ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.163.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 163

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
23 ta' Ġunju 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/361/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2010 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tas-Serbja f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet

1

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tas-Serbja f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet

2

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 602/2011 tal-20 ta’ Ġunju 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

8

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 603/2011 tal-20 ta’ Ġunju 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

10

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 604/2011 tal-20 ta’ Ġunju 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

12

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2011 tal-20 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fl-ilmijiet tan-NAFO 3M minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

14

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 606/2011 tal-20 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-redfish fl-ilmijiet tan-NAFO 3LN minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

16

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 607/2011 tat-22 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

18

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 608/2011 tat-22 ta’ Ġunju 2011 li jiddetermina safejn jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa matul ix-xahar ta' Ġunju 2011 għal ċerti prodotti tal-ħalib fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 2535/2001

20

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 609/2011 tat-22 ta’ Ġunju 2011 li jirtira s-sospensjoni tat-tressiq ta’ applikazzjonijiet ta’ ċerti liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti ta’ tariffi

22

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 610/2011 tat-22 ta’ Ġunju 2011 dwar l-allokazzjoni ta’ drittijiet tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 431/2008 għaċ-ċanga ffriżata

23

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/362/Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2011 dwar estensjoni tal-istatus ta’ Intrapriża Konġunta ta’ Hochtemperatur-Kernkraftwerk GmbH (HKG)

24

 

 

2011/363/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2011 li tawtorizza lir-Rumanija tintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

26

 

 

2011/364/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Settembru 2010 dwar l-għajnuna mill-Istat C 26/09 (ex N 289/09) li l-Latvja qed tippjana li timplimenta għar-ristrutturar ta’ AS Parex banka (notifikata bid-dokument numru C(2010) 6202)  ( 1 )

28

 

 

2011/365/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2006/197/KE rigward it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ għalf diġà eżistenti magħmul minn qamħirrun immodifikat ġenetikament tal-linja 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4159)  ( 1 )

52

 

 

2011/366/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2011 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum immodifikat ġenetikament MON 89034 x MON 88017 (MON-89Ø34-3xMON-88Ø17-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4164)  ( 1 )

55

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

23.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/361/PESK

tal-20 ta’ Diċembru 2010

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tas-Serbja f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 218, paragrafi 5 u 6 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“ir-RGħ”),

Billi:

(1)

Il-kondizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim li jistabbilixxi qafas għal tali parteċipazzjoni possibbli fil-ġejjieni, aktar milli dawk il-kondizzjonijiet jiġu definiti abbażi ta’ każ b’każ għal kull operazzjoni konċernata.

(2)

Wara l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill fis-26 ta’ April 2010 li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati, ġie nnegozjat,mir-RGħ, ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tas-Serbja f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet (“il-Ftehim”).

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tas-Serbja f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew il-persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SCHAUVLIEGE


TRADUZZJONI

FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tas-Serbja f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet

L-UNJONI EWROPEA,

minn naħa waħda, u

IR-REPUBBLIKA TAS-SERBJA

min-naħa l-oħra,

minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-“Partijiet”,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea (UE) tista’ tiddeċiedi li tieħu azzjoni fil-qasam għall-immaniġġar ta’ kriżijiet.

(2)

L-Unjoni Ewropea tiddeċiedi jekk Stati terzi jkunux mistiedna jipparteċipaw f’operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi. Ir-Repubblika tas-Serbja tista’ taċċetta l-istedina tal-Unjoni Ewropea u toffri l-kontribut tagħha. F’tali każ, l-Unjoni Ewropea tiddeċiedi dwar jekk taċċettax il-kontribut propost tar-Repubblika tas-Serbja.

(3)

Il-kondizzjonijiet rigward il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Serbja f’operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim li jistabbilixxi qafas għal tali parteċipazzjoni fil-ġejjieni, iktar milli jiġu definiti dawn il-kondizzjonijiet fuq bażi ta’ każ b’każ għal kull operazzjoni konċernata.

(4)

Tali ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tal-Unjoni Ewropea fit-teħid ta’ deċiżjonijiet, u ma għandux jippreġudika in-natura każ b’każ tad-deċiżjonijiet tar-Repubblika tas-Serbja li tipparteċipa f’operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi.

(5)

Tali ftehim għandu jindirizza biss operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet fil-futur u għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehim eżistenti, li jirregola l-parteċipazzjoni tar-Repubblika tas-Serbja f’operazzjoni, li tkun diġà nbdiet, tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi,

QABLU KIF ĠEJ:

TAQSIMA I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Deċiżjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni

1.   Wara d-deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea li tistieden lir-Repubblika tas-Serbja biex tipparteċipa f’operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi, u ladarba r-Repubblika tas-Serbja tkun iddeċidiet li tipparteċipa, ir-Repubblika tas-Serbja għandha tipprovdi informazzjoni dwar il-kontribut propost tagħha lill-Unjoni Ewropea.

2.   Il-valutazzjoni mill-Unjoni Ewropea tal-kontribut tar-Repubblika tat-Serbja għandha ssir b’konsultazzjoni mar-Repubblika tas-Serbja.

3.   L-Unjoni Ewropea għandha tipprovdi lir-Repubblika tas-Serbja b’indikazzjoni bikrija ta’ kontribut probabbli għall-ispejjeż komuni tal-operazzjoni mill-aktar fis possibbli bil-ħsieb li tgħin lir-Repubblika tas-Serbja fil-formulazzjoni tal-offerta tagħha.

4.   L-Unjoni Ewropea għandha tikkomunika r-riżultat ta’ din il-valutazzjoni lir-Repubblika tas-Serbja permezz ta’ ittra bil-ħsieb li tiżgura l-parteċipazzjoni tar-Repubblika tas-Serbja skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 2

Qafas

1.   Ir-Repubblika tas-Serbja għandha tassoċja ruħha mad-Deċiżjoni tal-Kunsill li biha l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiddeċiedi li l-UE twettaq l-operazzjoni għall-immaniġġar ta’ kriżijiet, u ma’ kwalunkwe deċiżjoni oħra li biha l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiddeċiedi li jestendi l-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u kwalunkwe arranġament implimentattiv meħtieġ.

2.   Il-kontribut tar-Repubblika tas-Serbja għal operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi ikun mingħajr ħsara għall-awtonomija tal-Unjoni Ewropea fit-teħid ta’ deċiżjonijiet.

Artikolu 3

Status ta’ persunal u forzi

1.   L-istatus ta’ persunal issekondat għal operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi u/jew tal-forzi kontribwiti lil operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi mir-Repubblika tas-Serbja għandhom jiġu regolati mill-ftehim dwar l-istatus tal-forzi/missjoni, jekk konkluż bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat jew Stati li fihom titwettaq l-operazzjoni.

2.   L-istatus ta’ persunal kontribwit għall-kwartieri ġenerali jew elementi ta’ kmand li jinstabu barra l-Istat jew Stati li fihom isseħħ l-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi għandu jiġi regolat minn arranġamenti bejn il-kwartieri ġenerali u l-elementi ta’ kmand konċernati u r-Repubblika tas-Serbja.

3.   Mingħajr ħsara għall-ftehim dwar l-istatus tal-forzi/missjoni msemmi fil-paragrafu 1, ir-Repubblika tas-Serbja għandha teżerċita ġurisdizzjoni fuq il-persunal tagħha li jipparteċipa fl-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi.

4.   Ir-Repubblika tas-Serbja għandha tkun responsabbli sabiex twieġeb għal kwalunkwe pretensjoni marbuta mal-parteċipazzjoni f’operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi, minn jew dwar kwalunkwe membru tal-persunal tagħha. Ir-Repubblika tas-Serbja għandha tkun responsabbli sabiex tressaq kwalunkwe azzjoni, b’mod partikolari legali jew dixxiplinarja, kontra kwalunkwe membru tal-persunal tagħha, skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħha.

5.   Ir-Repubblika tas-Serbja tintrabat li tagħmel dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja ta’ pretensjonijiet kontra kwalunkwe Stat li jipparteċipa f’operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi li fiha tipparteċipa r-Repubblika tas-Serbja, u li tagħmel dan meta tiffirma dan il-Ftehim.

6.   L-Unjoni Ewropea tintrabat li tiżgura li l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jagħmlu dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja ta’ drittijiet, għal kwalunkwe parteċipazzjoni futura tar-Repubblika tas-Serbja f’operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet, u li tagħmel dan meta tkun qed tiffirma dan il-Ftehim.

Artikolu 4

Informazzjoni klassifikata

1.   Ir-Repubblika tas-Serbja għandha tieħu miżuri adegwati sabiex tiżgura li l-informazzjoni klassifikata tal-UE tkun imħarsa skont ir-regolamenti ta’ sigurtà tal-Kunsill tal-UE, li jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (1), u skont gwida ulterjuri maħruġa minn awtoritajiet kompetenti, inkluż il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE dwar operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi jew il-Kap tal-Missjoni tal-UE dwar operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi.

2.   Fejn l-UE u r-Repubblika tas-Serbja jkunu kkonkludew ftehim dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata, id-dispożizzjonijiet ta’ tali ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest ta’ operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi.

TAQSIMA II

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR PARTEĊIPAZZJONI F’OPERAZZJONIJIET ĊIVILI GĦALL-IMMANIĠĠAR TA’ KRIŻIJIET

Artikolu 5

Persunal issekondat lil operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi

1.   Ir-Repubblika tas-Serbja għandha tiżgura li l-persunal tagħha ssekondat lil operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi jidħol għall-missjoni tiegħu b’mod konformi:

(a)

mad-Deċiżjoni tal-Kunsill u emendi sussegwenti kif imsemmija fl-Artikolu 2(1).

(b)

mal-Pjan tal-Operazzjoni;

(c)

mal-miżuri implementattivi.

2.   Ir-Repubblika tas-Serbja għandha tinforma fiż-żmien debitu lill-Kap tal-Missjoni tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Kunsill tal-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà bi kwalunkwe bidla fil-kontribut tagħha lill-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi.

3.   Il-persunal issekondat lill-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi għandu jiġi sottopost għal eżami mediku, vaċċinazzjoni u għandu jiġi ċertifikat b’mod mediku li huwa jinsab b’saħħtu għax-xogħol minn awtoritá kompetenti mir-Repubblika tas-Serbja. Il-persunal issekondat lill-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi għandu jipproduċi kopja ta’ din iċ-ċertifikazzjoni.

Artikolu 6

Linja ta’ kmand

1.   Il-persunal issekondat mir-Repubblika tas-Serbja għandu jwettaq id-doveri tiegħu u jġib ruħu bl-interessi tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi biss f’moħħu.

2.   Il-persunal kollu għandu jibqa’ taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tiegħu.

3.   L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-kontroll operattiv lill-Unjoni Ewropea.

4.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jieħu r-responsabbiltà u jeżerċita kmand u kontroll tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi fuq il-post.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jmexxi l-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi u jieħu f’idejh l-amministrazzjoni tagħha ta’ kuljum.

6.   Ir-Repubblika tas-Serbja għandha jkollha l-istess drittijiet u obbligi f’termini ta’ amministrazzjoni ta’ kuljum tal-operazzjoni bħall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li jkunu qegħdin jipparteċipaw fl-operazzjoni, skont l-istrumenti legali msemmija fl-Artikolu 2(1) ta’ dan il-Ftehim.

7.   Il-Kap tal-Missjoni tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinarju tal-persunal tal-operazzjoni ċivili ta’l-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi. Meta jkun meħtieġ, għandha tittieħed azzjoni dixxiplinarja mill-awtoritá nazzjonali konċernata.

8.   Għandu jiġi maħtur Punt ta’ Kuntatt tal-Kontinġent Nazzjonali (“PKN”) mir-Repubblika tas-Serbja sabiex jirrappreżenta l-kontinġent nazzjonali tiegħu fl-operazzjoni. Il-PKN għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi dwar materji nazzjonali u għandu jkun responsabbli għad-dixxiplina ta’ kuljum tal-kontinġent.

9.   Id-deċiżjoni li tintemm l-operazzjoni għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea, wara konsultazzjoni mar-Repubblika tas-Serbja jekk hija tkun għadha qed tikkontribwixxi lill-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi fid-data tat-terminazzjoni tal-operazzjoni.

Artikolu 7

Aspetti finanzjarji

1.   Ir-Repubblika tas-Serbja għandha tassumi l-ispejjeż kollha assoċjati mal-parteċipazzjoni tagħha fl-operazzjoni minbarra l-ispejjeż kurrenti, kif stabbilit fil-baġit operattiv tal-operazzjoni. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8.

2.   F’każ ta’ mewt, korriment, telf jew ħsara lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi mill-Istat(i) li fih(om) titwettaq l-operazzjoni, ir-Repubblika tas-Serbja għandha, ladarba r-responsabbiltá tagħha tkun ġiet stabbilita, tħallas kumpens skont il-kondizzjonijiet previsti fil-ftehim applikabbli dwar l-status tal-missjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1).

Artikolu 8

Kontribuzzjoni għall-baġit operattiv

1.   Ir-Repubblika tas-Serbja għandha tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-budget operattiv tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tar-Repubblika tas-Serbja lill-baġit operattiv għandha tiġi kkalkolata abbażi tal-formuli li ġejjin, skont liema tipproduċi l-inqas ammont:

(a)

is-sehem tal-ammont ta’ referenza li jikkorrispondi proporzjonalment għall-proporzjon tal-GNI (Dħul Nazzjonali Gross) tar-Repubblika tas-Serbja fit-total tal-GNIs tal-Istati kollha li jkunu qegħdin jikkontribwixxu għall-baġit operattiv tal-operazzjoni; jew

(b)

is-sehem tal-ammont ta’ referenza għall-baġit operattiv li jikkorrispondi proporzjonalment għall-proporzjon tan-numru tal-persunal tar-Repubblika tas-Serbja parteċipanti fl-operazzjoni għan-numru totali ta’ persunal tal-Istati kollha parteċipanti fl-operazzjoni.

3.   Minkejja l-paragrafi 1 u 2, ir-Repubblika tas-Serbja ma għandha tagħmel l-ebda kontribut għall-finanzjament ta’ għotjiet per diem imħallsa lill-persunal tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

4.   Minkejja l-paragrafu 1, l-Unjoni Ewropea għandha, fil-prinċipju, teżenta lir-Repubblika tas-Serbja minn kontributi finanzjarji għal operazzjoni ċivili partikolari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi meta:

(a)

l-Unjoni Ewropea tiddeċiedi li r-Repubblika tas-Serbja jipprovdi kontribut sinifikattiv li jkun essenzjali għall-operazzjoni; jew

(b)

ir-Repubblika tas-Serbja għandha GNI per capita li ma jaqbiżx dak ta’ kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

5.   Għandu jiġi ffirmat arranġament dwar il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tar-Repubblika tas-Serbja għall-baġit operattiv tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi, bejn il-Kap tal-Missjoni tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi u s-servizzi amministrattivi rilevanti tar-Repubblika tas-Serbja. Dak l-arranġament għandu jinkludi, inter alia, id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-ammont konċernat;

(b)

l-arranġamenti għall-ħlas tal-kontribut finanzjarju;

(c)

il-proċedura tal-verifika tal-kontijiet.

TAQSIMA III

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR PARTEĊIPAZZJONI F’OPERAZZJONIJIET MILITARI GĦALL-IMMANIĠĠAR TA’ KRIŻIJIET

Artikolu 9

Parteċipazzjoni f’operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi

1.   Ir-Repubblika tas-Serbja għandha tiżgura li l-forzi tagħha u l-persunal parteċipanti f’operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi jimpenjaw ruħhom fil-missjoni tagħhom f’konformità:

(a)

mad-Deċiżjoni tal-Kunsill u emendi sussegwenti kif imsemmija fl-Artikolu 2(1);

(b)

mal-Pjan tal-Operazzjoni;

(c)

mal-miżuri implementattivi.

2.   Il-persunal issekondat mir-Repubblika tas-Serbja għandu jwettaq id-doveri tiegħu u jġib ruħu bl-interessi tal-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi biss f’moħħu.

3.   Ir-Repubblika tas-Serja għandha tinforma lill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE fiż-żmien debitu bi kwalunkwe bidla fil-parteċipazzjoni tagħha fl-operazzjoni.

Artikolu 10

Linja ta’ kmand

1.   Il-forzi u l-persunal kollha parteċipanti fl-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi għandhom jibqgħu taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tagħhom.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-kmand Operattiv u Tattiku u/jew il-kontroll tal-forzi u tal-persunal tagħhom lill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE, li huwa intitolat li jiddelega l-awtorità tiegħu.

3.   Ir-Repubblika tas-Serbja għandha jkollha l-istess drittijiet u obbligi f’termini ta’ amministrazzjoni ta’ kuljum tal-operazzjoni bħall-Istati Membri parteċipanti tal-Unjoni Ewropea.

4.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE jista’, wara konsultazzjonijiet mar-Repubblika tas-Serbja, fi kwalunkwe ħin jitlob l-irtirar tal-kontribut tar-Repubblika tas-Serbja.

5.   Għandu jiġi maħtur rappreżentant Militari Anzjan (SMR) mir-Repubblika tas-Serbja sabiex jirrappreżenta l-kontinġent Serb fl-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi. L-SMR għandu jikkonsulta mal-Kmandant tal-Forza tal-UE dwar il-materji kollha li jolqtu l-operazzjoni u għandu jkun responsabbli għad-dixxiplina ta’ kuljum tal-kontinġent Serbjan.

Artikolu 11

Aspetti finanzjarji

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 12, ir-Repubblika tas-Serbja għandha tassumi l-ispejjeż kollha assoċjati mal-parteċipazzjoni tagħha fl-operazzjoni sakemm l-ispejjeż ma jkunux suġġetti għal finanzjament komuni kif previst fl-istrumenti legali msemmija fl-Artikolu 2(1), kif ukoll fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/975/PESK tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża (Athena) (2).

2.   F’każ ta’ mewt, korriment, telf jew ħsara lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi mill-Istat(i) li fih(om) titwettaq l-operazzjoni, ir-Repubblika tas-Serbja għandha, ladarba r-responsabbiltà tagħha tkun ġiet stabbilita, tħallas kumpens skont il-kondizzjonijiet previsti fil-ftehim applikabbli dwar l-status tal-missjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1).

Artikolu 12

Kontribut għall-ispejjeż komuni

1.   Ir-Repubblika tas-Serbja għandha tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tar-Repubblika tas-Serbja għall-ispejjeż komuni għandha tiġi kkalkolata abbażi ta’ waħda miż-żewġ formuli li ġejjin, skont liema tipproduċi l-inqas ammont:

(a)

is-sehem tal-ispejjeż komuni li jikkorrispondi proporzjonalment għall-proporzjon tal-GNI tar-Repubblika tas-Serbja fit-total tal-GNIs tal-Istati kollha li jkunu qegħdin jikkontribwixxu għall-ispejjeż komuni tal-operazzjoni; jew

(b)

is-sehem tal-ispejjeż komuni li jikkorrispondi proporzjonalment għall-proporzjon tan-numru tal-persunal mir-Repubblika tas-Serbja parteċipanti fl-operazzjoni għan-numru totali ta’ persunal tal-Istati kollha parteċipanti fl-operazzjoni.

Fejn tintuża l-formula taħt il-punt (b) tal-paragrafu 2 u r-Repubblika tas-Serbja tikkontribwixxi biss persunal għall-Operazzjoni jew għall-Kwartieri Ġenerali tal-Forza, il-proporzjon użat għandu jkun dak tal-persunal tagħha għal dak tan-numru totali tal-persunal rispettiv tal-kwartieri ġenerali. F’każijiet oħra, il-proporzjon għandu jkun dak tal-persunal kollu kontribwit mir-Repubblika tas-Serbja għal dak tal-persunal totali tal-operazzjoni.

3.   Minkejja l-paragrafu 1, l-Unjoni Ewropea għandha, fil-prinċipju, teżenta lir-Repubblika tas-Serbja minn kontributi finanzjarji lill-ispejjeż komuni ta’ operazzjoni militari partikolari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi meta:

(a)

l-Unjoni Ewropea tiddeċiedi li r-Repubblika tas-Serbja tipprovdi kontribut sinifikattiv għall-assi u/jew għall-kapaċitajiet li jkunu essenzjali għall-operazzjoni; jew

(b)

ir-Repubblika tas-Serbja għandha GNI per capita li ma jaqbiżx dak ta’ kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

4.   Għandu jiġi konkluż arranġament bejn l-Amministratur previst fid-Deċiżjoni 2008/975/PESK u l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti tar-Repubblika tas-Serbja. Dan l-arranġament għandu jinkludi dispożizzjonijiet inter alia dwar:

(a)

l-ammont konċernat;

(b)

l-arranġamenti għall-ħlas tal-kontribut finanzjarju;

(c)

il-proċedura tal-verifika tal-kontijiet.

TAQSIMA IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 13

Arranġamenti implimentattivi

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 8(5) u 12(4), kwalunkwe arranġament tekniku u amministrattiv meħtieġ għall-implementazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż bejn ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, u l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tas-Serbja.

Artikolu 14

Nonkonformità

Jekk waħda mill-Partijiet tonqos milli tikkonforma mal-obbligi tagħha skont dan il-Ftehim, il-Parti l-oħra għandu jkollha d-dritt li ttemm dan il-Ftehim billi tagħti avviż ta’ xahar.

Artikolu 15

Riżoluzzjoni ta’ disputi

Id-disputi li jikkonċernaw l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu riżolti b’mezzi diplomatiċi bejn il-Partijiet.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara li l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri interni meħtieġa għal dan il-għan.

2.   Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat b’mod provviżorju mid-data tal-firma.

3.   Dan il-Ftehim għandu jkun suġġett għal reviżjoni regolari.

4.   Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat abbażi ta’ ftehim reċiproku bil-miktub bejn il-Partijiet.

5.   Dan il-Ftehim jista’ jiġi ddenunzjat minn Parti waħda b’notifika bil-miktub ta’ denunzja mogħtija lill-Parti l-oħra. Tali denunzja għandha jkollha effett sitt xhur wara li l-Parti l-oħra tirċievi n-notifika.

Magħmul fi Belgrad, dan it-tmien jum ta’ Ġunju tas-sena 2011 duplikatament, bl-Ingliż.

Għall-Unjoni Ewropea

Għar-Repubblika tas-Serbja


(1)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1 (Ħarġa Speċjali bil-Malti: Kap 1, Vol 3, p. 263).

(2)  ĠU L 345, 23.12.2008, p. 96.

TEST GĦAD-DIKJARAZZJONIJIET

Test għall-Istati Membri tal-UE:

“L-Istati Membri tal-UE li japplikaw Deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE dwar operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi li fiha tipparteċipa r-Repubblika tas-Serbja, jagħmlu dak li jistgħu, safejn is-sistemi legali interni tagħhom jippermettu, sabiex jirrinunzjaw, safejn ikun possibbli, pretensjonijiet kontra r-Repubblika tas-Serbja għal korriment, mewt ta’ persunal tagħhom, jew ħsara lil, jew telf ta’, kwalunkwe assi li jkunu l-proprjetà tagħhom u użati mill-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi jekk tali korriment, mewt, ħsara jew telf:

kienu kkawżati minn persunal mir-Repubblika tas-Serbja fit-twettiq tad-doveri tiegħu marbuta mal-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi, ħlief fil-każ ta’ nuqqas serju ta’ diliġenza jew ta’ kondotta skorretta volontarja,

jew irriżultaw mill-użu ta’ kwalunkwe assi fil-proprjetà tar-Repubblika tas-Serbja, sakemm l-assi ġew użati b’konnessjoni mal-operazzjoni u ħlief f’każ ta’ nuqqas serju ta’ diliġenza jew ta’ kondotta skorretta volontarja ta’ persunal tal-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi mir-Repubblika tas-Serbja li kien qiegħed juża dawk l-assi.”.

Test għar-Repubblika tas-Serbja:

“Ir-Repubblika tas-Serbja waqt li tapplika Deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE dwar operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi tagħmel dak li tista’, safejn is-sistema legali interna tagħha hekk tippermetti, sabiex tirrinunzja, safejn ikun possibbli, għal pretensjonijiet kontra kwalunkwe Stat ieħor li jipparteċipa fl-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi għal korriment, mewt ta’ persunal tagħha, jew ħsara lil, jew telf ta’, kwalunkwe assi li jkunu proprjetà tagħha u użati mill-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi jekk tali korriment, mewt, ħsara jew telf:

kienu kkawżati mill-persunal fit-twettiq tad-doveri tiegħu b’konnessjoni mal-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi, ħlief fil-każ ta’ nuqqas serju ta’ diliġenza jew ta’ kondotta skorretta volontarja,

jew irriżultaw mill-użu ta’ kwalunkwe assi tal-Istati parteċipanti fl-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi, sakemm l-assi kienu użati b’konnessjoni mal-operazzjoni u ħlief fil-każ ta’ nuqqas serju ta’ diliġenza jew ta’ kondotta skorretta volontarja tal-persunal tal-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi li kien qiegħed juża dawk l-assi.”.


