ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.285.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 285

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
30 ta' Ottubru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2010/655/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2010 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni mit-Tniġġis tax-Xtut u l-Ibħra fil-Grigal tal-Atlantiku

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 973/2010 tal-25 ta’ Ottubru 2010 li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonjiet ta’ ċerti prodotti industrijali fir-reġjuni awtonomi tal-Azores u Madeira

4

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 974/2010 tad-29 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi, għas-sena fiskali tal-2011 tal-FAEG, ir-rati tal-imgħax li għandhom jintużaw sabiex jiġu kkalkulati l-ispejjeż għall-finanzjament tal-miżuri ta’ intervent, li jikkonsistu fix-xiri, il-ħżin u r-rimi tal-ħażniet

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 975/2010 tad-29 ta’ Ottubru 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Śliwka szydłowska (IĠP)]

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 976/2010 tad-29 ta' Ottubru 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Hessischer Apfelwein (IĠP)]

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 977/2010 tad-29 ta’ Ottubru 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Obwarzanek krakowski (IĠP)]

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 978/2010 tad-29 ta’ Ottubru 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [龙口粉丝 (Longkou Fen Si) (IĠP)]

17

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 979/2010 tad-29 ta’ Ottubru 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Porc de Franche-Comté (IĠP)]

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 980/2010 tat-28 ta' Ottubru 2010 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lingwata komuni fiż-żona VIIIa u VIIIb min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

21

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 981/2010 tad-29 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

23

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 982/2010 tad-29 ta’ Ottubru 2010 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Novembru 2010

25

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK tad-29 ta’ Ottubru 2010 li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire

28

 

 

2010/657/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2010 dwar il-finanzjament ta’ miżuri ta’ emerġenza li jikkonċernaw l-idrofobija fil-grigal tal-Italja (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7379)

33

 

 

2010/658/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Ottubru 2010 dwar dispożizzjonijiet tranżitorji għall-applikazzjoni ta’ riżervi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew wara l-introduzzjoni tal-euro fl-Estonja (BĊE/2010/18)

37

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

30.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Ottubru 2010

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni mit-Tniġġis tax-Xtut u l-Ibħra fil-Grigal tal-Atlantiku

(2010/655/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 196 (2) u 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea hija Parti għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni mit-Tniġġis tax-Xtut u l-Ibħra fil-Grigal tal-Atlantiku approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/550/KEE (2) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ’il-Ftehim ta’ Lisbona’).

(2)

Tilwima politika dwar il-konfini fis-Saħara tal-Punent żammet lil Spanja u lill-Marokk milli jirratifikaw il-Ftehim ta’ Lisbona. Din it-tilwima issa ġiet solvuta permezz tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta’ Lisbona li jimmodifika l-Artikolu 3(c) tiegħu.

(3)

Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni mit-Tniġġis tax-Xtut u l-Ibħra fil-Grigal tal-Atlantiku fit-12 ta’ Diċembru 2008, il-Protokoll Addizzjonali ġie ffirmat, f’isem il-Komunità, fil-25 ta’ Marzu 2009.

(4)

Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta’ Lisbona huwa miftuħ għar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni mill-Partijiet.

(5)

Huwa għalhekk xieraq għall-Unjoni Ewropea li tikkonkludi l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta’ Lisbona.

(6)

L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri li huma parti għall-Ftehim ta’ Lisbona għandhom jagħmlu ħilithom biex jiddepożitaw simultanjament, sa fejn hu possibbli, l-istrumenti tagħhom ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni tal-Protokoll Addizzjonali.

(7)

Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea nnotifkat lill-Gvern tal-Portugall dwar il-fatt li l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet il-Komunità Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni mit-Tniġġis tax-Xtut u l-Ibħra fil-Grigal tal-Atlantiku huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea.

It-test tal-Protokoll Addizzjonali huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna/i li tingħata/jingħataw is-setgħa li tipproċedi/jipproċedu biex, f’isem l-Unjoni, tiddepożita/jiddepożitaw l-istrument tal-approvazzjoni mal-Gvern tal-Portugall, li jassumi l-funzjoni ta’ Depożitarju, skont l-Artikolu 3(1) tal-Protokoll Addizzjonali, sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni li tkun marbuta b’dak il-Protokoll.

2.   L-Unjoni u l-Istati Membri li huma parti għall-Ftehim ta’ Lisbona għandhom jagħmlu ħilithom biex jiddepożitaw simultanjament, sa fejn hu possibbli, l-istrumenti tagħhom ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni tal-Protokoll Addizzjonali.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Addizzjonali għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-19 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

D. REYNDERS


(1)  Kunsens tad-9 ta’ Marzu 2010 (għadu mhuwiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 267, 28.10.1993, p. 20.


TRADUZZJONI

PROTOKOLL ADDIZZJONALI

għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni mit-Tniġġis tax-Xtut u l-Ibħra fil-Grigal tal-Atlantiku

Ir-Repubblika Portugiża, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Marokk u l-Komunità Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Partijiet”,

KONXJI tal-ħtieġa li jitħares l-ambjent ġenerali u partikolarment l-ambjent tal-baħar,

FILWAQT LI JAGĦRFU li t-tniġġis tal-Oċean Atlantiku tal-Grigal minn idrokarburi u sustanzi perikolużi oħra jistgħu jheddu l-ambjent tal-baħar u l-interessi ta’ Stati max-xtut,

WARA LI KKUNSIDRAW il-ħtieġa li jiffaċilitaw id-dħul fis-seħħ mill-aktar fis tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni mit-Tniġġis tax-Xtut u l-Ibħra fil-Grigal tal-Atlantiku, li sar f’Lisbona fis-17 ta’ Ottubru 1990, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ bħala “il-Ftehim ta’ Lisbona”,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Emenda għall-Ftehim ta’ Lisbona

L-Artikolu 3(c) tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni mit-Tniġġis tax-Xtut u l-Ibħra fil-Grigal tal-Atlantiku, li sar f’Lisbona fis-17 ta’ Ottubru 1990 (“il-Ftehim ta’ Lisbona”) huwa emendat kif ġej:

“c)

fin-Nofsinhar, sal-limitu tan-Nofsinhar tal-ibħra koperti mis-sovranità jew mill-ġurisdizzjoni ta’ kwalunkwe Parti.”

Artikolu 2

Relazzjoni bejn il-Ftehim ta’ Lisbona u l-Protokoll Addizzjonali

Dan il-Protokoll jemenda il-Ftehim ta’ Lisbona skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu preċedenti u, fir-rigward tal-Partijiet għall-Protokoll, il-Ftehim u l-Protokoll Addizzjonali għandhom jiġu interpretati u applikati bħala strument wieħed.

Artikolu 3

Kunsens għar-rabta u d-dħul fis-seħħ

1.   Dan il-Protokoll għandu jitressaq lill-Partijiet għar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni, u l-istrumenti rispettivi għandhom jiġu depożitati mal-Gvern tar-Repubblika Portugiża.

2.   Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Gvern tar-Repubblika Portugiża jirċievi l-istrument finali ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni.

3.   L-ebda Parti ma tista’ tindika l-kunsens tagħha li tkun marbuta b’dan il-Protokoll mingħajr ma tkun indikat qabel jew fl-istess waqt il-kunsens tagħha li tkun marbuta bil-Ftehim ta’ Lisbona skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22.

4.   Wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, kwalunkwe adeżjoni mal-Ftehim ta’ Lisbona skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 23 u 24 għandha tindika wkoll il-kunsens għar-rbit b’dan il-Protokoll, billi l-Partijiet huma marbuta bil-Ftehim ta’ Lisbona kif emendat mill-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll.

B’xhieda ta’ dan, is-sottoskritti, awtorizzati kif jixraq għal dan l-effett, iffirmaw dan il-Protokoll.

Magħmul f’Lisbona fl-għoxrin ġurnata ta’ Mejju 2008, bl-Għarbi, bl-Ispanjol, bil-Franċiż u l-Portugiż, bit-test Franċiż ikun dak awtentiku f’każ ta’ diverġenza.

GĦAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA

GĦAR-RENJU TA’ SPANJA

GĦAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA

GĦAR-RENJU TAL-MAROKK

GĦALL-KOMUNITÀ EWROPEA


REGOLAMENTI

30.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/4


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 973/2010

tal-25 ta’ Ottubru 2010

li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonjiet ta’ ċerti prodotti industrijali fir-reġjuni awtonomi tal-Azores u Madeira

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 349 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxi skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)

F’Awwissu u Diċembru 2007 l-awtoritajiet reġjonali tal-Azores u Madeira talbu bl-appoġġ tal-Gvern Portugiż sospensjoni awtonoma tad-dazji tat-tariffi doganali komuni għal numru ta’ prodotti f’konformità mal-Artikolu 299 (2) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea. Huma ġġustifikaw it-talbiet tagħhom fuq bażi tal-fatt li minħabba l-bogħod ta’ dawk il-gżejjer l-operaturi ekonomiċi fl-Azores u f’Madeira jinsabu fi żvantaġġ kummerċjali kbir, li għandu effett negattiv fuq it-tendenzi demografiċi, l-impjiegi u l-iżviluppi soċjali u ekonomiċi.

(2)

L-ekonomiji lokali tal-Azores u Madeira huma prinċipalment dipendenti fuq it-turiżmu nazzjonali u internazzjonali, riżorsa ekonomika kemmxejn volatili. Hija determinata minn fatturi li l-awtoritajiet lokali u l-Gvern Portugiż m’għandhom kważi l-ebda influwenza fuqhom. Bħala konsegwenza ta’ dan, l-iżvilupp ekonomiku tal-Azores u Madeira huwa limitat ferm. F’dawn iċ-ċirkostanzi huwa neċessarju li jiġu sostnuti dawk is-setturi ekonomiċi li huma inqas dipendenti fuq l-industriji tat-turisti sabiex jikkumpensaw għall-flutwazzjonijiet tas-settur turistiku u b’hekk jistabilizzaw l-impjiegi lokali.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1657/93 tal-24 ta’ Ġunju 1993 temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni dwar ċerti prodotti industrijali intiżi biex jekwipaġġaw iż-żoni ħielsa tal-Azores u ta’ Madeira (3) ma kellux l-effett mixtieq fl-aħħar snin qabel l-iskadenza tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2008. Dan hu dovut probabbilment għall-fatt li dawn is-sospensjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament ġew limitati għaż-żoni ħielsa tal-Azores u ta’ Madeira u għalhekk ma ntużawx aktar fl-aħħar snin qabel l-iskadenza tagħhom. Huwa għalhekk xieraq li jiġu provduti sospensjonijiet ġodda li mhumiex limitati għall-industriji li jinsabu fiż-żoni ħielsa iżda li jkunu ta’ benefiċċju lit-tipi kollha ta’ operaturi ekonomiċi li jinsabu fit-territorju ta’ dawk ir-reġjuni. L-ambitu tas-setturi kummerċjali li jibbenefikaw mis-sospensjonijiet għandhom għalhekk ikopru s-sajd, l-agrikultura, is-setturi industrijali u tas-servizzi.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li s-sospensjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament ikollhom impatt ekonomiku, huwa xieraq li tiġi estiża l-isfera ta’ prodotti li jibbenefikaw mis-sospensjonijiet għal oġġetti lesti għal użu agrikolu, kummerċjali jew industrijali, kif ukoll għall-materja prima, partijiet u komponenti użati għal finijiet agrikoli, trasformazzjoni industrijali jew manutenzjoni.

(5)

Sabiex tingħata perspettiva fit-tul lill-investituri u sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jilħqu l-livell ta’ attivitajiet industrijali u kummerċjali li jistabilizza l-ambjent ekonomiku u soċjali fir-reġjuni kkonċernati, huwa xieraq li jiġu sospiżi d-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għal ċerti oġġetti għal perjodu ta’ 10 snin mill-1 ta’ Novembru 2010.

(6)

Sabiex jiġi żgurat li operaturi ekonomiċi li jinsabu fit-territorju tal-Azores u ta’ Madeira biss jibbenefikaw minn dawn il-miżuri tat-tariffi, is-sospensjonjiet għandhom ikunu magħmula kundizzjonali fuq l-użu aħħari tal-prodotti f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabilixxi dispożizzjonjiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (5).

(7)

Sabiex jippermettu l-operazzjoni effiċjenti tas-sospensjonijiet, l-awtoritajiet tal-Azores u Madeira għandhom jieħdu miżuri meħtieġa ta’ implimentazzjoni u jinformaw lill-Kummissjoni minnufih.

(8)

Il-Kummissjoni għandha tkun permessa li tadotta, jekk meħtieġ, miżuri temporanji maħsuba sabiex jipprevjenu kwalunkwe moviment spekulattiv ta’ devjazzjoni ta’ kummerċ sakemm tiġi adottata soluzzjoni definittiva għal dak il-moviment mill-istituzzjonjiet tal-Komunità.

(9)

Emendi lin-Nomenklatura Magħquda ma jistgħux jagħtu lok għal tibdil fin-natura tas-sospensjoni tad-dmirijiet. Il-Kummissjoni għalhekk għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati kont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-iskop li tagħmel l-emendi u l-adattazzjonjiet tekniċi neċessarji lil-lista tal-oġġetti li għalihom tapplika s-sospensjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Novembru 2010 sat-2 ta’ Novembru 2020 id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni applikabbli għall-importazzjonjiet fir-reġjuni awtonomi tal-Azores u Madeira ta’ oġġetti lesti għall-użu agrikolu, kummerċjali jew industrijali elenkati fl-Anness I għandhom jiġu sospiżi kompletament.

Dawn l-oġġetti għandhom jiġu użati f’konformità mar-Regolament (KEE) 2913/92 r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għal perjodu ta’ mill-inqas 24 xahar wara li jiġi rilaxxat liberament fiċ-ċirkolazzjoni mill-operaturi ekonomiċi li jinsabu fir-reġjuni awtonomi tal-Azores u Madeira.

Artikolu 2

Mill-1 ta’ Novembru 2010 sat-2 ta’ Novembru 2020 id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni applikabbli għall-importazzjonijiet fir-reġjuni awtonomi tal-Azores u Madeira ta’ materja prima, partijiet u komponenti elenkati fl-Anness II, u użati għal finijiet agrikoli, għat-trasformazzjoni industrijali u manutenzjoni fir-reġjuni awtonomi tal-Azores u Madeira, għandhom jiġu sospiżi kompletament.

Artikolu 3

L-awtoritajiet kompetenti tal-Azores u Madeira għandhom jieħdu dawk il-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw il-konformità mal-Artikoli 1 u 2.

Dawk l-awtoritajiet għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dawn il-miżuri qabel it-30 ta’ April 2011.

Artikolu 4

Is-sospensjoni tad-dazji msemmija fl-Artikoli 1 u 2 għandha tkun suġġetta għall-użu aħħari f’konformità mal-Artikoli 21 u 82 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u għal kontrolli provduti fl-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 5

1.   Meta l-Kummissjoni jkollha raġunijiet biex temmen li s-sospensjonjiet imniżżlin f’dan ir-Regolament wasslu għal devjazzjoni tal-kummerċ ta’ prodott speċifiku tista’, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2), provviżorjament tħassar is-sospensjoni permezz ta’ Regolament tal-Kummissjoni għal perjodu mhux itwal minn 12-il xahar. Id-dazji tal-importazzjoni li għalihom is-sospensjoni tkun ġiet provviżorjament imħassra għandhom jiġu żgurati permezz ta’ garanzija, u r-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni tal-prodotti kkonċernati fir-reġjuni awtonomi tal-Azores u Madeira għandha tkun kundizzjonali fuq il-forniment ta’ tali garanzija.

2.   Meta l-Kunsill jiddeċiedi, fuq proposta mill-Kummissjoni fi żmien il-perjodu ta’ 12-il xahar, li s-sospensjoni għandha tiġi definittivament imħassra, l-ammonti ta’ dazji żgurati b’garanziji għandhom jiġu miġbura definittivament.

3.   Jekk ma tiġix adottata l-ebda deċiżjoni definittiva fil-perjodu ta’ 12-il xahar f’konformità mal-paragrafu 2, il-garanziji għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 6

Meta jkun meħtieġ il-Kummissjoni tista’ tadotta permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 7 u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 8 u 9 tali emendi u adattamenti tekniċi għall-Annessi I u II kif huma meħtieġa bħala konsegwenza tal-emendi għan-Nomenklatura Magħquda.

Artikolu 7

1.   Is-setgħat għall-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perijodu indeterminat.

2.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Kunsill.

3.   Is-setgħat għall-adozzjoni ta’ atti delegati jingħataw lill-Kummissjoni soġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 8 u 9.

Artikolu 8

1.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 6 tista’ tiġi revokata mill-Kunsill.

2.   Meta l-Kunsill ikun beda proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix revokata d-delega tas-setgħat, huwa għandu jagħmel ħiltu sabiex jinforma lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li jindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu soġġetti għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għar-revoka.

