differenti għall-ġbid ta’ kreditu b’imposti jew rati tat-teħid ta’ self differenti, l-ammont totali tal-kreditu għandu jitqies bħala li ġie miġbud fl-ogħla imposta u rata ta’ teħid ta’ self applikata għall-mekkaniżmu għall-ġbid ta’ kreditu l-iktar komuni għal dan it-tip ta’ ftehim ta’ kreditu.

(d)

Fil-każ ta’ faċilità ta’ overdraft, l-ammont totali ta’ kreditu għandu jiġi meqjus li huwa miġbud kompletament u għat-tul ta’ żmien kollu tal-ftehim ta’ kreditu. Jekk id-duratura tal-faċilità ta’ overdraft mhix magħrufa, ir-rata perċentwali annwali ta’ imposta għandha tiġi kkalkolata fuq is-suppożizzjoni li t-tul ta’ żmien tal-kreditu huwa tliet xhur.

(e)

Fil-każ ta’ ftehim ta’ kreditu bla skadenza, ħlief faċilità ta’ overdraft, għandu jiġi meqjus li:

(i)

il-kreditu pprovdut għall-perjodu ta’ sena li jibda mid-data tal-ġbid tal-bidu, u li l-ħlas finali magħmul mill-konsumatur iħassar il-bilanċ tal-kapital, l-imgħax u imposti oħrajn, jekk ikun hemm;

(ii)

il-kapital huwa mħallas mill-ġdid mill-konsumatur fi ħlasijiet ndaqs kull xahar, li jibdew xahar wara d-data tal-ġbid tal-bidu. Madankollu, f’każi fejn il-kapital għandu biss jitħallas mill-ġdid bis-sħiħ, fi ħlas waħdieni, f’kull perjodu ta’ ħlas, ġbid suċċessivi u ħlasijiet mill-ġdid tal-kapital kollu mill-konsumatur għandhom jitqiesu li jsiru fil-perjodu ta’ sena. L-imgħax u imposti oħrajn għandhom jiġu applikati skont il-ġbid u l-ħlasijiet mill-ġdid tal-kapital u kif pprovdut fil-ftehim ta’ kreditu.

Għall-għanijiet ta’ dan il-punt, ftehim ta’ kreditu bla skadenza huwa ftehim ta’ kreditu mingħajr tul ta’ żmien fiss u jinkludi krediti li għandhom jitħallsu mill-ġdid bis-sħiħ fil-perjodu jew wara l-perjodu, iżda la darba jitħallsu mill-ġdid, jsiru disponibbli mill-ġdid biex jinġibdu.

(f)

Fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kreditu, ħlief overdrafts u krediti bla skandenza kif imsemmi fl-assunzjonijiet stipulati fil-punti (d) u (e):

(i)

jekk id-data jew l-ammont ta’ ġbid mill-ġdid tal-kapital, li għandu jsir mill-konsumatur ma jistgħux jiġu aċċertati, għandu jitqies li l-ħlas mill-ġdid isir fl-iktar data qrib ipprovduta fil-ftehim ta’ kreditu u huwa għall-inqas ammont li jipprovdi għalih il-ftehim ta’ kreditu;

(ii)

jekk id-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu mhix magħrufa, id-data tal-bidu tal-ġbid għandha tkun meqjusa bħala d-data li tirriżulta fl-inqas intervall bejn dik id-data u d-data tal-ewwel ħlas li għandu jsir mill-konsumatur.

(g)

Fejn id-data u l-ammont ta’ ħlas li għandu jsir mill-konsumatur ma jistgħux jiġu aċċertati abbażi tal-ftehim ta’ kreditu jew l-assunzjonijiet stipulati fil-punti (d), (e) jew (f), għandu jitqies li l-ħlas isir skont id-dati u l-kundizzjonijiet meħtieġa mill-kreditur u, meta dawn ma jkunux magħrufa:

(i)

imposti tal-interessi jitħallsu flimkien mal-ħlas mill-ġdid tal-kapital;

(ii)

imposta bla interess espressa f’somma waħdanija titħallas fid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu;

(iii)

imposti bla interess espressi f’diversi ħlasijiet jitħallsu f’intervalli regolari, jibdew mad-data tal-ewwel ħlas mill-ġdid tal-kapital, u jekk l-ammont ta’ ħlasijiet tali mhuwiex magħruf għandhom jitqiesu bħala ammonti ndaqs;

(iv)

il-ħlas finali jħassar il-bilanċ tal-kapital, l-imgħax u imposti oħrajn, jekk ikun hemm.

(h)

Jekk il-limitu massimu applikabbli għall-kreditu għadu ma ġiex miftiehem, dak il-limitu massimu jitqies li hu EUR 1 500.

(i)

Jekk jiġu offruti rati tat-teħid ta’ self u imposti differenti għal perjodu jew ammont limitat, ir-rata tat-teħid ta’ self u l-imposti għandhom jitqiesu li huma l-ogħla rata għat-tul ta’ żmien kollu tal-ftehim ta’ kreditu.

(j)

Għal ftehimiet ta’ kreditu tal-konsumatur li għalihom hija miftehma rata tat-teħid ta’ self fissa fir-rigward tal-perjodu inizjali, li fi tmiem tiegħu tiġi ddeterminata rata tat-teħid ta’ self ġdida u sussegwentement perjodikament aġġustata skont indikatur miftiehem, il-kalkolu tar-rata perċentwali annwali tal-imposti għandha tkun ibbażata fuq is-suppożizzjoni li, fi tmiem il-perjodu ta’ rata tat-teħid ta’ self fissa, ir-rata tat-teħid tas-self tkun l-istess bħal meta sar il-kalkolu tar-rata perċentwali annwali, abbażi tal-valur tal-indikatur miftiehem f’dak iż-żmien.”


DEĊIŻJONIJIET

15.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/38


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Lulju 2011

indirizzata lill-Greċja bl-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit, liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv

(riformulazzjoni)

(2011/734/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 126(9) u 136 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/320/UE tal-10 ta’ Mejju 2010 indirizzata lill-Greċja bil-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit, liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv (1) ġiet emendata sostanzjalment bosta drabi (2). Peress li għandhom isiru iktar emendi, din għandha tiġi riformulata fl-interessi taċ-ċarezza.

(2)

L-Artikolu 136(1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi l-possibiltà li jiġu adottati miżuri adattati b’mod speċifiku għall-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro bil-għan li jsaħħu l-koordinazzjoni u s-sorveljanza tad-dixxiplina baġitarja.

(3)

L-Artikolu 126 TFUE jistabilixxi li l-Istati Membri għandhom jevitaw defiċit eċċessiv tal-gvern u għal dan l-iskop jistipula l-proċedura dwar żbilanċ eċċessiv. Il-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir, li fil-parti korrettiva tiegħu jimplimenta l-proċedura ta’ defiċit eċċessiv, jipprovdi l-qafas li jsostni l-politiki tal-gvern għal ritorn immedjat għal pożizzjonijiet baġitarji tajbin filwaqt li jqis il-qagħda ekonomika.

(4)

Fis-27 ta’ April 2009, il-Kunsill iddeċieda, skont l-Artikolu 104(6) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea (TKE), li fil-Greċja jeżisti defiċit eċċessiv u ħareġ rakkomandazzjonijiet biex jiġi kkoreġut dak id-defiċit sa mhux aktar tard mill-2010, skont l-Artikolu 104(7) (TKE) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (3). Il-Kunsill stabilixxa wkoll l-iskadenza tas-27 ta’ Ottubru 2009 għall-Greċja sabiex tieħu azzjoni effettiva. Fit-30 ta’ Novembru 2009, il-Kunsill stabilixxa, skont l-Artikolu 126(8) TFUE, li l-Greċja ma kinetx ħadet azzjoni effettiva; b’konsegwenza ta’ dan, fis-16 ta’ Frar 2010, il-Kunsill, skont l-Artikolu 126(9) TFUE, avża lill-Greċja biex tieħu miżuri li jikkoreġu d-defiċit eċċessiv sa mhux aktar tard mill-2012 (minn hawn ’il quddiem imsejħa “id-Deċiżjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(9)”). Il-Kunsill stabilixxa wkoll l-iskadenza tal-15 ta’ Mejju 2010 biex tittieħed azzjoni effettiva.

(5)

Skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97, jekk tkun ittieħdet azzjoni effettiva skont l-Artikolu 126(9) TFUE u wara l-adozzjoni ta’ dak l-avviż ikun hemm avvenimenti ekonomiċi kuntrarji mhux mistennija li jkollhom konsegwenzi sfavorevoli kbar għall-finanzi tal-gvern, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, li jadotta avviż irrivedut skont l-Artikolu 126(9) TFUE.

(6)

Skont it-tbassiriet tal-ħarifa 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni, li pprovdew il-bażi għall-avviż inizjali indirizzat lill-Greċja, il-PDG kien mistenni li jonqos b’0,25 % fl-2010, u li jirkupra sa mill-2011, meta l-ekonomija kienet imbassra li tikber b’0,7 %.Fl-2010 seħħet kontrazzjoni akbar fil-PDG reali, liema kontrazzjoni mistennija tippersisti fl-2011. Wara dan huwa mistenni li jkun hemm ritorn gradwali tat-tkabbir. Dan id-deterjorament konsiderevoli tax-xenarju ekonomiku jimplika deterjorament korrespondenti tal-prospettiva għall-finanzi pubbliċi f’politika li ma tinbidilx. Ma’ dan għandha tiżdied ir-reviżjoni ′l fuq tal-eżitu tad-defiċit tal-gvern għall-2009 (minn stima ta’ 12,7 % tal-PDG fil-ħin tad-Deċiżjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(9) għal 13,6 % tal-PDG skont in-notifika fiskali ppreżentata mill-Greċja fl-1 ta’ April 2010) (4) u aktar tard mal-15,4 % tal-PDG wara t-tmiem tal-investigazzjonijiet li l-Eurostat wettaq mal-Awtoritajiet Griegi inkarigati mill-Istatistika (5). Finalment, tħassib fis-swieq għall-prospettiva tal-finanzi pubbliċi ġew riflessi f’żieda qawwija fil-primja tar-riskju fuq id-dejn tal-gvern, li tkompli żżid id-diffikultajiet fil-kontroll tal-pjan għad-defiċit u d-dejn tal-gvern.

(7)

Id-dejn gross tal-gvern sal-aħħar tal-2009 kien ta’ 127,1 % tal-PDG. Dan huwa l-ogħla proporzjon ta’ dejn fl-UE, u huwa konsiderevolment ogħla mill-valur ta’ referenza ta’ 60 % tal-PDG stabilit fit-Trattat. Il-kisba tal-pjan għat-tnaqqis fid-defiċit li hu meqjus neċessarju u fattibbli fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, tkun timplika li ż-żieda fid-dejn titreġġa’ lura mill-2013 ’il quddiem. B’żieda mad-defiċit tal-gvern li huwa persistentament għoli, ċerti operazzjonijiet finanzjarji żiedu aktar id-dejn. Dawn il-fatturi kkontribwew biex is-swieq inaqqsu l-fiduċja fl-abilità tal-Gvern Grieg biex ikompli jitratta d-dejn. Hemm bżonn urġenti li l-Greċja tieħu azzjoni deċisiva, fuq skala mingħajr preċedent, dwar id-defiċit tagħha u dwar fatturi oħra li jikkontribwixxu għaż-żieda fid-dejn, sabiex iż-żieda fil-proporzjon tad-dejn mal-PDG titreġġa’ lura u tkun tista’ tirritorna għall-finanzjament tas-suq kemm jista’ jkun malajr.