REGOLAMENTI

23.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 602/2011

tal-20 ta’ Ġunju 2011

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhix konformi ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott li jkun fih bolt b’washer miegħu, komma li tespandi u tissikka, u skorfina, kollha magħmula mill-azzar li ma jissaddadx.

Il-bolt ikollu ras essagonali, twil 55mm, bil-kamin madwaru kollu u b’saħħa tensili ta’ 490 MPa.

Il-komma li tissikka tkun twila 42 mm, b’dijametru estern ta' 10 mm meta ma tkunx fi stat ta’ espansjoni. Ma jkollhiex kamin.

Il-prodotti jintuża biex jitwaħħlu oġġetti ma’ sustanza iebsa, bħal ma hu ħajt tal-konkos, billi l-ewwel nett tiddaħħal il-komma li tissikka, bl-iskorfina fiha, f’toqba mħaffra minn qabel, u mbagħad jiddaħħal u jiġi ssikkat il-bolt. Hekk kif il-bolt jiġi ssikkat, l-iskorfina tinġibed lejn ras il-bolt b’mod li l-komma li tissikka tespandi, u l-oġġett jeħel b'mod b'saħħtu mas-sustanza iebsa.

7318 19 00

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali (GIR) 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 7318  u 7318 19 00 .

Il-prodott mhux oġġetti kompożiti skont it-tifsira ta’ GIR 3 (b) peress li l-elementi individwali flimkien jikkostitwixxu prodott wieħed individwali, bolt li jespandi. Il-klassifikazzjoni skont l-element li jagħti lill-prodott il-karattru essenzjali tiegħu hija għalhekk eskluża.

Il-klassifikazzjoni skont is-sottointestatura 7318 15 bħala bolt, sew jekk bl-iskorfini u l-washers tiegħu jew le, hija eskluża, peress li l-komma li żżomm fil-post hija prodott li la hu skorfina u lanqas washer.

Meta wieħed iqis il-karatteristiċi tiegħu, il-prodott għalhekk għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 7318 19 00 bħala oġġetti oħra bil-kamin.


23.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 603/2011

tal-20 ta’ Ġunju 2011

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe suddiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffa u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Hu f'loku li jkun ipprovdut li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhix konformi ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Artiklu ddisinjat speċifikament biex jiġi immuntat fit-tagħmir ta' sinjalar ta’ mudell speċifiku ta’ vettura bil-mutur.

L-artiklu għandu l-forma ta' żewġ montaturi ta’ ċirkwiti stampati u interkonnessi, u kull wieħed minnhom fih komponenti passivi (kapasiters u reżisters) u komponenti attivi (diodi, diodi li jemettu d-dawl (LEDs), tranżisters u ċirkwit integrat). Montatura minnhom hi mgħammra b’interfaċċja biex titqabbad mas-sistema tad-dawl mal-vettura b’mutur.

L-LEDs jipprovdu l-effett ta’ sinjalazzjoni.

 (*) Ara l-istampa.

8512 90 90

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 2(b) tat-Taqsima XVI u tal-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8512 , 8512 90  u 8512 90 90 .

Minħabba li l-artiklu jikkonsisti f’montaturi ta’ ċirkwiti stampati (ara n-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-NM tas-sottointestatura 8443 99 10 li tkopri l-montaturi elettroniċi), ma jissodisfax il-kundizzjonijiet tal-materjali semikondutturi u taċ-ċirkwiti integrati elettroniċi (ara n-Nota 8 tal-Kapitlu 85). Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestaturi 8541  u 8542 hija eskluża.

Minħabba li l-artiklu mhux komplut iżda ddisinjat speċifikament biex jintuża, flimkien ma’ komponenti oħra bħal-lenti, fit-tagħmir ta' sinjalazzjoni ta' vettura b'mutur, il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi tan-NM 8512 20 00 hi eskluża.

L-artiklu għandu għalhekk jiġi kklassifikat bħala parti mid-dawl elettriku jew tagħmir ta’ sinjalazzjoni tat-tip użat għall-vetturi b’magna taħt il-kodiċi tan-NM 8512 90 90 .

Image

(*)  L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.


23.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 604/2011

tal-20 ta’ Ġunju 2011

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura statistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe suddiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffa u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhix konformi ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Kontenitur ċilindriku magħmul mill-azzar, b'tul ta' madwar 30 ċm u dijametru ta' madwar 3 ċm (hekk imsejjaħ “airbag inflator”).

It-tagħmir jikkonsisti minn pinnijiet ta' kuntatt elettriku, detonatur, kumpartiment b'ġeneratur pirotekniku, kumpartiment b'taħlita ta' gassijiet, filtri u żennuna biex minnha joħroġ il-gass.

It-taħlita tal-gassijiet hija magħmula minn ossidu nitriku, argon u elju.

Meta sinjal elettriku mis-sistema tas-sensur tal-vettura bil-mutur jattiva d-detonatur, jibda proċess li matulu l-ġenerant pirotekniku jinħaraq u b'riżultat ta' dan il-gassijiet jisħnu u joħolqu pressjoni għolja. Sussegwentement, il-gassijiet joħorġu miż-żennuna, u jimlew l-airbag.

It-tagħmir huwa diżinjat biex jiġi inkorporat fis-sistema ta' sigurtà tal-airbag ta' vettura bil-mutur.

8708 95 99

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali nri 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-Nota 3 sas-Sezzjoni XVII u mid-diċitura tal-kodiċijiet tan-NM bin-numri 8708 , 8708 95  u 8708 95 99 .

Il-funzjoni ta' dan it-tagħmir hija li timla l-airbag bil-gassijiet u mhux li tipproduċi effetti pirotekniċi fis-sens tal-Kapitolu 36. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3604 hija eskluża.

“Ġeneraturi li jipproduċu l-gass” huma oġġetti li jipproduċu gass fjuwil magħmul mill-kokk, antraċiti jew materjali oħra tal-karbonju. Il-proċess li jiġi prodott gass b'riżultat ta' reazzjonijiet kimiċi mgħaġġla (splużjonijiet) ta' materjali pirotekniċi mhux kopert bl-intestatura 8405 . Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni tal-“airbag inflator“ taħt l-intestatura 8405 hija eskluża. (Ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 8405 (A), (B)).

Minħabba li t-tagħmir huwa parti minn airbag tas-sigurtà b'sistema ta' minfaħ (ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għal intestatura 8708 (O)), għandu għalhekk jiġi klassifikat taħt il-kodiċi NM 8708 95 99 .

2.

Kontenitur ċilindriku magħmul mill-azzar, b'tul ta' madwar 21 ċm u dijametru ta' madwar 5 ċm (hekk imsejjaħ “airbag inflator”).

It-tagħmir jikkonsisti minn pinnijiet ta' kuntatt elettriku, detonatur, kumpartiment b'ġeneratur pirotekniku, kumpartiment ta' espansjoni, filtri u żennuna biex minnha joħroġ il-gass.

Meta sinjal elettriku mis-sistema tas-sensur tal-vettura bil-mutur jattiva d-detonatur, jibda proċess li matulu l-ġenerant pirotekniku jinħaraq u b'riżultat ta' dan il-kumpartiment ta' espansjoni jimtela bil-gassijiet u tinħoloq pressjoni għolja. Sussegwentement, il-gassijiet joħorġu miż-żennuna, u jimlew l-airbag.

It-tagħmir huwa diżinjat biex jiġi inkorporat fis-sistema ta' sigurtà tal-airbag ta' vettura bil-mutur.

8708 95 99

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali nri 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-Nota 3 sas-Sezzjoni XVII u mid-diċitura tal-kodiċijiet tan-NM bin-numri 8708 , 8708 95  u 8708 95 99 .

Il-funzjoni ta' dan it-tagħmir hija li timla l-airbag bil-gassijiet u mhux li tipproduċi effetti pirotekniċi fis-sens tal-Kapitolu 36. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3604 hija eskluża.

“Ġeneraturi li jipproduċu l-gass” huma oġġetti li jipproduċu gass fjuwil magħmul mill-kokk, antraċiti jew materjali oħra tal-karbonju. Il-proċess li jiġi prodott gass b'riżultat ta' reazzjonijiet kimiċi mgħaġġla (splużjonijiet) ta' materjali pirotekniċi mhux kopert bl-intestatura 8405 . Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni tal-“airbag inflator” taħt l-intestatura 8405 hija eskluża. (Ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 8405 (A), (B)).

Minħabba li t-tagħmir huwa parti minn airbag tas-sigurtà b'sistema ta' minfaħ (ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għal intestatura 8708 (O)), għandu għalhekk jiġi klassifikat taħt il-kodiċi NM 8708 95 99 .


23.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 605/2011

tal-20 ta’ Ġunju 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fl-ilmijiet tan-NAFO 3M minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE (2) u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE, jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd tal-2011 għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament u allokata lill-Istat Membru msemmi fih għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.1.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

16/T&Q

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk

COD/N3M.

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

NAFO 3M

Data

24.5.2011


23.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 606/2011

tal-20 ta’ Ġunju 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-redfish fl-ilmijiet tan-NAFO 3LN minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE (2) u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE, jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd tal-2011 għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament u allokata lill-Istat Membru msemmi fih għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.01.2011, p. 1


ANNESS

Nru

17/T&Q

Stat membru

Il-Ġermanja

Stokk

RED/N3LN.

Speċi

Redfish (Sebastes spp.)

Żona

NAFO 3LN

Data

24.5.2011


23.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 607/2011

tat-22 ta’ Ġunju 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) [Traduzzjoni mhux uffiċjali], u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Ġunju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

57,8

MK

54,8

TR

55,0

ZZ

55,9

0707 00 05

TR

95,0

ZZ

95,0

0709 90 70

TR

117,7

ZZ

117,7

0805 50 10

AR

75,4

BR

40,6

TR

65,0

UY

65,6

ZA

85,9

ZZ

66,5

0808 10 80

AR

123,2

BR

76,1

CL

90,5

CN

95,4

NZ

142,3

UY

58,7

ZA

93,4

ZZ

97,1

0809 10 00

TR

283,9

ZZ

283,9

0809 20 95

TR

366,8

XS

382,4

ZZ

374,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


23.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/20


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 608/2011

tat-22 ta’ Ġunju 2011

li jiddetermina safejn jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa matul ix-xahar ta' Ġunju 2011 għal ċerti prodotti tal-ħalib fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 2535/2001

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti agrikoli soġġetti għal sistema ta’ ċertifikati tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa bejn l-1 u l-10 ta' Ġunju 2011 għal ċerti kwoti tariffarji msemmija fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta’ Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (3), jirrigwardaw kwantitajiet ogħla minn dawk disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat kemm jistgħu jinħarġu liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġu ffissati l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti tal-kwoti tariffarji msemmija fit-taqsimiet I.A, I.F, I.H, I.I, u I.J tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2353/2001, imressqa matul il-perjodu bejn l-1 u l-10 ta' Ġunju 2011 jagħtu lok għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-kwantitajiet mitluba, bil-koeffiċjenti tal-allokazzjoni ffissati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Ġunju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29.


ANNESS

I.A

Numru tal-kwota tariffarja

Koeffiċjent tal-allokazzjoni

09.4590

09.4599

09.4591

09.4592

09.4593

09.4594

09.4595

10,484082  %

09.4596

100  %

“—”: Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

I.F

Prodotti li joriġinaw mill-Iżvizzera

Numru tal-kwota tariffarja

Koeffiċjent tal-allokazzjoni

09.4155

48,007681  %

I.H

Prodotti li joriġinaw min-Norveġja

Numru tal-kwota tariffarja

Koeffiċjent tal-allokazzjoni

09.4179

100  %

I.I

Prodotti li joriġinaw mill-Iżlanda

Numru tal-kwota tariffarja

Koeffiċjent tal-allokazzjoni

09.4205

100  %

09.4206

100  %

I.J

Prodotti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Moldova

Numru tal-kwota tariffarja

Koeffiċjent tal-allokazzjoni

09.4210

“—”: Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.


23.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/22


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 609/2011

tat-22 ta’ Ġunju 2011

li jirtira s-sospensjoni tat-tressiq ta’ applikazzjonijiet ta’ ċerti liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti ta’ tariffi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (‘ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS’) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi Komunitarji fis-settur taz-zokkor (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

It-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni li jikkonċernaw in-numru/i tal-ordni 09.4318 ġew sospiżi mill-20 ta’ Jannar 2011 bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 42/2011 li jissospendi t-tressiq ta' applikazzjonijiet għal liċenzji ta' importazzjoni għall-prodotti fis-settur taz-zokkor li jaqgħu taħt ċerti kwoti tariffarji (3), skont ir-Regolament (KE) Nru 891/2009.

(2)

Wara n-notifiki dwar liċenzji mhux użati u/jew użati parzjalment, saru disponibbli mill-ġdid kwantitajiet għal dak in-numru tal-ordni. Is-sospensjoni tal-applikazzjonijiet għandha għalhekk tiġi rtirata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sospensjoni stipulata bir-Regolament (UE) Nru 42/2011 tat-tressiq ta’ appplikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għan-numru/i tal-ordni 09.4318 mill-20 ta’ Jannar 2011 qed tiġi irtirata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2011, p. 10.


23.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/23


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 610/2011

tat-22 ta’ Ġunju 2011

dwar l-allokazzjoni ta’ drittijiet tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 431/2008 għaċ-ċanga ffriżata

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 431/2008 tad-19 ta’ Mejju 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ta’ laħam iffriżat tal-annimali bovini koperti mill-kodiċi NM 0202 u l-prodotti koperti mill-kodiċi NM 0206 29 91 (3) fetaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur taċ-ċanga.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jinħarġu liċenzji ta’ l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet li għalihom saru l-applikazzjonijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni relatati mal-kwota tariffarja bin-numru tas-serje 09.4003 u mressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012 skont ir-Regolament (KE) Nru 431/2008 għandhom jingħataw b’koeffiċjent ta’ allokazzjoni ta’ 28,953811 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Ġunju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 130, 20.5.2008, p. 3.


DEĊIŻJONIJIET

23.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/24


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Ġunju 2011

dwar estensjoni tal-istatus ta’ Intrapriża Konġunta ta’ Hochtemperatur-Kernkraftwerk GmbH (HKG)

(2011/362/Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 49 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 74/295/Euratom (1), il-Kunsill stabbilixxa lil Hochtemperatur-Kernkraftwerk GmbH (“HKG”) bħala intrapriża konġunta għal perjodu ta’ 25 sena mill-1 ta’ Jannar 1974.

(2)

L-għanijiet ta’ HKG kienu li tibni, tgħammar u topera impjant tal-enerġija nukleari b’kapaċità ta’ madwar 300 MWe f’Uentrop (id-distrett ta’ Unna) fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

(3)

Wara li ħadem mill-1987 sal-1988, l-impjant tal-enerġija nukleari fl-aħħar ingħalaq fl-1 ta’ Settembru 1989 minħabba diffikultajiet tekniċi u ekonomiċi.

(4)

Mill-1 ta’ Settembru 1989, l-għanijiet ta’ HKG kienu li timplimenta programm għad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari sal-istadju taż-żona magħluqa sikura u, sussegwentement, li twettaq programm għas-sorveljanza tal-installazzjonijiet nukleari mdawrin biż-żona magħluqa.

(5)

Fid-Deċiżjoni 92/547/Euratom tiegħu tas-16 ta’ Novembru 1992 li estendiet l-istatus ta’ “Kernkraftwerk Lingen GmbH” bħala intrapriża konġunta (2), il-Kunsill irrikonoxxa li ma kien hemm l-ebda proġett ekwivalenti għal dawn il-programmi fil-Komunità, li l-implimentazzjoni tagħhom kienet importanti u li huma kienu qed jipprovdu esperjenza utli għall-industrija nukleari u għall-iżvilupp futur tal-enerġija nukleari fil-Komunità.

(6)

Sabiex tilħaq l-għan tagħha, HKG talbet l-estensjoni għall-istatus ta’ Intrapriża Konġunta tagħha b’effett mill-1 ta’ Jannar 1999.

(7)

Bid-Deċiżjoni 2002/355/Euratom (3), il-Kunsill estenda l-istatus ta’ HKG bħala intrapriża konġunta sal-31 ta’ Diċembru 2009 sabiex HKG tkun tista’ tikkompleta l-programmi ta’ dekummissjonar u ta’ sorveljanza tagħha, b’mod partikolari bit-tħaffif tal-piż finanzjarju.

(8)

Il-perjodu ta’ estensjoni kien jikkorrispondi għat-tul tal-arranġamenti konklużi bejn ir-Repubblika Federali Ġermaniża, il-Land tan-North Rhine-Westphalia, HKG u l-membri tagħha għall-finanzjament tal-attivitajiet ta’ HKG.

(9)

B’ittra tas-26 ta’ April 2010, HKG talbet għal estensjoni oħra għall-istatus ta’ Intrapriża Konġunta għal 25 sena oħra sabiex tilħaq l-objettivi tagħha.

(10)

Permezz tal-estensjoni tal-istatus ta’ Intrapriża Konġunta tagħha, HKG għandha tkun tista’ tikkompleta l-programmi ta’ dekummissjonar u ta’ sorveljanza tagħha, b’mod partikolari bit-tħaffif tal-piż finanzjarju.

(11)

L-arranġamenti konklużi bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-Land tan-North Rhine-Westphalia, HKG u l-membri tagħha għall-finanzjament tal-attivitajiet ta’ HKG japplikaw biss għal perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2017.

(12)

Għaldaqstant l-istatus ta’ Intrapriża Konġunta ta’ HKG għandu jiġi estiż għall-istess perjodu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-istatus ta’ Intrapriża Konġunta, fit-tifsira tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, mogħti lil Hochtemperatur-Kernkraftwerk GmbH (HKG) b’dan qed jiġi estiż għal tmien snin b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010.

2.   L-għanijiet ta’ HKG għandhom ikunu li timplimenta programm għad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari li jinsab f’Uentrop (id-distrett ta’ Unna) fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, sal-fażi taż-żona magħluqa sikura u, sussegwentement, li twettaq programm għas-sorveljanza tal-installazzjonijiet nukleari mdawrin biż-żona magħluqa.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lil HKG.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

CZOMBA S.


(1)  ĠU L 165, 20.6.1974, p. 7.

(2)  ĠU L 352, 2.12.1992, p. 9.

(3)  ĠU L 123, 9.5.2002, p. 53.


23.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/26


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Ġunju 2011

li tawtorizza lir-Rumanija tintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

(2011/363/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz ta’ ittri li ġew irreġistrati għand il-Kummissjoni fl-4 ta’ Novembru 2009, fit-2 ta’ Lulju 2010, fis-26 ta’ Lulju 2010 u fl-20 ta’ Diċembru 2010, ir-Rumanija talbet l-awtorizzazzjoni, għal periodu ta’ sentejn, biex tkun tista’ tiddikjara bħala soġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) lill-persuni taxxabbli li lilhom isiru fornimenti ta’ ċerti ċereali u ta’ żerriegħa taż-żejt, b’deroga mill-Artikollu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE. Hija stqarret li mhux ser titlob tiġdid ta’ din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Il-Kummissjoni ttrażmettiet it-talba li ġiet ippreżentata mir-Rumanija lill-Istati Membri l-oħra permezz ta’ ittra tal-15 ta’ Marzu 2011. Permezz ta’ ittra tat-22 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni infurmat lir-Rumanija li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-informazzjoni kollha li tqis utli biex tkun tista’ tevalwa t-talbiet.

(3)

Ir-Rumanija skopriet każijiet ta’ frodi fiskali fil-kummerċ ta’ ċerti prodotti agrikoli mhux ipproċessati, ċereali u żerriegħa taż-żejt. Xi operaturi ma jħallsux il-VAT lit-Teżor wara li jkunu wasslu l-prodotti tagħhom, speċjalment jekk ikunu akkwistawhom mingħajr il-ħlas ta’ taxxa fuq ix-xiri. Il-klijenti tagħhom, sakemm ikollhom f’idejhom riċevuta valida, jibqagħlhom id-dritt madanakollu li titnaqqsilhom il-VAT.

(4)

Li jiġi ddikjarat li l-persuna taxxabbli li lilha jsir il-forniment tal-oġġetti hija dik responsabbli għall-VAT minflok il-fornitur tkun miżura temporanja ta’ emerġenza li twassal għat-tmien ta’ din il-forma ta’ evażjoni. L-applikazzjoni ta’ dik il-miżura speċjali għal sentejn għandha tagħti żmien biżżejjed lir-Rumanija biex tintroduċi fis-settur agrikolu miżuri definittivi li jkunu kompatibbli mad-Direttiva 2006/112/KE li jipprevenu u jiġġieldu din il-forma ta’ evażjoni.

(5)

Sabiex l-attività frawdulenti ma tiġix trasferita għall-istadju ta’ pproċessar ta’ oġġetti tal-ikel jew dawk industrijali, jew għal prodotti oħra, ir-Rumanija għandha tintroduċi fl-istess ħin miżuri xierqa ta’ dikjarazzjoni u ta’ kontroll u tinnotifika lill-Kummissjoni bihom.

(6)

Sabiex tiżgura li l-miżura speċjali tapplika biss għal prodotti agrikoli mhux ipproċessati u li l-persuni taxxabbli kkonċernati ma jeħlux spejjez amministrattivi sproporzjonati jew li ma jħabbtux wiċċhom ma’ xi riskju fejn tidħol iċ-ċertezza legali, l-oġġetti koperti mill-miżura speċjali għandhom jiġu ddeterminati billi tintuża n-nomenklatura magħquda stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (2).

(7)

Il-miżura speċjali hija ġustifikata u proporzjonali għall-għanijiet mixtieqa. Hija stabbilita għal perijodu partikolari u tikkonċerna biss ċerti prodotti identifikati b’mod preċiż li normalment ma jaslux għand il-konsumaturi finali fl-istat mhux maħdum tagħhom u li kienu s-suġġett ta’ attivitajiet ta’ evażjoni fiskali li kkawżaw telf sostanzjali ta’ introjtu mill-VAT. Fid-dawl tal-portata ta’ dan l-introjtu fiskali mitluf, il-miżura għandha tiġi adottata kemm jista’ jkun malajr.

(8)

Il-miżura speċjali ma taffettwax l-ammont globali ta’ introjtu mill-VAT tar-Rumanija miġbur fl-istadju tal-konsum finali u ma jkollha l-ebda effett negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jkunu ġejjin mill-VAT,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-Rumanija hija b’dan awtorizzata li tiddikjara bħala l-persuna responsabbli biex tħallas il-VAT il-peruna taxxabbli li lilha jsiru fornimenti tal-oġġetti li ġejjin, kif elenkati fin-nomenklatura magħquda stabbilita bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87:

Kodiċi NM

Prodott

1001 10 00

Qamħ durum

1001 90 10

Spelt għaż-żrigħ

ex 1001 90 91

Qamħ għaż-żrigħ

ex 1001 90 99

Spelt u qamħ ieħor, mhux għaż-żrigħ

1002 00 00

Segala

1003 00

Xgħir

1005

Qamħirrun

1201 00

Sojja, imkissra jew le

1205

Lift jew żerriegħa tal-kolza, imkissra jew le

1206 00

Żerriegħa tal-ġirasol, imkissra jew le

1212 91

Pitravi

Artikolu 2

L-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 1 hija soġġetta għall-kondizzjoni li r-Rumanija ddaħħal obbligi ta’ dikjarazzjoni u miżuri ta’ kontroll xierqa u effettivi fir-rigward tal-persuni taxxabbli li jfornu l-prodotti li għalihom tapplika dik l-awtorizzazzjoni.

Ir-Rumanija għandha tgħarraf lill-Kummissjoni bl-introduzzjoni tal-obbligi u l-miżuri msemmija fl-ewwel paragrafu.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fid-data tan-notifika tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Ġunju 2011 sal-31 ta’ Mejju 2013.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MATOLCSY Gy.


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.


23.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Settembru 2010

dwar l-għajnuna mill-Istat C 26/09 (ex N 289/09) li l-Latvja qed tippjana li timplimenta għar-ristrutturar ta’ AS Parex banka

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 6202)

(Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/364/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1) (a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (1),

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fl-10 ta’ Novembru 2008 l-Latvja nnotifikat lill-Kummissjoni b’pakkett ta’ miżuri favur AS Parex banka (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Parex banka”), imfassal biex jappoġġja l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, li ġie approvat fl-24 ta’ Novembru (2) (2008 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “l-ewwel Deċiżjoni ta’ salvataġġ”) ibbażat fuq l-impenn tal-Latvja biex tippreżenta pjan ta’ ristrutturar għal Parex banka fi żmien sitt xhur. Fis-26 ta’ Jannar 2009, il-Latvja infurmat lill-Kummissjoni dwar diversi bidliet fil-miżuri ta’ appoġġ pubbliku għal Parex banka. Dawk il-bidliet kienu ġew approvati fil-11 ta’ Frar 2009 (3) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “it-tieni Deċiżjoni ta’ salvataġġ”). Fid-29 ta’ Marzu 2009, il-Latvja nnotifikat lill-Kummissjoni l-ħtieġa għal aktar bidliet fil-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni. Dawk il-bidliet kienu ġew approvati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Mejju 2009 (4) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “it-tielet Deċiżjoni ta’ salvataġġ”).