3.   Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħat speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva immedjatament jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ. Din għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

1.   Il-Kunsill jista’ joġġezzjona għall-atti delegati fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika.

2.   Jekk, wara li jiskadi dak il-perijodu, il-Kunsill ma oġġezzjonax għall-att delegat, jew jekk, qabel dik id-data, il-Kunsill jinforma lill-Kummissjoni li huwa ddeċieda li ma jqajjimx oġġezzjonijiet, l-att delegat għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjai tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data msemmija fih.

3.   Jekk il-Kunsill joġġezzjona għall-att delegat adottat, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. Il-Kunsill għandu jiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjona għall-att delegat.

Artikolu 10

Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat bl-adozzjoni tal-atti delgati mill-Kummissjoni, dwar kwalunkwe oġġezzjoni formulata dwarhom, jew dwar ir-revoka tas-setgħat ta’ delegazzjoni mill-Kunsill.

Artikolu 11

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (6) għandhom japplikaw.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4 (3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

Artikolu 12

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2010, minbarra l-Artikoli 6 sa 10, li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

S. VANACKERE


(1)  Opinjonijiet tal-1 ta’ Jannar 2010 u tas-7 ta’ Settembru 2010 (għadhom mhux ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tas-17 ta’ Diċembru 2009 (ĠU C 225, 22.9.2010, p. 59).

(3)  ĠU L 158, 30.6.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(5)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(6)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


ANNESS I

Oġġetti lesti għal użu agrikolu, kummerċjali jew industrijali

Kodiċi NM (1)

 

4016 94 00

 

4415 10 10

 

5608

 

6203 31 00

 

6203 39 19

 

6204 11 00

 

6205 90 80

 

6506 99

 

7309 00 59

 

7310 10 00

 

7310 29 10

 

7311 00

 

7321 81 90

 

7323 93 90

 

7326 20 80

 

7612 90 98

 

8405 10 00

 

8412 29 89

 

8412 80 80

 

8413 81 00

 

8413 82 00

 

8414 40 90

 

8414 60 00

 

8414 80 80

 

8415 10 90

 

8415 82 00

 

8418 30 20

 

8418 50

 

8422 30 00

 

8423 89 00

 

8424 30 90

 

8427 20 11

 

8440 10 90

 

8442 50 23

 

8442 50 29

 

8450 11 90

 

8450 12 00

 

8450 20 00

 

8451 21 90

 

8451 29 00

 

8451 80 80

 

8452 10 19

 

8452 29 00

 

8458 11 80

 

8464 90

 

8465 10 90

 

8465 92 00

 

8465 93 00

 

8465 99 90

 

8467 11 10

 

8467 19 00

 

8467 22 30

 

8467 22 90

 

8479 89 97

 

8501 10 91

 

8501 20 00

 

8501 61 20

 

8501 64 00

 

8502 39

 

8504 32 80

 

8504 33 00

 

8504 40 90

 

8510 30 00

 

8515 19 00

 

8515 39 13

 

8515 80 91

 

8516 29 99

 

8516 80 80

 

8518 30 95

 

8523 21 00

 

8526 91 80

 

8531 10 95

 

8543 20 00

 

8543 70 30

 

8543 70 90

 

8546 90 90

 

9008 10 00

 

9011 80 00

 

9014 80 00

 

9015 80 11

 

9015 80 19

 

9015 80 91

 

9015 80 93

 

9015 80 99

 

9016 00 10

 

9017 30 10

 

9020 00 00

 

9023 00 10

 

9023 00 80

 

9024 10

 

9024 80

 

9025 19 20

 

9025 80 40

 

9025 80 80

 

9027 10 10

 

9030 31 00

 

9032 10 20

 

9032 10 81

 

9032 89 00

 

9107 00 00

 

9201 90 00

 

9202 90 30

 

9506 91 90

 

9506 99 90

 

9507 10 00

 

9507 20 90

 

9507 30 00

 

9507 90 00


(1)  Il-kodiċijiet tan-NM applikabbli fl-1 ta’ Jannar 2009, adottati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008 tad-19 ta’ Settembru 2008 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffi u n-nomenklatura statistika u t-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 291, 31.10.2008, p. 1).


ANNESS II

Materji primi, partijiet u komponenti użati għal finijiet agrikoli, trasformazzjoni industrijali jew manutenzjoni

Kodiċi NM (1)

 

3102 40 10

 

3105 20 10

 

4008 29 00

 

4009 42 00

 

4010 12 00

 

4015 90 00

 

4016 93 00

 

4016 99 97

 

5401 10 90

 

5407 42 00

 

5407 72 00

 

5601 21 90

 

5608

 

5806 32 90

 

5901 90 00

 

5905 00 90

 

6217 90 00

 

6406 20 90

 

7303 00 90

 

7315 12 00

 

7315 89 00

 

7318 14 91

 

7318 15 69

 

7318 15 90

 

7318 16 91

 

7318 19 00

 

7318 22 00

 

7320 20 89

 

7323 99 99

 

7324 90 00

 

7326 90 98

 

7412 20 00

 

7415 21 00

 

7415 29 00

 

7415 33 00

 

7419 91 00

 

7606 11 91

 

7606 11 93

 

7606 11 99

 

7616 10 00

 

7907 00

 

8207 90 99

 

8302 42 00

 

8302 49 00

 

8308 90 00

 

8406 90 90

 

8409 91 00

 

8409 99 00

 

8411 99 00

 

8412 90 40

 

8413 30 80

 

8413 70 89

 

8414 90 00

 

8415 90 00

 

8421 23 00

 

8421 29 00

 

8421 31 00

 

8421 99 00

 

8440 90 00

 

8442 40 00

 

8450 90 00

 

8451 90 00

 

8452 90 00

 

8478 90 00

 

8481 20 10

 

8481 30 99

 

8481 40

 

8481 80 99

 

8482 10 90

 

8482 80 00

 

8483 40 90

 

8483 60 80

 

8484 10 00

 

8503 00 99

 

8509 90 00

 

8511 80 00

 

8511 90 00

 

8513 90 00

 

8514 90 00

 

8529 10 31

 

8529 10 39

 

8529 10 80

 

8529 10 95

 

8529 90 65

 

8529 90 97

 

8531 90 85

 

8539 31 90

 

8543 70 90

 

8544 20 00

 

8544 42 90

 

8544 49 93

 

9005 90 00

 

9011 90 90

 

9014 90 00

 

9015 90 00

 

9024 90 00

 

9029 20 31

 

9209 91 00

 

9209 92 00

 

9209 94 00

 

9506 70 90


(1)  Il-kodiċijiet tan-NM applikabbli fl-1 ta’ Jannar 2009, adottati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008 tad-19 ta’ Settembru 2008 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffi u n-nomenklatura statistika u t-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 291, 31.10.2008, p. 1).


30.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 974/2010

tad-29 ta’ Ottubru 2010

li jistabbilixxi, għas-sena fiskali tal-2011 tal-FAEG, ir-rati tal-imgħax li għandhom jintużaw sabiex jiġu kkalkulati l-ispejjeż għall-finanzjament tal-miżuri ta’ intervent, li jikkonsistu fix-xiri, il-ħżin u r-rimi tal-ħażniet

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni [titlu mhux uffiċjali] (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 3(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 f’dak li għandu x’jaqsam mal-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) ta’ miżuri ta’ intervent fil-forma ta’ ħżin pubbliku u l-kontabbiltà tal-operazzjonijiet ta’ ħżin pubbliku min-naħa tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri [titlu mhux uffiċjali] (2), jistipula li l-infiq marbut mal-ispejjeż finanzjarji li jġarrbu l-Istati Membri biex isibu l-fondi għax-xiri tal-prodotti għandhom jiġu deċiżi skont il-metodi ta' kalkolu stabbiliti fl-Anness IV għal dak ir-Regolament.

(2)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-punt I.1 tal-Anness IV għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006, il-kalkolu tal-ispejjeż finanzjarji jsir abbażi ta’ rata tal-imgħax li hija l-istess fl-Unjoni kollha, u li hija stabbilita mill-Kummissjoni fil-bidu ta’ kull sena fiskali. Din ir-rata tal-imgħax tikkorrispondi għall-medja tar-rati tal-Euribor fit-tul, fuq perjodu ta’ tliet xhur u ta’ tnax-il xahar, irreġistrati matul is-sitt xhur ta’ qabel in-notifika mill-Istati Membri li dwarha hemm dispożizzjoni fil-punt I.1 tal-Anness IV msemmi. Dawn ir-rati għandu jkollhom valur ta’ terz u ta’ żewġ terzi rispettivament. Din ir-rata għandha tiġi stabbilita fil-bidu ta’ kull sena fiskali tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG).