(8)

Id-deterjorazzjoni tassew qalila tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-Gvern Grieg wasslet lill-Istati Membri l-oħra taż-żona tal-euro biex jiddeċiedu li jipprovdu sostenn ta’ stabilità lill-Greċja, bil-għan li jħarsu l-istabilità finanzjarja taż-żona tal-euro kollha, flimkien ma’ għajnuna multilaterali pprovduta mill-Fond Monetarju Internazzjonali. L-appoġġ ipprovdut mill-Istati Membri taż-żona tal-euro sejjer jkun fil-forma ta’ ġabra ta’ self bilaterali, ikkoordinata mill-Kummissjoni. Dawk il-pajjiżi li se jagħtu s-self iddeċidew li l-appoġġ tagħhom għandu jkun dipendenti fuq ir-rispett tal-Greċja lejn din id-Deċiżjoni. B’mod partikolari, il-Greċja hija mistennija twettaq il-miżuri speċifikati f’din id-Deċiżjoni b’mod konformi mal-kalendarju hawnhekk stabilit.

(9)

F’Ġunju 2011, ħareġ biċ-ċar li, meta jitqies l-iżvijjar baġitarju tal-2010 u l-eżekuzzjoni baġitarja sa Mejju, b’politiki mhux mibdula, il-mira tal-2011 għad-defiċit mhux ser tintlaħaq b’ammont konsiderevoli li jippreġudika l-kredibilità kumplessiva tal-programm. Għalhekk, kien meħtieġ li jiġu aġġornati miżuri baġitarji speċifiċi biex jippermettu li l-Greċja żżomm mal-mira tad-defiċit għall-2011 u jiġu rispettati l-limiti massimi tad-defiċit għas-snin ta’ wara stabiliti bid-Deċiżjoni 2010/320/UE. Dawn il-miżuri ġew diskussi fid-dettall mal-gvern Grieg u bil-qbil komuni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Fond Monetarju Internazzjonali.

(10)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, jidher xieraq li tiġi emendata d-Deċiżjoni 2010/320/UE f’għadd ta’ aspetti, filwaqt li titħalla kif inhi l-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-Greċja għandha ttemm is-sitwazzjoni tad-defiċit eċċessiv li għandha bħalissa malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard mill-iskadenza tal-2014.

2.   Il-pjan ta’ aġġustament biex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv għandu jimmira għal defiċit tal-ammistrazzjoni pubblika li ma jeċċedix EUR 18 508 miljun (8,0 % tal-PDG) fl-2010, EUR 17 065 miljun 7,6 % tal-PDG) fl-2011, EUR 14 916 miljun (6,5 % tal-PDG fl-2012, EUR 11 399 miljun (4,8 % tal-PDG) fl-2013 u EUR 6 385 miljun (2,6 % tal-PDG) fl-2014. Għal dan il-għan, matul il-perjodu 2009-2014, għandu jinkiseb titjib fil-bilanċ strutturali ta’ minn tal-inqas 10 % tal-PDG.

3.   Il-pjan ta’ aġġustament imsemmi fil-paragrafu 2 jeħtieġ li l-bidla annwali fid-dejn gross ikkonsolidat tal-amministrazzoni pubblika ma teċċedix EUR 34 058 miljun fl-2010, EUR 17 365 miljun fl-2011, EUR 15 016 miljun fl-2012, EUR 11 599 miljun fl-2013, EUR 7 885 miljun fl-2014. Abbażi tal-previżjonijiet ta’ Mejju 2011 dwar il-PDG, il-perkors korrespondenti għall-proporzjon ta’ dejn mal-PDG ma għandux ikun iktar minn 143 % fl-2010, 154 % fl-2011, 158 % fl-2012, 159 % fl-2013 u 157 % fl-2014.

Artikolu 2

1.   Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin qabel l-aħħar ta’ Ġunju 2010:

(a)

liġi li tintroduċi skala ta’ taxxa progressiva għas-sorsi kollha ta’ introjtu u trattament unifikat b’mod orizzontali ta’ introjtu ġġenerat minn xogħol u minn assi kapitali;

(b)

liġi li tħassar l-eżenzjonijiet u d-dispożizzjonijiet ta’ tassazzjoni awtonoma kollha fis-sistema tat-taxxa, inkluż l-introjtu minn benefiċċji speċjali mħallsa lill-ħaddiema taċ-ċivil;

(c)

il-kanċellazzjoni tal-approprjazzjonijiet baġitarji fir-riżerva ta’ kontinġenza, bil-għan li jiġu ffrankati EUR 700 miljun;

(d)

l-abolizzjoni tal-biċċa l-kbira tal-approprjazzjoni baġitarja għall-benefiċċju ta’ solidarjetà (ħlief parti għal benefiċċju li jingħata kontra l-faqar) bil-għan li jiġu ffrankati EUR 400 miljun;

(e)

tnaqqis fl-ogħla pensjonijiet bil-għan li jiġu ffrankati EUR 500 miljun f’sena sħiħa (EUR 350 miljun għall-2010);

(f)

It-tnaqqis tal-bonus tal-Għid, tas-sajf u tal-Milied u benefiċċji li jingħataw lill-ħaddiema taċ-ċivil bil-għan li jiġu ffrankati EUR 1 500 miljun f’sena sħiħa (EUR 1 100 miljun fl-2010);

(g)

l-abolizzjoni tal-bonus tal-Għid, tas-sajf u tal-Milied li jingħataw lill-pensjonanti, għalkemm dawk li jirċievu pensjonijiet baxxi għandhom jiġu mħarsa, bil-għan li jiġu ffrankati EUR 1 900 miljun f’sena sħiħa (EUR 1 500 miljun fl-2010);

(h)

żieda fir-rata tal-VAT, li twassal biex jinġabru minn tal-inqas EUR 1 800 miljun f’sena sħiħa (EUR 800 miljun fl-2010);

(i)

żieda fid-dazji għall-fjuwil, it-tabakk u l-alkoħol, li twassal biex jinġabru minn tal-inqas EUR 1 050 miljun f’sena sħiħa (EUR 450 miljun fl-2010);

(j)

leġiżlazzjoni li timplimenta d-Direttiva dwar is-Servizzi (6);

(k)

liġi li tirriforma u tissimplifika l-amministrazzoni pubblika fil-livell lokali bil-għan li jitnaqqsu l-kostijiet operatorji;

(l)

it-twaqqif ta’ task force li jkollha l-għan li ttejjeb ir-rata tal-assorbiment tal-fondi strutturali u ta’ koeżjoni;

(m)

liġi biex tissimplifika l-fażi tal-bidu ta’ negozji ġodda;

(n)

tnaqqis fl-investiment pubbliku b’EUR 500 miljun meta mqabbel mal-pjanijiet;

(o)

it-trasferiment tal-approprjazzjonijiet baġitarji għall-kofinanzjament ta’ fondi strutturali u ta’ koeżjoni f’kont ċentrali speċjali li ma jkun jista’ jintuża għall-ebda skop ieħor;

(p)

L-istabiliment ta’ fond indipendenti għall-istabilità finanzjarja sabiex jittratta nuqqasijiet u jippreserva l-istabilità tas-settur finanzjarju, billi jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-banek meta dan ikunn meħtieġ;

(q)

is-sorveljanza msaħħa tal-banek, b’żieda fir-riżorsi umani, rappuratar aktar frekwenti u testijiet tal-istress li jsiru darba kull tliet xhur.

2.   Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin sal-aħħar ta’ Settembru 2010:

(a)

miżuri ta’ konsolidazzjoni fiskali li jammontaw mill-inqas għal 3,2 % tal-PDG (4,3 % tal-PDG jekk jittieħed kont tal-ammonti ttrasferiti mill-miżuri implimentati fl-2010) li għandhom jiġu inklużi fl-abbozz tal-baġit għall-2011: tnaqqis fil-konsum intermedju tal-amministrazzjoni pubblika mill-inqas ta’ EUR 300 miljun meta mqabbel mal-livel tal-2010 (li jiżdied mal-iffrankar mir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u l-gvern lokali msemmi f’dan il-paragrafu); iffriżar fl-aġġustamenti tal-pensjonijiet (bil-għan li jiġu ffrankati EUR 100 miljun); imposta temporanja ta’ kriżi fuq intrapriżi bi profittabilità għolja (li trendi mill-inqas EUR 600 miljun ‘fi dħul addizzjonali kull sena fl-2011, l-2012 u l-2013); tassazzjoni preżuntiva tal-professjonisti (li trendi mill-inqas EUR 400 miljun fl-2011 u żżid ir-redditi mill-inqas b’EUR 100 miljun fis-sena fl-2012 u l-2013); twessigħ tal-bażi tal-VAT biex tinkludi ċerti servizzi li bħalissa huma eżenti u permezz tat-trasferiment ta’ 30 % tal-oġġetti u s-servizzi mir-rata mnaqqsa għar-rata ewlenija (li trendi EUR 1 biljun); taxxa ambjentali gradwali fuq l-emissjonijiet tas-CO2 (li trendi mill-inqas EUR 300 miljun fl-2011); l-implimentazzjoni mill-Gvern tal-leġiżlazzjoni li tirriforma l-amministrazzjoni pubblika u organizzazzjoni mill-ġdid tal-gvern lokali (bl-iskop li jitnaqqsu l-ispejjeż mill-inqas b’EUR 500 miljun fl-2011, u EUR 500 miljun addizzjonali kull sena fl-2012 u l-2013); tnaqqis f’investimenti ffinanzjati domestikament (mill-inqas b’EUR 500 miljun) billi tingħata prijorità lill-proġetti ta’ investiment iffinanzjati mill-fondi strutturali tal-UE, inċentivi biex jiġi regolarizzat il-ksur tal-liġi fl-użu tal-art (li jrendu mill-inqas EUR 1 500 miljun mill-2011 sal-2013, li minnhom mill-inqas EUR 500 miljun fl-2011); ġabra ta’ dħul mil-liċenzjar tal-logħob tal-ażżard (mill-inqas EUR 500 miljun f’bejgħ ta’ liċenzji u EUR 200 miljun fi drittijiet annwali); twessigħ tal-bażi tat-taxxa fuq il-proprjetà billi jiġu aġġornati l-valuri tal-assi (biex irendi mill-inqas EUR 400 miljun dħul addizzjonali); tassazzjoni miżjuda tal-pagi in natura, inkluż billi jiġu ntaxxati l-pagamenti tal-kiri tal-karozzi (mill-inqas b’EUR 150 miljun); tassazzjoni miżjuda tal-oġġetti ta’ lussu (mill-inqas b’EUR 100 miljun); taxxa speċjali fuq stabilimenti mhux awtorizzati (biex trendi mill-inqas EUR 800 miljun kull sena) u sostituzzjoni ta’ 20 % biss tal-impjegati li jirtiraw fis-settur pubbliku (il-gvern ċentrali, il-gvernijiet lokali, il-fondi tas-sigurtà soċjali, il-kumpaniji pubbliċi, l-aġenziji statali u istituzzjonijiet pubbliċi oħra). Miżuri li jrendu ffrankar baġitarju kumparabbli jistgħu jiġu kkunsidrati wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

(b)

rinfurzar tar-rwol u tar-riżorsi tal-uffiċċju ġenerali tal-kontabilità u t-twaqqif ta’ salvagwardji kontra interferenzi politiċi possibbli fit-tbassir tad-dejta u l-kontabilità;

(c)

abbozz ta’ riforma tal-leġiżlazzjoni dwar is-salarji fis-settur pubbliku, inkluż b’mod partikolari t-twaqqif ta’ Awtorità Unika ta’ Pagament biex jitħallsu l-pagi, l-introduzzjoni ta’ prinċipji unifikati u skeda biex tiġi stabilita xibka tal-pagi tas-settur pubbliku li tkun unifikata u aktar effiċjenti u tkun tista’ tapplika għas-settur statali, l-awtoritajiet lokali u aġenziji oħra;

(d)

leġiżlazzjoni sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-amministrazzjoni u l-kontrolli tat-taxxa;

(e)

it-tnedija tal-eżami indipendenti tal-amministrazzjoni ċentrali u tal-programmi soċjali eżistenti;

(f)

il-pubblikazzjoni ta’ statistika mensili (abbażi tal-pagamenti) dwar id-dħul, in-nefqa, l-iffinanzjar u l-arrettrati tal-infiq għall-“amministrazzjoni pubblika disponibbli” u s-subentitatjiet tagħha;