(2)

Fil-11 ta’ Mejju 2009, il-Latvja nnotifikat pjan ta’ ristrutturar għal Parex banka. Fil-5 ta’ Ġunju 2009 intbagħtet talba għal informazzjoni lill-awtoritajiet Latvjani. Fit-15 ta’ Ġunju 2009 saret laqgħa bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Latvjani. Il-Latvja rrispondiet b’mod parzjali għal dik it-talba għal informazzjoni b’ittra tas-7 ta’ Lulju 2009.

(3)

Permezz ta’ ittra tad-29 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni infurmat lil-Latvja li ddeċidiet li tagħti bidu għal proċedura skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE (5) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa d-“Deċiżjoni tal-ftuħ”) fir-rigward tal-miżuri ta’ għajnuna għar-ristrutturar.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-ftuħ ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ Ottubru 2009 u l-partijiet interessati ġew mistiedna biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom rigward il-miżuri ta’ għajnuna għar-ristrutturar li ġew proposti fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kummenti mill-partijiet interessati. Madankollu, wara l-iskadenza tat-terminu previst, il-Kummissjoni rċeviet ittri datati 15 ta’ Ġunju u 13 ta’ Lulju 2010 mingħand Valerijs Kargins u Viktors Krasovickis, l-azzjonisti li qabel kellhom maġġoranza ta’ Parex banka (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-“azzjonisti li qabel kellhom maġġoranza”). Barra minn hekk, il-Kummissjoni rċeviet ittri mingħand membri tal-Parlament Latvjan datati 22 ta’ Ġunju u 1 ta’ Lulju 2010.

(5)

B’ittra tat-12 ta’ Awwissu 2009, l-awtoritajiet Latvjani talbu li l-iskadenza għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni addizzjonali stabbilita fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tiġi estiża sal-15 ta’ Ottubru 2009. Fl-4 ta’ Settembru 2009 ippreżentaw pjan rivedut ta’ ristrutturar għal Parex banka, flimkien ma’ informazzjoni addizzjonali bħala risposta għad-Deċiżjoni tal-ftuħ. Il-pjan ta’ ristrutturar kien ġie aġġornat għal darb’oħra fit-22 ta’ Settembru 2009, u ġiet ipprovduta informazzjoni addizzjonali. Fil-11 u s-17 ta’ Settembru 2009 saru laqgħat bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Latvjani.

(6)

Barra minn hekk, il-Latvja pprovdiet aktar informazzjoni u kjarifiki fil-11 ta’ Settembru, fis-6 u s-26 ta’ Ottubru, fid-9 u fit-23 ta’ Diċembru 2009, u fid-19 ta’ Frar u t-2 ta’ Marzu 2010.

(7)

Fit-12 u s-26 ta’ Ottubru 2009, il-Latvja pprovdiet informazzjoni dwar tibdil possibbli fl-istrateġija ta’ ristrutturar għal Parex banka. Fit-22 ta’ Marzu 2010 saret laqgħa bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Latvjani. B’ittra tal-31 ta’ Marzu 2010, il-Latvja ppreżentat verżjoni ġdida tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ Parex banka datata 31 ta’ Marzu 2010, li aktar tard ġiet issupplimentata bi preżentazzjonijiet tal-14 ta’ Mejju, 9, 12, 17 u 21 ta’ Ġunju 2010.

(8)

Il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni fl-10 ta’ Mejju 2010. Il-Latvja wieġbet b’ittra tas-7 ta’ Lulju 2010. Ma’ din l-ittra l-Latvja ppreżentat wkoll verżjoni aġġornata tal-pjan ta’ ristrutturar tal-31 ta’ Marzu 2010. Il-pjan ta’ ristrutturar ġie sussegwentement emendat fit-18 u s-27 ta’ Awwissu 2010 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“pjan ta’ ristrutturar finali”).

(9)

B’ittra tat-2, it-18 u s-27 ta’ Awwissu u tat-2 ta’ Settembru 2010 l-Latvja pprovdiet kjarifiki addizzjonali rigward l-impenji li għandhom jitwettqu. Fit-3 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni rċeviet lista finali ta’ impenji.

(10)

Fit-2 ta’ Settembru 2010, l-awtoritajiet Latvjani infurmaw lill-Kummissjoni li huma aċċettaw b’mod eċċezzjonali li din id-Deċiżjoni tiġi adottata fil-lingwa Ingliża.

2.   DESKRIZZJONI

2.1.   IL-BENEFIĊJARJU U D-DIFFIKULTAJIET TIEGĦU

(11)

Parex banka kien it-tieni l-akbar bank fil-Latvja, b’assi totali ta’ LVL 3.4 biljun (EUR 4.9 biljun) sal-31 ta’ Diċembru 2008. Fl-aħħar tal-2007, qabel il-kriżi, il-bank kellu l-akbar sehem (18 %) mis-suq tad-depożiti fil-pajjiż u t-tielet l-akbar sehem (12 %) mis-suq tas-self. (6) Għalhekk, kien jitqies mill-awtoritajiet Latvjani bħala li kellu importanza sistemika għas-sistema finanzjarja.

(12)

Parex banka kien joffri firxa wiesgħa ta’ prodotti bankarji kemm direttament kif ukoll permezz ta’ sussidjarji speċjalizzati, inkluż self, servizzi ta’ kards ta’ pagament, kiri fit-tul, il-ġestjoni ta’ assi u senserija ta’ titoli. Minbarra l-operazzjonijiet bankarji Latvjani tiegħu stess, Parex banka kien jopera sussidjarja bankarja fil-Litwanja u fl-Isvizzera (AP Anlage & Privatbank AG) u fergħat fl-Estonja, l-Isvezja u l-Ġermanja, kumpanija pan-Baltika ta’ ġestjoni tal-assi u diversi kumpaniji ta’ kiri fit-tul li joperaw fil-Komunità ta’ Stati Indipendenti (minn hawn ‘il quddiem imsejħa s-“KSI”).

(13)

Parex banka twaqqaf fl-1992 u l-maġġoranza tal-ishma tiegħu kienu miżmuma minn żewġ individwi li qabel l-intervent tal-Istat kellhom 84.83 % tal-kapital azzjonarju tal-bank. Bħala riżultat tal-problemi li kien qed jiffaċċja, Parex banka kien ġie parzjalment nazzjonalizzat permezz tal-kisba tal-proprjetà sħiħa tal-azzjonisti li qabel kellhom maġġoranza għal prezz totali simboliku ta’ LVL 2 (madwar EUR 3) (7). F’April tal-2009, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“BERŻ”) ikkonkluda ftehim għax-xiri ta’ ishma, li permezz tiegħu l-BERŻ kellu jikseb 25 % tal-kapital azzjonarju ta’ Parex banka u sehem wieħed. (8)

(14)

Għalkemm storikament Parex banka kien istituzzjoni li tirrendi qligħ b’konċessjoni bankarja qawwija fil-Latvja, l-amministrazzjoni tal-bank għażlet strateġija ta’ negozju mhux adegwata, u ħadet deċiżjonijiet ta’ riskju għoli waqt li kienet qed tiġi kkonfrontata b’kompetizzjoni intensa minn sussidjarji aktar sofistikati ta’ banek barranin. B’mod partikolari, Parex banka sar dejjem aktar involut fis-swieq tal-KSI, billi bbaża ruħu b’mod eċċessiv fuq depożiti kbar mhux residenti b’terminu qasir. Il-kriżi finanzjarja laqtet is-swieq emerġenti, inklużi l-pajjiżi tal-KSI, b’mod serju, u bdew jiċċirkolaw għajdut rigward il-kapaċità ta’ Parex banka biex tiffinanzja mill-ġdid is-self sindakat tagħha li kellu jimmatura fi Frar tal-2009. Taħlita ta’ dawn l-avvenimenti wasslet għal telf ta’ fiduċja tad-depożitaturi, speċjalment fost klijenti mhux residenti, b’riżultat li ħafna klijenti ħarġu flushom mill-bank. Il-ħruġ ta’ flus mill-bank ammonta sa EUR 100 miljun kuljum, u dan ma twaqqafx min-nazzjonalizzazzjoni parzjali tal-bank. Dan wassal għal tnaqqis ta’ 36 % fid-depożiti meta mqabbel ma’ tmiem l-2007, u kkawża kriżi serja ta’ likwidità. Biex jiġi evitat aktar ħruġ ta’ depożiti, ġew imposti restrizzjonijiet fuq il-ħruġ ta’ flus mir-regolatur Latvjan, il-Kummissjoni tal-Finanzi u s-Swieq Kapitali.

(15)

Fl-2008, it-telf konsolidat kien ta’ LVL 131 miljun (EUR 185 miljun) meta mqabbel ma’ profitt ta’ LVL 40 miljun (EUR 58 miljun) fl-2007. Sal-aħħar tal-2008 it-total tal-ekwità tal-azzjonisti kien 65 % inqas minn dak tas-sena ta’ qabel, u ammonta għal LVL 77 miljun, prinċipalment minħabba żieda fil-proviżjonijiet għal telf ta’ self u minħabba telf fuq il-portafoll tat-titoli. Il-proporzjon tal-adegwatezza tal-kapital (capital adequacy ration, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “CAR”) ta’ Parex banka fuq bażi waħdanija u f’livell ta’ grupp (9) kien biss ta’ 4.1 % u 3.1 % rispettivament. Għalhekk, Parex banka ma setax jibqa’ jissodisfa r-rekwiżiti ta’ solvibbiltà regolatorja.

2.2.   IL-MIŻURI TA’ SALVATAĠĠ LI DIĠÀ ĠEW APPROVATI

(16)

Parex banka talab assistenza mill-Istat fil-bidu ta’ Novembru tal-2008. Wara li ġie nazzjonalizzat, il-Latvja ddeċidiet li timplimenta miżuri ta’ salvataġġ għall-istabbilizzazzjoni temporanja ta’ Parex banka. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni Ewropea temporanjament approvat bħala għajnuna ta’ salvataġġ: i) faċilità ta’ likwidità sa LVL 1.5 biljun; ii) garanziji tal-Istat li jkopru li s-self sindakat eżistenti għal ammont ta’ self ta’ EUR 775 miljun u self ġdid maħruġ għall-finanzjament mill-ġdid ta’ self sindakat għal ammont ta’ EUR 275 miljun; u iii) miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni, li ppermettew lil Parex banka biex jilħaq CAR ta’ 11 % matul il-fażi ta’ salvataġġ (10).

2.3.   IL-PJANIJIET TA’ RISTRUTTURAR

2.3.1.   IL-PJAN INIZJALI TA’ RISTRUTTURAR

(17)

Fil-11 ta’ Mejju 2009, il-Latvja ppreżentat pjan ta’ ristrutturar għal Parex banka bħala segwitu għall-ewwel miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “pjan inizjali ta’ ristrutturar”), li l-kontenut tiegħu kien ġie deskritt f’aktar dettall fit-taqsima 2.4 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ.

(18)

Il-pjan kien jinkludi analiżi preliminari tan-negozju ta’ Parex banka, il-miżuri ta’ għajnuna għar-ristrutturar previsti, l-istrateġija tiegħu tan-negozju fil-ġejjieni u l-miżuri għat-treġġigħ lura tal-vijabbiltà.

(19)

Il-pjan ikopri perjodu mill-2009 sal-2013. In-negozju korporattiv, bl-imnut u dak relatat mal-ġestjoni ta’ ġid (11) kienu meqjusa bħala li se jkunu s-setturi ewlenin futuri ta’ Parex banka. Il-pjan kien jipprevedi l-implimentazzjoni ta’ strateġija ġdida, b’Parex banka jimmira li jsir bank pan-Baltiku ewlieni. L-attivitajiet kollha “mhux Baltiċi” kienu kkunsidrati bħala li mhumiex attivitajiet prinċipali. Madankollu, il-pjan kien jeskludi l-possibbiltà li jinbiegħu fuq medda ta’ żmien qasir jew medju.

(20)

L-istrateġija kummerċjali prevista kienet tinkludi rati attraenti u strateġija ta’ tqegħid fis-suq aggressiva sabiex jiġi appoġġjat it-tkabbir ta’ Parex banka u biex terġa’ tinkiseb lura l-bażi tad-depożitu li kienet intilfet. Il-pjan kien jassumi li Parex banka kien jibqa’ dipendenti fuq il-miżuri ta’ likwidità tal-Istat anki wara tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar.

2.3.2.   IL-PJAN RIVEDUT TA’ RISTRUTTURAR

(21)

Fl-4 ta’ Settembru 2009, il-Latvja ppreżentat pjan rivedut ta’ ristrutturar li kien ġie sussegwentement emendat fit-22 ta’ Settembru 2009. Dan il-pjan kien maħsub biex jindirizza d-dubji mqajma mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-ftuħ.

(22)

L-istrateġija riveduta għal Parex banka kienet ibbażata wkoll fuq il-bini ta’ operazzjoni Baltika qawwija fl-oqsma tan-negozju korporattiv, bl-imnut u dak relatat mal-ġestjoni ta’ ġid. Il-pjan rivedut kien jipprevedi li Parex banka kien ikun f’pożizzjoni li jħallas lura l-miżuri kollha ta’ likwidità tal-Istat sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar.

(23)

Madankollu, b’differenza mill-pjan inizjali ta’ ristrutturar, il-pjan rivedut kien jinkludi tnaqqis fil-karta tal-bilanċ ta’ Parex banka permezz ta’ konċentrazzjoni fuq setturi prinċipali. B’mod partikolari, dan kien jipprevedi t-tiċkin tal-attivitajiet ta’ self ta’ Parex banka.

(24)

Barra minn hekk, il-pjan kien jindika l-possibbiltà li jsir spin-off ta’ attivitajiet mhux prinċipali. Meta l-Latvja aktar tard approvat din il-bidla strateġika, kien meħtieġ li titfassal verżjoni korrispondenti ġdida tal-pjan ta’ ristrutturar.

2.3.3.   IL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR FINALI

(25)

Skont il-pjan ta’ ristrutturar finali, l-għan strateġiku primarju hu li l-bank jitreġġa’ lura lejn is-settur privat permezz tal-bejgħ tiegħu lil investitur strateġiku biex jiġi pprovdut rilaxx ta’ arranġamenti ta’ finanzjament mill-Istat filwaqt li tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul tal-bank. Il-Latvja diġà ġibdet l-attenzjoni tal-BERŻ bħala investitur estern b’saħħtu, b’reputazzjoni tajba, b’riżorsi finanzjarji suffiċjenti u b’impenn fit-tul (ara l-premessa (13)).

(26)

Il-pjan ta’ ristrutturar finali jassumi li l-assi ta’ Parex banka jinsaqsmu f’bank ġdid bl-isem AS Citadele banka (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Citadele banka”), l-hekk imsejjaħ “bank tajjeb”, li se jiffoka fuq l-operazzjonijiet bankarji tradizzjonali, u l-hekk imsejjaħ “bank ħażin” (Parex banka), […] (*).

Qsim tal-assi

(27)

Sabiex terġa’ tiġi stabbilita l-vijabbiltà fit-tul, il-bank prinċipali se jkun separat mill-assi mhux prinċipali u minn dawk mhux operattivi. Ir-ristrutturar propost huwa bbażat fuq xenarju ta’ “good-out” ibbażat fuq it-twaqqif ta’ bank b’bażi kapitali reżiljenti taħt is-superviżjoni regolatorja Latvjana, u b’enfasi fuq il-pajjiżi Baltiċi. L-assi prinċipali kollha u xi assi mhux prinċipali (b’mod partikolari self tal-KSI li jirrendi introjtu) jiġu ttrasferiti minn Parex banka f’bank ġdid. Il-bqija tal-assi mhux prinċipali u l-assi li ma jirrendux introjtu (self, titoli u proprjetà immobbli meħuda lura) se jibqgħu għand Parex banka, […].

(28)

It-Tabella 1 turi l-istrutturi ta’ Citadele banka u ta’ Pares banka wara l-qsim.

Tabella 1

L-istruttura tal-azzjonisti wara l-qsim

Image

(29)

Il-Latvja diġà ħadet passi inizjali biex timplimenta x-xenarju “good-out”. Il-bank il-ġdid, Citadele banka, ġie rreġistrat fit-30 ta’ Ġunju 2010 u l-parti l-kbira tal-assi ġew ittrasferiti fl-1 ta’ Awwissu 2010 (12). Fil-prinċipju, is-separazzjoni operazzjonali sħiħa ta’ Citadele banka u Parex banka għandha titlesta fi żmien 12-il xahar wara li jsir it-trasferiment.

(30)

Bħala konsegwenza, l-assi u l-obbligazzjonijiet li ġejjin se jiġu ttrasferiti minn Parex banka għal Citadele banka:

Self Baltiku li jirrendi qligħ (LVL [bejn 300 u 800] miljun);

Self tal-KSI li jirrendi qligħ (LVL [bejn 50 u 350] miljun);

Fergħat fl-Isvezja u l-Ġermanja;

Depożiti relatati man-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid.

(31)

L-assi u l-obbligazzjonijiet li ġejjin se jibqgħu f’Parex banka:

Self Baltiku li ma jirrendix qligħ (LVL [bejn 200 u 800] miljun) (13);

Self lill-azzjonisti preżenti sa mit-twaqqif tal-kumpanija (LVL […] miljun);

Sussidjarji tal-KSI għal kiri fit-tul;

Self tal-KSI li ma jirrendix qligħ (LVL [bejn 50 u 350] miljun);

(32)

It-Tabella 2 turi l-assi ttrasferiti lil Citadele banka u dawk li tħallew f’Parex banka, kif ukoll it-tnaqqis tal-karta tal-bilanċ qabel il-kriżi, kif stmat fil-pjan ta’ ristrutturar finali u kif emendat fis-27 ta’ Awwissu 2010:

Tabella 2

Il-qsim ta’ assi bejn Citadele banka u Parex banka

(F’eluf ta’ LVL)

 

Parex banka – 2008

Parex banka – 2009

Parex banka – 31.7.2010 (14)

Citadele banka

Parex banka wara l-qsim (15)

Assi

Kontanti u depożiti ma’ banek ċentrali

79 154

136 769

131 693

119 783

30 876

Bilanċi dovuti minn Istituzzjonijiet ta’ kreditu

228 752

189 321

227 741

245 069

5 583

Self

1 744 871

1 429 466

1 355 831

748 457

627 471

Titoli

941 293

405 800

356 439

224 735

130 936

Investimenti f’sussidjarji

51 442

72 725

81 691

5 530

51 962

Assi oħra

323 797

220 097

75 584

45 604

52 747

Assi Totali

3 369 309

2 484 501

2 228 978

1 389 179

899 576

Obbligazzjonijiet u Ekwità

Bank tal-Latvja

587 183

140 449

Istituzzjonijiet ta’ Kreditu

129 584

50 865

27 295

41 571

51 703

Sindakat

544 673

381 271

163 402

163 402

Teżor tal-Istat

676 398

622 048

692 454

131 000

458 454

Depożiti tal-Klijenti

1 225 488

911 318

1 006 202

928 686

75 314

Eurobond

88 712

87 489

113 136

109 244

Subordinati (Legat)

52 848

52 857

52 863

52 878

Subordinati (Stat)

37 338

37 338

50 270

Subordinati (BERŻ)

12 932

12 932

Obbligazzjoijiet Oħra

35 556

31 458

34 754

30 280

21 522

Obbligazzjonijiet Totali

3 340 442

2 328 025

2 140 376

1 291 051

823 274

Ekwità

28 867

156 476

88 602

98 127  (16)

76 302

Total

3 369 309

2 484 501

2 228 978

1 389 179

899 576

Il-Proporzjon tal-Qsim, inkluż it-trasferiment ta’ investimenti fis-sussidjarja Litwana, f’AP Anlage & Privatbank AG u d-depożiti fil-fergħa Ġermaniża (17)

 

 

 

64  %

36  %

F’termini ta’ Parex banka – 2008

 

 

 

44  %

 

Citadele banka

Strateġija

(33)

L-istrateġija ta’ Citadele banka biex tiżgura vijabbiltà fit-tul hija bbażata fuq il-bini ta’ operazzjonijiet Baltiċi b’saħħithom, li jiffokaw fuq il-Latvja fl-ambitu ta’ tliet oqsma kummerċjali prinċipali: dak Korporattiv, dak bl-Imnut u dak tal-qasam tan-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid (18). Madankollu, in-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid se jibqa’ attività prinċipali ta’ Citadele banka biss jekk il-bank jinbiegħ minn […]. Jekk dan il-bejgħ ma jintlaħaqx, in-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid jinbiegħ b’mod separat sal-istess data.

(34)

Citadele banka mhux se jinvolvi ruħu f’self tal-KSI u l-portafoll ta’ self tal-KSI li jirrendi għalhekk huwa meqjus bħala li mhuwiex ċentrali. Mhu se jsir l-ebda self ġdid f’dan is-settur u l-portafoll eżistenti se jiġi mħassar sal-[…].

(35)

Il-preżenza ta’ Parex banka fil-Litwanja u l-Estonja kienet aktar limitata, b’mod konsiderevoli, milli kienet fil-Latvja. Citadele banka jippjana wkoll li fil-ġejjieni jżomm preżenza limitata f’dawn is-swieq.

(36)

Rigward iż-żewġ fergħat li jieħdu d-depożiti fl-Isvezja u fil-Ġermanja li ġew ittrasferiti lil Citadele Banka, il-Latvja spjegat li bħala riżultat tal-ħruġ tal-flus mill-bank ġie eżawrit sehem sinifikanti tal-finanzjament Baltiku tal-bank. Barra minn hekk, fil-kuntest makroekonomiku attwali tal-Latvja huwa diffiċli li jiġi attirat finanzjament estern. Id-depożiti totali tar-residenti fl-Istati Baltiċi huma aktar baxxi, b’mod sinifikanti, mill-portafoll tagħhom ta’ self, waqt li l-kompetituri prinċipali ta’ Parex banka jirċievu finanzjament mill-kumpaniji prinċipali tagħhom stabbiliti f’pajjiżi oħra (l-aktar fl-Isvezja). Għalhekk, Citadele banka għandu jżomm bażi ta’ finanzjament barra mill-pajjiż (fl-Isvezja u fil-Ġermanja).

L-indirizzar ta’ nuqqasijiet ewlenin li ġew identifikati

(37)

Citadele banka beħsiebu jindirizza l-kwistjonijiet li ġiegħlu lil Parex banka jfittex għajnuna mill-Istat u jerġa’ jistabbilixxi mill-ġdid il-vijabbiltà fit-tul permezz tal-miżuri ewlenin kif ġej.

(38)

It-Tibdil tal-istil amministrattiv u tat-tmexxija korporattiva: Qabel saret in-nazzjonalizzazzjoni, il-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ Parex banka kienu ċentralizzati mas-sidien prinċipali. Citadele banka se jaderixxi mal-governanza korporattiva mtejba li ġiet adottata dan l-aħħar. Se jimplimenta sett ta’ proċeduri tal-Bord Amministrattiv u tal-Bord Superviżorju mmirati biex jiġu żgurati standards ta’ governanza korporattiva għolja. Il-prinċipji ewlenin ta’ governanza korporattiva ta’ Citadele banka huma: separazzjoni stretta tas-sjieda u tal-amministrazzjoni; l-iżgurar tad-drittijiet tal-azzjonisti; żvelar u trasparenza; responsabbiltajiet u struttura tal-bord; u l-promozzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod etiku u responsabbli.

(39)

Ġestjoni tar-Riskju mtejba: L-amministrazzjoni ta’ Parex banka rrevediet u saħħet il-ġestjoni u l-kontrolli tar-riskju fil-bank kemm fil-livell kemm ta’ intrapriża kif ukoll dak operattiv fil-kategoriji kollha ta’ riskju għoli (riskji tas-suq, tal-kreditu u dawk operattivi). B’mod partikolari, il-kontrolli tar-riskju tal-kreditu f’Citadele banka se jkunu konfigurati mill-ġdid b’mod sostanzjali, biex jibdlu l-approċċ preċedenti ta’ Parex banka, jiġifieri self ibbażat fuq garanziji b’valutazzjonijiet li huma inċerti b’mod inerenti, għal valutazzjonijiet tal-kapaċità tas-servizz ta’ dejn ta’ min jissellef ibbażati fuq flus kontanti. Il-ġestjoni tar-riskju hija element essenzjali tal-proċess ta’ ġestjoni ta’ Citadele banka. Il-ġestjoni tar-riskju fi ħdan Citadele banka hija kkontrollata minn unità indipendenti. Barra minn hekk, il-Bord Superviżorju ta’ Citadele banka jieħu sehem fis-superviżjoni tal-ġestjoni tar-riskju u ħatar wieħed mill-membri tiegħu bħala persuna responsabbli għas-superviżjoni tal-ġestjoni tar-riskju, tal-verifiki interni u tal-funzjoni ta’ konformità. Rapporti tar-riskju, li jinkludu aġġornamenti dwar ir-riskju tal-kreditu u l-konformità fil-bank, jitħejjew għall-Bord Superviżorju kull xahar.