(3)

Madankollu, jekk ir-rata tal-imgħax innotifikata minn Stat Membru tkun inqas mir-rata tal-imgħax uniformi stabbilita għall-Unjoni, għandha tiġi stabbilita rata tal-imgħax fil-livell tat-taxxa nnotifikata għal dak l-Istat Membru, skont it-tieni subparagrafu tal-punt I.2 tal-Anness IV għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006.

(4)

Barra minn hekk, f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-punt I.2 tal-Anness IV għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006, jekk Stat Membru ma jibgħat l-ebda notifika, fil-forma u sad-data tal-iskadenza msemmijin fl-ewwel subparagrafu tal-punt I.2 tal-Anness IV msemmi, ir-rata tal-imgħax imġarrba minn dak l-Istat Membru se titqies li hija ta’ 0 %. Jekk Stat Membru jiddikjara li ma ġarrab l-ebda spiża tal-imgħax minħabba li ma kellux prodotti agrikoli maħżunin fl-imħażen pubbliċi matul il-perjodu ta’ referenza, għalih tapplika r-rata uniformi tal-imgħax stabbilita mill-Kummissjoni. Il-Lussemburgu, Malta u l-Portugall iddikjaraw li ma ġarrbu l-ebda spiża tal-imgħax minħabba li ma kellhomx prodotti agrikoli maħżunin fl-imħażen pubbliċi matul il-perjodu ta’ referenza.

(5)

Fid-dawl tan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni, ir-rati tal-imgħax applikabbli għas-sena fiskali tal-2011 tal-FAEG għandhom jiġu stabbiliti billi jitqiesu dawn id-diversi fatturi.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1

Għall-infiq marbut mal-ispejjeż finanzjarji li jġarrbu l-Istati Membri biex isibu l-fondi għax-xiri tal-prodotti ta’ intervent, li għandhom jitħallsu mis-sena fiskali tal-2011 tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG), ir-rati tal-imgħax li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 884/2006 skont l-Artikolu 4(1)(a) ta’ dak ir-Regolament għandhom ikunu ta’:

(a)

0,0 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli f’Ċipru, fl-Estonja u fil-Latvja;

(b)

0,2 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli fil-Bulgarija;

(c)

0,3 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli fl-Isvezja;

(d)

0,4 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli fil-Ġermanja, fl-Irlanda u fil-Finlandja;

(e)

0,5 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli fl-Awstrija u fir-Renju Unit;

(f)

0,6 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli fl-Italja;

(g)

0,7 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli fil-Greċja;

(h)

1,0 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli fil-Belġju;

(i)

1,1 % għar-rata tal-imgħax uniformi għall-Unjoni applikabbli fl-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 35.


30.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 975/2010

tad-29 ta’ Ottubru 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Śliwka szydłowska (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mressqa mill-Polonja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Śliwka szydłowska” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Din id-denominazzjoni għandha għalhekk tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 42, 19.2.2010, p. 3.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-anness I għat-Trattat

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

IL-POLONJA

Śliwka szydłowska (IĠP)


30.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 976/2010

tad-29 ta' Ottubru 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Hessischer Apfelwein (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mressqa mill-Ġermanja biex id-denominazzjoni “Hessischer Apfelwein” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Din id-denominazzjoni għandha għalhekk tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 41, 18.2.2010, p. 13.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-anness I għat-Trattat

Klassi 1.8   Prodotti oħra fl-Anness I tat-Trattat: (ħwawar; eċċ.)

IL-ĠERMANJA

Hessischer Apfelwein (IĠP)


30.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 977/2010

tad-29 ta’ Ottubru 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Obwarzanek krakowski (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), partikolarment l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba li għamlet il-Polonja biex id-denominazzjoni “Obwarzanek krakowski” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ma kien hemm ebda oġġeżżjoni mibgħuta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha għalhekk tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni li tidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament b’dan qed tiġi rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament se jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 38, 16.2.2010, p. 8; Il-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża dehret fil-ĠU C 226, 21.8.2010, p. 17.


ANNESS

Oġġetti tal-ikel imniżżlin fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 510/2006:

Klassi 2.4:   Prodotti tal-furnar, kejkijiet, ħlewwiet jew gallettini

IL-POLONJA

Obwarzanek krakowski (IĠP)


30.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 978/2010

tad-29 ta’ Ottubru 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Image (Longkou Fen Si) (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba li għamlet iċ-Ċina biex id-denominazzjoni “

Image

” (“Longkou Fen Si”) tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 44, 20.2.2010, p. 18.


ANNESS

Oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 510/2006:

Il-kategorija 2.7.   L-għaġin

IĊ-ĊINA

Image (Longkou Fen Si) (IĠP)


30.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 979/2010

tad-29 ta’ Ottubru 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Porc de Franche-Comté (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni ta' Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Porc de Franche-Comté” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha għalhekk tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 38, 16.2.2010, p. 13.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat

Klassi 1.1   Laħam (u l-ġewwieni) frisk

FRANZA

Porc de Franche-Comté (IĠP)


30.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 980/2010

tat-28 ta' Ottubru 2010

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lingwata komuni fiż-żona VIIIa u VIIIb min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (2), jistabbilixxi kwoti għall-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk jeħtieġ issir projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 21, 26.1.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

33/T&Q

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

SOL/8AB.

Speċi

Lingwata komuni (Solea solea)

Żona

VIIIa u VIIIb

Data

1.9.2010


30.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 981/2010

tad-29 ta’ Ottubru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AR

51,6

MA

77,4

MK

61,0

TR

77,0

ZZ

66,8

0707 00 05

EG

140,6

JO

158,2

MK

59,4

TR

156,9

ZZ

128,8

0709 90 70

TR

140,9

ZZ

140,9

0805 50 10

AR

57,9

BR

68,9

CL

70,8

TR

80,5

UY

61,0

ZA

76,3

ZZ

69,2

0806 10 10

BR

223,2

TR

136,2

US

219,0

ZA

62,8

ZZ

160,3

0808 10 80

AR

75,7

AU

224,0

BR

82,6

CL

112,1

CN

69,0

MK

26,7

NZ

101,2

ZA

70,4

ZZ

95,2

0808 20 50

CN

67,5

ZZ

67,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


30.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 982/2010

tad-29 ta’ Ottubru 2010

li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Novembru 2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 5 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Novembru 2010, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Novembru 2010, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Novembru 2010

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

0,00

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

0,00


(1)  Għall-prodotti li jaslu fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fil-Baħar Mediterran jew fil-Baħar l-Iswed,

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Isvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

15.10.2010-28.10.2010

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

210,36

160,02

Prezz FOB USA

196,36

186,36

166,36

113,41

Tariffa fuq il-Golf

18,08

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

22,87

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

18,89  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

47,56  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].


DEĊIŻJONIJIET

30.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/656/PESK

tad-29 ta’ Ottubru 2010

li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Diċembru 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Kosta tal-Avorju (1) sabiex jiġu implimentati l-miżuri imposti kontra l-Côte d’Ivoire bir-Riżoluzzjoni 1572(2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (minn hawn ‘il quddiem “UNSCR”).

(2)

Fit-23 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/30/PESK (2) li ġġedded il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Kosta tal-Ivorju bil-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK għal perijodu ulterjuri ta’ tnax-il xahar, u li tissupplimentahom bil-miżuri restrittivi imposti bil-punt 6 tal-UNSCR 1643(2005).

(3)

Wara t-tiġdid tal-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire bil-UNSCR 1842 (2008), fit-18 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/873/PESK (3) li ġġedded ulterjorment il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Côte d’Ivoire, b’effett mill-1 ta’ Novembru 2008.

(4)

Fil-15 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta l-UNSCR 1946 (2010) li ġeddet il-miżuri imposti kontra l-Côte d’Ivoire bil-UNSCR 1572(2004) u l-punt 6 tal-UNSCR 1643 (2005) sat-30 ta’ April 2011 u li emendat il-miżuri restrittivi fuq l-armi.

(5)

Il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Côte d’Ivoire għandhom għalhekk jiġġeddu. Minbarra l-eżenzjonijiet għall-embargo fuq l-armi previsti fil-UNSCR 1946 (2010), hu adatt li jiġu emendati l-miżuri restrittivi sabiex jiġi eżent tagħmir ieħor inkluż awtonomament mill-Unjoni.