(g)

pjan ta’ azzjoni biex itejjeb il-ġbir u l-ipproċessar ta’ dejta tal-amministrazzjoni pubblika, billi b’mod partikolari jittejbu l-mekkaniżmi ta’ kontroll tal-awtoritajiet responsabbli mill-istatistika u l-uffiċċju ġenerali tal-kontabilità u tiġi żgurata r-responsabilità personali effettiva f’każijiet ta’ rapportar ħażin, sabiex jiġi żgurat il-forniment immedjat ta’ dejta tal-amministrazzjoni pubblika ta’ kwalità għolja mitluba skont ir-Regolamenti (KE) Nru 2223/96 (7), (KE) Nru 264/2000 (8), (KE) Nru 1221/2002 (9), (KE) Nru 501/2004 (10), (KE) Nru 1222/2004 (11), (KE) Nru 1161/2005 (12), (KE) Nru 223/2009 (13) u (KE) Nru 479/2009 (14);

(h)

il-pubblikazzjoni regolari tal-informazzjoni dwar il-pożizzjoni finanzjarja f’ażjendi pubbliċi u entitajiet pubbliċi oħra li mhumiex klassifikati bħala parti mill-amministrazzjoni pubblika (inklużi rapporti tal-introjtu dettaljati, il-karti tal-bilanċ u dejta dwar l-impjiegi u n-nefqa tal-pagi);

(i)

l-istabiliment ta’ reġistru ċentrali komprensiv għall-intrapriżi pubbliċi;

(j)

pjan ta’ azzjoni bi skeda għal azzjonijiet konkreti li jwasslu għall-ħolqien ta’ awtorità ċentrali tal-akkwist pubbliku;

(k)

att li jistabilixxi limitu massimu ta’ EUR 50 miljun għall-kontribuzzjoni tal-obbligu tas-servizz pubbliku mill-amministrazzjoni pubblika lill-operaturi tal-ferroviji għall-perjodu 2011-2013 u li jistabilixxi l-prinċipju li l-Istat ma jagħti l-ebda appoġġ addizzjonali espliċitu jew impliċitu lill-operaturi tal-ferroviji;

(l)

pjan kummerċjali għall-ferroviji Griegi. Il-pjan ekonomiku jispeċifika l-mod kif l-attivitajiet operazzjonali se jsiru profittabbli, inkluża l-kopertura tal-kost tad-deprezzar, mill-2011 ‘il hemm, inkluż billi jingħalqu rotot li qed jagħmlu t-telf, billi jiżdiedu t-tariffi u jitnaqqsu l-pagi u l-ammont ta’ impjegati; jipprovdi analiżi dettaljata tas-sensittività dwar l-implikazzjoni għall-kost tal-pagi ta’ xenarji varji għar-riżultat tal-ftehim kollettiv u jipprovdi informazzjoni dwar alternattivi differenti fir-rigward tal-persunal; u jipprevedi r-ristrutturar tal-holding company, inkluż il-bejgħ tal-art jew ta’ assi oħra;

(m)

liġi biex tirriforma s-sistema ta’ negozjar dwar il-pagi fis-settur privat, li għandha tipprovdi għal tnaqqis fir-rati ta’ ħlas għas-sahra, flessibiltà aħjar fil-ġestjoni tal-ħin tax-xogħol u tippermetti li patti territorjali lokali jkunu jistgħu jistabilixxu żidiet fil-pagi li jkunu inqas mill-ftehimijiet settorali;

(n)

riforma tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi biex il-perjodu ta’ żmien ta’ prova għal xogħolijiet ġodda jiġi estiż għal sena, u biex jiġi ffaċilitat użu akbar ta’ kuntratti temporanji u xogħol part-time;

(o)

emenda tar-regolamentazzjoni tas-sistema ta’ arbitraġġ sabiex kull parti tkun tista’ tirrikorri għall-arbitraġġ jekk ma tkunx taqbel mal-proposta tal-medjatur;

(p)

riforma tal-proċedura ta’ arbitraġġ sabiex jiġi żgurat li hija topera skont kriterji trasparenti oġġettivi, b’kumitat indipendenti ta’ arbitraturi, b’kapaċità ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, liberu minn indħil tal-gvern.

3.   Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin sal-aħħar ta’ Diċembru 2010:

(a)

l-adozzjoni finali tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 2(a);

(b)

l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni li ssaħħaħ il-qafas fiskali. Dan għandu jinkludi, b’mod partikolari, t-twaqqif ta’ qafas fiskali fuq il-medda medja ta’ żmien, il-ħolqien ta’ riżerva ta’ kontinġenza obbligatorja fil-baġit li tikkorrispondi għal 5 % tal-approprjazzjonijiet totali tad-dipartimenti tal-gvern, esklużi l-pagi, l-pensjonijiet u l-interessi, it-twaqqif ta’ mekkaniżmi ta’ monitoraġġ aktar b’saħħithom fuq in-nefqa u t-twaqqif ta’ uffiċċju tal-baġit magħqud mal-Parlament;

(c)

żieda sinifikanti fir-rata ta’ assorbiment tal-fondi strutturali u ta’ koeżjoni;

(d)

leġiżlazzjoni li tissimplifika u taċċelera l-proċess tal-ħruġ tal-liċenzji għall-intrapriżi, l-attivitajiet industrijali u l-professjonijiet;

(e)

modifika tal-qafas istituzzjonali tal-awtorità Ellenika dwar il-kompetizzjoni (HCC) bl-għan li tiżdied l-indipendenza tagħha, jiġu stabiliti skadenzi raġonevoli għall-investigazzjoni u l-ħruġ ta’ deċiżjonijiet u tingħata l-poter li tirrifjuta l-ilmenti;

(f)

miżuri li għandhom l-għan li jneħħu r-restrizzjonijiet eżistenti għal-libertà tal-proviżjoni tas-servizzi;

(g)

digriet li jipprojbixxi lill-gvernijiet lokali milli jkollhom defiċits mill-inqas sal-2014; tnaqqis fit-trasferimenti lill-gvern lokali f’konformità mal-iffrankar ippjanat u t-trasferimenti ta’ kompetenzi;

(h)

pubblikazzjoni ta’ projezzjonijiet interim fuq medda twila ta’ żmien tan-nefqa fuq il-pensjonijiet sal-2060 kif stabilit fir-riforma leġiżlattiva ta’ Lulju 2010 li tkopri l-iskemi ewlenin tal-pensjonijiet (IKA, inkluża l-iskema tal-pensjoni tal-ħaddiema taċ-ċivil, OGA u OAEE);

(i)

implimentazzjoni ta’ sistema uniformi ta’ preskrizzjoni elettronika; pubblikazzjoni tal-lista tal-prezzijiet kompluta għall-mediċini fis-suq; applikazzjoni tal-lista ta’ mediċini li mhumiex rimborżati u lista ta’ mediċini li jistgħu jinbigħu mingħajr preskrizzjoni; pubblikazzjoni tal-lista l-ġdida ta’ mediċini rimburżati bl-użu tas-sistema ġdida ta’ prezz ta’ referenza; l-użu tal-informazzjoni disponibbli permezz tal-preskrizzjoni elettronika u l-iskennjar għall-ġbir ta’ roħs mill-kumpaniji farmaċewtiċi; introduzzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ monitoraġġ li jippermetti li n-nefqa farmaċewtika tkun ivvalutata kull xahar; infurzar ta’ kopagamenti ta’ EUR 5 għal servizzi ambulatorji (outpatient) regolari u l-estensjoni ta’ kopagamenti ta’ konsulti mhux meħtieġa lid-dipartimenti tal-emerġenza; pubblikazzjoni ta’ kontijiet awditjati għall-isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa; u l-ħolqien ta’ taskforce indipendenti ta’ esperti tal-politika tas-saħħa li l-kompitu tagħhom huwa li sal-aħħar ta’ Mejju 2011 jipproduċu rapport dettaljat għal riforma kumplessiva tas-sistema tas-saħħa bil-għan li ttejjeb l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistema tas-saħħa;

(j)

tnaqqis ulterjuri fin-nefqa operazzjonali b’mill-inqas 5 % li jwassal għal iffrankar ta’ mill-inqas EUR 100 miljun;

(k)

tnaqqis ulterjuri fit-trasferimenti li jrendi ffrankar għall-gvern kollu ta’ mill-inqas EUR 100 miljun. L-entitajiet pubbliċi benefiċjarji se jiżguraw tnaqqis assoċjat fin-nefqa sabiex ma jkunx hemm akkumulazzjoni ta’ arrettrati;

(l)

verifika tal-mezzi tal-familji minn Jannar 2011 ’il quddiem li se jrendi iffrankar ta’ mill-inqas EUR 150 miljun (nett mill-kostijiet amministrattivi rispettivi);

(m)

tnaqqis mix-xiri ta’ tagħmir militari (kunsinji) b’mill-inqas EUR 500 miljun meta mqabbel mal-livell reali tal-2010;

(n)

tnaqqis fin-nefqa farmaċewtika mill-fondi tas-sigurtà soċjali b’EUR 900 miljun minħabba tnaqqis ulterjuri fil-prezzijiet tal-mediċini u minħabba proċeduri ġodda tal-akkwist pubbliku; u mill-isptarijiet (inkluża wkoll in-nefqa fuq it-tagħmir) b’mill-inqas EUR 350 miljun;

(o)

tibdil fil-maniġment, l-ipprezzar u l-pagi tal-intrapriżi pubbliċi li se jrendi ffrankar ta’ mill-inqas EUR 800 miljun;

(p)

żieda fir-rati mnaqqsa tal-VAT minn 5,5 % għal 6,5 % u minn 11 % għal 13 %, li se trendi mill-inqas EUR 880 miljun u tnaqqis fir-rata tal-VAT applikabbli għall-mediċini u l-akkomodazzjoni fil-lukandi minn 11 % għal 6,5 % b’kost li ma jaqbizx EUR 250 miljun, nett mill-iffrankar għall-fondi tas-sigurtà soċjali u l-isptarijiet li jirriżulta mir-rata iktar baxxa tal-VAT fuq il-mediċini;

(q)

intensifikazjoni tal-ġlieda kontra l-kutrabandu tal-fjuwil (mill-inqas EUR 190 miljun);

(r)

żieda fit-tariffi tal-qrati (mill-inqas EUR 100 miljun);

(s)

implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni għall-ġbir tal-arretrati tat-taxxa (mill-inqas EUR 200 miljun);

(t)

it-tħaffif tal-ġbir tal-penali tat-taxxa (mill-inqas EUR 400 miljun);

(u)

il-ġbir tad-dħul li jirriżulta mill-qafas ġdid tat-tilwim u l-proċeduri legali tat-taxxa (mill-inqas EUR 300 miljun);

(v)

dħul mit-tiġdid tal-liċenzji tat-telekomunikazzjonijiet li waslu biex jiskadu (mill-inqas EUR 350 miljun);

(w)

dħul minn konċessjonijiet (mill-inqas EUR 250 miljun).

(x)

pjan ta’ ristrutturazzjoni għan-netwerk tat-trasportazzjoni ta’ Ateni (OASA). L-għan tal-pjan għandu jkun li jitnaqqas it-telf operazzjonali tal-kumpanija u jagħmilha ekonomikament vijabbli. Il-pjan għandu jinkludi tnaqqis fin-nefqa operazzjonali tal-kumpanija u żidiet fit-tariffi. L-azzjonijiet meħtieġa għandhom jiġu implimentati mhux aktar tard minn Marzu 2011;

(y)

att li jillimita r-reklutaġġ fl-amministrazzjoni pubblika kollha għal proporzjon ta’ mhux iktar minn reklutaġġ wieħed għal kull ħames persuni li jirtiraw jew jitkeċċew mingħajr eċċezzjonijiet settorjali u inkluż persunal trasferit minn intrapriżi pubbliċi taħt ristrutturazzjoni għal entitajiet pubbliċi;

(z)

atti li jsaħħu l-istituzzjoni tas-suq tax-xogħol u li jistabilixxu li: ftehimiet fil-livell tal-kumpanija jipprevalu fuq dawk taħt ftehimiet tas-settur jew okkupazzjonali mingħajr restizzjonijiet mhux xierqa; ftehimiet kollettivi fil-livell tal-kumpanija m’humiex restritti minn rekwiżiti rigward id-daqs minimu tal-kumpaniji; it-tneħħija tal-estensjoni ta’ ftehimiet tas-settur u okkupazzjonali għal partijiet mhux rappreżentati fin-negozjati; il-perjodu ta’ prova għal xogħlijiet ġodda huwa estiż; limiti temporanji fl-użu ta’ aġenziji ta’ xogħol temporanji huma eliminati; impedimenti għal użu akbar ta’ kuntratti ta’ żmien determinat huma mneħħija; id-dispożizzjoni li tistabilixxi remunerazzjoni ogħla fis-siegħa għal ħaddiema part-time tiġi eliminata u mmaniġjar aktar flessibbli tal-ħinijiet tax-xogħol inkluż ix-xogħol part-time bix-xift huwa permess.