(40)

Karta tal-bilanċ iżgħar iffokata fuq setturi prinċipali: In-negozju prinċipali ta’ Citadele banka se jkun ibbażat fil-pajjiżi Baltiċi u l-amministrazzjoni se tiffoka l-ħiliet tagħha biex treġġa’ lura lil Citadele banka għal pożizzjoni profitabbli f’dan ir-reġjun. Il-portafoll ta’ self tal-KSI mhux prinċipali li jirrendi l-qligħ se jiġi ttrasferit lil Citadele banka, iżda se jinbiegħ minn […]. Billi jiffoka mill-ġdid fuq l-attivitajiet ewlenin tiegħu u billi jnaqqas b’mod materjali d-daqs tal-karta tal-bilanċ attiva tiegħu, Citadele banka se jkun profitabbli b’mod sostenibbli.

(41)

Stabilizzazzjoni tal-pożizzjoni ta’ likwidità: L-istrateġija ta’ Citadele banka hija li jiġi żviluppat mudell ta’ finanzjament sostenibbli u ta’ riskju baxx billi titnaqqas id-dipendenza fuq finanzjament bl-ingrossa, it-titwil tal-profil tal-maturità u d-diversifikazzjoni tas-sorsi ta’ finanzjament permezz ta’ żieda fil-proporzjon ta’ depożiti fit-tul tal-klijenti fil-bażi tal-finanzjament ta’ Citadele banka. Il-depożiti li jinsabu f’Citadele banka mhumiex soġġetti għar-restrizzjonijiet rigward il-ħruġ imposti mir-regolatur Latvjan.

(42)

Treġġigħ lura għal pożizzjoni ta’ profitabbiltà fil-qasam prinċipali sal-2011: Citadele banka qed jippjana li jnaqqas l-ispejjeż amministrattivi u l-ispejjeż relatati mal-persunal, kif ukoll spejjeż amministrattivi oħra. L-ispejjeż amministrattivi ta’ Parex banka diġà ġew imnaqqsa b’39 % jew b’LVL 32 miljun fl-2009. Il-proporzjon tal-ispejjeż/tal-introjtu ta’ Citadele banka huwa mistenni li jonqos anki aktar minn hekk, biex fl-2014 jilħaq [bejn 35 u 55] %. Dak it-tnaqqis se jinkiseb permezz ta’ […] fi tnaqqis fi spejjeż relatati mal-persunal kif ukoll billi jiġu riveduti proċessi differenti fi ħdan Citadele banka. Sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż operattivi tiegħu u sabiex isir finanzjament stabbli, Citadele banka se jkompli jimplimenta l-passi li diġà kienu nbdew minn Parex banka għall-bini mill-ġdid tal-istruttura tal-ispejjeż permezz ta’ titjib tan-netwerk tal-fergħat, […] u permezz ta’ miżuri oħra għat-tnaqqis tal-ispejjeż. It-tnaqqis fl-ispejjeż se jiġi supplimentat b’diversi inizjattivi għat-tkattir tal-introjtu u se jiffoka fuq il-ġestjoni tal-kwalità ta’ assi sabiex jittejjeb ir-redditu fuq l-ekwità (return on equity, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “ROE”).

Projezzjonijiet finanzjarji

(43)

Skont il-projezzjonijiet inklużi fil-pjan ta’ ristrutturar finali, fil-każ ta’ referenza Citadele banka għandu jistenna li jerġa’ jsib pożizzjoni profitabbli diġà fl-2011 u li jtejjeb ir-riżultati tiegħu b’mod kontinwu sal-2015. Fl-2014 Citadele banka għandu jikseb ROE ta’ [bejn 18 u 28] %. Barra minn hekk, it-Tabella 3 turi l-indikaturi ewlenin ta’ prestazzjoni finanzjarja ta’ Citadele banka għas-snin 2010-2014. L-effetti tal-azzjonijiet ta’ ristrutturar imwettqa mill-amministrazzjoni tal-bank jidhru fil-proporzjonijiet ewlenin għall-2014 bi proporzjon tal-ispejjeż/tal-introjtu ta’ [bejn 35 u 55] % u ROE ta’ [bejn 18 u 28] %. Fl-2015 għandha tiġi stabbilita struttura ta’ kapital aktar solida bi proporzjon ta’ ekwità/assi totali ta’ [bejn 8 u 14] %.

Tabella 3

L-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni finanzjarja ta’ Citadele banka fil-każ ta’ referenza għas-snin 2010-2014

 

Aww-Diċ 2010e

2011e

2012e

2013e

2014e

Analiżi tal-ispejjeż

Spejjeż operattivi/ammont totali ta’ introjtu

[…] %

[…] %

[…] %

[…] %

[35-55] %

Tnaqqis fil-valur/self nett

[…] %

[…] %

[…] %

[…] %

[1-3] %

Profitabilità

Introjtu Nett (Telf), f’LVL miljun

[telf]

[profitt]

[profitt]

[profitt]

[profitt]

ROE

[—] %

[…] %

[…] %

[…] %

[18-28] %

Karta tal-Bilanċ

Assi totali (LVL miljun)

(…)

(…)

(…)

(…)

[1,400-1,650]

Depożiti/assi totali

[…] %

[…] %

[…] %

[…] %

[…] %

Self/depożiti tal-klijenti

[…] %

[…] %

[…] %

[…] %

[50-80] %

Ekwità/assi totali

[…] %

[…] %

[…] %

[…] %

[9-13] %

CAR

[10-14] %

[11-15] %

[12-16] %

[14-19] %

[16-20] %

(44)

Fl-agħar xenarju possibbli, Citadele banka huwa mistenni li jerġa’ lura għal pożizzjoni profitabbli fl-2013 u li jtejjeb aktar ir-riżultati tiegħu fl-2014. Huwa mistenni li fl-2014 il-bank jikseb ROE ta’ [> 0] % (19). Il-pjan juri li fl-agħar xenarju possibbli, il-proporzjonijiet tal-kapital għal Citadele banka u għall-grupp konsolidat kollu jibqgħu ogħla sew mir-rekwiżiti regolatorji minimi. It-Tabella 4 turi l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni finanzjarja ta’ Citadele banka għas-snin 2010-2014 fil-kuntest tal-agħar xenarju possibbli.

Tabella 4

L-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni finanzjarja ta’ Citadele banka fl-agħar xenarju possibbli għas-snin 2010-2014

 

Aww-Diċ 2010e

2011e

2012e

2013e

2014e

Analiżi tal-ispejjeż

Spejjeż operattivi/ammont totali ta’ introjtu

[…] %

[…] %

[…] %

[…] %

[45-60] %

Profitabilità

Introjtu Nett (Telf), f’LVL miljun

[telf]

[telf]

[telf]

[profitt]

[profitt]

ROE

 

 

[…] %

[> 0] %

Karta tal-Bilanċ

Self/depożiti tal-klijenti

[…] %

[…] %

[…] %

[…] %

[40-60] %

CAR

[> 8] %

[> 8] %

[> 8] %

[> 8] %

[> 8] %

(45)

Skont ir-riżultati ta’ simulazzjonijiet ta’ kriżi dwar Citadele banka (Ara t-Tabella 5) li twettqu mill-Bank Ċentrali Latvjan, ebda kapital addizzjonali mhu meħtieġ sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti minimi dwar il-kapital sa tmiem l-2015 bil-proporzjon tal-adegwatezza tal-kapital ta’ [> 8 %].

Tabella 5

Il-riżultati ta’ simulazzjonijiet ta’ kriżi dwar Citadele banka

Bank Ġdid

Xenarju ta’ referenza

Proviżjonijiet addizzjonali meħtieġa, miljun LVL

Kapital addizzjonali meħtieġ, miljun LVL

CAR, %

2010

(…)

(…)

(…)

2011

(…)

(…)

(…)

2012

(…)

(…)

(…)

2013

(…)

(…)

(…)

2014

(…)

(…)

(…)

Parex banka wara l-Qsim

(46)

Wara l-qsim, Parex banka (inklużi s-sussidjarji tiegħu) se jkunu fi […]. Hu se jbiegħ u jnaqqas l-assi kollha tiegħu matul il-perjodu 2010-2017. Il-kompitu prinċipali ta’ Parex banka se jkun li jirkupra l-ammont massimu mill-assi assenjati lilu tul il-ħajja operattiva tiegħu, li għal skopijiet ta’ tbassir qed jiġi preżunt bħala li hu ta’ tmien snin. B’hekk, Parex banka se jevita l-ħtieġa għal likwidazzjoni ta’ portafoll bi prezz ferm aktar baxx mill-valur proprju tiegħu, jew għar-realizzazzjoni ta’ garanzija f’perjodu ta’ żmien limitat. Parex banka se jikkonċentra fuq it-tmexxija ta’ self li ma jirrendix qligħ flimkien ma’ assi ta’ proprjetà immobbli li diġà ttieħdu lura. Għalhekk, l-attivitajiet prinċipali ta’ Parex banka huma l-immaniġġjar tal-proċeduri ta’ rkuprar ta’ assi u l-ġestjoni u l-bejgħ sussegwenti ta’ assi b’mod ordnat malajr kemm jista’ jkun u skont termini raġonevoli.

(47)

Wara l-qsim, la Parex banka u lanqas is-sussidjarji tagħha mhuma se jinvolvu ruħhom f’attivitajiet ekonomiċi ġodda sakemm dan ma jkunx meħtieġ għall-kompitu primarju tiegħu b’rabta mal-ġestjoni u l-bejgħ ta’ assi li jkunu ġew trasferiti. B’mod partikolari, Parex banka se jieqaf joħloq self ġdid. Madankollu, jista’ jifred ċerti assi f’sussidjarji separati għal skopijiet ta’ ġestjoni (bejgħ).

(48)

Rigward il-finanzjament tal-kumpaniji tal-KSI għal kiri fit-tul, Parex se jipprova jneħħi dawn in-negozji. Kif imsemmi hawn fuq, mhu qed isir l-ebda self ġdid, inkluż kiri fit-tul u, jekk ma jinsabu ebda xerrejja, huwa mistenni li l-portfafolli eżistenti tal-kiri fit-tul se jonqsu kompletament sal-[…]. Proporzjon sinifikanti tal-portafolli ta’ kiri fit-tul huwa […].

(49)

Dawn l-azzjonijiet huma kollettivament mistennija li jirriżultaw f’influss ta’ likwidità f’Parex banka, li permezz tiegħu se jibda jirritorna d-depożiti tal-Istat. Madankollu, il-kapital li ġie investit fil-Bank mhuwiex se jiġi rkuprat mill-Istat, fuq il-bażi tat-tbassir finanzjarju.

(50)

Il-pjan ta’ ristrutturar jipprevedi li Parex banka se jibqa’ konformi mal-kapital biss sal-[…].

Miżuri oħra inklużi fil-pjan għall-indirizzar ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw il-kompetizzjoni u l-qsim ta’ piżijiet

(51)

Parex banka ġarrab ħruġ kontinwu ta’ depożiti. Bħala riżultat, il-bażi tad-depożiti hija attwalment inqas, b’mod sinifikanti, minn kif kienet qabel il-kriżi. L-attivitajiet ta’ self kienu wkoll ristretti b’mod sinifikanti minħabba n-nuqqas ta’ finanzjament. L-awtoritajiet Latvjani jimpenjaw ruħhom biex jillimitaw l-operazzjonijiet ta’ self u ta’ teħid ta’ depożiti ta’ Citadele banka fl-oqsma ġeografiċi rilevanti (ara t-taqsima 2.5 hawn taħt). L-operazzjonijiet ta’ self u ta’ teħid ta’ depożiti limitati mhumiex se jippermettu żieda ogħla minn [bejn 9 u 13] % fuq bażi annwali mill-preżenza fis-suq li diġà tinsab imnaqqsa.

(52)

Il-pjan ta’ ristrutturar jipprevedi t-tnaqqis ta’ attivitajiet tan-negozju ta’ Citadele banka meta mqabbel ma’ Parex banka qabel il-kriżi. Dak it-tnaqqis se jinkiseb b’mod parzjali billi jitneħħew ċertu assi (is-self tal-KSI li jirrendi l-qligħ u n-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid, jekk dawn jinbiegħu b’mod separat minn Citadele banka). Barra minn hekk, il-Latvja impenjat ruħha biex tipprivatizza lil Citadele banka sal-31 ta’ Diċembru 2014.

(53)

Bħala riżultat tan-nazzjonalizzazzjoni, l-azzjonisti li qabel kellhom maġġoranza ta’ Parex banka ġew eliminati (ara l-premessa (13)). Bħala riżultat tar-rikapitalizzazzjoni sussegwenti ta’ Parex banka mill-Istat u l-BERŻ, l-azzjonisti b’minoranza ġew imdgħajfa (mill-15.2 % ta’ qabel għal 3.7 % fis-7 ta’ Lulju 2010).

2.4.   IL-MIŻURI TA’ GĦAJNUNA GĦAR-RISTRUTTURAR

(54)

Il-pjan ta’ ristrutturar finali jindika li l-għajnuna ta’ salvataġġ eżistenti se tkun estiża tul il-perjodu ta’ ristrutturar u li se tinqasam bejn il-bank il-ġdid, Citadele banka, u Parex banka. Ġiet ippjanata xi għajnuna addizzjonali mill-Istat, apparti dik li ngħatat diġà.

Appoġġ ta’ likwidità

(55)

L-appoġġ ta’ likwidità fil-forma ta’ depożiti tal-Istat li ġie ppjanat kemm għal Citadele banka kif ukoll għal Parex banka mhuwiex se jaqbeż l-ammont ta’ LVL 1.5 biljun, li ġie approvat bħala l-ammont massimu ta’ għajnuna għas-salvataġġ fil-forma ta’ appoġġ ta’ likwidità għal Parex banka qabel il-qsim (20). Fil-każ ta’ referenza u l-każ tal-agħar xenarju possibbli, id-depożiti tal-Istat f’Citadele banka għandhom jitħallsu lura sal-2012. Fl-aħjar xenarju possibbli d-depożiti tal-Istat għandhom jitħallsu lura bis-sħiħ sal-2011. Id-depożiti tal-Istat f’Parex banka jibqgħu pendenti fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar fix-xenarji tal-każ ta’ referenza u fl-agħar każ possibbli. Ammonti mhux imħallsa jvarjaw minn LVL [0-100] miljun (ix-xenarju tal-każ ta’ referenza) għal LVL [100-200] miljun (ix-xenarju tal-agħar każ possibbli). Il-ħlas lura jista’ jseħħ aktar kmieni fil-każ ta’ bejgħ ta’ benefiċjarji jew tal-assi tagħhom. Il-bilanċi pendenti fl-isfond ta’ xenarji differenti huma murija fit-Tabella 6.

Tabella 6

Miżuri ta’ likwidità tal-Istat (bilanċi pendenti fl-aħħar tas-sena)

Citadele banka

LVL miljun

 

1.8.10

31.12.10

31.12.11

31.12.12

31.12.13

31.12.14

Każ ta’ referenza

131

143

36

0

L-aħjar każ possibbli

131

143

L-agħar każ possibbli

131

143

36

0


Parex banka

LVL miljun

 

1.8.10

31.12.10

31.12.11

31.12.12

31.12.13

31.12.14

31.12.15

31.12.16

31.12.17

Każ ta’ referenza

[400-550]

[400-550]

[400-550]

[250-400]

[250-400]

[150-400]

[150-400]

[100-250]

[0-100]

L-aħjar każ possibbli

[400-550]

[400-550]

[400-550]

[250-400]

[250-400]

[150-400]

[150-400]

[100-250]

0

L-agħar xenarju possibbli

[400-550]

[400-550]

[400-550]

[250-400]

[250-400]

[150-400]

[150-400]

[100-250]

[100-200]

(56)

Ir-rimunerazzjoni tal-likwidità kienet ġiet stabbilita fit-tieni Deċiżjoni ta’ salvataġġ fuq il-bażi tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 Ottubru 2008 dwar garanziji tal-gvern fuq dejn tal-banek. Skont il-pjan ta’ ristrutturar, kemm l-ipprezzar ta’ Citadele banka kif ukoll dak ta’ Parex banka se jiġu kkunsidrati bħala spejjeż ta’ finanzjament mill-Istat (21) flimkien ma’ tariffa żejda ta’ 50 bps. Barra minn hekk, se tiġi introdotta tariffa ta’ inċentiv għal Citadele banka – mill-bidu ta’ April 2011, il-tariffa se tiġi miżjuda b’sa 15 bps kull tliet xhur bħala inċentiv għall-bank biex jiffinanzja lilu nnifsu mill-ġdid fuq is-swieq.

(57)

L-ispejjeż prospettivi tal-appoġġ tal-likwidità tal-Istat, imqabbla ma’ dawk tad-depożiti tal-klijent f’Citadele banka, huma deskritti fit-Tabella 7.

Tabella 7

Spejjeż tad-depożiti tal-Istat f’Citadele banka, imqabbla mal-ispejjeż tad-depożiti tal-klijent

%

 

2010e

2011e

2012e

2013e

Spejjeż ta’ appoġġ ta’ likwidità

9,6  %

5,4  %

6,5  %.

7,9  %

Spejjeż tad-depożiti tal-klijenti

(…)

(…)

(…)

(…)

Garanziji

(58)

Wara l-qsim, il-garanziji eżistenti tas-selliefa ssindakati ta’ Parex banka, kif approvati skont l-ewwel u t-tieni Deċiżjoni ta’ salvataġġ, se jibqgħu f’Parex banka flimkien mas-self ssindakat. Il-pjan ta’ ristrutturar jipprevedi li dawn se jintemmu sal-31 ta’ Diċembru 2011, mingħajr ma jkun meħtieġ li l-gvern jonora l-garanzija tiegħu.

(59)

F’Marzu 2010, Parex banka ffirma ftehim mal-Bank Ewropew tal-Investiment (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“BEI”), li se jipprovdi linja ta’ kreditu ta’ sa EUR 100 miljun li għandu jintuża biex jiġi pprovdut finanzjament lil impriżi żgħar u ta’ daqs medju. Il-linja ta’ kreditu għandha tiġi ttrasferita lil Citadele banka. Sakemm Citadele banka jibqa’ taħt il-grad ta’ investiment, il-BEI jeħtieġ garanzija mill-Istat għal dan l-finanzjament.

(60)

Citadele banka jista’ wkoll jeħtieġ garanziji jew likwidità addizzjonali mill-Istat li jammontaw sa LVL 88 miljun (EUR 126 miljun) fir-rigward tal-Eurobonds pendenti, li jiskadu f’Mejju tal-2011.

(61)

L-ipprezzar għal garanziji mill-Istat huwa dak approvat fit-tieni Deċiżjoni ta’ salvataġġ (22). Fir-rigward tal-ipprezzar tal-garanziji addizzjonali possibbli tal-Istat inklużi fil-pjan ta’ ristrutturar, dan se jiġi standardizzat fil-livell tal-garanzija tal-Istat eżistenti (1 048 %) flimkien ma’ tariffa ta’ żieda fuq il-ħlas ta’ 12.5 bps li se tiġi introdotta u miżjuda bi 12.5 bps fl-aħħar ta’ kull trimestru.

Rikapitalizzazzjoni

Kapital tal-1 Livell

(62)

Il-pjan ta’ ristrutturar jassumi li l-kapital ta’ ekwità (l-1 Livell) li diġà ġie injettat f’Parex banka waqt il-perjodu ta’ salvataġġ se jibqa’ f’Parex banka.

(63)

Skont il-pjan ta’ ristrutturar mhu se jkun meħtieġ l-ebda kapital addizzjonali mill-Istat ħlief għal:

a.

kapitalizzazzjoni ta’ LVL 103 miljun permezz ta’ bdil tad-depożiti tal-Istat f’ekwità f’Citadele banka meta jsir il-qsim. Ir-rimunerazzjoni ta’ dan il-kapital għandha tinkiseb permezz tal-bejgħ ta’ Citadele banka, li l-Latvja impenjat ruħha li twettaq sa tmiem l-2014;

b.

u kapitalizzazzjoni permezz ta’ konverżjoni ta’ xi wħud mid-depożiti tal-Istat, u tal-imgħax fuq dawn id-depożiti, f’Parex banka fis-snin 2010-2013 sa ammont massimu ta’ LVL 210.7 miljun fil-każ ta’ referenza u ta’ LVL 218.7 iljun fl-agħar każ. Huwa previst li Parex banka jħallas […] % imgħax fis-sena fuq depożiti tal-Istat kapitalizzati wara l-qsim sal-31 ta’ Diċembru 2013. Mill-2014 ‘il quddiem, depożiti tal-Istat kapitalizzati għandhom jiġu addebitati fuq il-kont ta’ qligħ u telf b’[…] %.

(64)

L-ammonti rispettivi tal-kapital tal-1 Livell li għandhom jiġu pprovduti mill-Istat lil Parex banka taħt xenarji differenti huma murija fit-Tabelli 8 u 9.

Tabella 8

Kapitalizzazzjoni mbassra ta’ depożiti tal-Istat f’Parex banka

LVL mijun

 

31.7.10

31.12.10

31.12.11

31.12.12

31.12.13

31.12.14

31.12.15

31.12.16

31.12.17

Każ ta’ referenza

[10-30]

[30-60]

[0-20]

L-aħjar każ

[10-30]

[30-60]

[0-20]

L-agħar każ

[10-30]

[30-60]

[0-20]

Tabella 9

Imgħax diferit/kapitalizzat tat-Teżor tal-Istat f’Parex banka

LVL mijun

 

31.7.10

31.12.10

31.12.11

31.12.12

31.12.13

31.12.14

31.12.15

31.12.16

31.12.17

Każ ta’ referenza

[0-10]

[20-40]

[20-40]

[20-40]

L-aħjar każ

[0-10]

[20-40]

[20-40]

[20-40]

L-agħar każ

[0-10]

[20-40]

[20-40]

[20-40]

(65)

Il-Latvja stabbiliet li l-ammont massimu totali ta’ kapital provdut lil Parex banka m’għandux jaqbeż LVL 218.7 miljun u li mhijiex se tipprovdi, la b’mod dirett u lanqas b’mod indirett, aktar kapital fi kwalunkwe forma li Parex banka wara tmiem l-[…].

(66)

Il-ħlas lura mbassar tal-prinċipal tad-depożiti tal-Istat u tal-imgħax tagħhom minn Parex banka huwa muri fit-Tabella 10.

Tabella 10

Il-ħlas lura mbassar tal-prinċipal tad-depożiti tal-Istat u tal-imgħax tagħhom minn Parex banka

F’LVL miljun

 

Każ ta’ referenza

L-agħar każ

Ħlas lura tal-prinċipal tad-depożitu tal-Istat

(…)

(…)

Ħlas lura tal-imgħax fuq id-depożiti tal-Istat

(…)

(…)

Total

(…)

(…)

Kapital tat-2 Livell

(67)

L-għajnuna għas-salvataġġ fil-forma ta’ self subordinat (kapital tat-2 Livell) se tiġi trasferita lil Citadele banka. Ir-rimunerazzjoni kienet ġiet stabbilita fit-tieni u t-tielet Deċiżjoni (23) ta’ salvataġġ fuq il-bażi tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Novembru 2008 rigward l-istrumenti għal-ipprezzar tar-rikapitalizzazzjoni. Minn Diċembru 2009, l-imgħax fiss għas-self subordinat kien ta’ […] %, wara Frar 2010 żdied għal […] %.

(68)

Qatt ma ġie pprovdut, u mhuwiex se jiġi pprovdut kapital tat-2 Livell lil Parex banka mill-Istat waqt li jkun qed isir jew wara li jsir il-qsim.

Miżura ta’ Salvataġġ tal-Assi

(69)

Kif deskritt fil-premessi (27)-(32), ċerti assi se jiġu ttrasferiti minn Parex banka lil Citadele banka, li se jkompli xi attivitajiet ta’ Parex banka waqt li l-assi mhux prinċipali u li ma jirrendux qligħ se jibqgħu f’Parex banka. Fir-rigward tal-valur tal-assi li se jibqgħu f’Parex banka, valutazzjoni fuq bażi konservattiva bbażata fuq l-agħar xenarju possibbli twassal biex tindika telf għall-Istat ta’ LVL [200-400] miljun, u ta’ LVL [50-300] miljun fix-xenarju tal-każ ta’ referenza. It-telf kieku jikkorrispondi għal madwar [20-50] % tal-valur kontabbli tal-assi (ta’ LVL 814 miljun) fil-agħar xenarju possibbli, u għal madwar […] % fil-xenarju tal-każ ta’ referenza. Jekk jiġu kkunsidrati ċ-ċifri ta’ provvediment, l-iskont fuq il-valur nominali tal-assi jkun akbar.