(6)

Il-miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Unjoni huma mniżżla fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 174/2005 tal-31 ta’ Jannar 2005 li jimponi restrizzjonijiet dwar il-forniment ta’ assistenza relatata ma’ attivitajiet militari lill-Côte d’Ivoire (4), ir-Regolament (KE) Nru 560/2005 tat-12 ta’ April 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju (5) u r-Regolament (KE) Nru 2368/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 li jimplimenta l-iskema ta’ ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta’ djamanti mhux maħduma (6),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI,

Artikolu 1

1.   Il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, inklużi armi u munizzjoni, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta’ rikambju għal dawk imsemmija qabel, kif ukoll tagħmir li jista’ jintuża għal ripressjoni interna, lill-Côte d’Ivoire miċ-ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew bl-użu ta’ bastimenti jew inġenji tal-ajru tal-bandiera tal-Istati Membri għandhom ikunu ipprojbiti, irrispettivament minn jekk tali armi, materjal relatat u tagħmir joriġinawx fit-territorji tal-Istati Membri jew le.

2.   Għandhom ikunu pprojbiti wkoll:

(a)

il-provvista, diretta jew indiretta, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra relatati mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 jew relatati mal-provvista, il-manifatturar, il-manutenzjoni u l-użu ta’ tali oġġetti, lil kwalunkwe persuna fiżika jew legali, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Côte d’Ivoire;

(b)

il-provvista, diretta jew indiretta, ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tali oġġetti, jew għall-provvista ta’ assistenza teknika relatata, senserija jew servizzi oħra lil kwalunkwe persuna fiżika jew legali, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Côte d’Ivoire.

Artikolu 2

L-Artikolu 1 m’għandux japplika għal:

(a)

il-provvisti u l-assistenza teknika maħsubin unikament għas-sostenn ta’ jew l-użu mill-Operazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Côte d’Ivoire u l-forzi Franċiżi li jappoġġawhom;

(b)

dan li ġej, kif approvat bil-quddiem mill-Kumitat stabbilit bil-paragrafu 14 tal-UNSCR 1572 (2004) (minn hawn ‘il quddiem “Kumitat tas-Sanzjonijiet”):

(i)

il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir militari mhux letali maħsub unikament għal użu umanitarju jew protettiv, inkluż tali tagħmir maħsub għall-operazzjonijiet ta’ maniġġar ta’ kriżijiet tal-Unjoni, in-NU, l-Unjoni Afrikana u l-ECOWAS,

(ii)

il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir mhux letali maħsub unikament sabiex il-forzi ta’ sigurtà tal-Côte d’Ivoire jkunu jistgħu jużaw biss forza adatta u proporzjonata fiż-żamma tal-ordni pubblika,

(iii)

il-provvista ta’ finanzjament u assistenza finanzjarja relatati mat-tagħmir imsemmi fil-punti (i) u (ii),

(iv)

il-provvista ta’ assistenza teknika u taħriġ relatati mat-tagħmir imsemmi fil-punti (i) u (ii);

(ċ)

il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ ilbies protettiv, inklużi ġkieket għall-flak u elmi militari, esportati temporanjament lejn il-Côte d’Ivoire minn persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, mill-persunal tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, minn rappreżentanti tal-midja u ħaddiema umanitarji u ħaddiema impjegati fl-iżvilupp u l-persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss;

(d)

bejgħ jew provvisti trasferiti jew esportati temporanjament lejn il-Côte d’Ivoire lill-forzi ta’ Stat li jkun qed jieħu azzjoni, f’konformità mad-dritt internazzjonali, unikament u direttament biex jiffaċilita l-evakwazzjoni taċ-ċittadini tiegħu u ta’ dawk li lejhom għandu responsabbiltà konsulari fil-Côte d’Ivoire, kif notifikat bil-quddiem lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet;

(e)

il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ armi u materjal relatat u taħriġ u assistenza teknika maħsuba unikament għas-sostenn jew ta’, jew għall-użu fil-proċess ta’ ristrutturar ta’ forzi ta’ difiża u ta’ sigurtà skont il-paragrafu 3, subparagrafu (f) tal-Ftehim Linas-Marcoussis, kif approvat minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet;

(f)

il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir mhux letali li jista’ jintuża għar-ripressjoni interna u li hu maħsub unikament biex il-forzi ta’ sigurtà tal-Côte d’Ivoire jkunu jistgħu jużaw biss forza adatta u proporzjonata fiż-żamma tal-ordni pubblika, kif ukoll il-forniment ta’ finanzjament, assistenza finanzjarja jew assistenza teknika u taħriġ relatati ma’ tali tagħmir.

Artikolu 3

L-importazzjoni diretta jew indiretta tad-djamanti kollha mhux maħduma mill-Côte d’Ivoire għall-Unjoni, kemm jekk tali djamanti oriġinaw mill-Côte d’Ivoire jew le, għandha tkun projbita f’konformità mal-UNSCR 1643 (2005).

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni tad-dħul fi, jew it-transitu mit-territorji tagħhom, tal-persuni indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, li jikkostitwixxu theddida għall-proċess ta’ paċi u ta’ rikonċiljazzjoni nazzjonali fil-Côte d’Ivoire, b’mod partikolari dawk li jimblukkaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim Linas-Marcoussis u l-Ftehim Accra III, ta’ kwalunkwe persuna oħra determinata bħala responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt internazzjonali umanitarju fil- abbażi ta’ informazzjoni rilevanti, ta’ kwalunkwe persuna oħra li pubblikament tinċita l-mibgħeda u l-vjolenza u ta’ kwalunkwe persuna oħra li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina li qed tikser il-miżuri imposti mill-paragrafu 7 tal-UNSCR 1572(2004).

Il-persuni msemmija fl-ewwel subparagrafu huma elenkati fl-Anness.

2.   Il-paragrafu 1 m’għandux jobbliga lil Stat Membru li jirrifjuta liċ-ċittadini tiegħu stess id-dħul fit-territorju tiegħu.

3.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina li:

(a)

l-ivvjaġġar hu ġġustifikat minħabba ħtieġa umanitarja urġenti, inkluż l-obbligu reliġjuż;

(b)

eżenzjoni tippromovi l-objettivi tar-Riżoluzzjonijiet tal-UNSC għall-paċi u r-rikonċiljazzjoni nazzjonali fil-Côte d’Ivoire u l-istabbiltà fir-reġjun.

4.   F’każijiet fejn, skont il-paragrafu 3, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu jew it-transitu minnu, ta’ persuni indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-għan li għalih tkun ingħatat u għall-persuni kkonċernati minnha.

Artikolu 5

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma l-proprjetà ta’ jew ikkontrollati direttament jew indirettament mill-persuni indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet skont l-Artikolu 4(1) jew li huma fil-pussess ta’ entitajiet li huma l-proprjetà ta’ jew ikkontrollati direttament jew indirettament minn kwalunkwe persuna li qiegħda taġixxi f’isimhom jew taħt direzzjonijiet tagħhom, kif indikat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, għandhom jiġu ffriżati.

Il-persuni msemmijin fl-ewwel subparagrafu huma elenkati fl-Anness.

2.   L-ebda fond, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom isiru disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju tal-persuni jew l-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1.

3.   L-Isati Membri jistgħu jippermettu eżenzjonijiet mill-miżuri msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi li huma:

(a)

meħtieġa għal spejjeż bażiċi, inklużi ħlasijiet għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, poloz ta’ assigurazzjoni, u ħlasijiet għall-użu ta’ servizzi pubbliċi;

(b)

maħsubin esklużivament għall-ħlas ta’ drittijiet professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż li huma assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali;

(ċ)

maħsubin esklużivament għall-ħlas ta’ onorarji jew kontijiet għal servizz, skont il-liġijiet nazzjonali, għal servizzi ta’ rutina fiż-żamma jew il-manteniment ta’ fondi ffriżati, jew riżorsi ekonomiċi;

(d)

meħtieġa għal spejjeż straordinarji, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u b’approvazzjoni minn dan tal-aħħar;

(e)

is-soġġett ta’ sentenza jew garanzija ġuridika, amministrattiva jew arbitrali, li f’tali każ il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jintużaw biex jissodisfaw dik il-garanzija jew sentenza sakemm il-garanzija jew is-sentenza kienet iskritta qabel ma l-Kumitat tas-Sanzjonijiet indika lill-persuna jew l-entità kkonċernata, u mhijiex għall-benefiċċju ta’ persuna jew entità msemmijin f’dan l-Artikolu, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

L-eżenzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 3 jistgħu jsiru wara notifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet mill-Istat Membru kkonċernat tal-intenzjoni tiegħu li jawtorizza, fejn adatt, aċċess għal tali fondi, u riżorsi ekonomiċi, u fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien jumejn ta’ ħidma minn tali notifika.