4.   Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin sal-aħħar ta’ Marzu 2011:

(a)

pubblikazzjoni ta’ projezzjonijiet komprensivi li jifirxu fuq medda twila ta’ żmien tan-nefqa fuq il-pensjonijiet sal-2060 kif stabilit fir-riforma leġiżlattiva ta’ Lulju 2010. Il-projezzjonijiet għandhom jinkludu l-iskemi (awżiljari) supplementarji, abbażi ta’ sett komprensiv ta’ dejta miġbura u elaborata mill-Awtorità Attwarjali Nazzjonali. Il-Kumitat tal-Politika Ekonomika għandu jagħmel analiżi inter pares u jivvalida l-projezzjonijiet;

(b)

il-gvern iħallas kompletament l-arretrati akkumulati fl-2010 u jnaqqas dawk tas-snin preċedenti;

(c)

pjan kontra l-evażjoni li jinkludi indikaturi kwantitattivi tal-prestazzjoni biex l-amministrazzjoni fiskali tinżamm responsabbli; leġiżlazzjoni li tissimplifika l-proċessi tat-tilwim amministrattiv fiskali u l-proċessi ta’ appell ġudizzjarju u l-atti u l-proċeduri meħtieġa sabiex ikunu indirizzati aħjar il-kondotta ħażina, il-korruzzjoni u l-prestazzjoni ħażina tal-uffiċjali fiskali, inkluża l-prosekuzzjoni f’każijiet ta’ ksur ta’ dover; u l-pubblikazzjoni ta’ rapporti ta’ kull xahar tal-ħames taskforces kontra l-evażjoni, inkluż sett ta’ indikaturi dwar il-progress;

(d)

pjan ta’ azzjoni dettaljat bi skeda li jlesti u jimplimenta s-sistema simplifikata ta’ remunerazzjoni; preparazzjoni ta’ pjan għar-riżorsi umani għaż-żmien medju għall-perjodu sal-2013 f’konformità mar-regola ta’ reklutaġġ 1 għal kull 5 ħaddiema li jitilqu, li jispeċifika wkoll pjanijiet għall-allokazzjoni mill-ġdid ta’ persunal kwalifikat għal f’oqsma prijoritarji; u l-pubblikazzjoni ta’ dejta kull xahar dwar il-movimenti tal-persunal (ġodda, dawk li spiċċaw, trasferimenti fost l-entitajiet) fil-bosta dipartimenti tal-gvern;

(e)

l-implimentazzjoni tar-riforma komprensiva tas-sistema tal-kura tas-saħħa bdiet fl-2010 bil-għan li n-nefqa pubblika fuq is-saħħa tinżamm għal 6 % tal-PDG jew anqas; miżuri li jrendru ffrankar fuq farmaċewtiċi ta’ għall-inqas EUR 2 biljun meta mqabbel mal-livell għall-2010, li minnhom għall-inqas EUR 1 biljun huma tal-2011; titjib fis-sistemi ta’ kontabilità u fatturazzjoni tal-isptarijiet permezz ta’: finalizzazzjoni tal-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ kontabilità abbażi tad-dovuti b’entrati doppji korrispondenti fl-isptarijiet kollha; l-użu ta’ sistema ta’ kodiċi uniformi u reġistru komuni għall-provvisti tal-mediċina; il-kalkolu ta’ stokkijiet u flussi tal-provvisti tal-mediċina fl-isptarijiet kollha bl-użu ta’ sistema ta’ kodiċi uniformi għall-provvisti tal-mediċina; u l-fatturazzjoni fil-ħin tal-ispejjeż tat-trattament (mhux aktar tard minn xahrejn) lill-fondi tas-sigurtà soċjali tal-Greċja, lil Stat Membri oħra u lill-assiguraturi privati tas-saħħa; u l-iżgurar li għall-inqas 50 % mill-volum tal-mediċini użati mill-isptarijiet pubbliċi sa tmiem l-2011 ikun ikkostitwit minn ġeneriċi u mediċini mhux protetti bit-trejdmark (marka kummerċjali) billi issir ħaġa obbligatorja għall-isptarijiet pubbliċi kollha li jakkwistaw prodotti farmaċewtiċi skont is-sustanza attiva;

(f)

bl-għan li jkunu miġġielda l-ħela u l-immaniġjar ħażin tal-kumpaniji li huma proprjetà tal-Istat u biex jiġu ffrankati mill-inqas EUR 800 miljun fiskalment, att li: jnaqqas ir-remunerazzjoni primarja fl-intrapriżi pubbliċi b’mill-inqas 10 % fil-livell tal-kumpaniji; jillimita r-remunerazzjoni sekondarja għal 10 % tar-remunerazzjoni primarja; jistabilixxi limitu massimu ta’ EUR 4 000 fix-xahar qligħ gross (12-il pagament fis-sena); iżid it-tariffi tat-trasport urban b’mill-inqas 30 %; azzjonijiet li jnaqqsu n-nefqa operattiva fil-kumpaniji pubbliċi b’bejn 15 % u 25 %; u att għar-ristrutturazzjoni tal-OASA;

(g)

qafas regolatorju ġdid li jiffaċilita l-konklużjoni tal-ftehimiet ta’ konċessjoni għall-ajruporti reġjonali;

(h)

l-istabiliment ta’ taskforce indipendenti għall-politika tal-edukazzjoni li jkollha l-għan li żżid l-effiċjenza tas-sistema pubblika tal-edukazzjoni (edukazzjoni primarja, sekondarja u għolja) u li tagħmel użu iktar effiċjenti tar-riżorsi;

(i)

l-adozzjoni ta’ liġi għall-istabiliment ta’ Awtorità Unika għall-Akkwist Pubbliku f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni; u l-iżvilupp ta’ pjattaforma tat-teknoliġija tal-informazzjoni għall-akkwist elettroniku u l-istabiliment ta’ stadji intermedji f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni, inkluż: l-ittestjar ta’ verżjoni pilota, id-disponibilità tal-funzjonalitajiet kollha għall-kuntratti kollha u l-introduzzjoni f’fażijiet tal-użu mandatorju tas-sistema tal-akkwist elettroniku għall-kuntratti tal-provvisti, is-servizzi u x-xogħlijiet;

5.   Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin sal-aħħar ta’ Lulju 2011:

(a)

tintroduċi lill-Parlament xibka tal-paga tas-settur pubbliku li tkun unifikata u aktar effiċjenti li għandha tapplika għas-settur statali, l-awtoritajiet lokali u l-aġenziji l-oħra, imqassma fuq perjodu ta’ tliet snin, b’remunerazzjonijiet li jirriflettu l-produttività u x-xogħlijiet;

(b)

pjan ta’ terminu medju għar-reklutaġġ għall-perjodu sal-2015 f’konformità mar-regola ta’ reklutaġġ 1 għal kull 5 ħaddiema li jitilqu (1 għal kull 10 fl-2011). Il-pjan għandu jinkludi regoli aktar stretti għall-persunal temporanju, il-kanċellazzjoni ta’ karigi vakanti u r-riallokazzjoni ta’ persunal kwalifikat għal oqsma prijoritarji u jikkunsidra l-estensjoni tas-sigħat tax-xogħol għas-settur pubbliku;

(c)

pjan ta’ azzjoni dettaljat bi programmazzjoni għall-ikkompletar u l-implimentazzjoni ta’ sistema simplifikata tar-remunerazzjoni, bi qbil mal-pagi fis-settur privat, li jwassal għal tnaqqis fin-nefqa totali fuq il-pagi. Dan il-pjan għandu jissejjes fuq ir-riżultati tar-rapport ippublikat mill-Ministeru tal-Finanzi u l-Awtorità Unika ta’ Pagament. Il-leġiżlazzjoni għal sistema simplifikata ta’ rimunerazzjoni għandha tiddaħħal fuq tliet (3) snin. Il-pagi tal-impjegati tal-intrapriżi statali għandhom ikunu bi qbil max-xibka ġdida tal-pagi għas-settur pubbliku.

(d)

rinfurzar tal-ispettorat tax-xogħol, li għandu jkollu biżżejjed impjegati kwalifikati u jkollu miri kwantitattivi dwar in-numru ta’ kontrolli li għandhom jitwettqu;

(e)

att li jirrevedi l-parametri ewlenin tas-sistema tal-pensjonijiet sabiex tiġi limitata ż-żieda fl-infiq tas-settur pubbliku fuq il-pensjonijiet matul il-perijodu 2009-2060 għal inqas minn 2,5 % tal-PDG, jekk il-previżjonijiet fit-tul juru li ż-żieda prevista fin-nefqa pubblika tal-pensjonijiet tkun ser taqbeż dan l-ammont. L-Awtorità Attwarjali Nazzjonali (AAN) għandha tkompli bis-sottomissjoni tal-previżjonijiet fit-tul tan-nefqa tal-pensjonijiet sal-2060 taħt ir-riforma adottata. Il-previżjonijiet għandhom jinkludu l-iskemi (awżiljari) supplementarji ewlenin (ETEAM, TEADY, MTPY), abbażi ta’ dejta komprensiva miġbura u elaborata mill-AAN;

(f)

reviżjoni tal-lista ta’ professjonijiet intensivi u diffiċli biex titnaqqas il-kopertura għal mhux iktar minn 10 % tal-impjiegi; il-lista l-ġdida ta’ impjiegi diffiċli u perikolużi għandha tapplika b’effett mill-1 ta’ Awwissu 2011 għall-impjegati attwali u futuri kollha;

(g)

leġiżlazzjoni li tistabilixxi Awtorità Unika għall-Akkwist Pubbliku (AUAP) bil-mandat, objettivi, kompetenzi, setgħat u skeda għad-dħul fis-seħħ, b’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni;

(h)

miżuri addizzjonali għall-promozzjoni tal-użu ta’ mediċini ġeneriċi permezz: ta’ preskrizzjoni elettronika obbligatorja minn sustanza attiva u ta’ ġeneriki orħos fejn disponibbli; bl-irbit ta’ rata iżgħar ta’ kondiviżjoni tal-kost mal-mediċini ġeneriċi li jkollhom prezz konsiderevolment orħos mill-prezz referenzjarju (anqas minn 60 % tal-prezz referenzjarju) abbażi tal-esperjenza ta’ Stati Membri oħra tal-UE; bl-iffissar tal-prezz massimu tal-ġeneriki għal 60 % tal-mediċina tad-ditta b’sustanza attiva simili;

(i)

il-pubblikazzjoni ta’ inventarju tal-assi li huma proprjetà tal-istat, inklużi ishma f’intrapriżi kwotati u f’dawk li mhumiex u proprjetà immobbli u art kummerċjalment vijabbli.’ għandu jiġi stabilit Segretarjat Ġenerali għall-Iżvilupp ta’ Proprjetà Immobbli bl-għanijiet li jittejjeb l-immaniġjar tal-assi immobiljari, jiġu kklerjati mill-okkupanti u jitħejjew għall-privatizzazzjoni;

(j)

l-istrateġija fiskali ta’ terminu medju (minn hawn ’il quddiem imsejħa SFTM) sal-2015 kif deskritt fl-Anness I ta’ din id-deċiżjoni u abbozzi ta’ implimentazzjoni rispettivi. L-SFTM għandha telabora dwar miżuri permanenti ta’ konsolidazzjoni fiskali li jiżguraw li l-limitu massimu tad-defiċit għall-2011-15 kif stabilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill ma jinqabiżx u li l-proporzjon tad-dejn-PDG jitpoġġa f’perkors sostenibbli ta’ tnaqqis;