(70)

L-estimi rispettivi tal-obbligazzjonijiet pendenti u tal-ekwità tal-Istat mitlufa wara l-likwidazzjoni tal-assi f’Parex banka huma murija fit-Tabella 11.

Tabella 11

L-obbligazzjonijiet pendenti u tal-ekwità tal-Istat mitlufa wara l-likwidazzjoni tal-assi f’Parex banka

LVL miljun

Każ ta’ referenza

Depożitu pendenti tal-Istat

[0-100]

Rikapitalizzazzjoni mill-Istat

(…)

Total

[50-300]

L-agħar sitwazzjoni possibbli

Depożitu pendenti tal-Istat

[100-200]

Rikapitalizzazzjoni mill-Istat

(…)

Total

[200-400]

2.5.   L-IMPENJI TAL-LATVJA

(71)

Sabiex tippermetti lill-Kummissjoni biex issib li l-għajnuna għar-ristrutturar mogħtija lil Citadele banka u lil Parex banka hija kompatibbli mas-suq intern, fit-3 ta’ Settembru 2010 l-Latvja pprovdiet id-dokument “Impenji lill-Kummissjoni Ewropea”, li ġie ffirmat mill-Latvja, minn Citadele banka u minn Parex banka u li fih jinsabu impenji mmirati lejn l-iżgurar tal-implimentazzjoni sħiħa tal-pjan ta’ ristrutturar u lejn ir-restrizzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni li jirriżulta mill-għajnuna għar-ristrutturar (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “l-impenji”). L-impenji ewlenin huma deskritti hawn taħt.

2.5.1.   IMPENJI LI JIRRIGWARDAW LIL CITADELE BANKA

(72)

Impenn biex jitneħħa s-self tal-KSI. Citadele banka għandu jneħħi jew jipprokura ċ-ċessjoni tas-self tal-KSI sal-[…] lil xerrej, skont it-termini ta’ bejgħ approvati mill-Kummissjoni. Biex iwettaq iċ-ċessjoni, Citadele banka għandu jsib xerrej u għandu jikkonkludi bejgħ finali u ftehim vinkolanti ta’ bejgħ u xiri għas-self tal-KSI sa mhux aktar tard minn […]. Jekk Citadele banka ma jkunx daħal f’tali ftehim sa din id-data, għandu jagħti mandat esklussiv lill-fiduċjarju taċ-ċessjoni biex ibiegħ is-self tal-KSI sal-[…].

(73)

Impenn biex jitneħħa n-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid. In-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid għandu jitneħħa minn […] bħala negozju avvjat lil xerrej skont termini ta’ bejgħ approvati mill-Kummissjoni. Għal dan il-għan, sa mhux aktar tard minn […]:

(a)

il-Latvja trid issib xerrej u tikkonkludi ftehim finali u vinkolanti ta’ bejgħ u xiri għall-bejgħ ta’ 100 % tal-parteċipazzjoni tagħha f’Citadele banka, inkluż in-negozju tal-ġestjoni tal-ġid, jew

(b)

Citadele banka jrid isib xerrej u jikkonkludi ftehim finali u vinkolanti ta’ bejgħ u xiri għall-bejgħ tan-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid b’mod separat mill-bqija ta’ Citadele banka.

Jekk in-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid ma jitneħħiex, flimkien ma’ Citadele banka jew b’mod separat, sal-[…], Citadele banka għandu jagħti mandat esklussiv lill-fiduċjarju taċ-ċessjoni biex ibiegħ in-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid b’mod separat mill-bqija ta’ Citadele banka sal-[…].

(74)

Il-konservazzjoni tal-vijabbiltà, il-kummerċjabilità u l-kompetittività. Sal-konklużjoni tal-bejgħ tan-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid, Citadele banka għandu jikkonserva l-vijabbiltà ekonomika, il-kummerċjabilità u l-kompetittività tan-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid b’konformità mal-prattika tajba tan-negozju, u għandu jnaqqas kemm jista’ jkun kull riskju ta’ telf tal-potenzjal kompetittiv tiegħu.

(75)

Iż-żamma ta’ obbligu separat. Sal-konklużjoni tal-bejgħ tan-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid, Citadele banka għandu jżomm in-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid separat min-negozji li se jżomm u għandu jiżgura li l-membri tal-persunal ewlieni tan-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid ma jkollhom l-ebda involviment f’xi negozju li jkun inżamm u vice versa. Citadele banka għandu jaħtar maniġer għaż-żamma tal-operazzjonijiet b’mod separat, li għandu jkun responsabbli biex jissorvelja n-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid taħt is-superviżjoni tal-fiduċjarju inkarigat bil-monitoraġġ. Il-maniġer għaż-żamma tal-operazzjonijiet b’mod separat għandu jamministra n-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid b’mod indipendenti u fl-aħjar interess tan-negozju, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-vijabbiltà ekonomika, il-kummerċjabbiltà u l-kompetittività kontinwa tiegħu, kif ukoll l-indipendenza tiegħu min-negozju li se jkun inżamm minn Citadele banka.

(76)

Impenn biex Citadele banka jinbiegħ. Il-Latvja għandha tneħħi jew tipprokura ċ-ċessjoni ta’ Citadele banka lil xerrej sal-31 ta’ Diċembru 2015, skont it-termini ta’ bejgħ approvati mill-Kummissjoni. Biex twettaq iċ-ċessjoni, il-Latvja għandha ssib xerrej u tikkonkludi ftehim finali u vinkolanti ta’ bejgħ u xiri għall-bejgħ ta’ Citadele banka sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014. Sabiex twettaq dan l-impenn, il-Latvja għandha tbiegħ l-ishma kollha miżmuma b’mod dirett u mhux dirett (inkluż permezz ta’ impriżi pubbliċi), f’Citadele banka. Jekk il-Latvja ma tikkonkludix tali ftehim sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Latvja għandha tagħti mandat esklussiv lill-Fiduċjarju taċ-Ċessjoni biex ibigħ Citadele banka sal-31 ta’ Diċembru 2015.

(77)

Limiti fuq self ġdid u fuq depożiti ġodda fil-pajjiżi Baltiċi. Fil-Latvja, il-Litwanja u l-Estonja, Citadele banka u l-impriżi affiljati tiegħu għandhom jillimitaw:

(a)

is-self ġdid gross tagħhom f’termini ta’ volum u ishma tas-suq fis-self fit-termini tal-portafoll tas-self totali għal Citadele banka u AB “Citadele” bankas (24);u

(b)

il-bilanċi tad-depożiti tagħhom kemm f’termini ta’ volum kif ukoll ta’ ishma tas-suq,

sal-ammonti massimi permessi indikati fit-Tabelli 12-17.

Is-suq Latvjan

Tabella 12

Limiti fuq is-self fil-Latvja

 

2010

2011

2012

2013

2014

2015

Self ġdid gross ewlieni (LVL miljun)

[28-40]

[115-165]

[120-175]

[130-190]

[145-210]

[160-230]

Sehem mis-suq għal self ewlieni (mingħajr self tal-KSI) f’termini ta’ sehem tal-portafoll tas-self għal self totali fil-Latvja (%)

[< 5] %

[< 6] %

[< 6] %

[< 6] %

[< 7] %

[< 7] %

Self ġdid gross għas-settur privat tal-ġestjoni tal-kapital (PCM) (25) (LVL miljun)

[0-4]

[9-13]

[9.5-14]

[10-15]

[11-17]

[12.5-18]


Tabella 13

Limiti fuq il-bilanċi tad-depożiti fil-Latvja

 

2010

2011

2012

2013

2014

2015

Bilanċ tad-depożiti ewlenin (mingħajr depożiti PCM) (LVL miljun)

[550-790]

[600-860]

[660-950]

[720-1045]

[795-1150]

[875-1260]

Sehem tas-suq għal depożiti ewlenin (%)

[< 7] %

[< 8] %

[< 8] %

[< 8] %

[< 8] %

[< 8] %

Bilanċ tad-depożiti PCM (LVL miljun)

[340-490]

[405-585]

[375-540]

[410-590]

[440-630]

[475-685]

Sehem tas-suq għal depożiti PCM (%)

[< 5] %

[< 5] %

[< 5] %

[< 5] %

[< 5] %

[< 5] %

Is-suq Litwan

Tabella 14

Limiti fuq is-self fil-Litwanja

 

2010

2011

2012

2013

2014

2015

Self ġdid gross (LVL miljun)

[19-27]

[36.5-53]

[40-58]

[44-63]

[48-70]

[53-76]

Sehem tas-suq f’termini ta’ sehem ta’ portafoll tas-self għal self totali fil-Litwanja (%)

[< 2.5] %

[< 2.5] %

[< 2.5] %

[< 3] %

[< 3] %

[< 3] %


Tabella 15

Limiti fuq il-bilanċi totali tad-depożiti fil-Litwanja

 

2010

2011

2012

2013

2014

2015

Bilanċ totali tad-depożiti (LVL miljun)

[115-170]

[130-185]

[140-205]

[155-225]

[170-245]

[190-270]

Sehem tas-suq (%)

[< 3] %

[< 3] %

[< 3] %

[< 4] %

[< 4] %

[< 4] %

Is-suq Estonjan

Tabella 16

Limiti fuq is-self fl-Estonja

 

2010

2011

2012

2013

2014

2015

Self ġdid gross (LVL miljun)

[3.2-4.6]

[7-10]

[7.6-11]

[8-12]

[9-13]

[10-14]

Sehem tas-suq f’termini ta’ sehem ta’ portafoll tas-self għal self totali fl-Estonja (%)

[< 1.5] %

[< 1.5] %

[< 1.5] %

[< 1.5] %

[< 1.5] %

[< 1.5] %


Tabella 17

Limiti fuq il-bilanċi totali tad-depożiti fl-Estonja

 

2010

2011

2012

2013

2014

2015

Bilanċ totali tad-depożiti

[85-125]

[95-135]

[105-150]

[115-165]

[125-180]

[135-195]

Sehem tas-suq (%)

[< 1] %

[< 1.5] %

[< 2.5] %

[< 2.5] %

[< 2.5] %

[< 2.5] %

(78)

Limiti fuq id-depożiti għal fergħat Ġermaniżi u Svediżi. Citadele banka għandu jillimita l-bilanċi tad-depożiti tiegħu fil-fergħat Ġermaniżi u Svediżi kemm f’termini ta’ volum kif ukoll ta’ ishma tas-suq rispettivi għall-ammonti massimi permessi indikati fit-Tabelli 18 u 19.

Tabella 18

Limiti fuq il-bilanċi tad-depożiti totali għall-fergħa Ġermaniża

 

2010

2011

2012

2013

2014

2015

Bilanċ totali tad-depożiti (LVL miljun)

[47-69]

[50-75]

[60-85]

[65-90]

[70-100]

[80-110]

Sehem tas-suq (%)

[< 0.5] %

[< 0.5] %

[< 0.5] %

[< 0.5] %

[< 0.5] %

[< 0.5] %

Tabella 19

Limiti fuq il-bilanċi tad-depożiti totali għall-fergħa Svediża

 

2010

2011

2012

2013

2014

2015

Bilanċ totali tad-depożiti (LVL miljun)

[35-50]

[40-55]

[40-60]

[45-70]

[50-75]

[55-80]

Sehem tas-suq (%)

[< 0.5] %

[< 0.5] %

[< 0.5] %

[< 0.5] %

[< 0.5] %

[< 0.5] %

(79)

L-ebda żieda fin-numru ta’ fergħat: Citadele banka m’għandux iżid in-numru totali ta’ fergħat. Dan, madankollu, ma jwaqqafx lil Citadele banka milli jwettaq allokazzjoni mill-ġdid ta’ wħud mill-fergħat tiegħu.

(80)

L-Impenji msemmija fil-premessi (77)-(79) għandhom japplikaw sakemm jitwettaq kemm il-ħlas lura kollu tal-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ miżuri ta’ likwidità mogħtija mil-Latvja lil Citadele banka kif ukoll sakemm jiġi konkluż il-bejgħ ta’ Citadele banka, u, mill-inqas, sal-[…]. Jekk in-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid jinbiegħ b’mod separat mill-bqija ta’ Citadele banka, il-limiti dwar is-self u d-depożiti tal-PCM (parti min-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid) imsemmija fil-premessa (77) għandhom jieqfu milli japplikaw wara l-konklużjoni tal-bejgħ, b’mod separat, tan-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid.

(81)

Rimunerazzjoni fir-rigward tal-miżura ta’ salvataġġ tal-assi: Citadele banka għandu jrodd rimunerazzjoni lil-Latvja għas-salvataġġ tal-assi sal-ammont ta’ telf stmat li ġġarrab il-Latvja fix-xenarju tal-agħar każ possibbli, li huwa l-ammont totali tal-miżuri ta’ likwidità previsti mil-Latvja li possibbilment jistgħu jintilfu fl-aħħar tar-realizzazzjoni tal-assi (LVL [100-200] miljun) u l-kapital totali prospettiv li għandu jiġi pprovdut lil Parex banka mid-data tat-trasferiment (LVL […] miljun). Ir-rimunerazzjoni għandha tieħu l-forma ta’ spejjeż fil-kont ta’ qligħ u telf, jiġifieri qabel jiġi stabbilit l-introjtu nett annwali. Dik ir-remunerazzjoni għandha titħallas għal kull sena li fiha l-proporzjon tal-adegwatezza tal-kapital ta’ Citadele banka fuq bażi waħdanija ma tkunx inqas minn 12 %, u l-proporzjon tal-adegwatezza tal-kapital f’livell ta’ grupp ma tkunx inqas minn 8 % sakemm l-ammont rilevanti ma jwassalx biex Citadele banka jġarrab telf fis-sena rilevanti. Dan l-impenn għandu japplika sa meta sseħħ il-konklużjoni tal-bejgħ ta’ Citadele banka.

(82)

Projbizzjoni ta’ Akkwisti. Citadele banka għandu jżomm lura milli jwettaq akkwisti kemm ta’ istituzzjonijiet finanzjarji kif ukoll ta’ istituzzjonijiet mhux finanzjarji sakemm jitwettaq kemm il-ħlas lura tal-għajnuna kollha fil-forma ta’ miżuri ta’ likwidità mogħtija mil-Latvja lil Citadele banka kif ukoll sakemm jiġi konkluż il-bejgħ ta’ Citadele banka.

(83)

L-ebda self tal-KSI ġdid. Sakemm jiġi konkluż il-bejgħ tas-self tal-KSI, Citadele banka m’għandu jagħti l-ebda self ġdid lil klijenti mill-pajjiżi tas-KSI u lil klijenti li l-benefiċjarji aħħarija tagħhom huma minn pajjiżi tas-KSI. Citadele banka u l-impriżi affiljati tiegħu se jkunu jistgħu jqassmu l-fondi biss meta l-kuntratt formali għas-self ikun ġie ffirmat qabel id-data tat-trasferiment. Citadele banka għandu jieqaf jagħti ħlasijiet bil-quddiem ulterjuri fuq self eżistenti ħlief f’sitwazzjonijiet fejn dan ikun meħtieġ sabiex tiġi ppreżervata jew imtejba l-probabbiltà li Citadele jew l-impriżi affiljati tiegħu jingħataw ħlas lura fuq self pendenti. Barra minn hekk, dawn l-ħlasijiet bil-quddiem għandhom ikunu limitati għal mhux aktar minn 2 % tal-portafoll tas-self għas-sena ta’ qabel.

2.5.2.   IMPENJI LI JIRRIGWARDAW LIL PAREX BANKA

(84)

L-ebda attivitajiet ġodda. Parex banka u l-impriżi affiljati tiegħu m’għandhomx jinvolvu ruħhom f’attivitajiet ġodda li mhumiex meħtieġa għall-ħidma primarja tiegħu tal-ġestjoni tal-assi biex dawn imbagħad jiġu mibjugħa.

(85)

Parex banka u l-impriżi affiljati tiegħu għandhom jieqfu:

(a)

milli jagħtu kwalunkwe tip ta’ self ġdid lil klijenti kemm privati kif ukoll korporattivi, inkluż self relatat ma’ kiri fit-tul. Parex banka u l-impriżi affiljati tiegħu se jkunu jistgħu jqassmu l-fondi biss meta l-kuntratt formali għas-self ikun ġie ffirmat qabel id-data tat-trasferiment jew meta ma jkunx hemm flus ġodda u s-self isir biex jiġi ristrutturat is-self marbut ma’ assi għar-ristrutturar. Parex banka se jkun f’pożizzjoni li jagħti self ġdid lill-impriżi affiljati tiegħu għall-immaniġġjar ta’ garanzjiji li jkunu ttieħdu lura;

(b)

milli jagħtu ħlasijiet bil-quddiem addizzjonali fuq self eżistenti ħlief f’sitwazzjonijiet fejn dan ikun meħtieġ sabiex tiġi ppreżervata jew tiżdied il-probabbiltà li Parex banka jew l-impriżi affiljati tiegħu jitħallsu lura fuq self pendenti u fejn ħlas bil-quddiem addizzjonali jkun meħtieġ biex jiġu ffinanzjati tiswijiet u azzjonijiet ta’ titjib li huma essenzjali għall-integrità strutturali tal-proprjetà assigurata. Barra minn hekk, dawn il-ħlasijiet bil-quddiem għandhom ikunu limitati għal mhux aktar minn 5 % tal-portafoll tas-self għas-sena ta’ qabel.

(ċ)

milli jaċċettaw depożiti ġodda mill-pubbliku.

(86)

Parex banka u l-impriżi affiljati tiegħu għandhom jillikwidaw jew ineħħu l-attivitajiet kollha relatati ma’ kiri fit-tul sal-[…].

(87)

L-ammont totali massimu ta’ kapital ipprovdut b’mod dirett jew indirett fi kwalunkwe forma mil-Latvja lil Parex banka m’għandux jaqbeż l-ammont ta’ LVL 218.7 miljun. Il-Latvja m’għandhiex tipprovdi, la b’mod dirett u lanqas b’mod indirett, aktar kapital fi kwalunkwe forma li Parex banka wara l-[…].

2.5.3.   IMPENJI OĦRA

(88)

Projbizzjoni fuq id-Dividends u l-Kupuni. Citadele banka, Parex banka u l-impriżi affiljati tagħhom m’għandhomx iħallsu dividends jew kupuni fuq strumenti ta’ kapital eżistenti (inklużi ishma preferenzjali, ishma B, u strumenti tat-2 Livell ta’ livell għoli jew baxx) jew jeżerċitaw drittijiet għal sejħiet fir-rigward ta’ dawn, sakemm ma jkunx hemm obbligu legali biex isir hekk. Madankollu, dan l-impenn ma japplikax għall-kapital miżmum b’mod dirett jew mhux dirett mil-Latvja, u għall-kapital miżmum minn Citadele banka u minn Parex banka fl-impriżi affiljati tagħhom.

(89)

L-ebda referenza għal għajnuna mill-Istat fir-reklamar. Citadele banka u Parex banka m’għandhomx jużaw l-għoti tal-għajnuna mill-Istat, il-pussess mill-Istat jew kwalunkwe vantaġġi kompetittivi li jirriżultaw minn din l-għajnuna jew minn dan il-pussess għal skopijiet ta’ reklamar.

(90)

L-impenji stabbiliti fil-premessi (88)-(89) għandhom japplikaw għal Citadele banka sakemm jitwettaq kemm il-ħlas lura tal-għajnuna kollha mill-Istat fil-forma ta’ miżuri ta’ likwidità mogħtija mil-Latvja lil Citadele banka kif ukoll sakemm jiġi konkluż il-bejgħ ta’ Citadele banka.

(91)

Is-separazzjoni bejn Citadele banka u Parex banka: Citadele banka u Parex banka għandhom ikunu kompletament separati fuq livell operattiv sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Awwissu 2011, ħlief għal ċerti attivitajiet tal-IT u għall-ġestjoni u l-amministrazzjoni tas-self tal-KSI. Dan is-servizz li ġie msemmi l-aħħar għandu jkun rimunerat skont tariffa orjentata lejn is-suq.

(92)

Fiduċjarju. Għandu jinħatar fiduċjarju inkarigat bil-monitoraġġ biex iwettaq il-funzjonijiet speċifikati fit-Taqsima F tal-impenji.

(93)

Jekk il-Latvja jew Citadele banka, kif xieraq, ma jkunux ikkonkludew ftehim vinkolanti ta’ bejgħ u xiri xahar qabel it-tmiem tal-perjodi msemmija fil-premessi (72), (73) u (76) għandu jinħatar fiduċjarju taċ-ċessjoni biex iwettaq il-funzjonijiet speċifikati fit-taqsima F tal-impenji.

(94)

Il-fiduċjarji għandhom ikunu indipendenti minn Citadele banka, minn Parex banka u mil-Latvja, għandu jkollhom il-kwalifiki meħtieġa biex iwettqu l-mandat tagħhom, m’għandux ikollhom kunflitt ta’ interess u lanqas m’għandhom ikunu esposti għal tali kunflitt.

(95)

Il-Kummissjoni se jkollha d-diskrezzjoni li tapprova jew tirrifjuta l-fiduċjarji proposti u li tapprova l-mandat skont kwalunkwe modifiki li tista’ tqis li huma meħtieġa għal-fiduċjarji biex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-obbligi tagħhom.

(96)

Il-fiduċjarju(i) għandhom jassumu d-dmirijiet speċifikati tagħhom sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-impenji. Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-fiduċjarju, tal-Latvja, ta’ Citadele banka jew ta’ Parex banka, tagħti kwalunkwe ordnijiet jew struzzjonijiet lill-fiduċjarju sabiex tiġi żgurata l-konformità kemm mal-kundizzjonijiet u l-obbligi msemmija f’din id-Deċiżjoni kif ukoll mal-impenji.

3.   RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI

(97)

Il-Kummissjoni tat bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar il-pjan inizjali ta’ ristrutturar li ġie ppreżentat fil-11 ta’ Mejju 2009 f’dan il-każ minħabba li kellha, inter alia, dubji dwar l-adegwatezza tal-pjan ta’ ristrutturar inizjali biex jiżgura t-treġġigħ lura tal-vijabbiltà fit-tul tal-bank mingħajr appoġġ sostnut mill-Istat.

(98)

B’mod aktar speċifiku, ma kienx ċar kif u meta Parex banka kien se jerġa’ jsir konformi mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti. Barra minn hekk, il-pjan inizjali ma indirizzax b’mod adegwat il-fatturi tar-riskju (inkluż l-esponiment għal persuni li jissellfu li mhumiex mill-OECD) identifikati fir-rapport dwar id-diliġenza dovuta li ġie ppreżentat mal-pjan ta’ ristrutturar. Barra minn hekk, il-pjan inizjali deher li kien ibbażat fuq suppożizzjonijiet pjuttost ottimisti fir-rigward tal-kundizzjonijiet operattivi futuri. Il-Kummissjoni kellha dubji rigward kif il-bank kien se jkun kapaċi jamministra t-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq il-ħruġ tad-depożiti. Minkejja l-limitazzjonijiet tal-likwidità, il-pjan inizjali deher li kien mibni fuq strateġija ta’ negozju li kienet qed tespandi u li kienet valida għas-setturi kollha tas-self u ma kienx jipprovdi għall-abbandun jew għat-tnaqqis ta’ attivitajiet li jinvolvu livell ta’ riskju aktar sinifikanti, bħal pereżempju l-għoti ta’ self lil individwi ta’ valur għoli fil-pajjiżi tal-KSI. Rigward l-espansjoni tal-volumi tad-depożiti u tal-attivitajiet ta’ tkattir tad-depożiti li kienet prevista dak iż-żmien, kien hemm dubji dwar jekk dak il-pjan kienx realistiku u kosteffiċjenti. Barra minn hekk, sa dak il-punt l-awtoritajiet Latvjani ma kinux ipprovdew ir-riżultati tas-simulazzjoni ta’ kriżi. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni għalhekk stiednet lill-awtoritajiet Latvjani sabiex jikkunsidraw mill-ġdid l-istrateġija tan-negozju globali li ġiet proposta għal Parex banka.

(99)

Il-pjan kien jipprevedi strateġija ta’ espansjoni tan-negozju li deher li prinċipalment kien jiddependi minn politika aggressiva ta’ pprezzar u ta’ kummerċjalizzazzjoni maħsuba biex jerġgħu jinkisbu lura ishma tas-suq mitlufa bl-użu tal-vantaġġ kompetittiv tal-bank maħluq minħabba l-għajnuna mill-Istat. Madankollu, dan ma kienx jinkludi miżuri xierqa maħsuba biex jillimitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni.