4.   Il-paragrafu 2 m’għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:

(a)

imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b)

ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li kienu konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri restrittivi skont il-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK jew din id-Deċiżjoni,

dment li tali imgħax, dħul u ħlasijiet oħra jkomplu jkunu soġġetti għall-paragrafu 1.

Artikolu 6

Il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-lista fl-Anness u jemendaha skont id-determinazzjonijiet magħmula jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

Artikolu 7

1.   Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jelenkaw persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi dik il-persuna jew entità fl-Anness. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna jew l-entità kkonċernata, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż, u b’hekk tali persuna jew entità tingħata l-opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.

2.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew entità skont il-każ.

Artikolu 8

1.   L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet elenkati kif previsti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

2.   L-Anness għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, informazzjoni pprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Anness għandu jinkludi wkoll id-data ta’ indikazzjoni fil-lista mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

Artikolu 9

Il-Pożizzjonijiet Komuni 2004/852/PESK u 2006/30/PESK huma b’dan imħassrin.

Artikolu 10

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

2.   Hija għandha tiġi riveduta, emendata jew imħassra kif adatt, f’konformità mad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

S. VANACKERE


(1)  ĠU L 368, 15.12.2004, p. 50.

(2)  ĠU L 19, 24.1.2006, p. 36.

(3)  ĠU L 308, 19.11.2008, p. 52.

(4)  ĠU L 29, 2.2.2005, p. 5.

(5)  ĠU L 95, 14.4.2005, p. 1.

(6)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 28.


ANNESS

Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikoli 4 u 5

 

Isem (u psewdonomi possibbli)

Informazzjoni għall-identifikazzjoni (data u post tat-twelid (d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport (Pass.)/karta tal-identità eċċ.)

Raġunijiet għall-indikazzjoni

Data tal-indikazzjoni min-NU

1.

BLÉ GOUDÉ, Charles (psewdonomu Général; Génie de kpo, Gbapé Zadi)

d.t.t.: 1.1.1972

Ċittadinanza: Ivorjana

P.: 04LE66241 République de Côte d’Ivoire Maħruġ fi: 10.11.2005 validu sal-9.11.2008

PD.: AE/088 DH 12 République de Côte d’Ivoire maħruġ fil-20.12.2002 validu sal-11.12.2005

P.:98LC39292 République de Côte d’Ivoire maħruġ fil-24.11.2000 validu sal-23.11.2003

Post tat-twelid: Guibéroua (Gagnoa) jew Niagbrahio/Guiberoua jew Guiberoua

Indirizz magħruf fl-2001: Yopougon Selmer, Bloc P 170; ukoll Hotel Ivoire

Indirizz iddikjarat fid-dokument tal-ivvjaġġar n. C2310421 maħruġ mill-Isvizzera fil-15.11.2005 u validu sal-31.12.2005: Abidjan, Cocody

Mexxej tal-COJEP (“Patrijotti Żgħażagħ”) Dikjarazzjonijiet pubbliċi ripetuti li jħeġġu l-vjolenza kontra l-installazzjonijiet u l-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti u kontra l-barranin; direzzjoni ta’ u parteċipazzjoni f’atti ta’ vjolenza minn milizja tat-toroq, inklużi swat, stupri u eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji intimidazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Grupp ta’ Ħidma Internazzjoanli (IWG), l-oppożizzjoni politika u l-istampa indipendenti; sabotaġġ tal-istazzjonijiet tar-radju internazzjonali; ostakolu għall-azzjoni tal-IWG, l-Operazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Côte d’Ivoire (UNOCI), il-Forzi Franċiżi u l-proċess ta’ paċi kif definit bir-Riżoluzzjoni1643 (2005).

fis-7 ta’ Frar 2006.

2.

DJUÉ, Eugène N’goran Kouadio

d.t.t.: 1.1.1966 jew 20.12.1969

Ċittadinanza: Ivorjana

P.: 04 LE 017521 maħruġ fl-10 ta’ Frar 2005 u validu sal-10 ta’ Frar 2008

Mexxejj tal-Union des Patriotes pour la Libération Totale de la Côte d’Ivoire (UPLTCI). Dikjarazzjonijiet pubbliċi ripetuti li jħeġġu l-vjolenza kontra l-installazzjonijiet u l-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti u kontra l-barranin; direzzjoni ta’ u parteċipazzjoni f’atti ta’ vjolenza minn milizja tat-toroq, inklużi swat, stupri u eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, ostakolu għall-azzjoni tal-IWG l-UNOCI, il-forzi Franċiżi u l-proċess ta’ paċi kif definit bir-Riżoluzzjoni 1643 (2005).

fis-7 ta’ Frar2006.

3.

FOFIE, Martin Kouakou

d.t.t.: 1.1.1968

Ċittadinanza: Ivorjana

Post tat-twelid: BOHI, Cote d’Ivoire

Burkina Faso Numru tal-Karta tal-Identità: 2096927 maħruġa fis-17 ta’ Marzu 2005

Burkina Faso Ċerifikat ta’ Ċittadinanza: CNB N.076 (17 ta’ Frar 2003)

Isem il-missier: Yao Koffi FOFIE

Isem l-omm: Ama Krouama KOSSONOU

Numru tal-Karta tal-Identità tal-Côte d’Ivoire: 970860100249 maħruġa fil-5 ta’ Awwissu 1997 valida sal-5 ta’ Awwissu 2007

Chief Corporal New Force Commandant, Korhogo Sector. Forzi taħt il-kmand tiegħu impenjati fir-reklutaġġ ta’ suldati tfal, ħtif, impożizzjoni ta’-xogħol infurzat, abbuż sesswali tan-nisa, arresti arbitrarji u eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjali, kontra l-konvezjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali: ostaklu għall-azzjoni tal-IWG, l-UNOCI, il-forzi Franċiżi u l-proċess ta’ paċi kif definit bir-Riżoluzzjoni 1643 (2005).

fis-7 ta’ Frar2006.


30.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Ottubru 2010

dwar il-finanzjament ta’ miżuri ta’ emerġenza li jikkonċernaw l-idrofobija fil-grigal tal-Italja

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 7379)

(2010/657/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistipula li meta Stat Membru jkun direttament mhedded bl-okkorrenza jew l-iżvilupp, fit-territorju ta’ pajjiż terz jew Stat Membru, ta’ waħda mill-mardiet elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni, jista’ jiġi deċiż li jiġu adottati miżuri xierqa għas-sitwazzjoni u li tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-miżuri li jkunu meqjusa partikolarment neċessarji għas-suċċess tal-azzjonijiet meħuda.

(2)

L-idrofobija hija marda tal-annimali li tolqot prinċipalment lill-karnivori domestiċi u selvaġġi u għandha implikazzjonijiet serji għas-saħħa pubblika. Hija waħda mill-mard elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/470/KE.

(3)

Fis-snin reċenti, l-Unjoni kkofinanzjat programmi għat-tilqim orali ta’ karnivori selvaġġi, li huma l-għajn tal-marda, u dawn irriżultaw f’sitwazzjoni favorevoli fil-parti l-kbira tal-Istati Membri bi tnaqqis drastiku fl-għadd ta’ każijiet ta’ idrofobija f’annimali selvaġġi u domestiċi u l-għajbien ta’ każijiet li jolqtu lill-bniedem.

(4)

L-Italja tqieset bħala pajjiż liberu mill-idrofobija sa mill-1997. Madankollu, f’Ottubru 2008 fir-reġjun ta’ Friuli Venezia Giulia, instab każ wieħed ta’ idrofobija li kien segwit minn tmien każijiet ġodda fl-istess reġjun. Fl-2009, l-idrofobija silvatika nxterdet ukoll fir-reġjun tal-Veneto. Sal-aħħar tal-2009, instabu 35 każ fil-Friuli Venezia Giulia u 33 każ fil-Veneto.

(5)

Stati Membri ġirien esprimew it-tħassib li t-territorji tagħhom huma mhedda mis-sitwazzjoni tal-idrofobija fil-grigal tal-Italja.

(6)

Għaldaqstant, hemm bżonn ta’ miżuri ta’ emerġenza biex ma jitħalliex li l-marda tinxtered iktar fl-Italja jew li tinxtered lejn l-Istati Membri ġirien tal-Awstrija u s-Slovenja, u biex jissaħħu l-isforzi biex il-marda tinqered kemm jista’ jkun malajr.

(7)

Fid-9 ta’ Diċembru 2009, l-Italja bagħtet pjan ta’ emerġenza għat-tilqim orali tal-volpijiet bl-isem ta’ “Programm ta’ kontroll tal-idrofobija fir-reġjuni tal-grigal tal-Italja - pjan ta’ tilqim speċjali għall-volpijiet” lill-Kummissjoni. Il-pjan instab li hu aċċettabbli u għalhekk huwa xieraq li ċerti miżuri jirċievu finanzjament mill-Unjoni. Għalhekk għandha tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-implimentazzjoni tagħha.

(8)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha titħallas fuq il-bażi tat-talba uffiċjali għal rimbors imressqa mill-Istati Membri u tad-dokumenti ta’ sostenn imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (2)

(9)

Meta tqis l-urġenza biex jiġi implimentat il-pjan ta’ tilqim estiż sabiex il-marda ma titħalliex tinxtered lejn Stati Membri oħra, ikun ġustifikat li l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tkun disponibbli mid-9 ta’ Diċembru 2009 meta l-pjan kien intbagħat lill-Kummissjoni għall-finanzjament,

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-“Programm ta’ kontroll tal-idrofobija fir-reġjuni tal-grigal tal-Italja — pjan ta’ tilqim speċjali għall-volpijiet” (“il-pjan”) mibgħut mill-Italja nhar id-9 ta’ Diċembru 2009 huwa b’dan approvat għall-perjodu mid-9 ta’ Diċembru 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 2

1.   L-Unjoni tista’ tagħti kontribuzzjoni finanzjarja għall-pjan bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż imġarrba mill-Italja:

(a)

għat-twettiq ta’ testijiet fil-laboratorji:

(i)

għas-sejba ta’ antiġen jew antikorpi għall-idrofobija;

(ii)

għall-iżolament u l-karatterizzazzjoni tal-virus tal-idrofobija;

(iii)

għas-sejba ta’ bijomarkatur;

(iv)

għad-dożar tal-lixki tal-vaċċini,

(b)

għax-xiri u t-tqassim ta’ vaċċin orali kif ukoll lixki u x-xiri u l-amministrazzjoni lill-bhejjem ta’ vaċċini parenterali għall-pjan.

Madankollu, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-ispejjeż imsemmija fil-punti (a) u (b) ma għandhiex taqbeż is-somma ta’ EUR 2 300 000.

2.   L-ammont massimu tal-ispejjeż li għandhom jiġu rimborsati lill-Italja għall-pjan, bħala medja ma għandhomx ikunu ogħla minn:

(a)

għal test seroloġiku

EUR 8 għal kull test;

(b)

għal test tad-detezzjoni tat-tetraċiklina fl-għadam

EUR 8 għal kull test;

(c)

għal test tal-antikorpi florexxenti (TAF)

EUR 12 għal kull test;

(d)

għal test tar-reazzjoni katina polimerażi (RKP)

EUR 10 għal kull test;

(e)

għax-xiri ta’ vaċċin orali flimkien mal-lixki

EUR 0,4 għal kull doża;

(f)

għax-xiri tal-vaċċini parenterali

EUR 1 għal kull doża;

(g)

għat-tilqim tal-bhejjem

EUR 1,50 għal kull annimal.

3.   L-ispejjeż għat-twettiq tat-testijiet fil-laboratorji msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a) għandhom jinkludu:

(a)

l-ispejjeż imħallsa għax-xiri ta’ kits għat-testijiet, reaġenti u l-konsumabbli kollha użati biex isiru t-testijiet;

(b)

l-ispejjeż imħallsa għall-persunal allokati speċifikatament, interament jew parzjalment, għat-twettiq tat-testijiet;

(ċ)

massimu ta’ 7 % tal-ispejjeż ġenerali tas-somma totali tal-ispejjeż imsemmija fil-punti (a) u (b).

Artikolu 3

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-pjan għandha tingħata sakemm l-Italja:

(a)

timplimenta l-pjan skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni, inklużi r-regoli tal-kompetizzjoni u l-aġġudikazzjoni ta’ kuntratti pubbliċi u għajnuna statali;

(b)

tibgħat rapport finali lill-Kummissjoni, skont l-Annessi, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2011 dwar l-eżekuzzjoni teknika tal-pjan akkumpanjat minn evidenza li tiġġustifika l-ispejjeż imħallsa u r-riżultati miksuba matul il-perjodu mid-9 ta’ Diċembru 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2010;

(ċ)

timplimenta l-pjan b’mod effiċjenti.

2.   F’każ li l-Italja ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, wara li tqis in-natura u l-gravità tal-infrazzjoni, u t-telf finanzjarju mġarrab mill-Unjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-9 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  OJ L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.


ANNESS I

Ir-rapport tekniku msemmi fl-Artikolu 3(1)(b) għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:

A.   Tilqim

I.

Perjodu ta’ Rappurtar

II.

Għadd ta’ lixki tal-vaċċin tal-idrofobija mqassma

III.

Għadd ta’ bhejjem u merħliet imlaqqma skont ir-reġjun

IV.

Għadd ta’ lixki mqassma bl-ajru

V.

Għadd ta’ lixki mqassma manwalment

VI.

Mapep li juru l-kopertura tat-territorju bil-lixki u l-linji li tqassmu tulhom il-lixki (bl-ajru u manwalment).

B.   Monitoraġġ

 

Testijiet viroloġiċi

Testijiet seroloġiċi

Sejba ta’ markatur tat-tetraċiklin

Reġjun

Speċi

Tip ta’ test

Għadd ta’ annimali ttestjati

Pożittiv

Tip ta’ test

Għadd ta’ annimali ttestjati

Pożittiv (il-valuri jinqatgħu fi: … IU/ml)

Tip ta’ test

Għadd ta’ annimali ttestjati

Pożittiv

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C.   Valutazzjoni teknika tas-sitwazzjoni u d-diffikultajiet li nstabu


ANNESS II

Ir-rapport finanzjarju msemmi fl-Artikolu 3(1)(b) għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:

Miżuri eliġibbli għall-kofinanzjament

Testijiet fil-laboratorju

Reġjun

Tip ta’ testijiet

Għadd ta’ annimali ttestjati

Għadd ta’ testijiet imwettqa

Spiża tat-testijiet imwettqa

(f’EUR)

Sejba ta’ antiġen tal-idrofobija

TAF

 

0

0,00

RKP

 

 

 

oħrajn (jekk jogħġbok speċifika)

 

 

 

Sejba ta’ antikorpi tal-idrofobija

Newtralizzazzjoni tal-Virus

 

 

 

oħrajn (jekk jogħġbok speċifika)

 

 

 

Karattterizzazzjoni tal-virus tal-idrofobija

Tqegħid f’sekwenza

 

 

 

oħrajn (jekk jogħġbok speċifika)

 

 

 

Bijomarkatur

 

 

 

 

Dożar tal-lixki tal-vaċċini

 

 

 

 

Total

 

0

0

0,00

Vaċċini u lixki

Reġjun

Tip ta’ testijiet

Għadd ta’ annimali

Għadd ta’ dożijiet ta’ vaċċini u lixki

Spiża tax-xiri u t-tqassim/amministrazzjoni

(f’EUR)

Vaċċin orali

Xiri

 

 

 

Tqassim

 

 

 

Vaċċin parenterali

Xiri

 

 

 

Amministrazzjoni

 

 

 

Total

 

0

0

0,00

Jiena niċċertifika li:

l-infiq sar tassew, akkontat b’eżattezza u eliġibbli skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/657/UE;

id-dokumenti ta’ sostenn kollha relatati mal-infiq huma disponibbli għall-ispezzjoni, notevolment biex jiġġustifikaw il-livell ta’ kumpens għall-annimali;

ma ntalbet l-ebda kontribuzzjoni oħra mill-Unjoni għal dan il-programm u d-dħul kollu li sar minn operazzjonijiet skont il-programm huwa ddikkjarat lill-Kummissjoni;

il-programm kien eżegwit skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, partikolarment ir-regoli dwar il-kompetizzjoni, l-aġġudikazzjoni ta’ kuntratti pubbliċi u għajnuna Statali;

japplikaw il-proċeduri ta’ kontroll, b’mod partikolari għall-verifika tal-eżattezza tal-ammonti dikkjarati, għall-prevenzjoni, is-sejba u t-tiswija tal-irregolaritajiet.

 

Data: …

 

Isem u firma tad-direttur operattiv: …


30.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/37


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-26 ta’ Ottubru 2010

dwar dispożizzjonijiet tranżitorji għall-applikazzjoni ta’ riżervi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew wara l-introduzzjoni tal-euro fl-Estonja

(BĊE/2010/18)

(2010/658/UE)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 19.1 u l-ewwel inċiż tal-Artiklu 46.2 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (KE) Nru 1745/2003 tat-12 ta’ Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi (BĊE/2003/9) (2),

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (3),

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (4), u partikolarment l-Artikoli 5(1) u 6(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (KE) Nru 25/2009 tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni) (BĊE/2008/32) (5),

Billi:

(1)

L-adozzjoni tal-euro mill-Estonia fl-1 ta’ Jannar 2011 tfisser illi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jinsabu fl-Estonja ser ikunu soġġetti għal rekwiżiti dwar ir-riżervi minn dik id-data.

(2)

L-integrazzjoni ta’ dawn l-entitajiet fis-sistema tar-riżervi minimi tal-Eurosistema titlob l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet transitorji sabiex jiżguraw integrazzjoni bla xkiel mingħajr ma jinħoloq piż sproporzjonat għal istituzzjonijiet ta’ kreditu fi Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, inkluż l-Estonja.

(3)

Artikolu 5 tal-Istatut tas-Sistema Europea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew jimplika illi l-BĊE, megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali, jiġbor it-tagħrif statistiku meħtieġ mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew direttament mingħand aġenti ekonomiċi ukoll sabiex jiżgura tħejjija f’waqtha fil-qasam tal-istatistika minħabba l-adozzjoni tal-euro minn Stat Membru,

ADOTTA DIN ID-DEĊIżJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-kliem “istituzzjoni”, “rekwiżit tar-riżerva”, “perijodu ta’ manutenzjoni” u “bażi tar-riżerva” għandhom l-istess tifsiriet bħal f’Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9).

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet tranżitorji għal istituzzjonijiet li jinsabu fl-Estonja

1.   B’deroga minn Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9), perijodu ta’ manteniment tranżitorju għandu jiddekorri mill-1 sat-18 ta’ Jannar 2011 għal istituzzjonijiet li jinsabu fl-Estonja.

2.   Il-bażi ta’ riżerva ta’ kull istituzzjoni li tinsab fl-Estonja għall-perijodu ta’ manutenzjoni tranżitorju għandha tkun definita b’rabta ma’ elementi tal-karta tal-bilanċ tagħha fil-31 ta’ Ottubru 2010. Istituzzjonijiet li jinsabu fl-Estonja għandhom jirrappurtaw il-bażi ta’ riżerva tagħhom lil Eesti Pank skont il-qafas tal-BĊE għar-rappurtar ta’ statistika monetarja u bankarja, kif stabbilit f’Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32). Istituzzjonijiet li jinsabu fl-Estonja li jibbenefikaw mid-deroga taħt l-Artikolu 8(1) u (4) ta’ Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32) għandhom jikkalkulaw bażi ta’ riżerva għal perijodu ta’ manutenzjoni tranżitorju abbażi tal-karti tal-bilanċ tagħhom fit-30 ta’ Settembru 2010.

3.   Fir-rigward tal-perijodu ta’ manutenzjoni tranżitorju, istituzzjoni li tinsab fl-Estonja jew Eesti Pank għandhom jikkalkulaw ir-riżervi minimi ta’ din l-istituzzjoni. Il-parti li tikkalkula r-riżervi minimi għandha tissottometti l-kalkolu tagħha lill-parti l-oħra u tħalli biżżejjed żmien għal din tal-aħħar biex tivverifikah u tissottometti reviżjonijiet. Ir-riżervi minimi kkalkulati, inklużi r-reviżjonijiet li jsirulhom, għandhom ikunu kkonfermati miż-żewġ partijiet sa mhux aktar tard mis-7 ta’ Diċembru 2010. Jekk il-parti notifikata ma tikkonfermax l-ammont ta’ riżervi minimi sas-7 ta’ Diċembru 2010, hija titqies li tkun irrikonoxxiet illi l-ammont ikkalkulat japplika għall-perijodu ta’ manutenzjoni tranżitorju.

4.   Id-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 3(2) sa (4) għandhom japplikaw mutatis mutandis għal istituzzjonijiet li jinsabu fl-Estonja biex dawn l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu, għall-perijodi ta’ manutenzjoni inizjali, inaqqsu mill-bażi ta’ riżerva kull passiv dovut lil istituzzjonijiet fl-Estonja, għalkemm fiż-żmien li jiġu kkalkulati r-riżervi minimi dawn l-istituzzjonijiet mhux ser jidhru fil-lista ta’ istituzzjonijiet soġġetti għar-rekwiżiti ta’ riżerva fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9).

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet tranżitorji għal istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri oħrajn li l-munita tagħhom hija l-euro

1.   Skont l-Artikolu 7 ta’ Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9), il-perijodu ta’ manutenzjoni applikabbli għal istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri oħrajn li l-munita tagħhom hija l-euro għandu jibqa’ mhux effettwat mill-eżistenza ta’ perijodu ta’ manutenzjoni tranżitorju għal istituzzjonijiet li jinsabu fl-Estonja.

2.   Istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri oħrajn li l-munita tagħhom hija l-euro jistgħu jiddeċiedu li għall-perijodi ta’ manutenzjoni mit-8 ta’ Diċembru 2010 sat-18 ta’ Jannar 2011 u mid-19 ta’ Jannar sat-8 ta’ Frar 2011 inaqqsu mill-bażi ta’ riżerva tagħhom kull passiv dovut lil istituzzjonijiet li jinsabu fl-Estonja, anke jekk f’dak iż-żmien li jiġu kkalkulati r-riżervi minimi dawn l-istituzzjonijiet mhux ser jidhru fil-lista ta’ istituzzjonijet soġġetti għar-rekwiżiti ta’ riżerva msemmijin fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9).

3.   Istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri oħrajn li l-munita tagħhom hija l-euro li jixtiequ jnaqqsu l-passi dovut lil istituzzjonijiet li jinsabu fl-Estonja għandhom, għall-perijodi ta’ manutenzjoni mit-8 ta’ Diċembru 2010 sat-18 ta’ Jannar 2011 u mid-19 ta’ Jannar sat-8 ta’ Frar 2011, jikkalkulaw ir-riżervi minimi abbażi tal-karti tal-bilanċ tagħhom għall-31 ta’ Ottubru u t-30 ta’ Novembru 2010 rispettivament u jirrappurtaw tagħrif statistiku skont Parti 1 ta’ Anness III tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32) li juri l-istituzzjonijiet fl-Estonja bħala diġa soġġetti għas-sistema tar-riżervi minimi tal-BĊE.

Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-istituzzjonijiet li jirrapportaw tagħrif statistiku għall-perijodi kkonċernati skont Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32) li għadha turi istituzzjonijiet li jinsabu l-Estonja bħala banek li jinsabu fil-“Bqija tad-dinja”.

It-tabelli għandhom ikunu rrappurtati skont il-limiti ta’ żmien u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32).

4.   Għall-perijodi ta’ manutenzjoni li jibdew f’Diċembru 2010, Jannar u Frar 2011, istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri oħrajn li l-munita tagħhom hija l-euro u li jibbenefikaw mid-deroga taħt Artikolu 8(1) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32) u jixtiequ jnaqqsu passiv dovut lil istituzzjonijiet li jinsabu fl-Estonja, għandhom jikkalkulaw ir-riżervi minimi tagħhom abbażi tal-karta tal-bilanċ tagħhom għat-30 ta’ Settembru 2010 u jirrappurtaw tagħrif statistiku skont Parti 1 ta’ Anness III tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32) li juri l-istituzzjonijiet li jinsabu fl-Estonja bħala diġa soġġetti għas-sistema tar-riżervi minimi tal-BĊE.

Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-istituzzjonijiet li jirrapportaw tagħrif statistiku għall-perijodi kkonċernati skont Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32) li għadha turi istituzzjonijiet li jinsabu l-Estonja bħala banek li jinsabu fil-“Bqija tad-dinja”.

It-tagħrif statistiku għandu jkun irrappurtat skont il-limiti ta’ żmien u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32).

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Eesti Pank, istituzzjonijiet li jinsabu fl-Estonja u istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri oħrajn li l-munita tagħhom hija l-euro.

2.   Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2010.

3.   Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi f’din id-Deċiżjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ Regolamenti (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9) u (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32) għandhom japplikaw.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-26 ta’ Ottubru 2010.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10.

(3)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 4.

(4)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(5)  ĠU L 15, 20.1.2009, p. 14.