(k)

privatizzazzjoni tal-assi b’valur mill-inqas EUR 390 miljun; adozzjoni ta’ programm ta’ privatizzazzjoni bl-għan li jinġabru tal-anqas EUR 15-il biljun sa tmiem l-2012 EUR 22 biljun sa tmiem l-2013, EUR 35 biljun sa tmiem l-2014 u tal-anqas EUR 50 biljun sa tmiem l-2015; ir-rikavati mill-privatizzazzjoni tal-assi (assi immobiljari, konċessjonijiet u assi finanzjarji) għandhom jintużaw biex jinfeda d-dejn u mhux se jnaqqas l-isforzi tal-konsolidazzjoni fiskali għall-konformità tal-limiti massimi tad-defiċit fl-Artikolu 1(2);

(l)

l-istabiliment ta’ fond ta’ privatizzazzjoni b’governanza tajba biex jiġi aċċellerat il-proċess ta’ privatizzazzjoni u tkun iggarantita l-irriversibilità tiegħu u maniġment professjonali; Il-Fond jikseb il-pussess legali tal-assi li jridu jiġu provatizzati. Il-Fond ma jistax jorbot l-assi tieghu b’mod li jtellef l-iskop tieghu, i.e. il-privatizzazzjoni tal-assi;

(m)

iressaq leġiżlazzjoni biex tagħlaq, tagħmel fużjoni jew iċċekken entitajiet mhux vijabbli;

(n)

miżuri biex isaħħu l-kontroll tan-nefqa: deċiżjoni li tispeċifika l-kwalifika u r-responsabilitajiet tal-uffiċjali tal-kontabilità li għandhom jinħatru fil-ministeri rilevanti kollha bir-responsabilità li jiżguraw kontrolli finanzjarji affidabbli;

(o)

kriterji u termini ġodda għall-konklużjoni ta’ kuntratti mill-fondi tas-sigurtà soċjali mal-fornituri tal-kura tas-saħħa kollha, bl-għan li tintlaħaq il-mira ta’ tnaqqis fl-infiq; jingħata bidu għax-xiri konġunt tas-servizzi u oġġetti mediċi biex jintlaħaq tnaqqis sostanzjali fin-nefqa ta’ mill-anqas 25 % meta mqabbel mal-2010 permezz ta’ ftehimiet ta’ prezz marbut mal-volum;

(p)

il-pubblikazzjoni ta’ linji gwida vinkolanti tal-preskrizzjonijiet għat-tobba abbażi ta’ linji gwida internazzjonali tal-preskrizzjonijiet biex jiġi żgurat użu kosteffikaċi tal-mediċini; pubblikazzjoni u aġġornament kontinwu tal-lista pożittiva tal-mediċini rimburżati;

(q)

preparazzjoni ta’ pjan għar-riorganizzazzjoni u r-ristrutturar tal-isptarijiet għat-terminu medju u immedjat bl-għan li jitnaqqsu l-ineffiċjenzi, jiġu sfruttati l-ekonomiji ta’ skala u ta’ firxa, u tittejjeb il-kwalità tal-kura għall-pazjenti. L-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-isptarijiet b’tal-anqas 10 % fl-2011 u b’5 % fl-2012 addizzjonali fuq is-sena ta’ qabel.

6.   Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin sal-aħħar ta’ Settembru 2011:

(a)

baġit għall-2012 b’konformità mal-SFTM u l-objettiv tal-osservanza tal-limitu massimu tad-defiċit stabilit fl-Artikolu 1(2);

(b)

mitigazzjoni tal-ostakoli tat-taxxa għal fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet;

(c)

simplifikazzjoni tal-proċess tal-ikklerjar doganali għall-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet;

(d)

żieda sinifikanti fir-rati ta’ assorbiment tal-fondi strutturali u dak ta’ koeżjoni;

(e)

l-implimentazzoni sħiħa tal-aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar bil-għan li jitnaqqsu il-piżijiet amministrattivi b’20 % (meta mqabbel mal-2008);

(f)

leġiżlazzjoni biex tagħlaq, tagħmel fużjoni jew iċċekken entitajiet mhux vijabbli;

(g)

miżuri li jagħmlu possibbli tnaqqis fl-akkwist u fl-ispejjeż fuq partijiet terzi f’intrapriżi statali, taġġorna t-tariffi, u toħloq linji ġodda tan-negozju, u tnaqqas il-kost tal-persunal billi tlesti u timplimenta pjan ta’ tiċkin fil-persunal. Persunal żejjed li ma jistax jitneħħa permezz tar-regola li jiġi rreklutat 1 għal kull 5 li jitilqu (1 għal kull 10 fl-2011) għandu jiġi indirizzat permezz ta’ sensji u assenza fit-tul mhux volontarji (riżerva ta’ ħaddiema). Din ir-regola hija mingħajr eċċezzjonijiet settorjali; għandha tapplika wkoll għall-persunal trasferit minn intrapriżi pubbliċi għal entitajiet pubbliċi oħra wara l-eżami tal-kwalifiki professjonali mill-ASEP skont il-kriterji ta’ evalwazzjoni regolati tagħha. Persunal fir-riżerva ta’ ħaddiema għandu jitħallas 60 % tal-paga bażika tiegħu għal mhux aktar minn 12-il xahar, u wara dan għandhom jingħataw is-sensja.

(h)

qafas legali li jippermetti l-assenjar veloċi tal-użu tal-art u jaċċellera r-registrazzjoni tas-sjieda tal-art tal-istat.

(i)

att li jippermetti l-promozzjoni tal-investiment fis-settur tat-turiżmu (kumplessi turistiċi u residenzi sekondarji għat-turisti), bil-ħsieb li, flimkien mal-abbozz dwar l-użu tal-art, jippermetti għall-aċċellerazzjoni tal-proċess ta’ privatizzazzjoni tal-plottijiet tal-art ġestiti mill-Aġenzija Griega tal-Immobiljari Turistiċi (ETA).

(j)

l-iffinalizzar tal-eżami funzjonali tal-programmi soċjali eżistenti; valutazzjoni mill-gvern tar-riżultati tat-tieni u l-aħħar fażi tal-eżami funzjonali indipendenti tal-amministrazzjoni ċentrali; leġiżlazzjoni u miżuri għall-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet operazzjonali tal-ewwel fażi tal-eżami funzjonali tal-amministrazzjoni pubblika fuq livell ċentrali u tal-eżami sħiħ tal-programmi soċjali eżistenti;

(k)

reviżjoni qawwija tal-funzjonament tal-fondi tal-pensjoni pubblika sekondarja/supplimentari, inkluż fondi tal-protezzjoni soċjali u skemi tal-għoti ta’ somma. L-għan tar-reviżjoni huwa li tiġi stabilizzata n-nefqa tal-pensjonijiet, tiġi ggarantita n-newtralità baġitarja ta’ dawn l-iskemi u tiġi żgurata s-sostenibilità tas-sistema fit-terminu medju u twil. Ir-reviżjoni għandha twassal għal: tnaqqis akbar fl-għadd ta’ fondi eżistenti; l-eliminazzjoni tal-iżbilanċi f’dawk il-fondi b’defiċits; l-istabilizzazzjoni tal-infiq kurrenti f’livell sostenibbli, permezz ta’ aġġustamenti xierqa li għandhom isiru mill-1 ta’ Jannar 2012; is-sostenibilità fit-tul ta’ skemi sekondarji permezz ta’ rabta stretta bejn il-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji.

(l)

identifikazzjoni tal-iskemi li għalihom l-għoti ta’ somma mħallas fl-irtirar mix-xogħol ma jirriflettix il-kontribuzzjonijiet imħallsa bl-għan li l-ħlas jiġi aġġustat sa tmiem Diċembru 2011.

(m)

aktar miżuri biex jiġu estiżi b’mod kosteffikaċi l-preskrizzjonijiet tal-mediċini, id-dijanjożi u r-referti mit-tobba b’mod elettroniku għall-fondi kollha tas-sigurtà soċjali, iċ-ċentri tas-saħħa u l-isptarijiet. B’konformità mar-regoli tal-akkwist tal-UE, il-Gvern għandu jwettaq il-proċeduri neċessarji tal-offerti biex jimplimenta sistema informatika komprensiva u uniformi tal-kura tas-saħħa (sistema tas-saħħa-e).

(n)

aktar miżuri biex jiġi żgurat li tal-inqas 30 % tal-volum tal-mediċini użati mill-isptarijiet pubbliċi jkun ikkostitwit minn ġeneriki bi prezz orħos minn dak ta’ prodotti simili tad-ditta u mediċini mhux koperti bi privattiva, partikolarment billi jagħmlu obbligatorju li l-isptarijiet pubbliċi kollha jakkwistaw prodotti farmaċewtiċi skont is-sustanza attiva.

(o)

deċiżjonijiet sabiex ikunu disposti l-istituzzjoni u stabiliment ta’ karigi għall-persunal tal-AUAP (Awtorità Unika għall-Akkwist Pubbliku), kif ukoll għar-riorganizzazzjoni tar-riżorsi umani u s-servizzi tal-Awtorità skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar l-AUAP; jinħatru l-membri tal-AUAP.

(p)

Il-pubblikazzjoni ta’ dejta mensili dwar il-movimenti tal-persunal (ġodda, dawk li spiċċaw, trasferimenti fost l-entitajiet) fil-bosta dipartimenti tal-gvern;

7.   Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin sal-aħħar ta’ Diċembru 2011:

(a)

l-adozzjoni finali tal-baġit għall-2012;

(b)

rinfurzar tal-kapaċità ta’ ġestjoni tal-awtoritajiet kollha li jiġġestixxu u entitajiet intermedji ta’ programmi operattivi skont il-qafas tal-qafas ta’ referenza tal-istrateġija nazzjonali 2007-2013 u ċ-ċertifikazzjoni tagħhom ISO 9001:2008 (immaniġjar tal-kwalità);

(c)

sistema ta’ pprezzar ibbażata fuq il-każijiet fl-isptar għandha tintuża għall-finijiet baġitarji mill-2013 ’il quddiem;

(d)

atti għall-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet operazzjonali tal-ewwel fażi tar-reviżjoni funzjonali tal-amministrazzjoni pubblika fuq livell ċentrali u tar-reviżjoni sħiħa tal-programmi soċjali eżistenti; valutazzjoni tar-riżultati tat-tieni u l-aħħar fażi tal-eżami funzjonali indipendenti tal-amministrazzjoni ċentrali;

(e)

il-bidu tal-operazzjonijiet tal-Awtorità Unika għall-Akkwist Pubbliku bir-riżorsi neċessarji sabiex taqdi l-mandat, l-għanijiet, il-kompetenzi u s-setgħat tagħha fil-Pjan ta’ Azzjoni;

(f)

reviżjoni tat-tariffi għas-servizzi mediċi esternalizzati lill-fornituri privati bl-għan li jitnaqqsu l-kostijiet relatati b’tal-anqas 15 % sal-2011, u bi 15 % addizzjonali fl-2012.

(g)

miżuri biex jissimplifikaw is-sistema tat-taxxa, jitwessgħu l-bażijiet u jitnaqqsu r-rati tat-taxxa b’mod fiskalment newtrali, b’rabta mat-taxxa fuq l-introjtu personali, it-taxxa fuq l-introjtu korporattiv u l-VAT.

(h)

aktar miżuri biex jiġi żgurat li tal-inqas 50 % tal-volum tal-mediċini użati mill-isptarijiet pubbliċi jkun ikkostitwit minn ġeneriki bi prezz orħos minn dak ta’ prodotti simili tad-ditta u mediċini mhux koperti bi privattiva, partikolarment billi jagħmlu obbligatorju li l-isptarijiet pubbliċi kollha jakkwistaw prodotti farmaċewtiċi skont is-sustanza attiva.

8.   Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin sal-aħħar ta’ Marzu 2012:

(a)

riforma fl-iskemi tal-pensjonijiet sekondarji/supplementari, bil-fużjoni tal-fondi u billi jibda jsir kalkolu tal-benefiċċji abbażi tas-sistema ta’ ‘kontribuzzjoni nozzjonali definita l-ġdida; l-iffriżar tal-pensjonijiet supplementari nominali u t-tnaqqis tar-rati ta’ sostituzzjoni għal drittijiet dovuti fi fondi b’defiċits, abbażi ta’ studju attwarju mħejji mill-Awtorità Attwarjali Nazzjonali. Fil-każ li l-istudju attwarju ma jkunx lest, ir-rati ta’ sostituzzjoni għandhom jonqsu, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012 biex jiġu evitati d-defiċits;

(b)

il-kalkolu tal-marġini tal-profitti tal-ispiżeriji bħala ammont fiss jew tariffa fissa kkombinata ma’ marġini ta’ profitt baxxa bl-għan li jitnaqqas il-marġini ta’ profitt kumplessiv għal mhux aktar minn 15 %, inkluż fuq l-ogħla mediċini.

Artikolu 3

Il-Greċja għandha tikkoopera b’mod sħiħ mal-Kummissjoni u tipprovdi mingħajr dewmien, kull meta tkun mitluba biex tagħmel hekk, kwalunkwe dejta jew dokument meħtieġ biex tiġi mmonitorjata l-konformità ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

1.   Il-Greċja għandha tipprovdi lill-Kunsill u lill-Kummissoni rapport li juri l-miżuri tal-politika meħuda biex tkun konformi ma’ din id-Deċiżjoni kull tliet xhur.

2.   Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu informazzoni dettaljata dwar:

(a)

miżuri konkreti implimentati sad-data tar-rapport sabiex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni, inkluż l-impatt baġitarju kwantifikat tagħhom;

(b)

miżuri konkreti ppjanati li jiġu implimentati wara d-data tar-rapport sabiex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni, il-kalendarju tal-implimentazzjoni tagħhom u stima tal-impatt baġitarju tagħhom;

(c)

l-eżekuzzjoni tal-baġit mensili tal-Istat;

(d)

l-implimentazzjoni baġitarja infraannwali mis-sigurtà soċjali, il-gvern lokali u l-fondi baġitari żejda;

(e)

ħruġ u rimborsar tad-dejn tal-gvern;

(f)

żviluppi permanenti u temporanji fl-impjiegi tas-settur pubbliku;

(g)

nefqa tal-gvern fl-istennija tal-ħlas, bl-ispeċifikazzjoni ta’ dawk li skaditilhom id-data meta kienu dovuti;

(h)

il-pożizzjoni finanzjarja f’ażjendi pubbliċi u entitajiet pubbliċi oħra.

3.   Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom janalizzaw ir-rapporti bil-għan li jevalwaw il-konformità tal-Greċja ma’ din id-Deċiżjoni. Fil-kuntest ta’ dawn il-valutazzonijiet, il-Kummissjoni tista’ tindika l-miżuri meħtieġa biex jiġi rrispettat il-pjan ta’ aġġustament stipulat b’din id-Deċiżjoni għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv.

Artikolu 5

Id-Deċiżjoni 2010/320/KE għandha tiġi revokata.

Referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. SAWICKI


(1)  ĠU L 145, 11.6.2010, p. 6.

(2)  Ara l-Anness I.

(3)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6.

(4)  Eurostat news release 55/2010, it-22 ta’ April 2010.

(5)  Eurostat news release 60/2011, is-26 ta’ April 2011.

(6)  Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 264/2000 tat-3 ta’ Frar 2000 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 rigward statistiċi ta’ finanzi pubbliċi fuq żmien qasir (ĠU L 29, 4.2.2000, p. 4).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar kontijiet mhux finanzjarji ta’ kull tliet xhur tal-amministrazzjoni pubblika (ĠU L 179, 9.7.2002, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 501/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar kontijiet finanzjarji ta’ kull kwart tas-sena għal gvern ġenerali (ĠU L 81, 19.3.2004, p. 1).

(11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1222/2004 tat-28 ta’ Ġunju 2004 dwar il-kompilazzjoni u t-trasmissjoni ta’ data dwar id-dejn trimestrali tal-gvern (ĠU L 233, 2.7.2004, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 1161/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 dwar il-kumpilazzjoni ta’ kontijiet trimestrali mhux finanzjarji skont is-settur istituzzjonali (ĠU L 191, 22.7.2005, p. 22).

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

(14)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1).


ANNESS I

Miżuri ta’ strateġija fiskali ta’ terminu medju

(kif imsemmi fl-Artikolu 2(5) ta’ din id-Deċiżjoni)

L-istrateġija fiskali ta’ terminu medju (SFTM) matul l-2015 ser tinkludi li ġej:

 

Tnaqqisiet fil-kont tas-salarji b’mill-inqas EUR 770 miljun sal-2011, u addizzjonalment EUR 600 miljun fl-2012, EUR 448 miljun fl-2013, EUR 306 miljun fl-2014 u EUR 71 miljun fl-2015, billi ma jiġux impjegati ħaddiema ġodda minflok dawk li jispiċċaw lil hinn mir-regola ta’ reklutaġġ wieħed (1) għal kull ħamsa (5) li joħorġu (1 għal kull 10 fl-2011); żieda fis-siegħat tax-xogħol fil-ġimgħa għall-impjegati fis-settur pubbliku minn 37,5 għal 40 siegħa u tnaqqis fil-pagamenti tas-sahra; tnaqqis fl-għadd ta’ kumitati u kunsilli remunerati; tnaqqis fil-kumpensi addizjonali, benefiċċji u skemi tal-bonus oħra; tnaqqis fil-kuntratturi (50 % fl-2011 u 10 % oħra fl-2012 u ’l quddiem); friżar temporanju fl-avvanz awtomatiku; l-implimentazzjoni ta’ xibka ġdida tar-remunerazzjoni; l-introduzzjoni ta’ impjiegi part-time u liv bla ħlas fis-settur pubbliku; tnaqqis fl-għadd ta’ ammissjonijiet fl-akkademji militari u tal-pulizija, it-trasferiment tal-persunal żejjed f’riżerva ta’ ħaddiema mħallsa 60 % tal-paga bażika sa 12-il xahar, u tnaqqis fil-benefiċċju tal-prodottività b’50 %.

 

Tnaqqisiet fl-infiq operazzjonali tal-istat b’mill-inqas EUR 190 miljun sal-2011, u addizzjonalment EUR 92 miljun fl-2012, EUR 161 miljun fl-2013, EUR 323 miljun fl-2014 u EUR 370 miljun fl-2015, permezz tal-implementazzjoni tal-akkwist-e għax-xiri pubbliku kollu; razzjonalizzazzjoni tal-ispejjeż fl-enerġija mis-servizzi pubbliċi; tnaqqis fl-ispejjeż għall-kiri b’konsegwenza ta’ użu aktar effiċjenti tal-proprjetà pubblika; tnaqqis tal-ispejjeż kollha fit-telekomunikazzjoni, abolizzjoni tad-distribuzzjoni bla ħlas tal-gazzetti; tnaqqisiet trażversali fin-nefqa operazzjonali fil-baġit ordinarju; implimentazzjoni ta’ parametri referenzjarji fl-infiq pubbliku wara sena ta’ tħaddim sħiħ tal-MIS għan-nefqa tal-amministrazzjoni pubblika.

 

Tnaqqisiet fl-ispejjeż tal-fondi estrabaġitarji u trasferiment lejn entitajiet oħra b’mill-anqas EUR 540 miljun fl-2011 u addizzjonalment EUR 150 miljun fl-2012, EUR 200 miljun fl-2013, EUR 200 miljun fl-2014 u EUR 150 miljun fl-2015, permezz tal-valutazzjoni tal-mandat, il-fattibilità u l-ispejjeż tal-entitajiet kollha ssussidjati mis-settur pubbliku, u l-fużjonijiet u l-għeluq tagħhom; fużjoni/l-għeluq u tnaqqis fis-sussidji lill-istituzzjonijiet edukattivi (skejjel, istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja); tnaqqis fis-sovvenzjonijiet mill-Istat lill-entitajiet barra l-amministrazzjoni pubblika u pjan ta’ azzjoni għall-għeluq, il-fużjoni u t-tiċkin tal-entitajiet.

 

Iffrankar fl-intrapriżi tal-istat b’mill-anqas EUR 414 miljun fl-2012, u addizzjonalment EUR 329 miljun fl-2013, EUR 297 miljun fl-2014 u EUR 274 miljun fl-2015, permezz ta’ żieda fid-dħul tal-OSE, l-OASA u intrapriżi oħra, l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ ristrutturazzjoni u l-privatizzazzjoni fil-Hellenic Defence Systems, il-Hellenic Aeronautical Industry, il-Hellenic Horse Racing Corporation; il-bejgħ ta’ assi, tal-intrapriżi, li ma jkunux assoċjati mal-attivitajiet ewlenin; tnaqqis fl-ispejjeż tal-persunal; tnaqqis fl-ispejjeż operazzjonali u fużjonijiet u għeluq ta’ intrapriżi.

 

Tnaqqisiet fin-nefqa operazzjonali relatata mad-difiża b’mill-inqas EUR 133 miljun fl-2013 u addizzjonalment EUR 133 miljun fl-2014, u EUR 134 miljun fl-2015, minn barra t-tnaqqis fl-akkwist ta’ apparat militari (konsenji) ta’ EUR 830 miljun mill-2010 sal-2015.

 

Tnaqqisiet fin-nefqa fuq il-kura tas-saħħa u l-mediċini b’mill-inqas EUR 310 miljun sal-2011, u addizzjonalment EUR 697 miljun fl-2012, EUR 349 miljun fl-2013, EUR 303 miljun fl-2014 u EUR 463 miljun fl-2015, permezz tal-implementazzjoni tal-“pjan direzzjonali għas-saħħa” ġdid u t-tnaqqis assoċjat fl-ispejjeż tal-isptarijiet; rievalwazzjoni tal-mandat u l-ispejjeż tal-entitajiet kollha taħt superviżjoni apparti l-isptarijiet l-implimentazzjoni ta’ sistema ċentrali tal-akkwisti; tnaqqis tal-kost medju ta’ kull każ permezz ta’ maniġġ effiċjenti tal-każijiet (case mixing); tnaqqis fis-servizzi pprovduti lil dawk bla assigurazzjoni (funzjoni ta’ kontroll tal-aċċess); introduzzjoni ta’ imposti għal servizzi fornuti lil ċittadini barranin; l-operat tal-Organizzazzjoni Nazzjonali għall-Kura tas-Saħħa Primarja (EOPI); l-iskenjar mill-IKA tal-preskrizzjonijiet mediċi miktubin bl-idejn; l-estensjoni tal-lista ta’ mediċini li ma għandhomx bżonn ta’ preskrizzjoni; prezzijiet ġodda għall-mediċini; l-istabiliment ta’ prezz tal-assigurazzjoni mis-settur tas-sigurtà soċjali u l-implimentazzjoni sħiħa tal-preskrizzjonijiet-e.

 

Tnaqqisiet fil-benefiċċji soċjali b’mill-inqas EUR 1 188 miljun fl-2011, u addizzjonalment EUR 1 230 miljun fl-2012, EUR 1 025 miljun fl-2013, EUR 1 010 miljun fl-2014 u EUR 700 miljun fl-2015, permezz ta’ aġġustament fl-iskemi tal-pensjonijiet supplimentari u l-iffriżar sussegwenti sal-2015; iffriżar tal-pensjonijiet bażiċi; ir-riforma fis-sistema tal-pensjonijiet tad-diżabilità; ċensiment tal-pensjonanti u kontraverifika tad-dejta personali bl-implimentazzjoni sħiħa tan-numru tas-sigurtà soċjali u l-ogħla limitu fuq il-pensjonjiet; razzjonalizzazzjoni tal-kriterji għall-pensjonanti (EKAS); razzjonalizzazzjoni tal-benefiċċji u l-benefiċjarji tal-OEE-OEK u OAED; tnaqqis fis-somom li jitħallsu mal-irtirar; kontroverifika tad-dejta personali mill-introduzzjoni tal-limiti għall-impjegati li jistgħu jidħlu fl-iskemi tal-OAED; tnaqqis fil-pensjoni prinċipali tal-OGA u fil-limiti l-baxxi tal-pensjoni minn fondi oħra tas-sigurtà soċjali u l-issikkar tal-kriterji bbażati fuq ir-reżidenza permanenti; tnaqqis fl-ispejjeż fuq il-benefiċċji soċjali permezz tal-kontroverifika tad-dejta; regolamentazzjoni uniformi tal-benefiċċji tas-saħħa għall-fondi kollha tas-sigurtà soċjali; kuntratti uniformi mal-isptarijiet privati u ċ-ċentri mediċi; analiżi tal-benefiċċji soċjali fi flus u in natura li twassal biex jitneħħew dawk l-inqas effettivi; żieda fil-kontribuzzjoni speċjali tal-pensjonanti (il-Liġi 3863/2010) għall-pensjonanti li l-pensjoni ta’ kull xahar tagħhom taqbeż EUR 1 700; żieda fil-kontribuzzjoni soċjali speċjali mħallsa mill-pensjonanti taħt is-60 sena b’pensjoni ta’ kull xahar ogħla minn EUR 1 700; introduzzjoni ta’ kontribuzzjoni speċjali ggradata għall-pensjonijiet supplimentari ogħla minn EUR 300 fix-xahar u tnaqqis fit-trasferimenti NAT (skema tal-pensjonijiet tal-baħħara) u l-iskema tal-pensjonijiet OTE u tnaqqis assoċjat fin-nefqa tal-pensjonijiet jew żieda fil-kontribuzzjonijiet mill-benefiċjarji.

 

Tnaqqisiet fit-trasferimenti statali lill-gvernijiet lokali b’mill-anqas EUR 150 miljun fl-2011, u addizzjonalment EUR 355 miljun fl-2012, EUR 345 miljun fl-2013, EUR 350 miljun fl-2014 u EUR 305 miljun fl-2015. Dawn it-tnaqqisiet jinkisbu primarjament permezz ta’ tnaqqisiet fl-ispejjeż tal-gvern lokali daqs tal-anqas EUR 150 miljun fl-2011, u EUR 250 miljun fl-2012, EUR 175 miljun fl-2013, EUR 170 miljun fl-2014 u EUR 160 miljun fl-2015 addizzjonali. Barra minn hekk, id-dħul proprju tal-gvern lokali ser jiżdied b’mill-anqas EUR 105 miljun fl-2012 u EUR 170 miljun fl-2013, EUR 130 miljun fl-2014 u EUR 145 miljun fl-2015 addizzjonali, permezz ta’ żieda fid-dħulijiet minn pedaġġ, tariffi, drittijiet u fonti ta’ dħul oħra b’konsegwenta tal-fużjoni tal-amministrazzjonijiet lokali, u żieda fil-konformità mat-taxxi lokali wara l-introduzzjoni ta’ rekwiżit ta’ ċertifikat tal-ikklerjar tat-taxxa lokali.

 

Tnaqqisiet fin-nefqa mill-baġit tal-investiment pubbliku (investiment pubbliku ffinanzjat domestikament u sovvenzjonijiet relatati mal-investiment) u l-kostijiet amministrattivi b’EUR 950 miljun fl-2011, li minnhom EUR 350 miljun ser ikun permanenti, u EUR 154 miljun oħra (kostijiet amministrattivi) fl-2012.

 

Żiediet fit-taxxi b’mill-inqas EUR 2 017 fl-2011, u addizzjonalment EUR 3 678 miljun fl-2012, EUR 156 miljun fl-2013 u EUR 685 miljun fl-2014, permezz ta’ żieda fir-rata tal-VAT fuq ir-restoranti u l-barijiet minn 13 għal 23 % minn Settembru 2011 ’il quddiem; żieda fit-taxxi fuq il-proprjetà; tnaqqis fil-livell limitu tal-introjtu mhux taxxabbli għal EUR 8 000 u l-istabiliment ta’ kontribuzzjoni progressiva ta’ solidarjetà; żidiet fit-tassazzjoni preżuntiva u imposti fuq dawk li jaħdmu għar-rashom; tnaqqis fl-eżenzjonijiet/nefqiet fiskali; bidliet fir-reġim tat-taxxa għall-prodotti tat-tabakk, bi ħlas aċċellerat tad-dazju tas-sisa u fl-istruttura tat-taxxa; sisa fuq il-luminati; sisa fuq il-gass naturali u l-gass likwifikat; abolizzjoni tal-vantaġġ fiskali fuq iż-żejt tat-tisħin (għall-intrapriżi minn Ottubru 2011 ’il quddiem, u progressivament għall-unitajiet domestiċi minn Ottubru 2011 sa Ottubru 2013); żieda fit-taxxa fuq il-vetturi; kontribuzzjonijiet ta’ emerġenza fuq il-vetturi, il-motoċikli u l-pixxini; multi ogħla fuq bini mhux awtorizzat u saldu tal-każijiet ta’ ksur fl-ippjanar; tassazzjoni fuq id-dgħajjes u l-jottijiet privati; imposta speċjali fuq immobiljari ta’ valur għoli; u imposta speċjali fuq l-ispazji tat-tipjip.

 

Titjibiet fil-konformità tat-taxxa b’mill-inqas EUR 878 miljun fl-2013, u addizzjonalment EUR 975 miljun fl-2014 u EUR 1 147 miljun fl-2015.

 

Żidiet fil-ġbir tal-kontribuzzjonijiet soċjali b’mill-inqas EUR 629 miljun fl-2011 u addizzjonalment EUR 259 miljun fl-2012, EUR 714 miljun fl-2013, EUR 1 139 miljun fl-2014 u EUR 504 miljun fl-2015, permezz tal-implimentazzjoni sħiħa ta’ sistema waħda unifikata tas-salarji u l-metodu tal-pagament tal-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni; żieda fir-rati tal-kontribuzzjonijiet għall-benefiċjarji tal-OGA u l-ETAA; stabiliment ta’ fond ta’ solidarjetà tal-benefiċjarji tal-OAEE; l-aġġustament fil-kontribuzzjonijiet tal-qgħad għall-impjegati fis-settur privat; l-introduzzjoni tal-kontribuzzjoni tal-qgħad għal min jaħdem għar-rasu; u kontribuzzjoni għal qgħad imħallsa mill-impjegati fis-settur pubbliku, inklużi l-intrapriżi tal-istat, il-gvernijiet lokali u entitajiet pubbliċi oħra.


ANNESS II

Deċiżjoni mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/320/UE tat-10 ta’ Mejju 2010

(ĠU L 145, 11.6.2010, p. 6)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/486/UE tas-7 ta’ Settembru 2010

(ĠU L 241, 14.9.2010, p. 12)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/57/UE tal-20 ta’ Diċembru 2010

(ĠU L 26, 29.1.2011, p. 15)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/257/UE tas-7 ta’ Marzu 2011

(ĠU L 110, 29.4.2011, p. 26)


ANNESS III

Tabella ta’ korrelazzjoni

Id-Deċiżjoni 2010/320/UE

Din id-Deċiżjoni

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1

L-Artikolu 2(1)

L-Artikolu 2(1)

L-Artikolu 2(2), kliem introduttorju

L-Artikolu 2(2), kliem introduttorju

L-Artikolu 2(2)(a)

L-Artikolu 2(2)(a)

L-Artikolu 2(2)(c)

Artikolu 2(2)(b)

L-Artikolu 2(2)(d)

L-Artikolu 2(2)(c)

L-Artikolu 2(2)(e)

L-Artikolu 2 (2) (d)

L-Artikolu 2(2)(f)

L-Artikolu 2 (2) (e)

L-Artikolu 2(2)(g)

L-Artikolu 2(2)(f)

L-Artikolu 2(2)(h)

L-Artikolu 2(2)(g)

L-Artikolu 2 (2)(i)

L-Artikolu 2(2)(h)

L-Artikolu 2(2)(j)

L-Artikolu 2 (2)(i)

L-Artikolu 2(2)(k)

L-Artikolu 2(2)(j)

L-Artikolu 2(2)(l)

L-Artikolu 2(2)(k)

L-Artikolu 2(2)(m)

L-Artikolu 2(2)(l)

L-Artikolu 2 (2)(n)

L-Artikolu 2(2)(m)

L-Artikolu 2(2)(o)

L-Artikolu 2 (2)(n)

L-Artikolu 2(2)(p)

L-Artikolu 2(2)(o)

L-Artikolu 2(2)(q)

L-Artikolu 2(2)(p)

L-Artikolu 2(3), kliem introduttorju

L-Artikolu 2(3), kliem introduttorju

L-Artikolu 2(3)(a)

L-Artikolu 2(3)(a)

L-Artikolu 2(3)(b)

L-Artikolu 2(3)(b)

L-Artikolu 2(3)(f)

L-Artikolu 2(3)(c)

L-Artikolu 2 (3)(i)

L-Artikolu 2 (3) (d)

L-Artikolu 2(3)(j)

L-Artikolu 2 (3) (e)

L-Artikolu 2(3)(k)

L-Artikolu 2(3)(l)

L-Artikolu 2(3)(f)

L-Artikolu 2(3)(m)

L-Artikolu 2(3)(g)

L-Artikolu 2 (3)(n)

L-Artikolu 2(3)(h)

L-Artikolu 2(3)(o)

L-Artikolu 2(3)(i)

L-Artikolu 2(3)(q)

L-Artikolu 2(3)(j)

L-Artikolu 2(3)(r)

L-Artikolu 2(3)(k)

L-Artikolu 2(3)(s)

L-Artikolu 2(3)(l)

L-Artikolu 2(3)(t)

L-Artikolu 2(3)(m)

L-Artikolu 2(3)(u)

L-Artikolu 2 (3)(n)

L-Artikolu 2(3)(v)

L-Artikolu 2(3)(o)

L-Artikolu 2(3)(w)

L-Artikolu 2(3)(x)

L-Artikolu 2(3)(p)

L-Artikolu 2(3)(y)

L-Artikolu 2(3)(q)

L-Artikolu 2(3)(z)

L-Artikolu 2(3)(r)

L-Artikolu 2(3)(aa)

L-Artikolu 2(3)(s)

L-Artikolu 2(3)(bb)

L-Artikolu 2(3)(t)

L-Artikolu 2(3)(cc)

L-Artikolu 2(3)(u)

L-Artikolu 2(3)(dd)

L-Artikolu 2(3)(v)

L-Artikolu 2(3)(ee)

L-Artikolu 2(3)(w)

L-Artikolu 2(3)(ff)

L-Artikolu 2(3)(x)

L-Artikolu 2(3)(gg)

L-Artikolu 2(3)(y)

L-Artikolu 2(3)(hh)

L-Artikolu 2(3)(z)

L-Artikolu 2(4), kliem introduttorju

L-Artikolu 2(4), kliem introduttorju

L-Artikolu 2(4)(b)

L-Artikolu 2(4)(a)

L-Artikolu 2(4)(c)

L-Artikolu 2(4)(b)

L-Artikolu 2 (4) (d)

L-Artikolu 2 (4) (e)

L-Artikolu 2(4)(c)

L-Artikolu 2(4)(f)

L-Artikolu 2 (4)(d)

L-Artikolu 2(4)(g)

L-Artikolu 2 (4)(e)

L-Artikolu 2(4)(h)

L-Artikolu 2(4)(f)

L-Artikolu 2(4)(i)

L-Artikolu 2(4)(g)

L-Artikolu 2(4)(j)

L-Artikolu 2(4)(h)

L-Artikolu 2(4)(k)

L-Artikolu 2(4)(i)

L-Artikolu 2(4)(l)

L-Artikolu 2(5), kliem introduttorju

L-Artikolu 2(5), kliem introduttorju

L-Artikolu 2(5)(a)

L-Artikolu 2(5)(a)

L-Artikolu 2(5)(b)

L-Artikolu 2(5)(b) u (c)

L-Artikolu 2(5)(c)