(100)

Rigward il-kwistjoni tal-qsim tal-piżijiet/kontribuzzjoni proprja, il-pjan inizjali ma pprovdiex informazzjoni ċara dwar l-ammont totali ta’ għajnuna mill-Istat li kien meħtieġ, u dwar il-kontribuzzjoni proprja ta’ Parex banka. Il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk il-pjan inizjali kienx iffukat b’tali mod li jillimita l-għajnuna kemm jista’ jkun. Fl-isfond tax-xenarji kollha, il-bank baqa’ jiddependi fuq il-faċilitajiet tal-likwidità jew fuq il-garanziji tal-Istat anki sal-aħħar tal-perjodu ta’ ristrutturar. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni kellha wkoll tinvestiga sa liema punt setgħu jitnaqqsu l-ħtiġijiet ta’ finanzjament ta’ Parex banka permezz tat-tqegħid ta’ enfasi akbar fuq l-attivitajiet prinċipali u permezz ta’ tnaqqis globali akbar fid-daqs tal-bank.

4.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI

(101)

Ma waslu l-ebda kummenti mingħand partijiet terzi interessati fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-ftuħ fil-limiti ta’ żmien stabbiliti.

5.   KUMMENTI MIL-LATVJA

(102)

B’risposta għad-Deċiżjoni tal-ftuħ, fl-4 ta’ Settembru 2009 l-awtoritajiet Latvjani ppreżentaw pjan ta’ ristrutturar rivedut li fih immiraw li jindirizzaw diversi dubji li tqajmu mill-Kummissjoni billi jbiddlu l-istrateġija ta’ ristrutturar għal Parex banka. Il-kontenut tal-pjan huwa deskritt fit-taqsima 3.2. Madankollu, wara d-deċiżjoni finali dwar il-qsim ta’ Parex banka, dak il-pjan ġie ssostitwit mill-pjan ta’ ristrutturar finali, li ġie ppreżentat fis-7 ta’ Lulju 2010.

6.   KUMMENTI OĦRA

(103)

Wara li skada l-perjodu preskritt, il-Kummissjoni rċeviet ittri tal-15 ta’ Ġunju u tat-13 ta’ Lulju 2010 mingħand l-azzjonisti ta’ Parex banka li qabel kellhom maġġoranza. Barra minn hekk, il-Kummissjoni rċeviet ittri mingħand membri tal-Parlament Latvjan tat-22 ta’ Ġunju u tal-1 ta’ Lulju 2010. Il-kwistjoni prinċipali mqajma fl-ittri tal-15 ta’ Ġunju u tat-13 ta’ Lulju 2010 kienet tikkonċerna l-għażla bejn ix-xenarji “good-out” u “bad-out” fil-kuntest tar-ristrutturar tal-bank. L-ittri tat-22 u tal-1 ta’ Lulju kkonċentraw fuq l-implikazzjonijiet li l-istrateġija magħżula għal Parex banka u l-inizjattivi leġiżlattivi kurrenti jista’ jkollhom fid-dawl tas-sistema legali tal-Latvja.

(104)

Il-Kummissjoni tinnota li, fejn xieraq, fl-evalwazzjoni tagħha tal-pjan ta’ ristrutturar finali hija kkunsidrat il-kwistjonijiet li tqajmu f’dawn l-ittri sal-punt fejn dawn kienu rilevanti, u sa fejn il-kwistjoni kienet taqa’ taħt il-kompetenza tagħha.

7.   VALUTAZZJONI

7.1.   L-EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA

(105)

Il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk il-miżuri kkonċernati jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat. L-Artikolu 107(1) tat-TFUE jistabbilixxi li kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li tfixkel jew li thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi għandha, safejn taffettwa l-kummerċ bejn Stati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.

(106)

Il-Kummissjoni tosserva li, rigward il-miżuri ta’ salvataġġ fil-forma ta’ sostenn ta’ likwidità, ta’ garanzija u ta’ rikapitalizzazzjoni mogħtija lil Parex banka, li se jinżammu wara l-qsim ta’ Parex banka matul il-fażi ta’ ristrutturar, fl-ewwel Deċiżjoni ta’ salvataġġ (26) hija diġà stabbiliet li dawk il-miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni m’għandha l-ebda raġuni għalfejn tibdel l-evalwazzjoni preċedenti tagħha f’dan ir-rigward. Bl-istess mod, minħabba li dawn il-miżuri huma ta’ benefiċċju għal parti sostanzjali mill-attività ekonomika li qabel kienet titwettaq minn Parex banka u li qed titkompla minn Citadele banka, huma jikkostitwixxu wkoll għajnuna mill-Istat għal Citadele banka.

(107)

Rigward il-miżuri ta’ għajnuna deskritti fil-premessi (63) u (69), il-Latvja timplimentahom għar-ristrutturar ta’ Parex banka, li kien u jibqa’ parzjalment involut f’attivitajiet internazzjonali u transkonfinali. Anki Citadele banka, li se jieħu l-kontroll tal-attivitajiet ekonomiċi ta’ Parex banka, huwa attiv u se jibqa’ attiv fi swieq miftuħa għall-kompetizzjoni internazzjonali. Għalhekk, huwa mistenni li kwalunkwe vantaġġ minn riżorsi mill-Istat għandu jolqot il-kompetizzjoni fil-qasam bankarju, u għandu joħloq impatt fuq il-kummerċ li jsir fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, il-miżuri kkonċernati huma selettivi minħabba li jibbenefikaw biss lil Citadele banka u lil Parex banka, u huma ffinanzjati permezz ta’ riżorsi tal-Istat. Fiċ-ċirkostanzi attwali ta’ kriżi finanzjarja u fid-dawl tad-diffikultajiet finanzjarji li sab ruħu fihom Parex banka, investitur li jopera f’ekonomija tas-suq ma kienx jagħti miżuri bħal dawn fuq il-bażi tal-istess termini.

(108)

Barra minn hekk, rigward il-miżuri ta’ kapitalizzazzjoni, qed jitqies li investitur li jopera f’ekonomija tas-suq jistenna redditu li huwa proporzjonat mar-riskju perċepit għall-investiment inkwistjoni. B’mod partikolari, dan huwa minnu għal Citadele banka, li attwalment mhuwiex valutat, u li nħoloq mill-bank li kien jinsab f’diffikultà fil-kuntest tar-ristrutturar.

(109)

It-trasferiment ta’ assi minn Parex banka għal Citadele banka implimentat fl-isfond ta’ xenarju “good-out” (ara l-premessa (69)) qed jitqies bħala miżura ta’ salvataġġ tal-assi, minħabba li l-bank il-ġdid li nħoloq (Citadele banka) inħeles mill-piż ta’ telf potenzjali fuq assi mhux prinċipali u li ma jirrendux qligħ li tħallew f’Parex banka. Dak il-ħelsien minn piż, min-naħa tiegħu, jippermetti lil Citadele banka biex jevita t-tnaqqis sussegwenti tal-kapital tiegħu. Għalhekk, il-miżura inkwistjoni tagħti vantaġġ lil Citadele banka.

(110)

Il-miżura ta’ salvataġġ tal-assi hija ffinanzjata permezz ta’ riżorsi mill-Istat minħabba li skont il-pjan ta’ ristrutturar finali l-Latvja se tipprovdi lil Parex banka b’kapital ta’ sa LVL 218.7 miljun sal-[…] li, flimkien mal-ammont ta’ depożiti pendenti ta’ LVL [100-200] miljun, potenzjalment mhuwiex se jitħallas lura fl-aħħar tal-perjodu […] ppjanat (ara t-Tabella 11 hawn fuq).

(111)

Fid-dawl ta’ kif ġie deskritt hawn fuq qed jiġi kkunsidrat li anki rikapitalizzazzjoni ulterjuri meta jsir il-qsim fil-forma ta’ injezzjoni ta’ LVL 103 miljun f’kapital f’Citadele banka, konverżjoni ta’ depożiti tal-Istat u tal-imgħax fuq dawn id-depożiti f’Parex banka meta u wara li jsir il-qsim (ara l-premessa (63) hawn fuq) u l-miżura ta’ salvataġġ tal-assi (ara l-premessa (69) hawn fuq) jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

7.2   KOMPATIBILITÀ TAL-GĦAJNUNA

7.2.1   IL-BAŻI LEGALI GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-KOMPATIBILITÀ

(112)

L-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tqis għajnuna partikolari bħala li hi kompatibbli mas-suq intern, jekk din tkun maħsuba biex “sabiex tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru”. Kif diġà ġie indikat fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni tqis li minħabba r-rilevanza sistemika ta’ Parex banka, f’dan il-każ jista’ jiġi applikat l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE, u li l-miżuri ta’ għajnuna notifikati għandhom jiġu evalwati fuq din il-bażi.

(113)

Fuq il-bażi tal-tliet Komunikazzjonijiet (27) li ġew adottati fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali li kienu fis-seħħ fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni, fid-Deċiżjoni tal-ftuħ il-każ kien ġie valutat b’mod preliminari b’konformità mal-prinċipji tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà (28), filwaqt li tqiesu l-karatteristiċi partikolari tal-kriżi fis-swieq finanzjarji.

(114)

Għalkemm id-Deċiżjoni tal-ftuħ għamlet referenza għal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà, fil-premessa 49 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni ta’ miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-“Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar”) (29) il-Kummissjoni ċċarat li kull għajnuna relatata ma’ istituzzjonijiet finanzjarji notifikati lilha qabel il-31 ta’ Diċembru 2010 se tiġi evalwata bħala għajnuna għar-ristrutturar lill-banek skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar minflok skont il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà.

(115)

Fir-rigward tal-miżura ta’ salvataġġ tal-assi, din għandha wkoll tiġi evalwata fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-Trattament ta’ Assi indeboliti fis-Settur Bankarju tal-Komunità (30) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-“Komunikazzjoni dwar Assi Indeboliti”).

(116)

Fil-kuntest tal-ewwel Deċiżjoni ta’ salvataġġ (u aktar tard ikkonfermat, inter alia, fid-Deċiżjoni tal-ftuħ), kien diġà ġie stabbilit li Parex banka huwa istituzzjoni f’diffikultà u li għalhekk kien meħtieġ li jsir ristrutturar fil-fond tal-bank.

7.2.2.   KONFORMITÀ TAL-MIŻURI MAL-KOMUNIKAZZJONI DWAR ASSI INDEBOLITI

(117)

Kif diġà ġie enfasizzat fil-premessi (109), (108) u (111), it-tranżazzjoni dwar it-trasferiment tal-assi minn Parex banka għal Citadele banka tista’ tiġi kkunsidrata bħala miżura ta’ salvataġġ tal-assi. L-Istat se jerfa’ sehem sinifikanti tat-telf mill-assi mhux prinċipali u mill-assi li ma jirrendux qligħ.

(118)

Il-kondizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għal miżuri ta’ salvataġġ tal-assi huma stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar Assi Indeboliti. Skont it-taqsima 5.2 ta’ dik il-Komunikazzjoni, miżura ta’ salvataġġ tal-assi għandha tiżgura trasparenza ex-ante u għandha tipprovdi għal qsim adegwat tal-piżijiet segwit mill-valutazzjoni korretta tal-assi eliġibbli u r-rimunerazzjoni korretta tal-Istat, hekk li l-miżura ta’ salvataġġ tal-assi tiżgura r-responsabbiltà tal-azzjonisti u ma tfixkilx il-kompetizzjoni bla bżonn.

(119)

B’mod ġenerali, fejn dan il-każ jitbiegħed minn tranżazzjonijiet simili (31), huwa jagħmel dan b’mod pożittiv peress li l-Latvja mhux se tkopri t-telf kollu mill-portafoll indebolit. Minflok, il-kopertura hija żgurata biss sa ammont massimu u sal-punt meħtieġ biex Parex banka ssir konformi mal-kapital sal-[…]. F’xenarji ta’ qsim ta’ assi fejn, bħal fil-każ preżenti, jintgħażel il-metodu “good-out”, il-piż ta’ telf fuq assi mhux prinċipali u mill-assi li ma jirrendux qligħ jintrefa’ wkoll b’mod parzjali mill-azzjonisti li qabel kellhom maġġoranza u mill-azzjonisti b’minoranza preżenti sa mit-twaqqif tal-kumpanija. Dan il-metodu jitqies b’mod pożittiv minn perspettiva ta’ għajnuna mill-Istat, peress li jillimita, sa ċertu punt, il-ħtieġa għal valutazzjoni sħiħa tal-istat tal-indebolimenti.

(120)

Skont il-Komunikazzjoni dwar Assi Indeboliti, l-adegwatezza tal-prezz tat-trasferiment u r-remunerazzjoni għandha tiġi evalwata. F’dan il-każ, jidher b’mod ċar li l-valur kontabbli tal-assi li se jibqgħu f’Parex banka huwa ogħla mill-valur tagħhom fis-suq, u għalhekk jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil Citadele banka, kif diġà ġie stabbilit fil-premessi (109)-(111).

(121)

Skont il-punti 23 u 41 tal-Komunikazzjoni dwar Assi Indeboliti, il-prezz tat-trasferiment f’miżuri ta’ xiri ta’ assi għandu jkun ibbażat fuq il-valur ekonomiku fit-tul prinċipali tagħhom. F’xenarju “good-out”, il-bank it-tajjeb għalhekk suppost għandu jkopri d-differenza bejn il-valur tat-trasferiment u l-valur ekonomiku reali. Jekk dan ma jkunx possibbli sabiex jiġi evitat falliment tekniku, din id-differenza jkollha tiġi rkuprata, pereżempju permezz ta’ treġġigħ lura.

(122)

F’dan il-każ, u kif diġà ġie stabbilit fil-premessa (69) huwa mistenni li approċċ konservattiv ibbażat fuq l-agħar sitwazzjoni possibbli għandu jinvolvi telf għall-Istat ta’ LVL [bejn 100 u 400] miljun; huwa mistenni li jkun hemm telf għall-Istat ta’ LVL […] miljun fix-xenarju tal-każ ta’ referenza. Minħabba li ħafna mis-self huwa kopert minn garanziji, dawk il-valutazzjonijiet tal-valur ekonomiku fit-tul ta’ assi fil-projezzjonijiet finanzjarji ma jidhrux li huma ottimisti wisq. Li kieku Citadele banka kien kapaċi jkopri t-telf kollu, il-miżura kienet tkun ekwivalenti għal trasferiment ta’ assi b’valur ekonomiku reali.

(123)

Barra minn hekk, skont it-taqsima 5.2 tal-Komunikazzjoni dwar Assi Indeboliti, il-Kummissjoni tqis li Citadele banka għandu jħallas rimunerazzjoni xieraq għall-għajnuna fil-forma ta’ għoti ta’ kapital imwettqa permezz tal-miżuri dwar l-assi indeboliti.

(124)

L-għan li tenħtieġ rimunerazzjoni (inkluż, fejn applikabbli, treġġigħ lura) huwa doppju: li jiġi żgurat li qsim tal-piżijiet u li jiġu żgurati kundizzjonijiet indaqs (jiġifieri jitnaqqas kemm jista’ jkun id-distorsjoni tal-kompetizzjoni).

(125)

Fid-dawl tal-effett mistenni tas-salvataġġ tal-assi u tal-introjtu nett prospettiv (ara t-Tabelli 3 u 4 hawn fuq) il-Kummissjoni hija tal-fehma li Citadele banka mhuwiex se jkun kapaċi jħallas ir-rimunerazzjoni meħtieġa (inkluż treġġigħ lura bis-sħiħ) għas-salvataġġ tal-assi avolja l-vijabbiltà tiġi stabbilita mill-ġdid. Madankollu, l-introjtu nett prospettiv għandu jippermetti li jħallas mill-inqas parti minn dik ir-rimunerazzjoni wara li jerġa’ jsib pożizzjoni profitabbli, u li l-bażi kapitali tiegħu tkun adegwata.

(126)

Għalhekk, il-Kummissjoni tilqa’ l-impenn tal-Latvja li permezz tiegħu Citadele banka għandu jagħti rimunerazzjoni lill-Istat għas-salvataġġ tal-assi sal-ammont ta’ telf stmat li għandu jiġġarrab fix-xenarju tal-agħar każ possibbli, li huwa l-ammont totali tad-depożiti tal-Istat li possibbilment jistgħu jintilfu fl-aħħar tar-realizzazzjoni tal-assi [LVL (bejn 100-200) miljun] u l-miżuri tal-Istat għar-rikapitalizzazzjoni [LVL (…) miljun]. Il-ħlas tar-rimunerazzjoni se jieħu l-forma ta’ spejjeż fil-kont ta’ qligħ u telf, jiġifieri qabel jiġi stabbilit tal-introjtu nett annwali, u għandu jitħallas għal kull sena li fiha l-proporzjon tal-adegwatezza tal-kapital ta’ Citadele banka tkunx inqas minn 12 %, sa ammont li ma jwassalx biex Citadele banka jġarrab telf fis-sena rilevanti. Dan l-impenn għandu japplika sa meta sseħħ il-konklużjoni tal-bejgħ ta’ Citadele banka (ara l-premessa (81)). B’mod ġenerali, il-Kummissjoni tqis li dan il-mekkaniżmu jassigura kemm jista’ jkun kontribuzzjoni mill Citadele banka għall-ispejjeż li jirriżultaw minn […].

(127)

Madankollu, peress li r-remunerazzjoni u t-treġġigħ lura jistgħu ma jilħqux il-livell previst mill-Komunikazzjoni dwar Assi Indeboliti, skont il-punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar Assi Indeboliti jeħtieġ li jsir ristrutturar fuq firxa wiesa’. Dan ir-ristrutturar għandu jinkludi, b’mod partikolari, limitazzjoni sinifikanti tad-daqs tal-bank li jinsab f’diffikultà, biex jiġi kkumpensat il-fatt li Citadele banka mhuwiex se jerfa’ t-telf kollu u mhuwiex se jħallas rimunerazzjoni li tista’ titqies bħala li hija għal kollox adegwata.

(128)

Biex jiġi konkluż jekk ir-ristrutturar huwiex biżżejjed, dan għandu jiġi evalwat kontra l-għanijiet tar-rimunerazzjoni u t-treġġigħ lura, jiġifieri qsim tal-piżijiet u t-tnaqqis tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni. B’mod partikolari, jeħtieġ li jiġi verifikat jekk inkisibx qsim suffiċjenti tal-piżijiet permezz ta’ mezzi oħra, u jekk id-distorsjoni tal-kompetizzjoni hijiex limitata billi jiġu vverifikati l-pożizzjoni tas-suq u d-daqs ta’ Citadele banka. Din il-valutazzjoni għandha tikkunsidra l-miżuri ta’ għajnuna l-oħra li bbenefikaw minnhom Parex banka u Citadele banka, u hija riflessa fil-parti ta’ din id-Deċiżjoni li tanalizza l-konformità tal-miżuri ta’ għajnuna mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar (ara l-premessi (144) et sequitur).

(129)

Wara l-qsim, Parex banka se jkun separat u indipendenti, fuq livell ta’ organizzazzjoni, minn Citadele banka, skont kif meħtieġ mit-taqsima 5.6 tal-Komunikazzjoni dwar Assi Indeboliti.

(130)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li l-każ preżenti huwa konformi mal-Komunikazzjoni dwar Assi Indeboliti

7.2.3.   KOMPATIBBILTÀ SKONT IL-KOMUNIKAZZJONI DWAR IR-RISTRUTTURAR

L-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar

(131)

Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tistabbilixxi r-regoli dwar għajnuna mill-Istat li huma applikabbli għar-ristrutturar ta’ istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi attwali. Sabiex ikun kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE, ir-ristrutturar ta’ istituzzjoni finanzjarja fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali għandu:

(i)

Iwassal għall-ksib lura tal-vijabbiltà fit-tul tal-bank;

(ii)

Jinkludi biżżejjed kontribuzzjoni proprja mill-benefiċjarju (qsim tal-piżijiet);

(iii)

Jinkludi miżuri suffiċjenti li jillimitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni.

Il-ksib lura tal-vijabbiltà fit-tul

(132)

It-taqsima 2 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tistipula li l-Istat Membru għandu jippreżenta pjan ta’ ristrutturar koerenti, komprensiv u dettaljat. Dan għandu juri kif il-bank beħsiebu jikseb lura l-vijabbiltà fit-tul mill-aktar fis possibbli mingħajr għajnuna mill-Istat. Il-pjan għandu jidentifika wkoll il-kawżi tad-diffikultajiet tal-bank, kif ukoll in-nuqqasijiet tal-istess bank, u għandu jiddeskrivi kif il-miżuri ta’ ristrutturar proposti joffru rimedju għall-problemi prinċipali tal-bank.

(133)

B’mod konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 11 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-pjan ta’ ristrutturar finali li ġie ppreżentat mil-Latvja huwa koerenti, komprensiv u dettaljat. Huwa jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-mudell tan-negozju, suppożizzjonijiet prinċipali u l-projezzjonijiet finanzjarji li jirriżultaw. B’mod konformi mal-punt 10 ta’ dik il-Komunikazzjoni, il-pjan jidentifika wkoll il-kawżi tad-diffikultajiet li jiffaċċja Parex banka, b’mod partikolari l-għażla ta’ strateġija kummerċjali mhux adegwata kif ukoll it-teħid ta’ xi deċiżjonijiet ta’ riskju għoli mill-amministrazzjoni (ara t-taqsima 2.1 u l-premessi (38)(42) ta’ din id-Deċiżjoni). L-attivitajiet ta’ ristrutturar li ġew ippreżentati fil-pjan finali jindirizzaw in-nuqqasijiet tal-bank b’mod adegwat. B’hekk, it-tħassib rigward il-pjan ta’ ristrutturar li ġie notifikat inizjalment kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-ftuħ huwa indirizzat fil-pjan ta’ ristrutturar finali.

(134)

B’mod aktar speċifiku, fir-rigward tal-punt fokali tal-mudell tan-negozju, waħda mill-preokkupazzjonijiet ewlenin fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, Citadele banka, skont il-pjan ta’ ristrutturar finali, se jerġa’ jiffoka fuq attivitajiet ta’ negozju bankarju tradizzjonali fil-pajjiżi Baltiċi. Għaldaqstant, Citadele banka se jikkonċentra fuq l-attivitajiet ewlenin tiegħu, filwaqt li jirtira minn dawk iż-żoni li aggravaw id-diffikultajiet finanzjarji tiegħu. B’mod partikolari, il-fatt li l-kiri fit-tul tal-KSI (inklużi s-sussidjarji) u s-self tal-KSI li ma jirrendix qligħ se jitħalla f’Parex banka huwa meqjus bħala aspett pożittiv. Rigward self tal-KSI li jirrendi qligħ, għalkemm dan kien ġie trasferit lil Citadele banka, il-Latvja tat l-impenn tagħha biex dan jitwaqqaf, u biex fi kwalunkwe każ ma jiġi oriġinat l-ebda self ġdid (ara l-premessi (72)-(83)). Barra minn hekk, in-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid se jitwaqqaf jew b’mod separat minn Citadele banka sal-[…] jew se jinbiegħ flimkien ma’ Citadele banka jekk jinstab investitur għall-bank kollu sa dik id-data (ara l-premessa (73) ta’ din id-Deċiżjoni).

(135)

Barra minn hekk, kif indikat il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, il-bank ġdid Citadele banka se jkun qed jopera fuq skala ħafna iżgħar minn dik li fuqha kien qed jopera Parex banka qabel il-kriżi. Dan id-daqs imnaqqas huwa b’mod partikolari r-riżultat tal-qsim u tat-tneħħijiet li se jitwettqu. L-espansjoni aggressiva fis-swieq tas-self u tad-depożiti prevista fil-pjan inizjali ta’ ristrutturar ġiet riveduta ‘l isfel b’mod konservattiv fil-pjan ta’ ristrutturar finali, u se tiġi limitata skont kif impenjat ruħha li tagħmel il-Latvja (ara l-premessi (77) u (78) ta’ din id-Deċiżjoni).

(136)

Il-bidliet fl-istil tal-amministrazzjoni (l-azzjonisti b’maġġoranza u l-membri tal-bordijiet diġà ġew mibdula) u fil-governanza korporattiva ta’ Citadele banka u l-ġestjoni tar-riskju, kif ukoll il-kontrolli msaħħa fil-bank, qed jitqiesu bħala fatturi pożittivi. Parex banka diġà naqqas l-ispejjeż amministrattivi b’39 %. Il-proporzjon tal-ispejjeż/tal-introjtu mistennija ta’ Citadele banka se jonqos għal [bejn 35 u 55] % fl-2014, prinċipalment bis-saħħa tat-titjib tan-netwerk tal-fergħat u tal-ispejjeż relatati mal-persunal.