L-Artikolu 2 (5)(d)

L-Artikolu 2(5)(d)

L-Artikolu 2(5)(e)

L-Artikolu 2(5)(e)

L-Artikolu 2(5)(f)

L-Artikolu 2(5)(f)

L-Artikolu 2(5)(g)

L-Artikolu 2(5)(g)

L-Artikolu 2(5)(h)

L-Artikolu 2(5)(h)

L-Artikolu 2(5)(i)

L-Artikolu 2(5)(i)

L-Artikolu 2(5)(j)-(q)

L-Artikolu 2(6), kliem introduttorju

L-Artikolu 2(6), kliem introduttorju

L-Artikolu 2(6)(a)

L-Artikolu 2(6)(a)

L-Artikolu 2(6)(b)

L-Artikolu 2(6)(b)

L-Artikolu 2(6)(c)

L-Artikolu 2(6)(c)

L-Artikolu 2(6)(d)

L-Artikolu 2(6)(d)

L-Artikolu 2(6)(e)

L-Artikolu 2(6)(e)

L-Artikolu 2(6)(f)

L-Artikolu 2(6)(f)-(p)

L-Artikolu 2(7), kliem introduttorju

L-Artikolu 2(7), kliem introduttorju

L-Artikolu 2(7)(a)

L-Artikolu 2(7)(a)

L-Artikolu 2(7)(b)

L-Artikolu 2(7)(b)

L-Artikolu 2(7)(d)

L-Artikolu 2(7)(c)

L-Artikolu 2(7)(e)

L-Artikolu 2(7)(d)

L-Artikolu 2(7)(f)

L-Artikolu 2(7)(e)

L-Artikolu 2(7)(f) - (h)

L-Artikolu 2(8), kliem introduttorju

L-Artikolu 2(8), kliem introduttorju

L-Artikolu 2(8)(a)

L-Artikolu 2(8)(a)

L-Artikolu 2(8)(b)

L-Artikolu 3

L-Artikolu 3

L-Artikolu 4

L-Artikolu 4

L-Artikolu 5

L-Artikolu 5

L-Artikolu 6

L-Artikolu 6

L-Artikolu 7

Annessi I, II u III


15.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/53


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/735/PESK

tal-14 ta’ Novembru 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-9 ta' Mejju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1).

(2)

Fit-23 ta' Ottubru 2011, il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-UE se timponi aktar miżuri kontra r-reġim Sirjan sakemm ir-ripressjoni tal-popolazzjoni ċivili se titkompla.

(3)

Fid-dawl tas-serjetà tas-sitwazzjoni fis-Sirja, il-Kunsill iqis li jeħtieġ jiġu imposti miżuri restrittivi addizzjonali.

(4)

Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jissospendi l-ħruġ ta’ flus jew ħlas ieħor taħt jew f'konnessjoni ma' ftehimiet ta' self eżistenti mas-Sirja kif ukoll il-Kuntratti dwar Servizzi ta' Assistenza Teknika għal proġetti sovrani li qegħdin fis-Sirja.

(5)

Barra minn hekk, l-informazzjoni rigward persuna waħda fil-lista fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/273/PESK għandha tiġi aġġornata.

(6)

Id-Deċiżjoni 2011/273/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fid-Deċiżjoni 2011/273/PESK, qed jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 2e

Dan li ġej għandu jiġi pprojbit:

(a)

kwalunkwe ħruġ ta’ flus jew ħlas mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) taħt jew f'konnessjoni ma' kwalunkwe ftehim ta' self eżistenti, li daħħlu għalih, bejn is-Sirja u l-BEI;

(b)

il-kontinwazzjoni ta' kwalunkwe Kuntratt eżistenti dwar Servizz ta' Assistenza Teknika mill-BEI għal proġetti sovrani li qegħdin fis-Sirja.".

Artikolu 2

Fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/273/PESK, l-annotazzjoni għal Nizar AL-ASSAAD għandha tinbidel bl-annotazzjoni li tinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 121, 10.5.2011, p. 11.


ANNESS

Persuna msemmija fl-Artikolu 2

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Nizar Al-Assad

(Image)

Kuġin ta' Bashar Al-Assad; preċedentement kap tal-kumpannija "Nizar Oilfield Supplies".

Qrib ħafna ta' uffiċjali ewlenin tal-Gvern. Jiffinanzja lil Shabiha fir-reġjun ta' Latakia.

23.08.2011


15.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/55


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/736/PESK

tal-14 ta' Novembru 2011

li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-9 ta' Mejju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1).

(2)

Fit-23 ta' Ottubru 2011, il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-UE ser timponi aktar miżuri kontra r-reġim Sirjan sakemm tkompli r-ripressjoni tal-popolazzjoni ċivili.

(3)

Fid-dawl tas-serjetà tas-sitwazzjoni fis-Sirja, il-Kunsill iqis li huwa meħtieġ li jiġu imposti miżuri restrittivi addizzjonali.

(4)

Għandhom jiddaħħlu persuni addizzjonali fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/273/PESK.

(5)

Id-Deċiżjoni 2011/273/PESK għandha tiġi emendata skont il-każ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/273/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 121, 10.5.2011, p. 11.


ANNESS

Persuni msemmija fl-Artikolu 1

 

Kunjom

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Raġunijiet

Data ta' elenkar

1.

Maġġur Ġenerali Jumah Al-Ahmad

 

Kmandant tal-Forzi Speċjali. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra d-dimostranti madwar is-Sirja.

14.11.2011

2.

Kurunell Lu'ai al-Ali

 

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana, Fergħa ta' Dera'a. Responsabbli għall-vjolenza kontra d-dimostranti f'Dera'a.

14.11.2011

3.

Logutenent Ġenerali Ali Abdullah Ayyub

 

Kap Deputat tal-Persunal Ġenerali (Persunal u Forza tax-Xogħol). Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra dimostranti madwar is-Sirja.

14.11.2011

4.

Logutenent Ġenerali Jasim al-Furayj

 

Kap tal-Persunal Ġenerali. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra dimostranti madwar is-Sirja.

14.11.2011

5.

Ġeneral Aous (Aws) ASLAN

Imwieled fl-1958

Kap ta' battaljun fi ħdan il-Gwardja Repubblikana. Qarib ta' Maher al-ASSAD u tal-President al-ASSAD. Ipparteċipa fir-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili madwar it-territorju Sirjan.

14.11.2011

6.

Ġeneral Ghassan BELAL

 

Ġeneral Kmandant tal-uffiċċju riżervat tar-raba' diviżjoni. Kunsillier ta' Maher al-ASSAD u koordinatur tal-operazzjonijiet ta' sigurtà. Responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili madwar it-territorju Sirjan.

14.11.2011

7.

Abdullah BERRI

 

Jidderiġi l-milizzji tal-familja BERRI. Responsabbli għall-milizzji progovernattivi implikati fir-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili f'ALEP.

14.11.2011

8.

George CHAOUI

 

Membru tal-Armata elettronika Sirjana. Ipparteċipa fir-ripressjoni vjolenti u inkoraġġixxa l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili madwar it-territorju Sirjan.

14.11.2011

9.

Maġġur Ġenerali Zuhair Hamad

 

Kap Deputat tad-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza madwar is-Sirja u għall-intimidazzjoni u t-tortura ta' dimostranti.

14.11.2011

10.

Amar ISMAEL

 

Ċivil - Kap tal-Armata elettronika Sirjana (servizz ta' informazzjoni tal-forza tal-art). Ipparteċipa fir-ripressjoni vjolenti u inkoraġġixxa l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili madwar it-territorju Sirjan.

14.11.2011

11.

Mujahed ISMAIL

 

Membru tal-Armata elettronika Sirjana. Ipparteċipa fir-ripressjoni vjolenti u inkoraġġixxa l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili madwar it-territorju Sirjan.

14.11.2011

12.

Saqr KHAYR BEK

 

Deputat Ministru tal-intern. Responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

14.11.2011

13.

Maġġur Ġenerali Nazih

 

Direttur Deputat tad-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza madwar is-Sirja u għall-intimidazzjoni u t-tortura ta' dimostranti.

14.11.2011

14.

Kifah MOULHEM

 

Kmandant ta' battaljun fi ħdan ir-raba' diviżjoni. Responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili f'Deïr el-Zor.

14.11.2011

15.

Ġeneral Maġġur Wajih Mahmud

 

Kmandant tat-18-il Diviżjoni Armata. Responsabbli għall-vjolenza kontra d-dimostranti f'Homs

14.11.2011

16.

Bassam SABBAGH

Imwieled fl-24 ta' Awwissu 1959 f'Damas. Indirizz: Kasaa, Triq Anwar al Attar, bini al Midani, Damas. Passaport Sirjan no004326765 maħruġ fit-2.11.2008, validu sa Novembru 2014.

Imexxi l-kabinett Sabbagh u Associés (Damas), Avukat fil-Barreau de Paris. Kunsillier legali, finanzjarju u amministratur tal-affarijiet ta' Rami Makhlouf et de Khaldoun Makhlouf. Assoċjat ma' Bachar al-Assad fil-finanzjament ta' proġett ta' bini f'Lattaquié. Ipprovda appoġġ għall-finanzjament tar-reġim.

14.11.2011

17.

Ġeneral Luogotenent Tala Mustafa Tlass

 

Kap Deputat tal-Persunal Ġenerali (Loġistika u provvisti). Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra dimostranti madwar is-Sirja.

14.11.2011

18.

Maġġur Ġeneral Fu'ad Tawil

 

Kap Deputat tal-Forza tal-Ajru Sirjana Responsabbli għall-użu ta' vjolenza madwar is-Sirja u mill-intimidazzjoni u t-tortura ta' dimostranti.

14.11.2011


15.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/58


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Novembru 2011

li temenda r-Regolament intern tagħha

(2011/737/UE, Euratom)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 249 tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni 2010/138/UE, KEEA tal-24 ta’ Frar 2010 li temenda r-Regolament intern tagħha (1),

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni C(2011)8000 tas-27 ta' Ottubru 2011,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għandu jiżdied il-paragrafu (5) ġdid mal-Artikolu 12 tar-Regolament Intern tal-Kummissjoni, kif ġej:

"5.   Kull membru tal-Kummissjoni li jkun jixtieq jissospendi proċedura bil-miktub fil-qasam tal-kordinazzjoni u s-sorveljanza tal-politiki ekonomiċi u tal-baġit tal-Istati Membri, b'mod partikolari fiż-żona tal-Euro, għandu jindirizza talba motivata f'dan is-sens lill-President, liema talba għandha tindika espliċitament l-elementi tal-abbozz ta' deċiżjoni li tkun tirrigwarda, fuq il-bażi ta' evalwazzjoni imparzjali u oġġettiva tal-mument, tal-istruttura, tar-raġunament jew tar-riżultat tad-deċiżjoni proposta.

Jekk il-President iqis li din il-motivazzjoni ma tkunx fondata u jekk it-talba għal sospensjoni tinżamm, huwa jista' jiċħad is-sospensjoni u jiddeċiedi li l-proċedura bil-miktub titkompla; f'dan il-każ, is-Segretarju Ġenerali għandu jistaqsi lill-membri l-oħra tal-Kummissjoni għall-pożizzjoni tagħhom biex jiżgura li l-kworum stabbilit fl-Artikolu 250 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huwa rrispettat. Il-President jista' wkoll jinkludi l-punt, għall-finijiet tal-adozzjoni tiegħu, fl-aġenda tal-laqgħa li jkun imiss tal-Kummissjoni."

Artikolu 2

Għandu jiżdied il-paragrafu 5a ġdid mal-Artikolu 23 tar-Regolament Intern tal-Kummissjoni, kif ġej:

"5a.   Hija obbligatorja l-konsultazzjoni mad-Direttorat Ġenerali għall-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji fil-każ tal-inizjattivi kollha li jirrigwardaw jew li jkollhom impatt potenzjali fuq it-tkabbir, il-kompetittività jew l-istabbiltà ekonomika fl-Unjoni Ewropea jew fiż-żona tal-Euro."

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 55, 5.3.2010, p. 60.