(137)

Skont ir-rekwiżiti stipulati fil-punti 12 sa 15 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-pjan ta’ ristrutturar finali għandu juri wkoll kif il-bank se jirkupra l-vijabbiltà tiegħu fit-tul kemm jista’ jkun malajr mingħajr l-għajnuna kontinwa tal-Istat. B’mod partikolari, il-bank għandu jkun kapaċi jiġġenera qligħ xieraq fuq l-ekwità, filwaqt li jkopri l-ispejjeż kollha tal-operat normali tiegħu u jikkonforma mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti.

(138)

L-ewwel nett, il-pjan ta’ ristrutturar jipprovdi dejta finanzjarja dettaljata u previżjonijiet għall-perjodu 2006-2015, li jagħtu informazzjoni dwar id-dħul, l-ispejjeż, l-indebolimenti, il-profitti u l-pożizzjoni tal-kapital tal-bank. Il-Kummissjoni tqis li l-previżjonijiet ta’ każ ta’ referenza huma bbażati fuq suppożizzjonijiet makroekonomiċi prinċipali raġonevoli (dawn huma ta’ natura inqas ottimista minn dawk tal-Previżjoni tal-Kumitat Ekonomiku Ewropew tar-Rebbiegħa 2010).

(139)

Citadele banka qed jistenna li jerġa’ jibda jiġġenera profitti mill-ġdid fl-2011 u li jtejjeb ir-riżultati annwali tiegħu b’mod kontinwu matul il-perjodu ta’ ristrutturar. Fl-2014 l-ROE huwa ppjanat li jilħaq livell ta’ [bejn 18 u 28] %, li jidher li huwa livell ta’ rimunerazzjoni suffiċjenti għal kundizzjonijiet normali tas-suq fil-Latvja. Dan ikun komparabbli mal-ROE storiku ta’ 28 % fl-2006 u ta’ 20 % fl-2007. Il-proporzjonijiet tal-kapital ta’ Citadele banka u dawk tal-grupp jibqgħu ferm ogħla mir-rekwiżiti regolatorji minimi. Minħabba l-mudell tan-negozju stabbli tal-bank u minħabba l-kompetenza ta’ Parex banka fil-passat fir-rigward tal-operazzjonijiet ċentrali tiegħu, il-Kummissjoni tqis, fuq il-bażi tal-informazzjoni li ġiet provduta, li l-projezzjonijiet li ġew ippreżentati huma fattibbli.

(140)

It-tieni nett, fid-dawl tal-eżerċizzju ta’ simulazzjonijiet ta’ kriżi mwettaq mill-Bank Ċentrali (ara l-premessa (45)) il-Kummissjoni hija tal-fehma li Citadele banka huwa kapaċi jiflaħ għal xenarju ta’ kriżi mingħajr il-bżonn ta’ aktar għajnuna. Ix-xenarju ta’ kriżi juri li l-bank jissodisfa r-rekwiżiti regolatorji tiegħu dwar il-kapital. Barra minn hekk, l-analiżi tas-sensittività li ntużat fis-simulazzjonijiet ta’ kriżi turi li ambjent ekonomiku li qed jinbidel b’mod sinifikanti m’għandux iqiegħed il-vijabbiltà tal-bank f’periklu.

(141)

It-tielet nett, ir-restrizzjonijiet fuq il-ħruġ tad-depożiti mhumiex se japplikaw għal Citadele banka, u r-rekwiżiti regolatorji kollha l-oħra se jiġu osservati. Rigward ir-restrizzjonijiet fuq il-ħruġ tad-depożiti, il-biċċa l-kbira tad-depożitanti prinċipali qablu li jżommu d-depożiti fil-bank għal ċertu perjodu ta’ żmien wara li jitneħħew ir-restrizzjonijiet. Dawn id-depożiti ġew ittrasferiti b’mod effettiv lil Citadele banka (kif indikat fit-Tabella 2). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tilqa’ l-mudell ta’ finanzjament ta’ riskju baxx li ġie propost, li jiddependi, aktar minn qabel, fuq finanzjament ta’ terminu itwal, u b’hekk jindirizza d-distakk ta’ maturità li qabel kien jeżisti bejn l-obbligazzjonijiet u l-assi.

(142)

Fl-aħħar nett, il-pjan jipprevedi li Citadele banka jħallas lura l-miżuri ta’ likwidità tal-Istat sal-31 ta’ Diċembru 2012, anki fl-agħar każ possibbli. Din il-ħlas lura jindirizza t-tħassib imqajjem fil-premessa 80 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ dwar il-fatt li l-bank kompla jibbaża ruħhu fuq il-likwidità tal-Istat wara tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-kapital tal-Istat ta’ LVL 103 miljun li tqiegħed f’Citadele banka fid-data meta sar il-qsim se jiġi “mifdi”, b’konformità mal-impenn tal-Latvja rigward il-bejgħ ta’ Citadele banka, sal-31 ta’ Diċembru 2014 (ara l-premessa (76)).

(143)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-mudell ta’ negozju ġdid ta’ Citadele banka huwa vijabbli u sostenibbli fit-tul. Għalhekk, il-bank ristrutturat se jkunu kapaċi li jikkompeti fis-suq fuq il-merti tiegħu stess b’konformità mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti, u l-vijabbiltà tiegħu mhux se jitqiegħdu f’periklu anki f’ambjent li qed jinbidel b’mod sinifikanti. B’hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li r-ristrutturar ta’ Parex banka jissodisfa r-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar fir-rigward tal-ksib lura tal-vijabbiltà fit-tul.

Kontribuzzjoni proprja/qsim tal-piżijiet

(144)

It-taqsima 3 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tistipula li l-banek u l-partijiet interessati tagħhom għandhom kemm jista’ jkun jikkontribwixxu għar-ristrutturar sabiex l-għajnuna tiġi limitata sal-inqas possibbli, u biex jiġi indirizzat id-distorsjoni fil-kompetizzjoni u l-periklu morali. Dan ir-rekwiżit jimplika li l-banek għandhom jużaw ir-riżorsi tagħhom stess biex jiffinanzjaw ir-ristrutturar, pereżempju billi jbiegħu assi, filwaqt li l-partijiet interessati għandhom, fejn ikun possibbli, jassorbu t-telf tal-bank. Skont il-punt 23 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-għajnuna għar-ristrutturar hija limitata għal dawk l-ispejjeż li huma neċessarji għall-ksib lura tal-vijabbiltà.

(145)

Il-pjan ta’ ristrutturar finali, b’mod kuntrarju għall-pjan inizjali li kien ġie ppreżentat fil-11 ta’ Mejju 2009, għandu ffokar ċar u jħalli warajh l-istrateġija espansiva li ġiet prevista inizjalment għal Parex banka. Dan l-approċċ immirat ikkontribwixxa biex l-għajnuna meħtieġa tiġi limitata. F’dan il-kuntest, iċ-ċessjonijiet li ġew proposti u t-tnaqqis tal-karta tal-bilanċ ta’ Citadele banka, kif ukoll it-tqegħid ta’ Parex banka fi […], huma meqjusa bħala fatturi pożittivi. B’mod partikolari, id-dħul mill-materjalizzazzjoni tal-assi se jiffinanzja parti mill-ispejjeż ta’ ristrutturar u se jillimita l-għajnuna meħtieġa. Il-Kummissjoni tenfasizza li l-awtoritajiet Latvjani pprovdew pjan kronoloġiku dettaljat għat-tneħħijiet ippjanati u impenjaw ruħhom biex jaħtru fiduċjarju għall-monitoraġġ kif ukoll fiduċjarju għat-tneħħijiet sabiex jiżguraw il-konformità mal-impenji. Barra minn hekk, fir-rigward tal-kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta’ ristrutturar permezz ta’ riżorsi interni ġġenerati mill-bank, il-Kummissjoni tinnota li l-bank jimplimenta miżuri għat-tnaqqis tal-ispejjeż fuq firxa wiesgħa.

(146)

Huwa meqjus li l-miżuri li diġà ġew implimentati u dawk li impenjat ruħha biex twettaq il-Latvja jiżguraw li jintużaw ir-riżorsi proprji, u li d-detenturi tal-kapital privat ta’ Parex banka jikkontribwixxu b’mod xieraq għar-ristrutturar.

(147)

Il-piż fuq l-azzjonisti li qabel kellhom maġġoranza jista’ tintwera permezz tat-teħid tal-ishma kollha tagħhom f’Parex banka mil-Latvja għall-prezz simboliku ta’ LVL 2. Dawn ġew eliminati u għalhekk jistgħu jitqiesu bħala li ħallsu għall-konsegwenzi tal-falliment ta’ Parex banka. Minbarra t-tneħħija tal-azzjonisti li qabel kellhom maġġoranza, is-sehem ta’ azzjonisti b’minoranza kien dilwit b’mod sinifikanti bħala riżultat tar-rikapitalizzazzjoni tal-Bank mill-Istat u mill-BERŻ. Is-sjieda tagħhom ġiet dilwita mil-livell preċedenti ta’ 15.2 % għal 3.7 % bħalissa, u dawn se jibqgħu ma’ Parex banka wara l-qsim [(…)]. Dawk il-miżuri jservu bħala sinjal siewi kontra l-periklu morali.

(148)

Barra minn hekk, self subordinat mill-azzjonisti preżenti sa mit-twaqqif tal-kumpanija se jkunu obbligazzjonijiet minuri f’Parex banka. Il-likwidazzjoni tal-assi ta’ Parex banka fix-xenarju tal-każ ta’ referenza ma tipprevedix li se jiġu riċevut introjtu suffiċjenti biex ikopri aktar mill-obbligazzjonijiet kbar fil-bank. Filwaqt li s-self subordinat jimmatura fil-perjodu 2015-2018 u l-Istat se jagħti sostenn biss lill-kapital ta’ Parex banka […], waqt li fl-istess ħin jirċievi rimunerazzjoni adegwata għad-depożiti tal-Istat, id-detenturi tad-dejn subordinat x’aktarx li se jkollhom iġarrbu telf fuq il-kapital li investew […].

(149)

Il-periklu morali huwa indirizzat b’mod adegwat mill-kontribuzzjoni proprja ta’ detenturi ta’ kapital fil-bank preċedenti. Konsegwentement, il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Parex banka jipprovdi għal tqassim suffiċjenti tal-piż u għal kontribuzzjoni proprja għar-ristrutturar. Il-pjan ta’ ristrutturar finali huwa konformi b’mod xieraq mat-taqsima 3 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.

Miżuri li jnaqqsu d-distorsjoni tal-kompetizzjoni

(150)

It-taqsima 4 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar teħtieġ li l-pjan ta’ ristrutturar jinkludi miżuri li jillimitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u li jiżguraw settur bankarju kompetittiv. Barra minn hekk, dawk il-miżuri għandhom jiżguraw li l-għajnuna mill-Istat ma tintużax biex tiġi ffinanzjata mġiba antikompetittiva.

(151)

Il-Kummissjoni tqis li l-pakkett ta’ miżuri li jinsab fil-pjan ta’ ristrutturar finali jirrappreżenta titjib sostanzjali meta mqabbel mal-pjan ta’ ristrutturar inizjali li jindirizza d-dubji dwar din il-kwistjoni li tqajmu fid-Deċiżjoni tal-ftuħ. Fid-dawl ta’ ċessjonijiet sinifikanti u ta’ limiti tas-suq, kif ukoll tat-tiċkin tal-bank (ara t-Tabella 20) il-Kummissjoni tqis li l-pjan jirrappreżenta pakkett adegwat ta’ miżuri li se jikkontribwixxu għaż-żamma ta’ kundizzjonijiet ugwali u ta’ swieq kompetittivi. L-istrateġija inizjali tal-pjan notifikat ibbażat fuq l-espansjoni tan-negozju, li d-Deċiżjoni tal-ftuħ qajmet dubji sostanzjali dwarha, inbidlet, u l-pjan ta’ ristrutturar finali huwa bbażat fuq tnaqqis sinifikanti fid-daqs tal-bank, kemm f’termini ta’ total tal-karta tal-bilanċ kif ukoll f’termini ta’ ishma tas-suq fis-swieq ewlenin tiegħu.

Tabella 20

Tnaqqis fid-daqs u tnaqqis tal-preżenza ta’ Citadele banka fis-swieq ewlenin

L-assi ta’ Citadele banka meta mqabbla ma’ Parex banka qabel il-kriżi

Citadele banka fl-aħħar tal-perjodu ta’ ristrutturar,

fi tmiem is-sena 2014

(inkluż it-tkabbir f’inkrementi)

Tnaqqis fis-sehem tas-suq fis-swieq prinċipali tas-self fl-aħħar tar-ristrutturar

(inkluż it-tkabbir f’inkrementi)

Tnaqqis fis-sehem tas-suq fis-swieq tad-depożiti (negozju prinċipali u tal-ġestjoni ta’ ġid) fl-aħħar tar-ristrutturar (inkluż it-tkabbir f’inkrementi)

Wara l-qsim: 44 %

(assi totali mnaqqsa b’EUR 1.9 biljun);

Jekk tiġi kkunsidrata ċ-ċessjoni ta’ self tal-KSI (tmiem is-sena […]): [35-50] %

(assi totali mnaqqsa b’EUR [1.6-2.3] biljun)

[40-55] % (imnaqqsa b’EUR [1.9-2.3] biljun)

Sehem tas-suq qabel il-kriżi ta’ 11.7 % kontra [< 7] % fl-2014 (limitat): preżenza fis-suq imnaqqsa b’[50-60] %

Sehem tas-suq qabel il-kriżi ta’ 20 % (32) kontra [< 13] % (li jonqos għal [< 10] % sal-2015): preżenza fis-suq imnaqqsa b’[55-65] %

(152)

Ir-ristrutturar tal-bank jinkludi tnaqqis sostanzjali fil-preżenza tal-bank f’setturi prinċipali tas-suq. L-ewwel nett, bħala konsegwenza tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ ristrutturar, Citadele banka se jnaqqas l-assi totali tiegħu b’madwar 60 %, u l-preżenza tiegħu fis-suq fis-swieq prinċipali kollha b’aktar minn 50 % meta mqabbel ma’ Parex banka qabel il-kriżi. Il-preżenza mnaqqsa tal-bank fis-suq, kif ukoll iċ-ċessjonijiet previsti, se jħallu s-setturi rispettivi għall-kompetituri. It-tieni nett, kif diġà ġie msemmi fit-taqsima 2.5, Citadele banka jew se jinbiegħ qabel il-31 ta’ Diċembru 2014 mil-Latvja, jew minn fiduċjarju taċ-ċessjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015, waqt li n-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid għandu jinbiegħ sal-[…] (jew bħala parti minn Citadele banka jew b’mod separat), biex b’hekk il-kompetituri li setgħu ġew affettwati minn effetti negattivi jingħataw il-possibbiltà li jippreżentaw l-offerti tagħhom għal dawn in-negozji. Il-bejgħ jista’ titqies bħala li hu miżura li tillimita d-distorsjoni tal-kompetizzjoni (33).

(153)

Il-miżuri biex tiġi limitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni jinstabu li huma xierqa anki minħabba d-daqs assolut relattivament limitat tal-bank fir-ristrutturar (madwar EUR 2.2 biljun). Wara r-ristrutturar tal-bank, se jibqgħu operattivi biss l-attivitajiet ewlenin tiegħu. L-aktar waħda importanti minn dawn se tkun il-preżenza ta’ Citadele banka fil-Latvja, li suq tiegħu huwa diġà pjuttost ikkonċentrat u ddominat minn għadd ta’ banek barranin (34). Is-sehem tas-suq limitat ta’ Citadele banka ta’ madwar [4-7] % tas-self u ta’ [7-10] % tad-depożiti (ara l-premessa (77)) jistgħu jitqiesu bħala mitigazzjoni adegwata ta’ distorsjoni possibbli tal-kompetizzjoni, meta mqabbla mas-sehem tiegħu tas-suq ta’ 12 % tas-self u ta’ madwar 20 % tad-depożiti qabel il-kriżi.

(154)

Il-preżenza tal-bank fi swieq ġeografiċi oħra hija limitata u se tiġi ristretta biex tillimita aktar id-distorsjoni possibbli tal-kompetizzjoni sabiex ma jinqabżux ishma tas-suq ta’ [< 4] % fis-swieq tas-self u tad-depożiti Litwani, ta’ [< 1.5] % tas-self Estonjan u ta’ [< 2.5] % fis-suq tad-depożiti Estonjan, u ta’ [< 0.5] % fis-suq tad-depożiti Ġermaniż u dak Svediż (ara l-premessi (77) u (78)). Il-limiti jippermettu li jseħħ tkabbir limitat f’dawk is-swieq minħabba l-bżonn li l-bank għandu li jiddiversifika s-sorsi tiegħu ta’ finanzjament. Il-kuntest makroekonomiku attwali tal-Latvja jagħmilha diffiċli li jiġi attirat finanzjament estern. Id-depożiti ta’ residenti Latvjani huma aktar baxxi, b’mod sinifikanti, mill-portafoll tas-self totali f’dak l-Istat Membru. Il-kompetituri prinċipali tal-bank jirċievu finanzjament mill-kumpaniji prinċipali tagħhom stabbiliti f’pajjiżi oħra. Għalhekk, ġie aċċettat li Citadele banka għandu bżonn iżomm xi bażi ta’ finanzjament barra mill-pajjiż (fergħa waħda fl-Isvezja u oħra fil-Ġermanja) sabiex jiddiversifika l-bażi tiegħu ta’ finanzjament. Minħabba l-preżenza limitata tal-bank f’dawk is-swieq u l-ħtieġa ta’ finanzjament diversifikat għall-vijabbiltà tal-bank, il-Kummissjoni tqis li l-limiti miftiehma fir-rigward ta’ dawn is-swieq huma adegwati.

(155)

Il-Kummissjoni tilqa’ wkoll il-projbizzjoni fuq reklamar tal-għajnuna mill-Istat, biex b’hekk jiġi evitat li Citadele banka juża l-għajnuna għal aġir fis-suq li jmur kontra l-kompetittività, u l-projbizzjoni fuq l-akkwisti, biex barra minn hekk jiġi żgurat li l-għajnuna mill-Istat ma tintużax biex jinxtraw il-kompetituri. Barra minn hekk, Citadele banka m’għandux iżid l-għadd ta’ fergħat.

(156)

Wara l-qsim, Parex banka u s-sussidjarji tiegħu effettivament ser ikunu qabżu b’[…] it-tul tal-ħajja tagħhom, li qed jiġi preżunt li huwa ta’ tmien snin. Dan il-perjodu huwa meqjus li hu xieraq sabiex jiġu konklużi proċeduri ta’ rkuprar u ta’ bejgħ ta’ assi filwaqt li jiġi evitat bejgħ bi prezzijiet ferm aktar baxxi mill-valur proprju.

(157)

Għalkemm Parex banka se jżomm il-liċenzja bankarja tiegħu, la hu u lanqas is-sussidjarji tiegħu ma għandhom jitħallew iwettqu attivitajiet ġodda apparti dawk li huma meħtieġa għall-ġestjoni u l-bejgħ tal-assi assenjati. B’mod partikolari, Parex banka se jieqaf jagħti self ġdid u se jieqaf jaċċetta depożiti mill-pubbliku (ara l-premessi (84) u (85)). Barra minn hekk, għandu jillikwida jew ibiegħ l-attivitajiet tiegħu ta’ kiri fit-tul sal-[…].

(158)

Il-Latvja impenjat ruħha biex tillimita b’mod strett il-kapital addizzjonali fil-ħin ([…]) u biex tiskala (sa LVL 218.7 miljun) (ara l-premessa (87) hawn fuq).

(159)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa kkunsidrat li l-għajnuna lil Parex banka (wara l-qsim) hija ristretta għall-minimu meħtieġ ta’ […], u għalhekk id-distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni qed tiġi evitata.

(160)

Għaldaqstant, l-iskala u n-natura tal-miżuri, b’mod partikolari t-tiċkin b’mod sinifikanti u t-tnaqqis tal-preżenza fis-suq flimkien mal-bejgħ fi żmien raġonevoli propost fir-rigward ta’ Citadele banka u Parex banka huma suffiċjenti u adegwati biex tiġi evitata distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, il-grad tar-ristrutturar meqjus flimkien mal-bejgħ ta’ Citadele banka huma biżżejjed bħala kumpens għal kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni li tista’ tirriżulta minn rimunerazzjoni jew minn treġġigħ lura ta’ livell potenzjalment mhux xieraq.

Monitoraġġ

(161)

Il-punt 46 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jistabbilixxi l-ħtieġa li, sabiex jiġi verifikat li l-pjan ta’ ristrutturar qed jiġi implimentat kif suppost, hemm bżonn li l-Istat Membru jħejji rapporti dettaljati b’mod regolari. Għaldaqstant, l-awtoritajiet Latvjani impenjaw ruħhom li kull sitt xhur jipprovdu lill-Kummissjoni b’rapporti bħal dawn kemm għal Citadele banka kif ukoll għal Parex banka, b’bidu mid-data ta’ din id-Deċiżjoni.

(162)

Il-Latvja impenjat ruħha biex taħtar fiduċjarju għall-monitoraġġ li se jissorvelja l-osservanza tal-impenji u jipprovdi rapporti lill-Kummissjoni.

KONKLUŻJONI

(163)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-pjan ta’ ristrutturar ta’ Parex banka stabbilit fit-taqsima 2 ta’ din id-Deċiżjoni huwa kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE, u li dan jissodisfa r-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar f’termini ta’ vijabbiltà, tqassim tal-piżijiet u miżuri biex tittaffa d-distorsjoni tal-kompetizzjoni.

(164)

Il-Latvja aċċettat b’mod eċċezzjonali li din id-Deċiżjoni tiġi adottata fil-lingwa Ingliża,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Wara li kkunsidrat il-pjan ta’ ristrutturar u l-impenji meħuda mir-Repubblika tal-Latvja, l-għajnuna għar-ristrutturar li l-Latvja qed timplementa għal AS Parex banka u AS Citadele banka tinstab li hija kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.

Magħmul fi Brussel, il-15 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi-President


(1)  ĠU C 239, 6.10.2009, p. 11.

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Novembru 2008 fil-każ NN68/2008 Public Support Measures to JSC Parex Banka, ĠU C 147, 27.6.2009, p. 1.

(3)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Frar 2009 fil-każ NN 3/2009 Amendments to the Public support measures to JSC Parex Banka, ĠU C 147, 27.6.2009, p. 2.

(4)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Mejju 2009 fil-każ N 189/2009 Amendments to the Public support measures to JSC Parex Banka, ĠU C 176, 29.7.2007, p. 3.

(5)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Lulju fil-każ C 26/2009 (ex N 289/2009) – Restructuring aid to JSC Parex Banka, ĠU C 239, 6.10.2009, p. 11.

(6)  Skont l-Assoċjazzjoni tal-Banek Kummerċjali Latvjani (klassifikazzjoni bbażata fuq id-dejta ta’ tmiem is-sena 2009), il-banek fil-Latvja li jinsabu fil-quċċata f’dak li għandu x’jaqsam mal-ishma tas-suq huma dawn li ġejjin: 1. Swedbank 23.0 %; 2. SEB banka 13.7 %; 3. Parex banka m/d; 4. Nordea Bank Finland, fergħa fil-Latvja 10.7 %; 5. DnB NORD Banka 8.7 %; 6. Latvian Mortgage and Land Bank 4.8 %; 7. Rietumu Banka 4.6 %; 8. Aizkraukles banka 4.5 %; 9. UniCredit Bank 3.7 %; 10. Latvijas Krājbanka 2.4 %. (Skont l-Assoċjazzjoni Bankarja Latvjana, Parex banka ma ppreżenta l-ebda dejta. Il-klassifikazzjoni tiegħu hija bbażata fuq dejta ta’ tmiem is-sena 2009).

(7)  Wara r-rikapitalizzazzjoni approvata bħala għajnuna ta’ salvataġġ, il-Latvja żiedet il-parteċipazzjoni tagħha f’Parex banka għal madwar 95 %.

(8)  Mit-28 ta’ Frar 2010, il-Latvja, permezz tal-Aġenzija għall-Privatizzazzjoni, żammet 76.63 % tal-kapital imħallas flimkien ma’ 71.74 % tad-drittijiet tal-vot.

(9)  F’livell ta’ grupp ifisser il-grupp korporattiv Parex banka, li jikkonsisti minn kumpanija prinċipali, Parex banka, u s-sussidjarji tagħha.

(10)  Ara l-ewwel, it-tieni u t-tielet Deċiżjoni ta’ salvataġġ.

(11)  Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, l-istess bħal f’uħud mill-preżentazzjonijiet tal-awtoritajiet Latvjani, “negozju tal-ġestjoni ta’ ġid” huwa msemmi bħala “ġestjoni ta’ kapital privat” (ara wkoll in-nota 18 ta’ qiegħ il-paġna).

(*)  Partijiet minn dan it-test ġew imħassra sabiex ma tinkixifx informazzjoni kunfidenzjali; dawn huma indikati permezz ta’ serje ta’ tikek bejn parenteżi kwadri, jew medda li tipprovdi għal approssimazzjoni mhux kunfidenzjali taċ-ċifra.

(12)  L-investiment fil-Litwanja kien ġie ttrasferit fl-aħħar tal-ġurnata fl-1 ta’ Awwissu 2010, waqt li l-investiment f’AP Anlage & Privatbank AG u d-depożiti fil-fergħa Ġermaniża għandhom jiġu ttrasferiti minn Parex banka għal Citadele banka qabel il-31 ta’ Diċembru 2010.

(13)  Minbarra s-self lis-sussidjarja ta’ Parex banka SIA Rigas Pirma Garaza (proprjetarja tal-bini tal-kwartieri ġenerali ta’ Parex banka) għall-ammont ta’ LVL […] miljun.

(14)  Kif previst fil-pjan ta’ ristrutturar tal-31 ta’ Marzu, kif emendat fis-7 ta’ Lulju 2010.

(15)  Iċ-ċifri indikati għal Citadele banka u Parex banka wara l-qsim jidderivaw mill-preżentazzjoni tal-awtoritajiet Latvjani tat-18 ta’ Awwissu 2010 u ma jinkorporawx it-trasferiment tal-investiment fil-Litwanja, f’AP Anlage & Privatbank AG u depożiti fil-fergħa Ġermaniża minn Parex banka għal Citadele banka.

Id-differenza bejn il-valur totali tal-karta tal-bilanċ ta’ Parex banka qabel u wara l-qsim hija spjegata mill-iżvalutar parzjali tal-assi tat-taxxa differiti kif ukoll minn ammont inqas ta’ riżervi obbligatorji li huma meħtieġa għall-kapitalizzazzjoni ta’ depożiti tat-Teżor tal-Istat.

(16)  Kif previst fil-preżentazzjoni tas-27 ta’ Awwissu 2010, l-ekwità ta’ Citadele banka naqset b’LVL 4.9 miljun mill-kapital azzjonarju maħruġ ta’ LVL 103 miljun minħabba t-trasferiment ta’ riżerva ta’ rivalutazzjoni negattiva għal assi finanzjarji b’disponibbiltà għall-bejgħ.

(17)  Ara wkoll in-noti 12 u 2 ta’ qiegħ il-paġna.

(18)  In-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid jikkonsisti mill-qasam tal-ġestjoni tal-kapital privat ta’ Citadele banka, sussidjarji tal-ġestjoni ta’ ġid u AP Anlage & Privatbank AG, l-Isvizzera.

(19)  Ir-raġuni għal ROE relattivament għoli fl-agħar xenarju possibbli hija li l-bażi tal-ekwità fl-agħar każ hija aktar baxxa minħabba telf li kkawża tnaqqis fil-bażi tal-kapital fis-snin ta’ qabel.

(20)  Ara l-ewwel u t-tieni Deċiżjoni ta’ salvataġġ.

(21)  L-ispiża għall-finanzjament mill-Istat għal depożiti f’EUR se jiġu stabbiliti bħala somma ta’ rata bażika varjabbli ta’ terminu qasir li tikkorrispondi għar-rata ta’ terminu EURIBOR/EUR mid-SWAP waqt li d-differenza fissa tiġi kkalkulata bħala riskju ta’ kreditu medju mwieżen mifrux fuq ir-rata tal-livell ta’ riferiment EURIBOR għas-self tat-Teżor matul l-aħħar sitt xhur kalendarji li tirrappreżenta l-ispejjeż propri tal-gvern ċentrali għall-finanzjament; u għal depożiti LVL se tkun stabbilita bħala r-rendiment tal-kambjali jew tat-titoli domestiċi tat-Teżor li nħarġu l-aktar reċentement. Fi kwalunkwe każ, il-firxa fissa m’għandhiex tkun inqas mis-self pubbliku l-aktar riċenti tal-bank: kwistjonijiet li jirrigwardaw dejn u/jew self sindakat imwettaq mill-bank fis-swieq tal-flus u tal-kapital (bħalissa 3.5 % ibbażat fuq ir-rata mifruxa inizjalment fuq EUR mid-SWAP ta’ sentejn għall-flus maħruġa mill-bank).

(22)  Ara t-tieni Deċiżjoni ta’ salvataġġ, premessa 15.

(23)  Ara t-tieni Deċiżjoni ta’ salvataġġ, premessa 38, u t-tielet Deċiżjoni ta’ salvataġġ, premessa 13.

(24)  Is-sussidjarja Litwana ta’ Citadele banka.

(25)  Ara wkoll in-nota 14 ta’ qiegħ il-paġna.

(26)  Kif emendata bit-tieni Deċiżjoni ta’ salvataġġ u t-tielet Deċiżjoni ta’ salvataġġ.

(27)  Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - L-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-Għajnuna mill-Istat għal miżuri meħuda fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja preżenti, ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8; Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja preżenti: limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ u protezzjoni kontra distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux mistħoqqa ĠU C 10, 15.1.2009, p. 2, u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-Trattament ta’ Assi indeboliti fis-Settur Bankarju tal-Komunità, ĠU C 26.3.2009, p. 1.

(28)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(29)  ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9.

(30)  ĠU C 72, 26.3.2009, p. 1.

(31)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2009 dwar l-għajnuna mill-Istat Nru 14/08 (ex NN 1/08) implimentata mir-Renju Unit għal Northern Rock, ĠU L 112, 5.5.2010, p. 38.

(32)  Sat-30 ta’ April 2008.

(33)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ottubru 2008 fil-każ C 10/2008, IKB, ĠU L 278, 23.10.2009, p. 32, premessa 113, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Diċembru 2008 fil-każ NN 42/2008, NN 46/2008 u NN/53/A/2008, Fortis Banque & Fortis Banque Lussemburgu, premessa 95, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju 2009 fil-każ N 344/2009 u N 380/2009 Kaupthing Lussemburgu, premessa 79, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Jannar 2010 fil-każ NN 19/2009 Dunfermline, premessi 126 u 130 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2009 fil-każ C 14/2008 (ex Nru NN 1/2008) Għajnuna għar-Ristrutturar lil Northern Rock, ĠU L 112, 5.5.2010, premessa 162.

(34)  Swedbank u SEB weħidhom jikkostitwixxu 36 % tas-suq. Flimkien ma’ Nordea u DnB Nord, dawn jikkostitwixxu 56 % tal-assi bankarji u 63 % tas-self. Is-suq tad-depożiti biss jidher inqas ikkonċentrat, b’dawn l-erba’ banek li jikkostitwixxu s-37 %. Ara wkoll in-nota 6 ta’ qiegħ il-paġna.


23.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Ġunju 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2006/197/KE rigward it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ għalf diġà eżistenti magħmul minn qamħirrun immodifikat ġenetikament tal-linja 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 4159)

(It-testi bil-Franċiż, bl-Ingliż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/365/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/197/KE tat-3 ta’ Marzu 2006 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ ikel li jkun fih, ikun jikkonsisti fi [minn], jew li jkun prodott [magħmul] minn qamħirrun [im]modifikat ġenetikament tal-linja 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ma tkoprix it-tqegħid fis-suq tal-għalf magħmul mil-linja ta’ qamħirrun 1507 (DAS- Ø15Ø7-1) (minn hawn ’il quddiem “il-linja ta’ qamħirrun 1507”).

(2)

L-għalf magħmul mil-linja ta’ qamħirrun 1507 tqiegħed fis-suq qabel id-data tas-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u ġie nnotifikat skont l-Artikolu 20(1)(b) ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Fit-12 ta’ April 2007 il-Pioneer Overseas Corporation, f’isem il-Pioneer Hi-bred International, u d-Dow Agro-Sciences f’isem il-Mycogen Seeds, flimkien ressqu applikazzjoni quddiem il-Kummissjoni skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni biex jibqa’ fis-suq l-għalf eżistenti magħmul mil-linja ta’ qamħirrun 1507.

(4)

Fil-11 ta’ Ġunju 2009, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-“EFSA”) tat opinjoni favorevoli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u kkonkludiet li t-tagħrif il-ġdid mogħti fl-applikazzjoni u r-reviżjoni tal-litteratura xjentifika li ġiet ippubblikata wara l-opinjonijiet xjentifiċi preċedenti tal-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM dwar il-linja ta’ qamħirrun 1507 (3) ma jeħtiġux tibdil tal-opinjonijiet xjentifiċi preċedenti dwar il-linja ta’ qamħirrun 1507. Barra minn hekk, l-EFSA tenniet il-konklużjoni preċedenti li mhuwiex probabbli li l-qamħirrun 1507 għandu jkollu effett dannuż fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew fuq l-ambjent fil-kuntest tal-użi proposti għalih. Dan jgħodd ukoll għall-użu tal-għalf magħmul mil-linja ta’ qamħirrun 1507 (4).

(5)

Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA qieset il-mistoqsijiet speċifiċi kollha u t-tħassib li tqajjem mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 18(4) ta’ dak ir-Regolament.

(6)

L-applikant ikkonferma b’ittra tal-21 ta’ Jannar 2010 li huwa konxju li t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-għalf eżistenti magħmul mil-linja ta’ qamħirrun 1507 billi jiġi estiż l-ambitu tad-Deċiżjoni 2006/197/KE biex ikun jinkludi dan il-prodott, ikun jimplika li din il-kategorija ta’ prodotti għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet legali ta’ din id-Deċiżjoni.

(7)

Abbażi tal-opinjoni mogħtija mill-EFSA, ma jidhirx li hu meħtieġ ebda rekwiżit speċifiku dwar it-tikketti għall-għalf magħmul mill-qamħirrun tal-linja 1507 minbarra dawk stipulati fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(8)

L-opinjoni tal-EFSA ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq u/jew kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għall-użu u l-ġarr, inklużi r-rekwiżiti ta’ superviżjoni tal-użu wara t-tqegħid fis-suq, kif stipulat fil-punt (e) tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(9)

Għall-fini tat-trasparenza, l-applikant ġie kkonsultat dwar il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni.

(10)

Għal dawn ir-raġunijiet, għandha tiġġedded l-awtorizzazzjoni biex jitqiegħed fis-suq għalf eżistenti magħmul mil-linja ta’ qamħirrun 1507.

(11)

Minħabba li hija drawwa normali li jiġi awtorizzat it-tqegħid fis-suq tal-ikel u tal-għalf fl-istess Deċiżjoni, it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-għalf magħmul mil-linja ta’ qamħirrun 1507 għandu jiddaħħal fid-Deċiżjoni 2006/197/KE. Id-Deċiżjoni 2006/197/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(12)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu u għaldaqstant il-Kummissjoni ressqet proposta lill-Kunsill fir-rigward ta’ dawn il-miżuri. Minħabba li fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill ma setax jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata favur jew kontra l-proposta u l-Kunsill indika li l-proċedimenti tiegħu dwar dan il-fajl ġew konklużi, dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi

Id-Deċiżjoni 2006/197/KE hija emendata kif ġej:

(1)

It-titolu huwa mibdul b’dan li ġej:

“Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2006 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ ikel li jkun fih, ikun jikkonsisti minn, jew li jkun magħmul minn qamħirrun modifikat ġenetikament tal-linja 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) u li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ għalf li jkun magħmul minn dan it-tip ta’ qamħirrun, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”

(2)

L-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Deċiżjoni 2006/197/KE huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Prodotti

Din id-Deċiżjoni tkopri prodotti u ingredjenti tal-ikel li fihom u li jikkonsistu minn, jew li huma magħmulin minn qamħirrun immodifikat ġenetikament (Zea mays L.) tal-linja 1507 u l-għalf magħmul minn dan il-qamħirrun (il-prodotti).

Il-qamħirrun immodifikat ġenetikament (Zea mays L.) tal-linja 1507, kif inhu speċifikat fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni, hu assenjat l-identifikatur uniku DAS-Ø15Ø7-1, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

Artikolu 2

It-tqegħid fis-suq

It-tqegħid fis-suq tal-prodotti, skont il-kundizzjonijiet speċifikati f’din id-Deċiżjoni u fl-Anness tagħha, huwa awtorizzat għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 3

It-tikkettar

Għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi dwar it-tikkettar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-‘isem tal-organiżmu’ għandu jkun ‘qamħirrun’ ”.

(3)

L-Anness huwa emendat kif ġej:

(a)

It-taqsima (b) għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“(b)

Id-desinjazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti:

(i)

Il-prodotti u l-ingredjenti tal-ikel li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma magħmulin mill-qamħirrun DAS-Ø15Ø7-1;

(ii)

L-għalf magħmul mill-qamħirrun DAS-Ø15Ø7-1.

Il-qamħirrun immodifikat ġenetikament DAS-Ø15Ø7-1, kif deskritt fl-applikazzjoni, huwa reżistenti għall-corn borer Ewropew (Ostrinia nubilalis) u għal ċerti lepidopteri oħra li huma ta’ ħsara, u huwa tolleranti lejn l-erbiċida glufosinat-ammonju. Il-qamħirrun immodifikat ġenetikament DAS-Ø15Ø7-1 fih dawn is-sekwenzi tad-DNA li ġejjin f’żewġ każetts:

—   każett 1: Verżjoni sintetika tal-ġene trunkata cry1F mill-Bacillus thuringiensis subsp. aizawai, li toffri reżistenza li ttaqqab il-qmuħ Ewropew (Ostrinia nubilalis) u ċerti pesti lepidopterani oħrajn, skont ir-regolament tal-promotur ubikwitin ubiZM1(2) miz-Zea mays L. u t-terminatur ORF25PolyA mill-Agrobacterium tumefaciens pTi15955.

—   każett 2: Verżjoni sintetika tal-ġene pat miġjuba mill-varjant Tü494 tal-iStreptomyces viridochromogenes, li tagħti tolleranza għall-erbiċida ammonju-glufosinat, skont ir-regolament tas-sekwenzi tat-terminatur u l-promotur 35S mill-Cauliflower Mosaic Virus.”

(b)

It-taqsima (c) hija sostitwita b’dan li ġej:

“(c)   Tikkettar:

 

Ma hemm ebda rekwiżiti speċifiċi oħrajn minbarra dawk stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

 

Għall-finijiet tal-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-‘isem tal-organiżmu’ għandu jkun ‘qamħirrun’.”

Artikolu 2

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:

(a)

Pioneer Overseas Corporation, Avenue des Arts 44, B-1040 Brussell, il-Belġju; u lil

(b)

Dow AgroSciences Europe, European Development Centre, 3 Milton Park, Abingdon, Oxon OX14 4RN, ir-Renju Unit.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 70, 9.3.2006, p. 82.

(3)  Opinjonijiet tal-EFSA ppubblikati fid-dati li ġejjin:

l-24 ta’ Settembru 2004 għat-tqegħid fis-suq tal-qamħirrun 1507 għall-importazzjoni u l-ipproċessar;

http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question = EFSA-Q-2004-011

id-19 ta’ Jannar 2005 għat-tqegħid fis-suq tal-qamħirrun 1507 għall-importazzjoni, għall-għalf u għall-ipproċessar industrijali u l-koltivazzjoni;

http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question = EFSA-Q-2004-072

id-19 ta’ Jannar 2005 għat-tqegħid fis-suq tal-qamħirrun 1507 għall-użu fl-ikel

http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question = EFSA-Q-2004-087

(4)  http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question = EFSA-Q-2007-144


23.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/55


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Ġunju 2011

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum immodifikat ġenetikament MON 89034 x MON 88017 (MON-89Ø34-3xMON-88Ø17-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 4164)

(It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/366/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-6 ta’ Frar 2007, Monsanto Europe S.A. ressqet applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Pajjiżi l-Baxxi, skont l-Artikolu 5 u l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum MON 89034 × MON 88017 (“l-applikazzjoni”).

(2)

L-applikazzjoni tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti oħrajn li mhumiex ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum MON 89034 × MON 88017 għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. Għalhekk, skont l-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, din tinkludi d-dejta u t-tagħrif mitlub mill-Annessi III u IV tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (2) u tagħrif u konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont il-prinċipji stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE. Din tinkludi wkoll pjan ta’ monitoraġġ tal-effetti ambjentali konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.

(3)

Fit-30 ta’ Marzu 2010, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”) tat opinjoni favorevoli skont l-Artikolu 6 u l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Hija qieset li l-qamħirrum MON 89034 × MON 88017 huwa bla periklu daqs il-kontraparti tiegħu li mhuwiex modifikat ġenetikament fir-rigward tal-effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jew fuq l-ambjent. Għalhekk hija kkonkludiet li mhuwiex probabbli li t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum MON 89034 × MON 88017 kif deskritti fl-applikazzjoni (“il-prodotti”) se jkollhom xi effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew fuq l-ambjent fil-kuntest tal-użi maħsuba għalihom (3). Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA qieset il-mistoqsijiet u t-tħassib speċifiċi kollha li tqajmu mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 6(4) u fl-Artikolu 18(4) ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA kkonkludiet ukoll li l-pjan ta’ monitoraġġ ambjentali, li jikkonsisti fi pjan ta’ sorveljanza ġenerali, imressaq mill-applikant huwa konformi mal-użu maħsub għall-prodotti.

(5)

Wara li tqiesu dawk il-kunsiderazzjonijiet, għandha tingħata l-awtorizzazzjoni għall-prodotti.

(6)

Għandu jiġi assenjat identifikatur uniku għal kull OĠM kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għal organiżmi modifikati ġenetikament (4).

(7)

Fuq il-bażi tal-opinjoni tal-EFSA, l-ebda rekwiżit speċifiku tat-tikkettjar għajr dawk stipulati fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ma jidher li hu meħtieġ għall-ikel, għall-ingredjenti tal-ikel u għall-għalf li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum MON 89034 × MON 88017. Madankollu, sabiex jiġi żgurat l-użu tal-prodotti fi ħdan il-limiti tal-awtorizzazzjoni stipulata minn din id-Deċiżjoni, it-tikkettjar tal-għalf li fih jew li jikkonsisti minn OĠM u prodotti oħrajn li mhumiex ikel jew għalf li jkun fihom jew li jikkonsistu minn OĠM li ntalbet l-awtorizzazzjoni għalihom, għandhom jindikaw b’mod ċar li l-prodotti kkonċernati ma għandhomx jintużaw għall-kultivazzjoni.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabilità u t-tikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (5), jistipula rekwiżiti għat-tikkettjar fl-Artikolu 4(6) għall-prodotti li jikkonsistu minn, jew li fihom l-OĠM. Ir-rekwiżiti dwar ir-traċċabilità fil-każ ta’ prodotti li fihom jew li jikkonsistu minn OĠM huma stabbiliti fil-paragrafi minn (1) sa (5) tal-Artikolu 4 u fil-każ ta’ ikel u għalf prodotti minn OĠM huma stabbiliti fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

(9)

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jibgħat rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali. Dawk ir-riżultati għandhom jiġu ppreżentati skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE tat-13 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi formati standard tar-rappurtar għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, bħala jew fi prodotti, għal għan tat-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). L-opinjoni tal-EFSA ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq u/jew kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għall-użu u l-immaniġġjar, inklużi r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel u l-għalf, jew ta’ kundizzjonijiet speċifiċi għall-ħarsien ta’ ekosistemi/ambjent u/jew żoni ġeografiċi partikolari, kif stipulat fil-punt (e) tal-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(10)

It-tagħrif rilevanti kollu dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għandu jiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikat ġenetikament, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(11)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi notifikata permezz tal-Clearing House dwar il-Bijosigurtà, lill-Partijiet tal-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, skont l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (7).

(12)

L-applikant ġie kkonsultat dwar il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni.

(13)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu u għaldaqstant il-Kummissjoni ressqet proposta lill-Kunsill fir-rigward ta’ dawn il-miżuri. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni billi, fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill ma setax jieħu deċiżjoni permezz tal-maġġoranza kwalifikata favur jew kontra l-proposta u l-Kunsill indika li l-proċedimenti tiegħu fir-rigward ta’ dan il-fajl ġew konklużi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-organiżmu ġenetikament modifikat u l-identifikatur uniku

Il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) MON 89034 × MON 88017, kif inhu speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ma’ din id-Deċiżjoni, hu assenjat bħala l-identifikatur uniku MON-89Ø34-3xMON-88Ø17-3, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

Artikolu 2

L-Awtorizzazzjoni

Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:

(a)

ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum MON-89Ø34-3xMON-88Ø17-3;

(b)

għalf li fih, li jikkonsisti minn, jew li jkun prodott mill-qamħirrum MON-89Ø34-3xMON-88Ø17-3;

(c)

prodotti oħra għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum MON-89Ø34-3xMON-88Ø17-3 għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor għajr għall-kultivazzjoni.

Artikolu 3

It-tikkettjar

1.   Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettjar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.

2.   Il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni” għandu jidher fuq it-tikketta u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum MON-89Ø34-3xMON-88Ø17-3 imsemmi fl-Artikolu 2(b) u (c).

Artikolu 4

Il-monitoraġġ tal-effetti ambjentali

1.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ monitoraġġ tal-effetti ambjentali, kif speċifikat fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.

2.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta’ monitoraġġ skont id-Deċiżjoni 2009/770/KE.

Artikolu 5

Ir-reġistru Komunitarju

L-informazzjoni stipulata fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 6

Id-Detentur tal-awtorizzazzjoni

Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Monsanto Europe S.A., fil-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, fl-Istati Uniti tal-Amerika.

Artikolu 7

Validità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ għaxar (10) snin mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 8

Id-Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Monsanto Europe S.A., Avenue de Tervuren 270-272, B-1150 Brussell – il-Belġju.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.

(3)  http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question = EFSA-Q-2007-056

(4)  ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5.

(5)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.

(6)  ĠU L 275, 21.10.2009, p. 9.

(7)  ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1.


ANNESS

(a)   L-applikant u d-Detentur tal-Awtorizzazzjoni

Isem

:

Monsanto Europe S.A.

Indirizz

:

Avenue de Tervuren 270-272, B-1150 Brussell, il-Belġju

F’isem Monsanto Company - 800 N. Lindbergh Boulevard – St. Louis, Missouri 63167 - l-Istati Uniti tal-Amerika.

(b)   Id-desinjazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti

(1)

Ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum MON-89Ø34-3xMON-88Ø17-3;

(2)

Għalf li fih, li jikkonsisti minn, jew li jkun prodott mill-qamħirrum MON-89Ø34-3xMON-88Ø17-3;

(3)

Prodotti oħra għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum MON-89Ø34-3xMON-88Ø17-3 għall-istess użi bħal kull qamħirrum ieħor għajr għall-kultivazzjoni.

Il-qamħirrum modifikat ġenetikament MON-89Ø34-3xMON-88Ø17-3, kif deskritt fl-applikazzjoni, jiġi prodott minn taħlita bejn qamħirrum li fih okkorrenzi ta’ MON-89Ø34-3 and MON-88Ø17-3 u jesprimi l-proteini Cry1 A.105 u Cry2Ab2 li jipproteġu kontra ċerti lepidopteri ta’ ħsara, il-proteina Cry3Bb1 li tipproteġi kontra ċerti koleopteri ta’ ħsara u l-proteina CP4 EPSPS li tagħti tolleranza għall-erbiċida glifosat.

(c)   It-tikkettjar

(1)

Għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettjar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”;

(2)

Il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni” għandu jidher fuq it-tikketta u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum MON-89Ø34-3xMON-88Ø17-3 li jissemmew fl-Artikolu 2(b) u (c) ma’ din id-Deċiżjoni.

(d)   Metodu għad-detezzjoni

Metodi bbażati fuq PCR kwantitattivi fiżmien reali għal avveniment speċifiku għall-qamħirrum immodifikat ġenetikament MON-89Ø34-3 u l-qamħirrum MON-88Ø17-3 ivvalidati fuq il-qamħirrum MON-89Ø34-3xMON-88Ø17-3.

Ivvalidat fuq żrieragħ mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdoss.htm;

Il-Materjal ta’ Referenza: AOCS 0406-A u AOCS 0906-E (għal MON-89Ø34-3) u AOCS 0406-A u AOCS 0406-D (għal MON-88Ø17-3) aċċessibbli permezz tal-American Oil Chemists Society fuq http://www.aocs.org/tech/crm

(e)   L-identifikatur uniku

MON-89Ø34-3xMON-88Ø17-3

(f)   Tagħrif meħtieġ skont l-Anness II mal-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika

Clearing House dwar il-Bijosigurtà, Rekord ID: ara [għandu jimtela meta jiġi notifikat].

(g)   Il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet rigward it-tqegħid fis-suq, l-użu jew l-immaniġġjar tal-prodotti

Mhux meħtieġa

(h)   Il-pjan ta’ monitoraġġ

Il-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali konformi mal-Anness VII mad-Direttiva 2001/18/KE.

[Link: pjan ippubblikat fuq l-Internet]

(i)   Ir-rekwiżiti tal-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem

Mhux meħtieġa

Nota: il-links għad-dokumenti rilevanti jista’ jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki se jkunu disponibbli għall-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament.