ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.037.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 37

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
10 ta' Frar 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 113/2010 tad-9 ta’ Frar 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-kopertura kummerċjali, id-definizzjoni tad-dejta, il-kompilazzjoni tal-istatistika dwar il-kummerċ skont il-karatteristiċi tan-negozju u skont il-munita tal-fatturat, u movimenti jew oġġetti speċifiċi ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 114/2010 tad-9 ta’ Frar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2229/2004 fir-rigward tal-perjodu ta' żmien mogħti lill-EFSA għall-għoti tal-opinjoni tagħha dwar ir-reviżjoni tal-abbozz tar-rapporti dwar is-sustanzi attivi li għalihom hemm indikazzjonijiet ċari li ma għandhom l-ebda effett ħażin ( 1 )

12

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 115/2010 tad-9 ta’ Frar 2010 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-użu tal-alumina għat-tneħħija tal-fluworidu mill-ilmijiet minerali naturali u mill-ilmijiet tan-nixxigħat ( 1 )

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2010 tad-9 ta’ Frar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-lista tal-affermazzjonijiet nutrittivi ( 1 )

16

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 117/2010 tad-9 ta’ Frar 2010 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 904/2008 li jistabbilixxi l-metodi tal-analiżi u d-dispożizzjonijiet tekniċi l-oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ arranġamenti ta’ esportazzjoni ta’ merkanzija mhux koperti bl-Anness I għat-Trattat

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 118/2010 tad-9 ta’ Frar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 900/2008 li jistabbilixxi l-metodi tal-analiżi u d-dispożizzjonijiet tekniċi l-oħrajn meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti għall-importazzjoni ta’ ċertu merkanzija li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli

21

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 119/2010 tad-9 ta’ Frar 2010 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1233/2009 li jistabbilixxi miżura speċifika ta’ appoġġ għas-suq fis-settur tal-ħalib

26

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 120/2010 tad-9 ta’ Frar 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

27

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/6/UE tad-9 ta’ Frar 2010 li temenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-merkurju, gossypol ħieles, nitriti u Mowrah, Bassia, Madhuca  ( 1 )

29

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/7/UE tad-9 ta’ Frar 2010 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-fosfid tal-manjeżju li jirrilaxxa l-fosfina bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha ( 1 )

33

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/8/UE tad-9 ta’ Frar 2010 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-warfarin sodium bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha ( 1 )

37

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/9/UE tad-9 ta’ Frar 2010 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex testendi l-inklużjoni fl-Anness I tagħha tas-sustanza attiva fosfid tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina għat-tip ta' prodott 18 kif definit fl-Anness V tagħha ( 1 )

40

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/10/UE tad-9 ta’ Frar 2010 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-brodifacoum bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha ( 1 )

44

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/11/UE tad-9 ta’ Frar 2010 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-warfarin bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha ( 1 )

47

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/73/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Jannar 2010 li tħassar id-Deċiżjoni 2009/472/KE u li tikkonċerna s-segwitu għall-proċedura ta' konsultazzjoni mar-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE

50

 

 

2010/74/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Frar 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2005/629/KE li tistabbilixxi Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd

52

 

 

2010/75/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2010 li tikkonċerna kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat dwar il-prevalenza tal-Listeria monocytogenes f’ċertu ikel lest biex jittiekel li jrid jitwettaq fl-Istati Membri (notifikata bid-dokument numru C(2010) 592)

55

 

 

2010/76/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Frar 2010 dwar perjodu tranżitorju għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 762/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-preżentazzjoni mill-Istati Membri tal-istatistika dwar l-akkwakultura għal dak li jikkonċerna r-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall u s-Slovenja (notifikata bid-dokument numru C(2010) 735)

70

 

 

2010/77/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Frar 2010 li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għas-sottomissjoni ta’ dossier għat-terbutryn li għandu jiġi eżaminat skont il-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2010) 752)  ( 1 )

72

 

 

2010/78/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Frar 2010 rigward ir-reviżjoni tal-limiti msemmija fl-Artikolu 157(b) u Artikolu 158(1), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju

73

 

 

IV   Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009 skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

 

 

2010/79/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/679/KE u 2006/860/KE fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà relatati ma’ subsistemi tas-sistemi ferrovjarji trans-Ewropej konvenzjonali u ta’ veloċità għolja (notifikata bid-dokument numru C(2009) 7787)  ( 1 )

74

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

10.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 113/2010

tad-9 ta’ Frar 2010

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-kopertura kummerċjali, id-definizzjoni tad-dejta, il-kompilazzjoni tal-istatistika dwar il-kummerċ skont il-karatteristiċi tan-negozju u skont il-munita tal-fatturat, u movimenti jew oġġetti speċifiċi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2), (3) u (4), l-Artikolu 4(5), l-Artikolu 5(2) u (4), l-Artikolu 6(2) u (3) u l-Artikolu 8(1) u (2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika Ewropea rigward il-kummerċ ta’ merkanzija ma’ pajjiżi li mhumiex membri.

(2)

Jeħtieġ li l-ambitu tal-istatistika dwar il-kummerċ estern jiġi allinjat ma’ proċeduri doganali speċifiċi biex jiġi evitat li jingħaddu b’mod doppju l-flussi kummerċjali, u biex jiġu speċifikati l-oġġetti u l-movimenti eżentati mill-istatistika dwar il-kummerċ estern għal raġunijiet metodoloġiċi.

(3)

Għall-għan ta’ ġbir armonizzat tal-istatistika dwar il-kummerċ estern, għandha tiġi speċifikata d-dejta mid-dokumentazzjoni dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet, inklużi l-kodiċi li għandhom jintużaw.

(4)

Id-dispożizzjonijiet applikabbli għal oġġetti jew movimenti speċifiċi għandhom jiġu stabbiliti għal raġunijiet metodoloġiċi.

(5)

Biex jiġi żgurat il-ġbir armonizzat tal-istatistika dwar il-kummerċ skont karatteristiċi ta’ negozju u skont l-istatistika aggregata dwar il-kummerċ imqassma skont il-munita tal-fatturat, għandha tiġi definita l-metodoloġija għall-produzzjoni ta’ din l-istatistika.

(6)

Id-dispożizzjonijiet relatati mat-trażmissjoni tad-dejta mill-Istati Membri lejn il-Kummissjoni (Eurostat) u mar-reviżjoni tal-istatistika għandhom jiġu stabbiliti biex jiżguraw li jkun hemm ċifri paragunabbli u preċiżi.

(7)

Il-kodiċi tan-natura tat-tranżazzjoni għandhom jiġi emendati biex jidentifikaw l-oġġetti għall-ipproċessar b’kuntratt li jirritornaw lejn il-pajjiż inizjali tal-esportazzjoni.

(8)

Għandhom jiġi adottati miżuri li jiżguraw id-dispożizzjoni ta’ dejta statistika meta aktar simplifikazzjonijiet tal-formalitajiet u l-kontrolli doganali jkunu jwasslu għan-nuqqas ta’ disponibilità ta’ dejta doganali, f’simplifikazzjonijiet partikolari skont l-Artikolu 116 tar-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (2).

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1917/2000 tas-7 ta’ Settembru 2000 li jippreskrivi ċerti dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 fejn għandu x’jaqsam ma’ kummerċ barrani (3) għandu għalhekk jiġi revokat.

(10)

Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Istatistka li għandha x’taqsam mal-kummerċ ta’ oġġetti ma’ pajjiżi li mhumiex Membri,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Oġġetti u movimenti esklużi

L-oġġetti u l-movimenti elenkati fl-Anness I għandhom jiġu esklużi mill-istatistika dwar il-kummerċ estern.

KAPITOLU 2

ID-DEFINIZZJONI U L-ISPEĊIFIKAZZJONI TAD-DEJTA

Artikolu 2

Il-kodiċi tal-flussi kummerċjali

Dawn il-kodiċi li ġejjin għandhom jintużaw għal dejta li tkun ġejja minn dokumentazzjoni doganali dwar il-fluss kummerċjali:

1

meta oġġett importat ikun dokumentat,

2

meta oġġett esportat ikun dokumentat.

Artikolu 3

Il-perjodu ta’ referenza

1.   Il-perjodu ta’ referenza għandu jindika x-xahar u s-sena kalendarji li matulhom l-oġġetti jiġu importati jew esportati.

Meta d-dikjarazzjoni doganali tkun is-sors għad-dokumentazzjonijiet dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet, il-perjodu ta’ referenza għandu jindika x-xahar u s-sena kalendarji meta d-dikjarazzjoni tiġi aċċettata mill-awtoritajiet doganali.

2.   Id-dejta dwar il-perjodu ta’ referenza għandha tikkonsisti f’kodiċi numerika ta’ sitt ċifri, fejn l-ewwel erba’ ċifri jindikaw is-sena u l-aħħar żewġ ċifri jindikaw ix-xahar.

Artikolu 4

Il-valur statistiku

1.   Il-valur statistiku għandu jissejjes fuq il-valur tal-oġġetti fiż-żmien u l-post fejn l-oġġetti jaqsmu l-fruntiera tal-Istat Membru tad-destinazzjoni tal-importazzjoni u tal-Istati Membru tal-esportazzjoni attwali f’każ ta’ oġġett esportat.

Il-valur statistiku għandu jinħadem abbażi tal-valur tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 2 u, fejn meħtieġ, ikun aġġustat għall-ispejjeż tat-trasport u l-assigurazzjoni skont il-paragrafu 4.

2.   Fir-rigward tal-prinċipji ta’ valutazzjoni stabbiliti fil-ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (il-ftehim ta’ valutazzjoni doganali tad-WTO), il-valur tal-oġġetti għall-importazzjoni jew l-esportazzjoni għandu jkun:

(a)

fil-każ ta bejgħ jew xiri, il-prezz attwalment imħallas jew pagabbli għall-oġġetti importati jew esportati, bl-esklużjoni ta’ valuri arbitrarji jew mistħajla;

(b)

f’każijiet oħrajn, il-prezz li kien kieku jitħallas fil-każ ta’ bejgħ jew xiri.

Il-valur doganali għandu jintuża jekk ikun iddeterminat skont il-Kodiċi Doganali għall-oġġetti rilaxxati għaċ-ċirkulazzjoni libera.

3.   Il-valur tal-oġġetti involuti fl-operazzjonijiet ta’ pproċessar għandu jiġi ddeterminat fuq bażi gross kif ġej:

(a)

il-valur ta’ oġġetti mhux ipproċessati għandu jiġi stabbilit għal oġġetti maħsuba għall-ipproċessar;

(b)

il-valur tal-oġġetti mhux ipproċessati flimkien mal-valur addizzjonali tal-attività tal-ipproċessar għandhom jiġu stabbiliti għall-oġġetti wara l-ipproċessar.

4.   Il-valur imsemmi fil-paragrafi 2 u 3 għandu jiġi aġġustat, fejn meħtieġ, b’tali mod li l-valur statistiku jkun fih biss u interament l-ispejjeż tat-trasport u l-assigurazzjoni mwettqa biex l-oġġetti jitwasslu mill-post tat-tluq tagħhom:

(a)

sal-fruntiera tal-Istat Membru tad-destinazzjoni fil-każ ta’ oġġett importat (valur tip CIF);

(b)

sal-fruntiera tal-Istat Membru tal-esportazzjoni attwali fil-każ ta’ oġġett esportat (valur tip FOB).

5.   Il-valur statistiku għandu jiġi espress fil-munita nazzjonali tal-Istat Membru fejn tiġi rreġistrata d-dikjarazzjoni doganali. Meta jkun meħtieġ l-konverżjoni ta’ munita biex jiġi espress il-valur statistiku fil-munita nazzjonali, ir-rata tal-iskambju li għandha tintuża għandha tkun:

(a)

ir-rata applikabbli skont id-dispożizzjonijiet dwar il-konverżjoni tal-munita stabbiliti fil-Kodiċi Doganali meta tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni doganali; jew, fin-nuqqas ta’ dan,

(b)

ir-rata referenzjarja applikabbli meta l-oġġetti jiġu importati jew esportati ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-Istati Membri fiż-żona ewro jew ir-rata uffiċjali ffissata mill-Istati Membri li ma jappartjenux għaż-żona ewro.

Artikolu 5

Il-kwantità

Id-dejta dwar il-kwantità għandha tiġi indikata kif ġej:

(a)

il-massa netta espressa f’kilogrammi, li hija l-massa tal-oġġetti eskluż kull ippakkjar; kif ukoll,

(b)

fejn tapplika, l-unità supplimentarja espressa fl-unità tal-kejl rispettiv, skont in-Nomenklatura Magħquda fis-seħħ.

Artikolu 6

L-Istati Membri li jimportaw u jesportaw

1.   Id-dejta dwar l-Istati Membri li jimportaw jew jesportaw għandha tiġi kkodifikata skont in-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistika dwar il-kummerċ estern tal-Unjoni Ewropea u l-istatistika dwar il-kummerċ bejn l-Istati Membri kif stabbilita mill-Kummissjoni, li minn hawn ‘il quddiem se tissejjaħ “Ġeonomenklatura”.

2.   Id-dejta dwar l-Istat Membru fejn tiġi rreġistrata d-dikjarazzjoni doganali għandha tindika l-Istat Membru li mal-amministrazzjoni doganali tiegħu tkun ġiet irreġistrata d-dikjarazzjoni doganali, jew jekk tintuża proċedura simplifikata kif definita fil-Kodiċi Doganali, dak li mal-amministrazzjoni doganali tiegħu tkun tressqet id-dikjarazzjoni supplimentari, inkluża, jekk tkun permessa mill-awtoritajiet doganali, ir-reġistrazzjoni rispettiva fid-dokumentazzjoni tad-dikjarant.

3.   F’każ ta’ oġġett importat, id-dejta dwar l-Istat Membru tad-destinazzjoni għandha tindika l-Istat Membru li lejh ikun magħruf, fil-mument tar-rilaxx fil-proċedura doganali, li l-oġġetti se jiġu mibgħuta bla ebda tranżazzjonijiet kummerċjali jew operazzjonijiet oħra li jibdlu l-istatus ġuridiku tal-oġġetti li jgħaddu minn kwalunkwe Stat Membru intermedjarju.

Fin-nuqqas ta’ dan, id-dejta għandha tindika l-Istat Mmebru fejn ikunu jinsabu l-oġġetti fil-mument tar-rilaxx fil-proċedura doganali.

Meta l-oġġetti jiġu importati bil-ħsieb li jiġu pproċessati taħt superviżjoni doganali, l-Istat Membru tad-destinazzjoni għandu jkun l-Istat Membru fejn titwettaq l-ewwel attività ta’ pproċessar.

4.   F’każ ta’ oġġett esportat, id-dejta dwar l-Istat Membru tal-esportazzjoni attwali għandha tindika l-Istat Membru li minnu jkun magħruf, fil-mument tar-rilaxx fil-proċedura doganali, li l-oġġetti se jintbagħtu bla ebda tranżazzjoni kummerċjali jew operazzjonijiet oħra li jibdlu l-istatus ġuridiku tal-oġġetti li jgħaddu minn kwalunkwe Stat Membru intermedjarju qabel ir-rilaxx fil-proċedura doganali.

Meta l-oġġetti jiġu esportati wara li jiġu pproċessati taħt is-superviżjoni doganali, l-Istat Membru fejn tkun twettqet l-aħħar attività ta’ pproċessar għandu jkun l-Istat Membru tal-esportazzjoni attwali.

Artikolu 7

Il-pajjiżi msieħba

1.   Id-dejta dwar il-pajjiżi msieħba għandha tiġi kkodifikata skont il-Ġeonomenklatura fis-seħħ.

2.   F’każ ta’ importazzjoni, id-dejta dwar il-pajjiż tal-oriġini għandha tindika l-pajjiż li fih l-oġġetti jkunu ġew prodotti fit-totalità tagħhom jew l-aħħar trasformazzjoni sostanzjali li tkun seħħet skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali li tistabbilixxi r-regoli dwar oriġini mhux preferenzjali.

Id-dejta dwar il-pajjiż tal-kunsinna/bgħit għandha tindika l-pajjiż mhux membru li minnu l-oġġetti jkunu ntbagħtu lejn l-Istat Membru tad-destinazzjoni bla ma jseħħu ebda tranżazzjonijiet kummerċjali jew operazzjonijiet oħra li jibdlu l-istatus ġuridiku tal-oġġetti f’xi pajjiż intermedjarju mhux membru.

3.   Fil-każ ta’ esportazzjoni, id-dejta dwar il-pajjiż tal-aħħar destinazzjoni magħrufa għandha tindika l-aħħar pajjiż mhux membru li fih ikunu se jitwasslu l-oġġetti kif ikun magħruf fil-mument tar-rilaxx fil-proċedura doganali jew tat-trattament approvat mid-dwana.

Artikolu 8

Il-kodiċi tal-oġġetti

Id-dejta dwar l-oġġetti għandha tkun ikkodifikata:

(a)

fir-rigward tal-importazzjoni, skont il-kodiċi tal-oġġetti tas-subintestatura Taric;

(b)

fir-rigward tal-esportazzjoni, skont il-kodiċi tal-oġġetti tas-sottointestatura tan-Nomenklatura Magħquda.

Artikolu 9

Proċedura statistika

1.   Il-proċedura statistika għandha tidentifika l-karatteristiċi differenti użati fit-tranżazzjonijiet kummerċjali distintivi, b’mod partikolari skont l-allokazzjoni tagħhom taħt proċedura doganali.

2.   Il-kodiċi tal-proċedura statistika għandha tkun kodiċi derivata, jekk applikabbli, mill-kodiċi b’erba’ ċifri li tindika l-proċedura ddikjarata skont il-Kodiċi Doganali. Il-kodiċi li ġejjin għandhom jintużaw:

1

importazzjonijiet jew esportazzjonijiet normali,

2

importazzjonijiet jew esportazzjonijiet koperti mill-proċedura tal-ipproċessar doganali ’l ġewwa,

3

importazzjonijiet jew esportazzjonijiet koperti mill-proċedura tal-ipproċessar doganali ’l barra,

9

importazzjonijiet jew esportazzjonijiet li mhumiex reġistrati minn dikjarazzjonijiet doganali.

Artikolu 10

In-natura tat-tranżazzjoni

1.   In-natura tat-tranżazzjoni għandha tidentifika l-karatteristiċi differenti li huma meħtieġa biex jiddeterminaw l-ambitu tal-kummerċ f’oġġetti msejjes fuq dikjarazzjonijiet doganali, biex tiġi rrikonċiljata l-istatistika kummerċjali għall-għanijiet ta’ Bilanċ tal-Pagamenti u Kontabilità Nazzjonali u għal karatteristiċi oħra ta’ relevanza statistika.

2.   Id-dejta dwar in-natura tat-tranżazzjonijiet għandha tiġi kodifikata kif speċifikat fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-kodiċi fil-kolonna A jew kombinazzjoni tal-kodiċi fil-kolonna A u s-subdiviżjonijiet tagħhom fil-kolonna B indikata f’dak l-Anness.

Artikolu 11

Trattament preferenzjali fuq l-importazzjonijiet

1.   Id-dejta dwar it-trattament preferenzjali għandha tkun it-trattament tariffarju indikat mill-kodiċi preferenzjarja skont il-klassifika stabbilita mill-Kodiċi Doganali.

2.   Id-dejta għandha tirreferi għat-trattament preferenzjali applikat jew mogħti mill-awtoritajiet doganali.

Artikolu 12

Il-mezz ta’ trasport

1.   Id-dejta dwar il-mezz ta’ trasport fil-fruntiera u l-mezz ta’ trasport intern għandha tiġi kkodifikata kif inhu ffissat fl-Anness III.

Il-mezz ta’ trasport fil-fruntiera għandu jindika l-mezz ta’ trasport attiv li permezz tiegħu, f’każ ta’ esportazzjoni, l-oġġetti huma preżunti li ħallew t-territorju statistiku tal-Unjoni Ewropea u, f’każ ta’ importazzjoni dak li permezz tiegħu l-oġġetti huma preżunti li daħlu fit-territorju statistiku tal-Unjoni Ewropea.

Il-mezz ta’ trasport intern għandu jindika, jekk applikabbli, l-mezz attiv ta’ trasport intern li permezz tiegħu l-oġġetti jitwasslu sal-post tad-destinazzjoni, f’każ ta’ importazzjoni, jew dak li permezz tiegħu huma preżunti li ħallew il-post tat-tluq, f’każ ta’ esportazzjoni.

2.   Il-kodiċi li ġejjin għandhom jintużaw għad-dejta fuq il-kontejner:

0

jekk l-oġġetti ma jiġux trasportati permezz ta’ kontejners meta jaqsmu l-fruntiera tat-territorju statistiku tal-Unjoni Ewropea,

1

jekk l-oġġetti ma jiġux trasportati permezz ta’ kontejners meta jaqsmu l-fruntiera tat-territorju statistiku tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

L-identifikazzjoni tal-kummerċjant

Id-dejta dwar il-kummerċjant għandha tkun numru ta’ identifikazzjoni xieraq assenjat lill-importatur/destinatarju, fil-każ ta’ importazzjoni, jew lill-esportatur/kunsinnier, fil-każ ta’ esportazzjoni.

Artikolu 14

Il-munita tal-fatturat

Id-dejta dwar il-munita tal-fatturata għandha tkun derivata, fejn applikabbli, mid-dikjarazzjoni doganali u tiġi kkodifikata kif ġej:

0

fejn il-munita hija indikata bil-munita nazzjonali ta’ Stati Membri li ma jappartjenux għaż-żona ewro,

1

fejn il-munita hija indikata bl-ewro,

2

fejn il-munita hija indikata bid-dollari Amerikani,

3

fejn il-munita hija indikata b’munita oħra li mhix munita nazzjonali ta’ Stati Membri li ma jappartjenux għaż-żona ewro, mhix ewro u lanqas dollari Amerikani.

KAPITOLU 3

IL-ĠBIR TA’ STATISTIKA DWAR IL-KUMMERĊ SKONT IL-KARATTERISTIĊI TAN-NEGOZJU U STATISTIKA DWAR IL-KUMMERĊ IMQASSMA SKONT IL-MUNITA TAL-FATTURAT

Artikolu 15

Il-ġbir ta’ statistika dwar il-kummerċ skont il-karatteristiċi tan-negozju

1.   L-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika għandhom jiġbru statistika annwali dwar il-kummerċ imqassma skont il-karatteristiċi tan-negozju.

2.   L-unitajiet statistiċi għandhom ikunu intrapriżi kif inhu definit fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 (4).

3.   L-unitajiet statistiċi jissawru permezz ta’ rabta bejn in-numru tal-identifikazzjoni tal-kummerċjant skont l-Artikolu 13 u l-unità ġuridika tar-Reġistru tan-Negozji skont il-varjant 1.7a msemmi fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

4.   Biex tiġi żgurata l-identifikazzjoni tal-kummerċjant u tiġi amministrata r-rabta mar-Reġistru tan-Negozji, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika għandu jkollhom aċċess għad-dejta tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi stipulata skont id-dispożizzjonijiet doganali tal-Unjoni Ewropea. L-awtoritajiet responsabbli mill-assenjar tan-numru ta’ Identifikazzjoni tar-Reġistrazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi għandhom, fuq talba tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, jipprovdu aċċess għad-dejta elenkata fl-Anness 38d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (6).

5.   Għandhom jinġabru l-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

il-fluss tal-kummerċ;

(b)

il-valur statistiku;

(c)

il-pajjiż imsieħeb;

(d)

il-kodiċi tal-oġġetti, skont it-taqsima jew il-livell ta’ żewġ ċifri kif definit fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 451/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);

(e)

in-numru ta’ intrapriżi;

(f)

l-attività mwettqa mill-intrapriża skont it-taqsima jew il-livell ta’ żewġ ċifri tal-klassifikazzjoni statistika tal-attività ekonomika (NACE) kif stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (8);

(g)

il-klassi tal-qies, imkejla f’termini ta’ għadd ta’ impjegati skont id-definizzjonijiet tal-karatteristiċi għall-istatistika strutturali tan-negozji kif stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 250/2009 (9).

6.   Għandhom jinġabru s-settijiet ta’ dejta li ġejjin:

(a)

ir-rati ta’ tqabbil bejn ir-reġistri tan-negozju u l-kummerċ;

(b)

il-kummerċ skont l-attività u l-klassi tal-qies tal-intrapriża;

(c)

sehem l-akbar intrapriżi f’dak li huwa valur tal-kummerċ skont l-attività;

(d)

il-kummerċ skont il-pajjiż imsieħeb u l-attività;

(e)

il-kummerċ skont in-numru ta’ pajjiżi msieħba u l-attività;

(f)

il-kummerċ skont l-oġġetti u l-attività.

7.   L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha għandha tinġabar l-istatistika annwali se tkun l-2010. L-Istati Membri se jipprovdu informazzjoni għal kull sena kalendarja minn dik is-sena ‘l quddiem.

8.   L-istatistika għandha tiġi trażmessa fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza.

9.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istatistika tiġi pprovduta b’tali mod li t-tixrid tagħha mill-Kummissjoni (Eurostat) ma jagħmilhiex possibbli li tiġi identifikata xi intrapriża jew xi kummerċjant. L-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika għandhom jispeċifikaw liema dejta hija milquta minn dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità.

Artikolu 16

Il-ġbir ta’ statistika dwar il-kummerċ imqassma skont il-munita tal-fatturat

1.   L-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika għandhom jiġbru statistika annwali dwar il-kummerċ imqassma skont il-munita tal-fatturat.

2.   L-istatistika għandha tinkludi l-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

il-fluss tal-kummerċ;

(b)

il-valur statistiku;

(c)

il-munita tal-fatturat skont il-kodifikazzjoni fl-Artikolu 14;

(d)

it-tqassim totali u tal-prodotti skont it-taqsimiet u d-diviżjonijiet tal-Klassifika Kummerċjali Standard Internazzjonali (SITC) fis-seħħ, li jindika l-kodiċi li ġejjin:

1

il-materja prima bla żejt skont it-taqsima tal-SITC 0-4 għajr id-diviżjoni 33,

2

iż-żejt skont id-diviżjoni tal-SITC 33,

3

il-prodotti mmanifatturati skont it-taqsimiet tal-SITC 5-8.

3.   L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha għandha tinġabar statistika annwali hija l-2010. L-Istati Membri għandhom jiġbru d-dejta għal kull sena kalendarja iva u sena le minn dik is-sena ‘l quddiem.

4.   Din l-istatistika gћandha tintbagћat lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien tliet xhur minn tmiem is-sena ta’ referenza.

5.   Is-sors tad-dejta għandu jkun l-informazzjoni rreġistrata permezz tad-dikjarazzjonijiet doganali skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 471/2009. Madankollu, jekk il-munita tal-fatturat għall-esportazzjonijiet ma tkunx disponibbli fuq id-dikjarazzjoni doganali, l-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġ għall-ġbir tal-esportazzjonijiet imqassma skont il-munita tal-fatturat li jipprovdi statistika b’riżultati preċiżi.

KAPITOLU 4

OĠĠETTI MOVIMENTI SPEĊIFIĊI

Artikolu 17

Impjanti industrijali

1.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a)

“impjant industrijali” tfisser kombinazzjoni ta’ magni, tagħmir, makkinarju, apparat, strumenti u materjali li flimkien isawru unitajiet stazzjonarji ta’ daqs kbir li jipproduċu oġġetti jew jipprovdu servizzi;

(b)

“parti komponenti” tfisser kunsinna għal impjant industrijali li tkun magħmula minn oġġetti li lkoll ikunu jappartjenu għall-istess kapitolu tan-NM;

(c)

il-kodiċi tal-oġġetti ta’ parti komponenti għandha tkun magħmula kif ġej:

(i)

l-ewwel erba’ numri għandhom ikunu 9880,

(ii)

il-ħames u s-sitt numru għandhom jaqblu mal-kapitolu tan-NM li jaqgħu taħtu l-oġġetti tal-parti komponenti,

(iii)

is-seba’ u t-tmien numru għandhom ikunu 0.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiġbru statistika dwar l-esportazzjoni fil-livell ta’ partijiet komponenti bil-kundizzjoni li l-valur statistiku kumplessiv tal-impjant industrijali inkwistjoni jisboq it-EUR 3 miljun, sakemm dan ma jkunx impjant industrijali komplut għall-użu mill-ġdid. Il-ġbir tal-kwantità għandha tkun fakultattiva.

Artikolu 18

Kunsinni maqsuma (“staggered”)

1.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu “kunsinni maqsuma (staggered)” tfisser kunsinna ta’ komponenti ta’ oġġett komplut fi stat mhux armat jew żarmat li tintbagħat matul iktar minn perjodu referenzjarju wieħed għal raġunijiet kummerċjali jew konnessi mat-trasport.

2.   Il-perjodu referenzjarju għall-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet ta’ kunsinni maqsuma (staggered) jista’ jiġi aġġustat biex id-dejta tiġi rrappurtata darba biss, fix-xahar meta l-aħħar kunsinna tiġi importata jew esportata.

Artikolu 19

Bastimenti u mezzi tal-ajru

1.   Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a)

“bastiment” tfisser bastimenti li jitqiesu xierqa għat-tbaħħir skont il-Kapitolu 89 tan-NM, laneċ tal-irmonk, bastimenti tal-gwerra u strutturi li joqogħdu fuq wiċċ l-ilma;

(b)

“mezzi tal-ajru” tfisser ajruplani li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 8802 30 u 8802 40;

(c)

“pussess ekonomiku” tfisser il-jedd ta’ persuna fiżika jew ġuridika li tieħu l-benefiċċji assoċjati mal-użu ta’ bastiment jew mezz tal-ajru matul attività ekonomika bis-saħħa tal-aċċettazzjoni tar-riskji assoċjati.

2.   L-istatistika kummerċjali esterna għandha tkopri biss l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet li ġejjin ta’ bastimenti jew mezzi tal-ajru:

(a)

it-trasferiment tal-pussess ekonomiku ta’ bastiment jew mezz tal-ajru minn persuna fiżika jew ġuridika stabbilita f’pajjiż mhux membru lil persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Istat Membru importatur; din it-tranżazzjoni għandha tiġi ttrattata bħala importazzjoni;

(b)

it-trasferiment tal-pussess ekonomiku ta’ bastiment jew mezz tal-ajru minn persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fi Stat Membru esportatur lil persuna fiżika jew ġuridika stabbilita f’pajjiż mhux membru; din it-tranżazzjoni għandha tiġi ttrattata bħala esportazzjoni. Jekk il-bastiment jew il-mezz tal-ajru huwa ġdid, l-esportazzjoni tiġi rreġistrata fl-Istat Membru fejn ikunu nbnew;

(c)

l-importazzjoni jew esportazzjoni ta’ bastimenti jew mezzi tal-ajru qabel jew wara l-ipproċessar skont il-kuntratt kif definit fl-Anness II, nota 2.

3.   L-istatistika dwar il-kummerċ estern konnessa mal-kummerċ ta’ bastimenti jew mezzi tal-ajru għandha tinġabar kif ġej:

(a)

il-kwantità għandha tiġi espressa fin-numru ta’ oġġetti u kwalunkwe unitajiet supplimentari oħra stabbiliti fin-NM, għall-bastimenti, u f’massa netta u unitajiet supplimentari, għall-mezzi tal-ajru;

(b)

l-ispejjeż tat-trasport u l-assigurazzjoni għandhom jitħallew barra mill-valur statistiku;

(c)

il-pajjiż imsieħeb għandu jkun:

(i)

il-pajjiż mhux membru fejn tkun stabbilita l-persuna fiżika jew ġuridika li tittrasferixxi l-pussess ekonomiku tal-bastiment jew il-mezz tal-ajru, f’każ ta’ importazzjoni, jew il-persuna fiżika jew ġuridika li jingħadda lilha l-pussess ekonomiku tal-basiment jew mezz tal-ajru, fil-każ ta’ esportazzjoni, għall-movimenti msemmija fil-paragrafi 2(a) u (b),

(ii)

il-pajjiż mhux membru tal-kostruzzjoni, fil-każ ta’ importazzjoni, meta bastimenti jew mezzi tal-ajru ġodda jinbnew barra mill-Unjoni Ewropea,

(iii)

il-pajjiż mhux membru fejn il-persuna fiżika jew ġuridika li teżerċita l-pussess ekonomiku tal-bastiment jew il-mezz tal-ajru tkun stabbilita, fil-każ ta’ importazzjoni, jew il-pajjiż mhux membru responsabbli mill-ipproċessar b’kuntratt, fil-każ ta’ esportazzjoni, għall-movimenti msemmija fil-paragrafu 2(c);

(d)

il-perjodi referenzjarji għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2(a) u (b) għandhom ikunu x-xahar meta jseħħ it-trasferiment tal-pussess ekonomiku.

4.   Fuq talba tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, l-awtoritajiet responsabbli mill-amministrazzjoni tar-reġistri tal-vapuri u l-mezzi tal-ajru għandhom jipprovdu l-informazzjoni disponibbli kollha biex tiġi identifikata kull bidla fil-pussess ekonomiku ta’ bastiment jew mezz tal-ajru bejn persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fi Stat Membru u persuna fiżika jew ġuridika stabbilita f’pajjiż mhux membru.

Artikolu 20

Oġġetti mwassla fuq bastimenti jew mezzi tal-ajru

1.   Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a)

“kunsinja ta” oġġetti fuq bastimenti u mezzi tal-ajru’ tfisser it-twassil ta’ prodotti għall-ekwipaġġ u l-passiġġieri, u għat-tħaddim tal-inġenji, il-makni u tagħmir ieħor tal-bastimenti jew il-mezzi tal-ajru;

(b)

Il-bastimenti jew mezzi tal-ajru għandhom jitqiesu li jappartjenu għall-pajjż fejn tkun stabbilita l-persuna fiżika jew ġurdika li teżerċita l-pussess ekonomiku tal-bastiment jew mezz tal-ajru kif definit fl-Artikolu 19(1).

2.   L-istatistika dwar il-kummerċ estern għandha tkopri l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti kkonsenjati mit-territorju tal-Istat Membru esportatur lejn bastimenti jew mezzi tal-ajru li jappartjenu għal pajjiż mhux membru.

3.   L-Istati Membri jistgħu jużaw il-kodiċi tal-oġġetti li ġejjin għal prodotti kkonsenjati lil bastimenti jew mezzi tal-ajru:

:

9930 24 00

:

oġġetti mill-Kapitoli NM 1 sa 24,

:

9930 27 00

:

oġġetti mill-Kapitolu NM 27,

:

9930 99 00

:

oġġetti kklassifikati xi mkien ieħor.

It-trażmissjoni tad-dejta dwar il-kwantità hija fakultattiva, ħlief għal oġġetti li jaqgħu taħt il-Kapitolu NM 27.

Barra minn hekk, tista’ tintuża l-kodiċi simplifikata ‘QS’ tal-pajjiż imsieħeb.

Artikolu 21

Oġġetti kkunsinjati lejn u minn stallazzjonijiet fuq il-baħar

1.   Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a)

“stallazzjoni fuq il-baħar” tfisser tagħmir u apparat stallat u stazzjonarju fuq il-baħar lil hinn mit-territorju statistiku ta’ kwalunkwe pajjiż;

(b)

“kunsinja ta” oġġetti lejn stallazzjonijiet fuq il-baħar’ tfisser it-twassil ta’ prodotti għall-ekwipaġġ u għat-tħaddim tal-inġenji, il-makni u tagħmir ieħor tal-istallazzjoni fuq il-baħar;

(c)

“oġġetti miksuba minn stallazzjonijiet fuq il-baħar jew prodotti minnhom” tfisser prodotti estratti minn qiegħ il-baħar jew minn terren taħt is-saff tal-wiċċ, jew immanifatturati mill-istallazzjoni fuq il-baħar.

2.   L-istatistika dwar il-kummerċ estern għandha tirreġistra:

(a)

importazzjoni, fejn l-oġġetti jitwasslu minn:

(i)

pajjiż mhux membru lejn stallazzjoni fuq il-baħar stabbilita f’żona fejn l-Istat Membru importatur għandu jeddijiet esklużivi sabiex jisfrutta dak il-qiegħ tal-baħar jew it-terren taħt is-saff tal-wiċċ,

(ii)

stallazzjoni fuq il-baħar stabbilita f’żona fejn pajjiż mhux membru għandu jeddijiet esklużivi sabiex jisfrutta dak il-qiegħ tal-baħar jew it-terren taħt is-saff tal-wiċċ lejn l-Istat Membru importatur,

(iii)

stallazzjoni fuq il-baħar stabbilita f’żona fejn pajjiż mhux membru għandu jeddijiet esklużivi biex jisfrutta dak il-qiegħ tal-baħar jew it-terren ta’ taħt is-saff tal-wiċċ lejn stallazzjoni fuq il-baħar f’żona fejn l-Istat Membru importatur għandu jeddijiet esklużivi li jisfrutta dak il-qiegħ tal-baħar jew terren ta’ taħt is-saff tal-wiċċ;

(b)

esportazzjoni, fejn l-oġġeti jitwasslu lejn:

(i)

pajjiż mhux membru minn stallazzjoni fuq il-baħar stabbilita f’żona fejn l-Istat Membru esportatur għandu jeddijiet esklużivi sabiex jisfrutta dak il-qiegħ tal-baħar jew it-terren taħt is-saff tal-wiċċ,

(ii)

stallazzjoni fuq il-baħar stabbilita f’żona fejn pajjiż mhux membru għandu jeddijiet esklużivi sabiex jisfrutta dak il-qiegħ tal-baħar jew it-terren taħt is-saff tal-wiċċ mill-Istat Membru esportatur,

(iii)

stallazzjoni fuq il-baħar stabbilita f’żona fejn pajjiż mhux membru għandu jeddijiet esklużivi biex jisfrutta dak il-qiegħ tal-baħar jew it-terren ta’ taħt is-saff tal-wiċċ minn stallazzjoni fuq il-baħar stabbilita f’żona fejn l-Istat Membru esportatur għandu jeddijiet esklużivi li jisfrutta dak il-qiegħ tal-baħar jew terren ta’ taħt is-saff tal-wiċċ.

3.   L-Istati Membri jistgħu jużaw il-kodiċi tal-oġġetti li ġejjin għal prodotti kkonsenjati lil stallazzjonijiet fuq il-baħar:

:

9931 24 00

:

oġġetti mill-Kapitoli NM 1 sa 24,

:

9931 27 00

:

oġġetti mill-Kapitolu NM 27,

:

9931 99 00

:

oġġetti kklassifikati xi mkien ieħor.

It-trażmissjoni tad-dejta dwar il-kwantità hija fakultattiva, ħlief għal oġġetti li jaqgħu taħt il-Kapitolu NM 27.

Barra minn hekk, tista’ tintuża l-kodiċi simplifikata ‘QW’ tal-pajjiż imsieħeb.

Artikolu 22

Prodotti tal-baħar

1.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a)

“prodotti tal-baħar” tfisser prodotti tas-sajd, minerali, oġġetti rkuprati u l-prodotti l-oħra kollha li jkunu għadhom ma tniżżlux l-art minn bastimenti tat-tbaħħir;

(b)

il-bastimenti għandhom jitqiesu li jappartjenu għall-pajjż fejn tkun stabbilita l-persuna fiżika jew ġuridika li teżerċita l-pussess ekonomiku tal-bastiment kif definit fl-Artikolu 19(1).

2.   L-istatistika dwar il-kummerċ estern għandha tkopri biss l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ prodotti tal-baħar:

(a)

it-tniżżil fuq l-art ta’ prodotti tal-baħar fil-portijiet tal-Istat Membru importatur, jew il-kisba tagħhom minn bastimenti li jappartjenu għall-Istat Membru importatur minn bastimenti li jappartjenu għal pajjiż mhux membru; it-trattament ta’ dawn it-tranżazzjonijiet bħala oġġetti importati;

(b)

it-tniżżil fuq l-art ta’ prodotti tal-baħar fil-portijiet ta’ pajjiż mhux membru minn bastiment li jappartjeni għall-Istat Membru esportatur, jew il-kisba tagħhom minn bastimenti li jappertjenu għall-pajjiż mhux membru minn bastimenti li jappartjenu għall-Istat Membru esportatur; it-trattament ta’ dawn it-tranżazzjonijiet bħala oġġetti esportati.

3.   Il-pajjiż imsieħeb għandu jkun, f’każ ta’ importazzjoni, il-pajjiż mhux membru fejn tkun stabbilita l-persuna fiżika jew ġuridika li teżerċita l-pussess ekonomiku tal-bastiment li jwettaq il-qbid u, f’każ ta’ esportazzjoni, il-pajjiż mhux membru fejn il-prodotti tal-baħar jitniżżlu l-art jew fejn tkun stabbilita l-persuna fiżika jew ġuridika li teżerċita l-pussess ekonomiku tal-bastiment li jikseb il-prodotti tal-baħar.

4.   Sakemm ma jkunx hemm kunflitt ma’ atti oħra tal-liġi tal-Unjoni, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika għandu jkollhom aċċess għas-sorsi tad-dejta flimkien mad-dikjarazzjonijiet doganali, bħal informazzjoni fuq id-dikjarazzjonijiet ta’ bastimenti nazzjonali rreġistrati dwar prodotti tal-baħar imniżżla fuq l-art f’pajjiżi mhux membri.

Artikolu 23

Vetturi spazjali

1.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a)

“vettura spazjali” tfisser vetturi li kapaċi jivvjaġġaw ‘il barra mill-atmosfera dinjija;

(b)

“pussess ekonomiku” tfisser il-jedd ta’ persuna fiżika jew ġuridika li tieħu l-benefiċċji assoċjati mal-użu ta’ vettura spazjali matul attività ekonomika bis-saħħa tal-aċċettazzjoni tar-riskji assoċjati.

2.   It-tfigħ fl-ispazju ta’ vettura spazjali li kienet soġġetta għal trasferiment ta’ pussess ekonomiku minn persuna fiżika jew ġuridika stabbilita f’pajjiż mhux membru lil persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fi Stat Membru għandu jiġi rreġistrat:

(a)

bħala importazzjoni fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit is-sid il-ġdid;

(b)

bħala esportazzjoni fl-Istat Membru fejn tinbena u titlesta l-vettura spazjali.

3.   Id-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għall-istatistika msemmija fil-paragrafu 2:

(a)

id-dejta dwar il-valur statistiku għandha tiġi definita bħala l-valur tal-vettura spazjali, għajr għall-ispejjeż tat-trasport u l-assigurazzjoni;

(b)

id-dejta dwar il-pajjiż imsieħeb għandha tkun dwar il-pajjiż mhux membru fejn tinbena jew titlesta l-vettura spazjali, fil-każ ta’ importazzjoni, u l-pajjiż mhux membru fejn ikun stabbilit is-sid il-ġdid, fil-każ ta’ esportazzjoni.

4.   Sakemm ma jkun hemm l-ebda kunflitt ma’ leġiżlazzjoni Komunitarja oħra, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika għandu jkollhom aċċess għas-sorsi kollha disponibbli tad-dejta, meħtieġa għall-konformità ma’ dan l-Artikolu, flimkien mad-dikjarazzjonijiet doganali.

Artikolu 24

Elettriku u gass

1.   Minbarra d-dikjarazzjonijiet doganali, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jistgħu jkunu jeħtieġu li l-informazzjoni relevanti għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-elettriku u l-gass bejn it-territorju statistiku tal-Istati Membru u l-pajjiżi mhux membri tiġi fornuta direttament mill-operaturi sew jekk dawn huma s-sidien jew inkella joperaw netwerk ta’ trażmissjoni tal-elettriku jew il-gass.

2.   Il-valur statistiku mgħoddi lill-Kummissjoni (Eurostat) jista’ jissejjes fuq stimi. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar il-metodoloġija użata għall-istimi qabel l-applikazzjoni.

Artikolu 25

Oġġetti militari

1.   L-istatistika tal-kummerċ estern għandha tkopri l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti maħsuba għal użu militari.

2.   L-Istati Membri jistgħu jittrażmettu informazzjoni inqas dettaljata minn kif indikat fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 471/2009 fejn l-informazzjoni taqa’ taħt is-segretezza militari b’konformità mad-definizzjonijiet fis-seħħ fl-Istati Membri. Madankollu, bħala minimu, id-dejta dwar il-valur statistiku totali ta’ kull xahar tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet għandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat).

KAPITOLU 5

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 26

It-trażmissjoni ta’ statistika Ewropea dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li d-dejta mgħoddija lill-Kummissjoni (Eurostat) tkun eżawrjenti u konformi mal-kriterji ta’ kwalità kif jispeċifikahom l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 471/2009.

2.   L-istatistika mgħoddija lill-Kummissjoni (Eurostat) għandha tkun espressa bil-munita nazzjonali tal-Istat Membru li jkun qed jiġborha.

3.   Meta r-riżultati ta’ kull xahar li diġà jkunu ngħaddew lill-Kummissjoni (Eurostat) ikunu suġġetti għal reviżjonijiet, l-Istati Membri għandhom jgħaddu r-riżultati reveduti sa mhux aktar tard mix-xahar ta’ wara dak meta d-dejta riveduta tkun saret disponibbli.

Artikolu 27

Revoka

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1917/2000 huwa b’dan irrevokat b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan għandu jkompli japplika għad-dejta li tappartjeni għall-perjodi ta’ referenza qabel l-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 28

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 23.

(2)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 229, 9.9.2000, p. 14.

(4)  ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1.

(5)  ĠU L 61, 5.3.2008, p. 6.

(6)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(7)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 65.

(8)  ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.

(9)  ĠU L 86, 31.3.2009, p. 1.


ANNESS I

LISTA TA’ OĠĠETTI U MOVIMENTI ESKLUŻI MILL-ISTATISTIKA DWAR IL-KUMMERĊ ESTERN

(a)

deheb monetarju;

(b)

mezzi ta’ ħlas li huma valuta legali u titoli, inklużi mezzi li huma ħlasijiet għal servizzi bħal posta, taxxi, onorarji għall-utent;

(c)

oġġetti għal użu temporanju jew warajh (eż. kiri, self, kiri operattiv), sakemm il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

l-ebda proċessar ma huwa jew ma kien ġie ippjanat jew imwettaq,

it-tul mistenni tal-użu temporanju ma kienx jew mhux maħsub li jkun itwal minn 24 xahar,

ma seħħet u m’hi maħsuba li sseħħ l-ebda bidla fil-pussess;

(d)

oġġetti spustati bejn:

l-Istat Membru u l-enklavi territorjali tiegħu f’pajjiżi mhux membri,

l-Istat Membru ospitanti u l-enklavi territorjali ta’ pajjiżi mhux membri jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

L-enklavi territorjali jinkludu l-ambaxxati u l-forzi armati nazzjonali stazzjonati barra mit-territorju tal-pajjiż ta’ oriġini;

(e)

oġġetti użati biex tinġarr informazzjoni personalizzata, inkluż softwer;

(f)

softwer imniżżel mill-Internet;

(g)

oġġetti fornuti bla ħlas li minnhom infushom mhumiex is-suġġett ta’ tranżazzjoni kummerċjali, sakemm il-moviment tagħhom ikollu l-intenzjoni waħdanija ta’ preparazzjoni jew ta’ sostenn ta’ tranżazzjoni kummerċjali maħsuba sussegwenti billi jintwerew il-karatteristiċi ta’ prodotti jew servizzi bħal:

materjal ta’ reklamar,

kampjuni kummerċjali;

(h)

oġġetti għat-tiswija jew wara t-tiswija u l-partijiet tal-bdil li huma inkorporati fil-qafas tat-tiswija u partijiet difettużi sostitwiti;

(i)

mezzi tat-trasport li jkunu qed jivvjaġġaw waqt ħidmiethom, inkluż apparat tat-tfigħ ta’ vetturi spazjali fil-mument tat-tfigħ;

(j)

oġġetti ddikjarati bil-fomm lill-awtoritajiet Doganali li jew huma ta’ natura kummerċjali, sakemm il-valur tagħhom ma jaqbiżx il-limitu statistiku ta’ EUR 1 000 jew 1 000 kilogramm, jew huma ta’ natura mhux kummerċjali;

(k)

oġġetti rilaxxati f’ċirkolazzjoni ħielsa wara li jgħaddu mill-proċeduri doganali ta’ proċessar ‘il ġewwa jew proċessar taħt il-kontroll tad-dwana.


ANNESS II

LISTA TA’ TIPI TA’ KODIĊI TAT-TRANŻAZZJONIJIET

A

B

1.

Tranżazzjonijiet li jinvolvu trasferiment ta’ pussess, attwali jew maħsub, minn residenti għal għand persuni mhux residenti bi ħlas finanzjarju jew kumpens ta’ xort’oħra (ħlief it-tranżazzjonijiet mniżżla f’2, 7, 8)

1.

Xiri/bejgħ komplet

2.

Provvista għall-bejgħ wara approvazzjoni jew wara proċess ġuridiku, għall-kunsinja jew bl-intermedjazzjoni ta’ aġent ta’ kummissjoni

3.

Kummerċ bit-tpartit (kumpens in natura)

4.

Kiri finanzjarju fit-tul (“hire-purchase”) (1)

9.

Oħrajn

2.

It-treġġigħ lura jew is-sostituzzjoni ta’ oġġetti bla ħlas wara r-reġistrazzjoni tat-tranżazzjoni oriġinali

1.

It-treġġigħ lura ta’ oġġetti

2.

Is-sostituzzjoni ta’ oġġetti mreġġa’ lura

3.

Is-sostituzzjoni (eż. fi żmien il-garanzija) ta’ oġġetti li mhux se jitreġġgħu lura

9.

Oħrajn

3.

Tranżazzjonijiet li jinvolvu t-trasferiment tal-pussess bla kumpens finanzjarju jew in natura (eż. kunsinni ta’ għajnuna umanitarja)

 

4.

Operazzjonijiet bil-ħsieb ta’ pproċessar (2) b’kuntratt (l-ebda trasferiment tal-pussess lill-proċessur)

1.

Oġġetti li mistennija jitreġġgħu lura lejn il-pajjiż inizjali tal-esportazzjoni

2.

Oġġetti li mhux mistennija jitreġġgħu lura lejn il-pajjiż inizjali tal-esportazzjoni

5.

Operazzjonijiet wara l-ipproċessar b’kuntratt (l-ebda trasferiment tal-pussess lill-proċessur)

1.

Oġġetti li jitreġġgħu lura lejn il-pajjiż inizjali tal-esportazzjoni

2.

Oġġetti li ma jitreġġgħux lura lejn il-pajjiż inizjali tal-esportazzjoni

6.

Tranżazzjonijiet partikolari rreġistrati għal skopijiet nazzjonali

 

7.

Operazzjonijiet taħt il-proġetti konġunti ta’ difiża jew taħt il-programmi konġunti l-oħra intergovernattivi ta’ produzzjoni

 

8.

Tranżazzjonijiet li jinvolvu l-forniment ta’ tagħmir tekniku u materjali tal-bini skont kuntratt ta’ kostruzzjoni ġenerali jew inġinerija ċivili li għalihom ma jkun meħtieġ l-ebda fatturat separat għall-oġġetti u tinħareġ fattura għall-kuntratt totali

 

9.

Tranżazzjonijiet oħra li ma jistgħux jiġu kklassifikati skont kodiċi oħra

1.

Kiri, self jew kiri fit-tul operattiv ta’ aktar minn 24 xahar

9.

Oħrajn


(1)  Il-kiri finanzjarju jkopri operazzjonijiet fejn l-istallazzjonijiet tal-kiri huma kkalkulati b’tali mod li jkopru l-valur kollu jew virtwalment kollu tal-oġġetti. Ir-riskji u l-benefiċċji tal-pussess huma ttrasferiti lil min qed jikri. Fl-aħħar tal-kuntratt, min qed jikri jsir is-sid legali tal-oġġetti.

(2)  L-ipproċessar ikopri operazzjonijiet (trasformazzjoni, kostruzzjoni, assemblaġġ, titjib, rinnivazzjoni …) bil-għan li jiġi prodott oġġett ġdid jew wieħed tassew irranġat. Dan mhux neċessarjament jinvolvi bidla fil-klassifikazzjoni tal-prodott. Attivitajiet ta’ pproċessar bl-inizjattiva ta’ proċessur stess mhumiex koperti b’dan il-punt u għandhom ikunu rreġistrati taħt il-punt 1 ta’ kolonna A.


ANNESS III

IL-KODIĊI TAL-MEZZ TAT-TRASPORT

Kodici

Titolu

1

It-trasport marittimu

2

Trasport bil-Ferrovija

3

It-trasport b’vetturi tat-triq

4

Trasport bl-ajru

5

Kunsinji bil-posta

7

Stallazzjonijiet fissi ta’ trasport

8

It-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni

9

Propulsjoni proprja


10.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 114/2010

tad-9 ta’ Frar 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2229/2004 fir-rigward tal-perjodu ta' żmien mogħti lill-EFSA għall-għoti tal-opinjoni tagħha dwar ir-reviżjoni tal-abbozz tar-rapporti dwar is-sustanzi attivi li għalihom hemm indikazzjonijiet ċari li ma għandhom l-ebda effett ħażin

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b'mod partikulari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) ta' dan,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 24b tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004 tat-3 ta' Diċembru 2004 li jistabbilixxi aktar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-raba' stadju tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2), fejn ikun hemm indikazzjonijiet ċari li jista' jkun mistenni li sustanza attiva ma jkollhiex effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew fuq l-ilma ta’ taħt l-art jew xi influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent, dik is-sustanza għandha tiġi inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE mingħajr ma tiġi kkonsultata l-EFSA minn qabel.

(2)

Fejn xi sustanza attiva kienet inkluża skont l-Artikolu 24b tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004 mingħajr ma kienet ikkonsultata l-EFSA, l-Artikolu 25a tiegħu jipprovdi li l-EFSA għandha tagħti l-opinjoni tagħha dwar l-abbozz tar-rapport ta' reviżjoni mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010.

(3)

Minħabba n-numru ta' sustanzi attivi li kienu inklużi skont l-Artikolu 24b tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004, huwa meħtieġ li jitħalla aktar żmien għall-EFSA biex tagħti opinjoni tagħha. Għas-sustanzi kkonċernati hemm indikazzjonijiet ċari li m’għandhomx effetti ħżiena. Wara li tqiesu dawn il-fatti, huwa xieraq li jiġi estiż il-perjodu ta' żmien li matulu l-EFSA għandha tagħti opinjoni tagħha mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012.

(4)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 2229/2004 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 25a tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004, il-kelmiet “31 ta’ Diċembru 2010” huma mibdula b’dawn: “31 ta' Diċembru 2012”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13.


10.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 115/2010

tad-9 ta’ Frar 2010

li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-użu tal-alumina għat-tneħħija tal-fluworidu mill-ilmijiet minerali naturali u mill-ilmijiet tan-nixxigħat

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali, u b'mod partikulari l-Artikolu 4(1)(c) u l-Artikolu 12(d) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 2003/40/KE tas-16 ta’ Mejju 2003 (2) li tistabbilixxi l-lista, il-limiti ta’ konċentrazzjoni u l-ħtiġijiet ta’ tikkettjar għall-kostitwenti tal-ilmijiet minerali naturali u l-kondizzjonijiet għall-użu ta’ arja arrikkita bl-ożonu għat-trattament ta’ ilmijiet minerali naturali u ilmijiet min-nixxigħat tiffissa l-limitu massimu tal-fluworidu fl-ilmijiet minerali naturali. F'dak li għandu x'jaqsam mal-ilma tan-nixxigħat, dan il-limitu hu ffissat bid-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 (3) dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

(2)

Biex l-operaturi jkunu jistgħu jikkonformaw ma' dawk id-Direttivi, it-trattament biex jitneħħa l-fluworidu mill-ilmijiet minerali naturali u mill-ilmijiet tan-nixxigħat bl-użu ta' alumina attivata (minn hawn 'il quddiem “it-trattament tat-tneħħija tal-fluworidu”) għandu jkun awtorizzat.

(3)

It-trattament tat-tneħħija tal-fluworidu m'għandux iżid fdalijiet mal-ilma trattat f'konċentrazzjonijiet li jistgħu jippreżentaw riskju għas-saħħa pubblika.

(4)

It-trattament tat-tneħħija tal-fluworidu għandu jkun notifikat lill-awtoritajiet kompetenti biex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jeżerċitaw il-kontrolli neċessarji biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tat-trattament.

(5)

L-użu tat-trattament tat-tneħħija tal-fluworidu għandu jkun indikat fuq it-tikketta tal-ilma ttrattat.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u lanqas il-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponihom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   It-trattament tal-ilmijiet minerali naturali u l-ilmijiet tan-nixxigħat bl-alumina attivat biex jitneħħa l-fluworidu, minn hawn 'il quddiem “it-trattament tat-tneħħija tal-fluworidu”, għandu jkun permess.

L-ilmijiet minerali naturali u l-ilmijiet tan-nixxiegħa flimkien nirreferu għalihom minn hawn 'il quddiem bħala “ilma”.

2.   It-trattament tat-tneħħija tal-fluworidu għandu jitwettaq skont il-ħtiġijiet tekniċi kif iffissat fl-Anness.

Artikolu 2

L-introduzzjoni tal-fdalijiet fl-ilma bħala riżultat tat-trattament tat-tneħħija tal-fluworidu għandha tkun baxxa kemm huwa teknikament vijabbli skont l-aħjar prattiċi u m'għandhiex tippreżenta riskju lis-saħħa pubblika. Biex ikun żgurat dan, l-operatur għandu jimplimenta u jissorvelja l-istadji kritiċi tal-proċess stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 3

1.   L-applikazzjoni ta' trattament tat-tneħħija tal-fluworidu għandha tkun notifikata lill-awtoritajiet kompetenti tliet xhur qabel l-użu.

2.   Bin-notifika, l-operatur għandu jikkomunika lill-awtoritajiet kompetenti relevanti l-informazzjoni, id-dokumentazzjoni u r-riżultati analitiċi dwar it-trattament li juru li jikkonforma mal-Anness.

Artikolu 4

It-tikketta fuq l-ilma li kien suġġett għal trattament tat-tneħħija tal-fluworidu għandha tinkludi, qrib l-istqarrija tal-kompożizzjoni analitika, l-indikazzjoni “ilma li ġie suġġett għal teknika tal-assorbiment awtorizzat”.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-prodotti li kienu introdotti fis-suq sal-10 ta’ Awissu 2010 u li ma jikkonformawx mal-Artikolu 4, jistgħu jitħallew fis-suq sal-10 ta’ Awissu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 164, 26.6.2009, p. 45.

(2)  ĠU L 126, 22.5.2003, p. 34.

(3)  ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32.


ANNESS

Ħtiġijiet tekniċi għall-użu tal-alumina attivata għat-tneħħija tal-fluworidu mill-ilmijiet minerali naturali u mill-ilmijiet tan-nixxigħat

L-istadji kritiċi tal-proċess li ġejjin għandhom ikunu implimentati u ssorveljati kif inhu xieraq:

1.

Qabel ma tintuża l-alumina attivata għat-trattament tal-ilma, għandha tkun soġġetta għal proċedura ta' inizjazzjoni li tinkludi l-użu ta' kimiċi aċidużi jew alkalini biex jitneħħew kwalunkwe fdalijiet u tlaħliħa biex jitneħħa frak żgħir ħafna.

2.

Għandha tkun applikata proċedura ta' riġenerazzjoni f'intervalli ta' minn ġimgħa għal erba' ġimgħat skont il-kwalità tal-ilma u l-ammont ipproċessat. Din għandha tinkludi l-użu ta' kimiċi xierqa li jneħħu l-joni assorbiti sabiex tkun restawrata l-kapaċità ta' assorbiment tal-alumina attivata, u biex jitneħħew kwalunkwe biofilms possibbli li jkunu ffurmaw. Din il-proċedura għandha titwettaq fit-tliet stadji li ġejjin:

Trattament bl-idrossidu tas-sodju biex ineħħi l-joni tal-fluworidu u jinbidlu bl-joni tal-idrossidu.

Trattament b'aċtu li jneħħi il-fdal tal-idrossidu tas-sodju u jattiva l-aġent.

It-tlaħliħ bl-ilma tax-xorb jew demineralizzat u l-ikkundizzjonar bl-ilma bħala l-aħħar stadju sabiex ikun żgurat li l-filtru m'għandux impatt fuq il-kontenut minerali ġenerali tal-ilma ttrattat.

3.

Il-kimiċi u r-reaġenti użati għall-proċeduri ta' inizjalizzazzjoni u r-riġenerazzjoni għandhom jikkonformaw mal-istandards Ewropej relevanti (1) jew l-istandards nazzjonali applikabbli għall-purità tar-reaġenti kimiċi użati fit-trattament tal-ilma intiż għall-konsum mill-bniedem.

4.

L-alumina attivata għandha tikkonforma mal-istandard Ewropew għat-testijiet tat-tlissija (EN 12902) (2) biex ikun żgurat li l-ebda fdal mhu introdott fl-ilma li jirriżulta f'konċentrazzjonijiet li jaqbżu il-limiti stabbiliti bid-Direttiva 2003/40/KE jew fl-assenza ta' limiti f'dik id-Direttiva, il-limiti stabbiliti bid-Direttiva 98/83/KE jew fil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli. L-ammont totali tal-joni tal-aluminju fl-ilma ttrattat bħala riżultat wara ir-rilaxx tal-aluminju, il-komponent ewlieni tal-alumina attivata, m'għandux jaqbeż il-200 microg/L, kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE. L-ammont għandu jkun iċċekkjat regolarment skont id-Direttiva tal-Kunsill.

5.

L-istadji tal-proċess għandhom ikunu suġġetti għal prattiċi tajba ta' manifattura u l-prinċipji tal-HACCP stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3).

6.

L-operatur għandu jistabbilixxi programm ta' sorveljanza sabiex ikun żgurat il-funzjonar proprju tal-istadji tal-proċess b'mod partikulari fir-rigward taż-żamma tal-karatteristiċi essenzjali tal-ilma u l-kontenut tal-fluworidu tiegħu.


(1)  Standards Ewropej żviluppati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN).

(2)  Standard Ewropew EN 12902 (2004) Prodotti użati għat-trattament tal-ilma intiż għall-konsum tal-bniedem. Materjal ta' appoġġ u inorganiku ta' filtraġġ.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.


10.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 116/2010

tad-9 ta’ Frar 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-lista tal-affermazzjonijiet nutrittivi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jiddikjara li l-affermazzjonijiet nutrittivi magħmula dwar l-ikel għandhom jitħallew isiru biss jekk dawn ikunu elenkati fl-Anness tiegħu, li jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula wkoll li l-emendi għall-Anness għandhom jiġu adottati fejn meħtieġ, wara konsultazzjoni mal-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari (EFSA), minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Awtorità.

(3)

Qabel l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, il-Kummissjoni talbet l-opinjoni tal-Awtorità dwar l-affermazzjonijiet nutrittivi u l-kundizzjonijiet ta’ użu tagħhom li jikkonċernaw l-aċidi tax-xaħam omega-3, ix-xaħam mono mhux saturizzat, ix-xaħam poli mhux saturizzat u x-xaħam mhux saturizzat.

(4)

Fl-opinjoni tagħha adottata fis-6 ta’ Lulju 2005 (2), l-Awtorità tikkonkludi li l-aċidi tax-xaħam omega-3, ix-xaħam mono mhux saturizzat, ix-xaħam poli mhux saturizzat u x-xaħam mhux saturizzat għandhom sehem importanti fid-dieta. Xi xaħmijiet mhux saturizzati, bħal ma huma l-aċidi tax-xaħam omega-3 kultant jiġu kkunsmati f'livell li jkun anqas minn dak irrakkomandat. Għalhekk, l-affermazzjonijiet nutrittivi li jidentifikaw l-ikel bħala sors ta’ dawn in-nutrijenti, li hu rikk f’dawn in-nutrijenti jistgħu jgħinu lill-konsumaturi biex jagħmlu għażliet aktar tajba għal saħħithom. Madankollu, dawk l-affermazzjonijiet nutrittivi ma kinux inklużi fil-lista stabbilita fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, kif adottat mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, billi l-kundizzjonijiet ta' użu tagħhom ma kinux għadhom jistgħu jiġu ddefiniti b’mod ċar.

(5)

Wara li ġew ikkjarifikati dawk il-kundizzjonijiet ta' użu, wara li tqieset ukoll l-opinjoni tal-Awtorità dwar l-ittikettjar tal-valuri ta’ referenza għall-konsum ta’ aċidi tax-xaħam omega-3 u omega-6 adottata fit-30 ta’ Ġunju 2009 (3), il-parir għalhekk hu li jiġu inklużi l-affermazzjonijiet ikkonċernati fil-lista.

(6)

F’dak li jikkonċerna l-affermazzjonijiet dwar “Sors tal-aċidi tax-xaħam omega-3” u “aċidi tax-xaħam b’livell għoli ta’ omega-3”, il-kundizzjonijiet ta’ użu għandhom jiddistingwu bejn iż-żewġ tipi ta’ aċidi tax-xaħam omega-3, li għandhom sehem fiżjoloġiku differenti u li għalihom huma rrakkomandati livelli differenti ta’ konsum. Barra minn hekk, dawk il-kundizzjonijiet ta’ użu għandhom jistabbilixxu kwantità minima mitluba għal kull 100g u 100kcal tal-prodott sabiex jiġi żgurat li ikel biss li jipprovdi ammont sinifikanti ta’ aċidi tax-xaħam omega-3 fil-livell tagħhom ta’ konsum jista’ jingħata dawn l-affermazzjonijiet.

(7)

F’dak li jikkonċerna l-affermazzjonijiet “B’livell għoli ta’ xaħam mono mhux saturizzat”, “B’livell għoli ta’ xaħam poli mhux saturizzat”, il-kundizzjonijiet ta’ użu għandhom jinħtieġu kontenut minimu ta’ xaħam mhux saturizzat fl-ikel, u, konsegwentement, jiżguraw li l-ammont affermat dejjem jikkorrispondi ma' ammont sinifikanti fil-livell ta’ konsum tagħhom milħuq permezz ta’ dieta bbilanċjata.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(2)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2005) 253, 1-29.

(3)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2009) 1176, 1-11.


ANNESS

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, qed jiżdied it-test li ġej:

“SORS TAL-AĊIDI TAX-XAĦAM OMEGA-3

Affermazzjoni li l-ikel hu sors ta’ aċidi tax-xaħam omega-3, u kull affermazzjoni li probabbilment jista’ jkollha l-istess tifsira għall-konsumatur, tista’ ssir biss meta l-prodott ikun fih mill-inqas 0,3 g ta’ aċidi alpha-linolenic għal kull 100 g u għal kull 100 kcal, jew mill-inqas 40 mg tat-total tal-aċidu eicosapentaenoic u tal-aċidu docosahexaenoic flimkien għal kull 100 g u għal kull 100 kcal.

ĦAFNA AĊIDI TAX-XAĦAM OMEGA-3

Affermazzjoni li l-ikel għandu ħafna aċidi tax-xaħam omega-3, u kull affermazzjoni li probabbilment jista’ jkollha l-istess tifsira għall-konsumatur, tista’ ssir biss meta l-prodott ikun fih mill-inqas 0,6 g ta’ aċidi alpha-linolenic għal kull 100 g u għal kull 100 kcal, jew mill-inqas 80 mg tat-total tal-aċidu eicosapentaenoic u tal-aċidu docosahexaenoic flimkien għal kull 100 g u għal kull 100 kcal.

ĦAFNA XAĦAM MONO MHUX SATURIZZAT

Affermazzjoni li ikel għandu ħafna xaħam mono mhux saturizzat, u kull affermazzjoni li probabbilment għandha l-istess tifsira għall-konsumatur, tista' ssir biss meta tal-anqas 45 % tal-aċidi grassi li jkunu preżenti fil-prodott jittieħdu minn xaħam mhux saturizzat bil-kundizzjoni li xaħam mono mhux saturizzat jipprovdi aktar minn 20 % tal-enerġija tal-prodott.

ĦAFNA XAĦAM POLI MHUX SATURIZZAT

Affermazzjoni li ikel għandu ħafna xaħam poli mhux saturizzat, u kull affermazzjoni li probabbilment għandha l-istess tifsira għall-konsumatur, tista' ssir biss meta tal-anqas 45 % tal-aċidi grassi li jkunu preżenti fil-prodott jittieħdu minn xaħam poli mhux saturizzat bil-kundizzjoni li xaħam poli mhux saturizzat jipprovdi aktar minn 20 % tal-enerġija tal-prodott.

ĦAFNA XAĦAM MHUX SATURIZZAT

Affermazzjoni li ikel għandu ħafna xaħam mhux saturizzat u kull affermazzjoni li probabbilment għandha l-istess tifsira għall-konsumatur tista' ssir biss meta 70 % tal-aċidi tax-xaħam fil-prodott jiġu mix-xaħam mhux saturizzat bil-kundizzjoni li xaħam mhux saturizzat jipprovdi aktar minn 20 % tal-enerġija tal-prodott.”


10.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 117/2010

tad-9 ta’ Frar 2010

li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 904/2008 li jistabbilixxi l-metodi tal-analiżi u d-dispożizzjonijiet tekniċi l-oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ arranġamenti ta’ esportazzjoni ta’ merkanzija mhux koperti bl-Anness I għat-Trattat

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar it-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 904/2008 (2) jistabbilixxi l-metodi, proċeduri u formoli li għandhom jintużaw għall-kalkolu tad-data miksuba mill-analiżi tal-prodotti kif stabbilit fl-Anness IV għar-Regolament tal-Kummissjoni KE) Nru 1043/2005 tat-30 Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 rigward is-sistema ta' rifużjonijiet għall-esportazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli esportati fil-forma ta' oġġetti mhux koperti mill-Anness I għat-Trattat, u l-kriterji għall-iffissar tal-ammont ta' tali rifużjonijiet (3).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 904/2008 ġie eżaminat minn grupp ta' esperti, bil-ħsieb li jevalwaw jekk dak ir-Regolament jieħux inkonsiderazzjoni l-evoluzzjoni xjentifika u teknoloġika tal-metodi stabbiliti f'dak ir-Regolament. L-istudji u t-testijiet imwettqa fil-qafas ta' dak l-eżami jindikaw li d-determinazzjoni tal-kontenut tal-lamtu (jew id-destrin) bl-idrolisi permezz tas-sodium hydroxide u d-determinazzjoni tal-kontenut tal-glukożju li jagħmel użu tal-metodu enżimatiku mal-ispettrofotometrija kif preskritt f'dan iż-żmien għall-maġġoranza tal-oġġetti, ma jissodisfawx aktar il-ħtiġijiet tekniċi preżenti u għandhom għalhekk jiġu aġġornati.

(3)

Huwa għalhekk xieraq li jiġi stabbilit li d-determinazzjoni tal-kontenut tal-lamtu (jew tad-destrin) għandu jsir b'mod enżimatika mill-amylase u amyloglucosidase u li l-kontenut tal-glukożju għandu jiġi ddeterminat bl-użu ta' prestazzjoni għolja kromatografija likwida (HPLC), kif stipulat fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 900/2008 tas-16 Settembru 2008 li jistabbilixxi l-metodi tal-analiżi u d-dispożizzjonijiet tekniċi l-oħrajn meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti għall-importazzjoni ta’ ċertu merkanzija li tirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (4) kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 118/2010 (5).

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 904/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri adottati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 904/2008, il-punt 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

“2.

Lamtu (jew destrin)

(id-destrin għandu jiġi espress bħala lamtu)

1.

Għall-kodiċi kollha NM għajr il-kodiċi NM 3505 10 10, 3505 10 90, 3505 20 10 sa 3505 20 90 u 3809 10 10 sa 3809 10 90, il-kontenut tal-lamtu (jew tad-destrin) imsemmi fil-kolonna 3 tal-Anness IV għar-Regolament ( KE) Nru 1043/2005 għandu jkun ikkalkulat bil-formula:

(Z – G) × 0,9,

fejn

Z

=

hija l-kontenut tal-glukożju stabbilit bil-metodu deskritt fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 900/2008 (*);

G

=

huwa l-kontenut tal-glukożju qabel it-trattament enżimatiku, stabbilit b'kromatografija likwida ta' rendiment għoli (HPLC).

2.

Għall-kodiċi NM 3505 10 10, 3505 10 90, 3505 20 10 sa 3505 20 90 u 3809 10 10 sa 3809 10 90, il-kontenut tal-lamtu (jew tad-destrin) għandu jiġi stabbilit mill-metodu stipulat fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 900/2008.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 249, 18.9.2008, p. 9.

(3)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24.

(4)  ĠU L 248, 17.9.2008, p. 8.

(5)  Ara paġna 21 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


10.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 118/2010

tad-9 ta’ Frar 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 900/2008 li jistabbilixxi l-metodi tal-analiżi u d-dispożizzjonijiet tekniċi l-oħrajn meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti għall-importazzjoni ta’ ċertu merkanzija li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar it-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 900/2008 (2) jistabbilixxi l-formoli, il-proċeduri u l-metodi li għandom jintużaw għad-determinazzjoni tal-lamtu/glukożju għall-applikazzjoni tal-Annessi II u III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1460/96 tal-25 ta' Lulju 1996 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ftehim preferenzjali dwar il-kummerċ li japplika għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli, kif ipprovvdut fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 (3).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 900/2008 ġie eżaminat minn grupp ta' esperti, bil-għan li jevalwaw jekk dak ir-Regolament jieħux in konsiderazzjoni l-evoluzzjoni xjentifika u teknoloġika tal-metodi stabbiliti f'dak ir-Regolament. L-istudji u t-testijiet li saru fil-qafas ta' dak l-eżami jindikaw li l-metodu użat biex jiġi ddeterminat il-kontenut tal-lamtu/glukożju bis-solubilizzazzjoni permezz tal-idrossidu tas-sodju (qabel id-degradazzjoni enżimatika fi glukożju) u l-kejl tal-kontent totali tal-glukożju bl-użu tal-metodu enżimatiku bi spettrofotometrija kif issa sar stabbilit għal ħafna mill-prodotti, ma għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi attwali u għaldaqstant iridu jiġu aġġornati.

(3)

Huwa għaldaqstant xieraq li jiġi stabbilit li d-degradazzjoni tal-lamtu/glukożju għandha ssir b'mod enżimatiku bl-amilażi u bl-amiloglukosidażi u li l-kontenut totali tal-glukożju għandu jiġi ddeterminat billi tintuża kromatografija tal-likwidu ta' prestazzjoni għolja (HPLC) u li jiġi speċifikat kif għandu jitwettaq il-metodu enżimatiku.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 900/2008 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri adottati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 900/2008 qed jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 248, 17.9.2008, p. 8.

(3)  ĠU L 187, 26.7.1996, p. 18.


ANNESS

“ANNESS I

Id-determinazzjoni enżimatika tal-lamtu u tal-prodotti ta' degradazzjoni tiegħu inkluż il-glukożju fi prodotti tal-ikel bl-użu ta' kromotografija likwida ta' prestazzjoni għolja (HPLC)

1.   Ambitu

Dan il-metodu jiddeskrivi d-determinazzjoni tal-kontenut tal-lamtu u l-prodotti ta' degradazzjoni tiegħu inkluż il-glukożju fi prodotti tal-ikel għall-konsum mill-bniedem li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ ‘lamtu’. Il-kontenut tal-lamtu huwa ddeterminat minn analiżi kwantitattiva tal-glukożju bi kromotografija likwida ta' prestazzjoni għolja (HPLC) wara konverżjoni enżimatika ta' lamtu u tal-prodotti ta' degradazzjoni tiegħu fi glukożju.

2.   Definizzjoni tal-kontenut totali tal-glukożju u tal-kontenut totali tal-glukożju espress bħala lamtu

Il-kontenut totali tal-glukożju jfisser il-valur Z kif ikkalkulat f'punt 7.2.1 ta' dan l-Anness. Dan jirrappreżenta l-kontenut tal-lamtu u l-prodotti ta' degradazzjoni tiegħu, inkluż il-glukożju.

Il-kontenut tal-lamtu/glukożju kif iddefinit fl-Anness III għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1460/96 għandu jkun ikkalkulat abbażi tal-kontenut totali tal-glukożju Z u kif stabbilit fl-Artikolu 2 punt 2.1 ta’ dan ir-Regolament.

Il-kontenut tal-lamtu (jew tad-destrin) kif inhu imsemmi fil-kolonna 3 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (1) għandu jkun ikkalkulat abbażi tal-kontenut totali tal-glukożju Z kif stabbilit fl-Artikolu 2 punt 2.1 tar-Regolament (KE) Nru 904/2008 (2).

Il-kontenut tal-Lamtu imsemmi f'punt 1 ta' dan l-Anness ifisser il-valur E, kif ikkalkulat f'punt 7.2.2 ta' dan l-Anness. Huwa espress f' % (m/m). Huwa ewkivalenti għall-kontenut totali tal-glukożju Z, espress bħala lamtu. Il-valur E ma jinterferix fil-kalkolazzjonijiet imsemmija hawn fuq.

3.   Prinċipju

Il-kampjuni huma omoġenizzati u sospiżi fl-ilma. Il-lamtu u l-prodotti ta' degradazzjoni, preżenti fil-kampjuni, huma enżemikament ikkonvertiti fi glukożju f'żewġ stadji:

(1)

Il-lamtu u l-prodotti ta' degradazzjoni tiegħu huma kkonvertiti parzjalment fi ktajjen tal-glukożju solubbli bl-użu ta' alfa-amilażi termostabbli f'90 °C. Għal konverżjoni effettiva huwa neċessarju li l-kampjuni jinħallu kompletament jew inkella jkunu preżenti f'forma ta' sospenzjoni li jkollha biċċiet solidi żgħar ħafna

(2)

Il-ktajjen tal-glukożju solubbli huma kkonvertiti fi glukożju bl-użu ta' amiloglukosidażi f'60 °C

Prodotti li fihom kontenut għoli ta' proteini jew xaħam jgħaddu minn proċess ta' tisfija u huma ffiltrati.

Id-determinazzjoni taz-zokkor issir bl-analiżi HPLC.

Minħabba li jista' jkun hemm inverżjoni parzjali ta' sukrożju matul it-trattament enżimatiku, id-determinazzjoni ta' zokkor liberu issir ukoll bl-analiżi HPLC biex jiġi kkalkulat il-kontenut tal-glukożju korrett.

4.   Reaġenti u materjali oħra

Uża reaġenti ta' grad analitiku rikonoxxut u ilma demineraliżżat.

4.1.   Glukożju, min. 99 %.

4.2.   Fruttożju, min. 99 %.

4.3.   Sukrożju, min. 99 %.

4.4.   Maltożju-monoidrat, min. 99 %.

4.5.   Lattożju-monoidrat, min. 99 %.

4.6.   Is-soluzzjoni ta' alfa-amilażi termostabbli (1,4-alfa-D-Glukan-glukoidrolażi), b'attività ta' madwar 31 000 U/ml (1U se jillibera 1.0 mg ta' maltożju minn lamtu fi 3 minuti f'pH 6.9 and 20 °C). Din l-enżima tista' tikkontjeni ammont żgħir ta' impuritajiet (eż. glukożju jew sukrożju) u enżimi oħra li jinterferixxu. Ħżin f'temperatura ta' madwar 4 °C. Alternattivament, sorsi oħra ta' alfa-amilażi jistgħu jintużaw biex jipproduċu soluzzjoni finali b'attività tal-enżimi komparabbli.

4.7.   Amiloglukosidażi (1,4-alfa-D-Glukan glukoidrolażi) minn Aspergillus niger, trab b'attività ta' madwar 120 U/mg jew madwar 70 U/mg (1U se jillibera 1 mikromol glukożju mil-lamtu fil-minuta f'pH 4.8 and 60 °C). Din l-enżima tista' tikkontjeni ammont żgħir ta' impuritajiet (eż. glukożju jew sukrożju) u enżimi oħra li jinterferixxu (eż., Invertażi). Ħżin f'temperatura ta' madwar 4 °C. Alternattivament, sorsi oħra ta' amiloglukosidażi jistgħu jintużaw li jipproduċu soluzzjoni finali b'attività tal-enżimi komparabbli.

4.8.   Aċetat diidrat taz-zingu, p.a..

4.9.   Eksaċjanuferrat tal-potassju (II) (Potassium hexacyanoferrate (II)) (K4[Fe(CN)]6.3H2O), ekstra pur.

4.10.   Aċetat tas-sodju anidruż, p.a..

4.11.   Aċdu aċetiku glaċjali, 96 % (v/v) (minimu).

4.12.   Bafer tal-aċetat tas-sodju (0.2 mol/l). Iżen 16.4 gramma aċetat tas-sodju (punt 4.10) f'biker tal-ħġieġ. Ħoll fl-ilma u laħlaħ ġo flask volumetriku ta' 1 000 ml. Iddilwixxi bl-ilma sa fejn immarkat u aġġusta l-pH għall-4.7 bl-aċdu aċetiku (bl-użu ta' strument tal-pH (punt 5.7). Din is-soluzzjoni tista' tintuża sa massimu ta' 6 xhur b'temperatura tal-ħżin ta' 4 °C.

4.13.   Soluzzjoni amiloglukosidażi. Ipprepara soluzzjoni ta' trab amiloglukosidażi (punt 4.7) billi tuża bafer tal-aċetat tas-sodju (punt 4.12). L-attività tal-enżima trid tkun suffiċjenti u skont il-kontenut tal-lamtu fl-ammont tal-kampjun (pereżempju, attività ta' madwar 600 U/ml hija miksuba minn 0.5 g ta' trab amiloglukosidażi 120 U/mg (punt 4.7) f'volum finali ta' 100 ml għal gramma lamtu fl-ammont tal-kampjun). Ipprepara immedjatament qabel l-użu.

4.14.   Soluzzjonijiet ta' referenza. Ipprepara soluzzjonijiet tal-glukożju, fruttożju, sukrożju, maltożju u lattożju fl-ilma, kif użat konvenzjonalment fl-analiżi HPLC taz-zokkor.

4.15.   Reaġent għat-tisfija (Carrez I). Ħoll 219.5 gramma aċetat taż-żingu (punt 4.8) fl-ilma f'biker tal-ħġieġ. Laħlaħ ġo flask volumetriku tal-1 000 ml u żid 30 ml aċdu aċetiku (punt 4.11). Ħallat sew u żid bl-ilma sa fejn immarkat. Din is-soluzzjoni tista' tintuża sa massimu ta' 6 xhur meta maħżuna f'temperatura ambjentali ta' ġewwa. Reaġenti oħra tat-tisfija, ekwivalenti għas-soluzzjoni ta' Carrez, jistgħu jintużaw.

4.16.   Reaġent għat-tisfija (Carrez II). Ħoll 106,0 gramma ħeksaferroċjanur tal-potassju (II) (potassium hexacyanoferrate (II)) (punt 4.9) fl-ilma f'biker tal-ħġieġ. Laħlaħ ġo flask volumetriku tal-1 000 ml. Ħallat sew u żid bl-ilma sa fejn immarkat. Din is-soluzzjoni tista' tintuża sa massimu ta' 6 xhur meta maħżuna f'temperatura ambjentali ta' ġewwa. Reaġenti oħra tat-tisfija, ekwivalenti għas-soluzzjoni ta' Carrez, jistgħu jintużaw.

4.17.   HPLC Fażi mobbli. Ipprepara fażi mobbli li tkun tista' tintuża konvenzjonalment fl-analiżi HPLC taz-zokkor. Fil-każ tal-użu ta' kolonna bil-ġel tas-silika aminopropil, eż., fażi mobbli komuni hija taħlita ta' grad tal-ilma HPLC u aċetonitrile.

5.   Apparat

5.1.   Apparat standard tal-ħġieġ.

5.2.   Filtri skanalati, eż., 185 mm.

5.3.   Filtri tas-siringi, 0,45 μm, adattati għal soluzzjonijiet ta' ilma.

5.4.   Vjali għall-ikkampjunar adattati għall-kampjunatur awtomatiku HPLC.

5.5.   Flasks volumetriċi tal-100 ml.

5.6.   Siringi tal-plastik, 10 ml.

5.7.   Miter tal-pH.

5.8.   Bilanċ analitiku.

5.9.   Banju tal-ilma bit-termostat, li jista' jiġi rregolat għal 60 °C u 90 °C.

5.10.   HPLC Apparat adatt għall-analiżi taz-zokkor.

6.   Proċedura

6.1.   Preparazzjoni tal-kampjun għal-diversi tipi ta' prodotti

Il-prodott huwa omoġenizzat.

6.2.   Porzjon ta' kampjun

L-ammont tal-kampjun huwa stmat mid-dikjarazzjoni tal-ingredjent u l-kundizzjonijiet tal-analiżi HPLC (konċentrazzjoni tas-soluzzjoni ta' referenza tal-glukożju), u ma għandux ikun aktar minn:

Formula

Iżen il-kampjun sa eżattezza ta' 0.1 mg.

6.3.   Determinazzjoni tal-vojt

Il-vojt hu ddeterminat billi ssir analiżi kompluta (kif deskritt f'punt 6.4), mingħajr ma jiżdied kampjun. Ir-riżultat tad-determinazzjoni tal-vojt jintuża fil-kalkolu tal-kontenut tal-lamtu (punt 7.2).

6.4.   Analiżi

6.4.1.   Tħejjija tal-kampjuni

Omoġenizza l-kampjun billi tħawdu jew iċċaqalqu. Il-porzjon magħżul għall-eżami (punt 6.2) jintiżen ġo flask volumetriku (punt 5.5) u jiġi miżjud madwar 70 ml ta' ilma sħun.

Wara li tħollu jew li ġġibu f'sospensjoni, żid 50 mikrolitru ta' alfa-amilażi termostabbli (punt 4.6) u saħħan f'temperatura ta' 90 °C għal 30 minuta f'banju tal-ilma (punt 5.9). Berred malajr kemm jista' jkun għal temperatura ta' 60 °C f'banju tal-ilma, u żid 5 ml ta' soluzzjoni ta' amiloglukosidażi (punt 4.13). Għal kampjuni li jistgħu jinfluwenzaw il-pH tas-soluzzjoni ta' reazzjoni, ikkontrolla l-pH u aġġustah għal 4,6 sa 4,8, jekk neċessarju. Agħti ċans 60 minuta biex jirreaġixxi f'temperatura ta' 60 °C. Berred il-kampjuni għal temperatura ambjentali.

6.4.2.   Kjarifikazzjoni

Għal kampjuni b'kontenut għoli ta' proteini jew xaħam, meħtieġa tisfija billi żżid 1 ml Carrez I (punt 4.15) mas-soluzzjoni tal-kampjun. Wara li tħawwad, żid 1 ml Carrez II (punt 4.16). Erġa’ ħawwad il-kampjun.

6.4.3.   L-ipproċessar għall-analiżi HPLC

Il-kampjun fil-flask volumetriku huwa miżjud bl-ilma sa fejn immarkat, omoġenizzat u ffiltrat b'filtru skanalat (punt 5.2). Iġbor l-estratt tal-kampjun.

Iffiltra l-estratti minn filtru tas-siringi (punt 5.3) b'siringa (punt 5.6) li tkun ġiet imlaħalħa qabel bl-estratt. Iġbor il-filtrati ġo vjali (punt 5.4).

6.5.   Kromatografija

Il-HPLC issir kif konvenzjonalment isir għall-analiżi taz-zokkor. Jekk l-analiżi HPLC turi traċċi ta' maltożju, il-lamtu ma jkunx ikkonvertit biżżejjed, li jirriżulta f'irkupru baxx ħafna għall-glukożju.

7.   Kalkolu u tifsira tar-riżultati

7.1.   Kalkolu tar-riżultati HPLC

Għall-kalkolu tal-kontenut tal-lamtu, ir-riżultati ta' żewġ analiżi HPLC huma neċessarji, jiġifieri z-zokkor preżenti fil-kampjun qabel (‘zokkor liberu’) u wara t-trattament enżimatiku (kif deskritt f'dan il-metodu). Għandha ssir ukoll determinazzjoni tal-vojt biex tkun tista' ssir korrezzjoni għaz-zokkor preżenti fl-enżimi.

Fl-analiżi HPLC, il-quċċata tal-erja hija ddeterminata wara l-integrazzjoni u l-konċentrazzjoni hija kkalkulata wara l-kalibrazzjoni b'soluzzjonijiet ta' referenza (punt 4.14). Mill-konċentrazzjoni tal-glukożju (g/100 ml) wara trattament enżimatiku, titnaqqas il-konċentrazzjoni tal-glukożju (g/100 ml) fil-vojt. Eventwalment il-kontenut (g sokkor/100 g kampjun) ta' zokkor huwa kkalkulat bl-użu tal-ammont ta' kampjun iddiferenzjat, li jirriżulta f':

(1)

analiżi HPLC qabel trattament enżimatiku, li turi l-kontenut (g/100 g) ta' zokkor liberu:

glukożju G

fruttożju F

sukrożju S

(2)

analiżi HPLC wara trattament enżimatiku, li turi l-kontenut (g/100 g) ta' zokkor:

glukożju wara l-korrezzjoni għall-vojt (Ge cor)

fruttożju F

sukrożju S

7.2.   Kalkolu tal-kontenut tal-lamtu

7.2.1.   Kalkolu tal-glukożju totali ‘Z’

Jekk l-ammont ta' fruttożju wara trattament enżimatiku (Fe) ikun ogħla mill-ammont tal-fruttożju qabel it-trattament enżimatiku (F), mela s-sukrożju, preżenti fil-kampjun, huwa parzjalment ikkonvertit fi fruttożju u glukożju. Dan ifisser li għandha ssir korrezzjoni għall-glukożju lliberat (Fe – F).

Z, kontenut tal-glukożju finali wara korrezzjoni f'g/100g:

Z = (Ge cor) – (Fe – F)

7.2.2.   Kalkolu tal-kontenut totali tal-glukożju espress bħala lamtu

E, kontenut tal-‘lamtu’ fi g/100 g:

E = [(Ge cor) – (Fe – F)] × 0,9

8.   Preċiżjoni

Id-dettalji ta' test inter-laboratorju li għandu x'jaqsam ma' dejta ta' preċiżjoni tal-metodu li twettaq fuq żewġ kampjuni huma mogħtija f'dan il-punt. Huma jirriflettu r-rekwiżiti ta' prestazzjoni għall-metodu deskritt f'dan l-anness.

Riżultati ta' eżami inter-laboratorju (Informattiv).

Twettaq eżami inter-laboratorju fl-2008 bil-parteċipazzjoni tal-laboratorji Ewropej tad-Dwana.

Il-valutazzjoni ta' dejta ta' preċiżjoni kienet imwettqa skont il-‘Protocol for the design, conduct and interpretation of method-performance’, W. Horwitz, (rapport tekniku IUPAC), Pure & Appl. Chem., Vol. 67, Nru 2, PP. 331-343, 1995.

Id-dejta ta' preċiżjoni huma mogħtija fit-tabella hawn taħt.

Kampjuni

1biċċa ċikkulata u biskuttin2biskuttin

Z

kampjun 1

Z

kampjun 2

Numru ta' laboratorji

41

42

Numru ta' laboratorji wara l-eliminazzjoni ta' valuri estremi

38

39

Medja (%, m/m)

29,8

55,0

Devjazzjoni standard ta’ ripetibilità sr (%, m/m)

0,5

0,5

Devjazzjoni standard ta’ riproduċibilità sR (%, m/m)

1,5

2,3

Limitu ta' ripetibilità r (%, m/m)

1,4

1,4

Limitu ta' riproduċibilità R (%, m/m)

4,2

6,6 ”


(1)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24.

(2)  ĠU L 249, 18.9.2008, p. 9.


10.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 119/2010

tad-9 ta’ Frar 2010

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1233/2009 li jistabbilixxi miżura speċifika ta’ appoġġ għas-suq fis-settur tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-euro (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (2), u b’mod partikulari l-Artikoli 186 u 188(2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1233/2009 (3) jistipula l-ammonti għall-appoġġ lill-bdiewa produtturi tal-ħalib li ntlaqtu ħażin ħafna mill-kriżi tal-ħalib. Billi dawn l-ammonti huma stipulati f’euro, jeħtieġ li tiġi ffissata data komuni għall-konverżjoni ta’ dawn l-ammonti fil-munita nazzjonali għall-Istati Membri li għadhom ma addottawx il-munita unika, biex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi u simultanja madwar l-Unjoni. Huwa għalhekk xieraq li jiġi determinat l-avveniment operattiv għar-rata tal-iskambju skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98.

(2)

Minħabba l-prinċipju msemmi fl-Artikolu 3(1), it-tieni inċiż, u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2799/98, l-avveniment operattiv għandu jkun id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 1233/2009.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 1233/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Sabiex tiġi żgurata, kemm jista’ jkun malajr, applikazzjoni uniformi u simultanja madwar l-Unjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mingħajr dewmien u għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 1233/2009.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 3a li ġej għandu jiddaħħal fir-Regolament (UE) Nru 1233/2009 wara l-Artikolu 3:

“Artikolu 3a

Id-data tal-avveniment operattiv għar-rata tal-iskambju fir-rigward l-ammonti stipulati fl-Anness għandha tkun is-17 ta’ Diċembru 2009.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jibda japplika mis-17 ta’ Diċembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 330, 16.12.2009, p. 70.


10.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 120/2010

tad-9 ta’ Frar 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Frar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

94,7

MA

69,2

TN

112,8

TR

107,2

ZZ

96,0

0707 00 05

JO

158,2

MA

75,9

TR

146,1

ZZ

126,7

0709 90 70

MA

128,2

TR

153,7

ZZ

141,0

0709 90 80

EG

69,8

MA

131,9

ZZ

100,9

0805 10 20

EG

49,8

IL

53,6

MA

50,5

TN

46,3

TR

48,6

ZZ

49,8

0805 20 10

IL

162,6

MA

87,1

ZZ

124,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

57,9

EG

61,9

IL

82,3

JM

97,3

MA

72,9

PK

46,5

TR

68,3

ZZ

69,6

0805 50 10

EG

88,6

IL

88,6

TR

66,7

ZZ

81,3

0808 10 80

CA

95,3

CL

60,1

CN

90,6

MK

24,7

US

125,8

ZZ

79,3

0808 20 50

CN

28,7

TR

84,8

US

96,4

ZA

109,0

ZZ

79,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DIRETTIVI

10.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/29


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/6/UE

tad-9 ta’ Frar 2010

li temenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-merkurju, gossypol ħieles, nitriti u Mowrah, Bassia, Madhuca

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 (1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/32/KE tistipula li l-użu ta’ prodotti li huma intenzjonati għall-għalf tal-annimali li fihom livelli ta’ sustanzi mhux mixtieqa li jaqbżu l-livelli massimi stipulati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva huwa pprojbit.

(2)

Fir-rigward tal-merkurju, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurta fl-Ikel (EFSA) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-20 ta' Frar 2008 (2) li l-livell massimu attwali tal-għalf komplut għall-ħut (0,1 mg/kg) u l-livell massimu tal-għalf prodott mill-ipproċessar tal-ħut u annimali oħra tal-baħar (0,5 mg / kg) m'humiex armonizzati. Wara l-iżviluppi reċenti fil-formulazzjoni tal-għalf, l-għalf tal-ħut fih aktar żejt tal-ħut u smida tal-ħut, iżda mad-dispożizzjonijiet legali attwali d-disponibbiltà ta' dan il-materjal importanti ta' għalf fil-produzzjoni ta' għalf għall-ħut qiegħda fil-periklu. Biex tindirizza dan, tkun xierqa żieda żgħira tal-livell massimu tal-għalf tal-ħut u din iż-żieda ma tipperikolax il-konformità ta' ħut ikkultivat mal-livelli massimi stabbiliti għall-merkurju. Barra minn hekk jirriżulta minn dik l-opinjoni li l-livell massimu attwali tal-għalf komplut għal klieb u qtates mhux protettiv biżżejjed. Dak il-livell massimu għandu għalhekk jitbaxxa. Peress li l-grad ta' sensittività tal-annimali tal-pil huwa simili għal dak tal-qtates, dak il-livell massimu għandu japplika wkoll għal annimali tal-pil.

(3)

Fir-rigward tan-nitriti, l-EFSA kkonkludiet, fl-opinjoni tagħha tal-25 ta' Marzu 2009 (3), li għal majjali u baqar, bħala rappreżentanti ta' speċijiet sensittivi li jipproduċu l-ikel, il-marġini ta' sigurtà fir-rigward tal-livell li fih ma jiġix osservat l-ebda effett negattiv (“No Observed Adverse Effect Level” - NOAEL) huma suffiċjenti. Barra minn hekk huwa kkunsidrat li l-preżenza tan-nitriti fi prodotti mill-annimali ma tqajjimx tħassib għas-saħħa tal-bniedem. In-nitrit huwa diġà awtorizzat b'kontenut massimu ta' 100 mg/kg għall-użu ta' preservattiv fl-għalf komplut għal klieb u qtates, b'kontenut ta' ndewwa li taqbeż l-20%, u bħala addittiv fl-għalf (4). In-nitrit għalhekk m'għandux jiġi kkunsidrat bħala sustanza mhux mixtieqa f'għalf komplut bħal dak jew f'għalf iffermentat. Għalhekk, l-ebda livell massimu m'għandu japplika f'dawn il-każijiet.

(4)

Fir-rigward tal-gossypol, l-EFSA kkonkludiet, fl-opinjoni tagħha tal-4 ta' Diċembru 2008, li l-livelli massimi attwali għan-nagħaġ, inklużi l-ħrief, u l-mogħoż, inklużi l-gidien, m'humiex biżżejjed għall-protezzjoni kontra effetti negattivi tas-saħħa. L-EFSA kkonkludiet ukoll li l-espożizzjoni umana għall-gossypol permezz tal-konsum ta' prodotti tal-ikel minn annimali mitmugħa prodotti derivati miż-żerriegħa tal-qoton hija probabbilment baxxa u m'għandhiex tirriżulta f'effetti ħżiena. Abbażi ta' dik l-opinjoni l-livelli massimi għan-nagħaġ, inklużi l-ħrief, u l-mogħoż, inklużi l-gidjien, għandhom jitnaqqsu.

(5)

Fir-rigward tas-saponins fil-Madhuca longifolia L., l-EFSA kkonkludiet fl-opinjoni tagħha tad-29 ta' Jannar 2009 (5) li l-ebda effetti negattivi għas-saħħa tal-annimali m'huma mistennija minħabba l-espożizzjoni negliġibbli fl-Unjoni tal-annimali fil-mira. L-EFSA tikkunsidra li l-espożizzjoni fid-dieta tal-bniedem tas-saponins fil-Madhuca hija negliġibbli, peress li l-prodotti Madhuca ma jiġux ikkonsmati mill-bnedmin u l-ismida Madhuca ma tintużax fl-Unjoni bħala materjal ta' għalf Għalhekk huwa xieraq li titħassar ir-ringiela li tikkonċerna il-Mowrah, Bassia, Madhuca.

(6)

Id-Direttiva 2002/32/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponihom,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Novembru 2010. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, id-9 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10.

(2)  L-Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-merkurju bħala sustanza mhux mixtieqa fl-għalf, Il-Ġurnal tal-EFSA (2008) 654, 1-76.

(3)  L-Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar in-nitriti bħala sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali. Il-Ġurnal tal-EFSA (2009) 1017, 1-47.

(4)  Ir-Reġistru tal-Komunità tal-Addittivi tal-Ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-entrata dwar in-nitrit tas-sodju (Klieb, Qtates) u tan-nitrit tas-sodju fl-għalf, http://ec.europa.eu/food/food/animalnutrition/feedadditives/registeradditives_en.htm

(5)  L-Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Madhuca Longifolia bħala sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali. Il-Ġurnal tal-EFSA (2009) 979, 1-36.


ANNESS

L-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Ir-Ringiela 4, il-Merkurju qed jinbidel b’dan li ġej:

Sustanzi mhux mixtieqa

Prodotti intenzjonati għall-għalf għall-bhejjem

Kontenut massimu f’mg/kg (ppm) li huwa relattiv għal prodott tal-għalf b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

(1)

(2)

(3)

“4.

Merkurju  (*)  (**)

Materjali għall-għalf

0,1

ħlief għal:

 

għalf prodott mill-ħut jew mill-ipproċessar tal-ħut jew annimali akkwatiċi oħra;

0,5

karbonat tal-kalċju.

0,3

Għalf (komplementari u komplut) kompost

0,1

ħlief għal:

 

għalf minerali;

0,2

għalf tal-annimali kompost għall-ħut;

0,2

għalf kompost għall-klieb, qtates u annimali bil-pil.

0,3

(2)

Ir-Ringiela 5, Nitriti, tinbidel b’li ġej:

Sustanzi mhux mixtieqa

Prodotti intenzjonati għall-għalf għall-bhejjem

Kontenut massimu f’mg/kg (ppm) li huwa relattiv għal prodott tal-għalf b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

(1)

(2)

(3)

“5.

Nitriti

Materjali għall-għalf

15 (espress bħala nitrit tas-sodju)

ħlief għal:

 

smida tal-ħut;

30 (espress bħala nitrit tas-sodju)

għalf iffermentat.

Oġġetti tal-għalf kompluti

15 (espress bħala nitrit tas-sodju)

ħlief għal:

 

għalf komplut għal klieb u qtates b'kontenut ta' ndewwa li taqbeż l-20%.

—”

(3)

Ringiela 9, Gossypol ħieles jinbidel b’li ġej:

Sustanzi mhux mixtieqa

Prodotti intenzjonati għall-għalf għall-bhejjem

Kontenut massimu f’mg/kg (ppm) li huwa relattiv għal prodott tal-għalf b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

(1)

(2)

(3)

“9.

Gossypol ħieles

Materjali għall-għalf

20

ħlief għal:

 

żerriegħa tal-qoton;

5 000

kejkijiet taż-żerriegħa tal-qoton u smida taż-żerriegħa tal-qoton.

1 200

Oġġetti tal-għalf kompluti

20

ħlief għal:

 

għalf komplut għal baqar adulti;

500

għalf komplut għal nagħaġ (ħlief ħrief u mogħoż (ħlief gidien);

300

għalf komplut għat-tjur (ħlief tiġieġ li jbidu) u l-għoġġiela;

100

għalf komplut għall-fniek, ħrief, gidjien u ħnieżer (minbarra qżieżeż).

60 ”

(4)

Ir-ringiela 32, “Mowrah, Bassia, Madhuca – Madhuca longifolia (= Bassia longifolia (L.) Macbr. (= Bassia longifolia L. = Illiped malabrorum Engl.) Madhuca indica Gmelin (= Bassia latifolia Roxb.)= Illipe latifolia (Roscb.) F Mueller)” hi mneħħija.


(*)  Il-livelli massimi jirreferu għat-total ta’ merkurju.

(**)  Il-livelli massimi jirreferu għad-determinazzjoni analitika tal-merkurju, fejn l-estrazzjoni ssir fl-aċidu nitriku (5 % w/w) għal 30 minuta f’temperatura tbaqbaq. Proċeduri ta’ estrazzjoni ekwivalenti jistgħu jiġu applikati fejn jista’ jintwera li l-proċedura ta’ estrazzjoni użata għandha l-istess effiċjenza ta’ estrazzjoni.”


10.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/33


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/7/UE

tad-9 ta’ Frar 2010

li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-fosfid tal-manjeżju li jirrilaxxa l-fosfina bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta' Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma ta' għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment ikunu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE. Dik il-lista tinkludi l-fosfid tal-manjeżju.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-fosfid tal-manjeżju issa ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fil-prodotti tat-tip 18, insettiċidi, kif iddefiniti fl-Anness V għal dik id-Direttiva.

(3)

Il-Ġermanja nħatret bħala l-Istat Membru Rapporteur u ressqet ir-rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fis-26 ta’ Ottubru 2007 skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(4)

Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sejbiet mill-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fis-17 ta’ Settembru 2009, f’rapport ta’ valutazzjoni.

(5)

Mill-eżamijiet li saru, jidher li l-prodotti bijoċidali użati bħala insettiċidi u li fihom l-fosfid tal-manjeżju jistgħu jiġu preżunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE. Għalhekk huwa xieraq li l-fosfid tal-manjeżju jiġi inkluż fl-Anness I sabiex ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti bijoċidali użati bħala insettiċidi u li fihom l-fosfid tal-manjeżju jistgħu jingħataw, jiġu mmodifikati jew ikkanċellati skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE.

(6)

Ma ġewx evalwati l-użi potenzjali kollha fil-livell tal-Unjoni. Għaldaqstant huwa xieraq li l-Istati Membri jivvalutaw dawk ix-xenarji ta' użu jew esponiment u dawk ir-riskji għall-kompartimenti u l-popolazzjonijiet li għadhom ma ġewx indirizzati b'mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskju li saret fil-livell tal-Unjoni, u li, meta jkunu qed jagħtu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodott, jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa jew li jiġu imposti kundizzjonijiet speċifiċi sabiex ir-riskji identifikati jittaffew għal livelli aċċettabbli. B'mod partikolari, fejn rilevanti, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-użu fuq barra, li ma ġiex indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni.

(7)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet tar-rapport ta' valutazzjoni, huwa f'loku li jkun hemm l-esiġenza li l-prodotti li fihom il-fosfid tal-manjeżju u li jintużaw bħala insettiċidi jkunu awtorizzati biss għall-użu minn professjonali mħarrġa skont l-Artikolu 10(2)(i)(e) tad-Direttiva 98/8/KE, u li jittieħdu miżuri speċifiċi ta' taffija tar-riskju fil-livell tal-awtorizzazzjoni ta' prodotti ta' dan it-tip. Dawn il-miżuri għandu jkollhom l-għan li jillimitaw għal livell aċċettabbli l-esponiment tal-utenti għall-fosfid tal-manjeżju.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3) jistabbilixxi limiti massimi għar-residwi tal-fosfid tal-manjeżju li huma preżenti fi jew fuq l-ikel jew l-għalf. Skont l-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, il-limiti massimi tar-residwu japplikaw għal kull residwu tal-pestiċidi, inklużi dawk li għandhom mnejn jirriżultaw mill-użu bħala bijoċidu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu pprovduti provi xierqa għar-residwi mal-awtorizzazzjoni tal-prodott sabiex ikun jista' jkun hemm valutazzjoni tar-riskju għall-konsumatur. Barra minn hekk, it-tiketti u/jew l-iskedi tad-dejta ta' sikurezza għall-prodotti awtorizzati għandu jkollhom struzzjonijiet għall-użu, bħall-aderenza għall-perjodi ta' stennija, li jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(9)

Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu applikati b’mod simultanju fl-Istati Membri kollha sabiex jiżguraw trattament ugwali tal-prodotti bijoċidali fis-suq li fihom is-sustanza attiva fosfid tal-manjeżju u wkoll biex jiffaċilitaw l-operat kif suppost tas-suq tal-prodotti bijoċidali b'mod ġenerali.

(10)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex jippermetti lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati jħejju rwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda involuti, u biex jiġi żgurat li l-applikanti li jkunu ħejjew id-dossiers ikunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-perjodu ta’ għaxar snin ta’ protezzjoni tad-dejta, li skont l-Artikolu 12(1)(c)(ii) tad-Direttiva 98/8/KE jibda mid-data tal-inklużjoni.

(11)

Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġonevoli biex jimplimentaw l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE u b’mod partikolari biex jagħtu, jimmodifikaw jew jikkanċellaw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali fil-prodotti tat-tip 18 li fihom il-fosfid tal-manjeżju biex jiżguraw li dawn jikkonformaw mad-Direttiva 98/8/KE.

(12)

Id-Direttiva 98/8/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan.

(13)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE huwa emendat skont l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar 2011.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Frar 2012.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, id-9 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.

(3)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.


ANNESS

L-entrata li ġejja għas-sustanza fosfid tal-manjeżju li jirrilaxxa l-fosfina tiddaħħal fl-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE:

Nru:

Isem Komuni

Isem IUPAC

Numri ta’ Identifikazzjoni

Purezza minima tas-sustanza attiva fil-prodott bijoċidali kif jitqiegħed fis-suq

Data tal-inklużjoni

Skadenza sa meta għandu jkun hemm konformità mal-Artikolu 16(3)

(ħlief għall-prodotti li fihom iktar minn sustanza attiva waħda, li għalihom id-data ta' skadenza għall-konformità mal-Artikolu 16(3) għandha tkun dik stipulata fl-aħħar deċiżjoni minn dawk dwar l-inklużjoni marbuta mas-sustanzi attivi tagħhom)

Data ta’ skadenza tal-inklużjoni

Tip ta’ prodott

Dispożizzjonijiet speċifiċi (*)

“26

Fosfid tal-manjeżju li jirrilaxxa l-fosfina

Difosfid tat-trimanjeżju

Nru tal-KE: 235-023-7

Nru tas-CAS: 12057-74-8

880 g/kg

1 ta’ Frar 2012

31 ta’ Jannar 2014

31 ta’ Jannar 2022

18

Meta l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' prodott tkun qed tiġi evalwata, skont l-Artikolu 5 u l-Anness VI, l-Istati Membri għandhom jevalwaw, meta rilevanti għall-prodott partikolari, dawk ix-xenarji ta’ użu jew esponiment u dawk ir-riskji għall-kompartimenti jew popolazzjonijiet li ma ġewx indirizzati rappreżentattivament fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni. B’mod partikolari, fejn rilevanti, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-użu fuq barra.

Meta tingħata l-awtorizzazzjoni għal prodott, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu pprovduti provi xierqa għar-residwi sabiex ikun jista' jkun hemm valutazzjoni tar-riskju għall-konsumatur, u li jittieħdu miżuri xierqa jew jiġu imposti kundizzjonijet speċifiċi sabiex jittaffew ir-riskji identifikati.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Il-prodotti għandhom jiġu fornuti u jintużaw biss minn professjonisti mħarrġin apposta fil-forma ta' prodotti lesti għall-użu.

(2)

Fid-dawl tar-riskji li ġew identifikati għall-operaturi, jeħtieġ li jkunu applikati miżuri adegwati għat-taffija tar-riskju. Dawn jinkludu, fost l-oħrajn, l-użu ta' tagħmir personali u respiratorju protettiv , l-użu ta' applikaturi u l-preżentazzjoni tal-prodott f'forma maħsuba biex tnaqqas l-esponiment tal-operaturi għal livell aċċettabbli. Għall-użu fuq ġewwa, dawn jinkludu wkoll il-ħarsien tal-operaturi u tal-ħaddiema waqt il-fumigazzjoni, il-ħarsien tal-ħaddiema meta jerġgħu jidħlu (wara l-fumigazzjoni), u l-ħarsien tan-nies fil-qrib kontra t-tnixxija ta' gassijiet.

(3)

Għall-prodotti li fihom il-fosfid tal-manjeżju li jistgħu jwasslu għal residwi fl-ikel jew fl-għalf, it-tikketti u/jew l-iskedi tad-dejta ta' sikurezza għall-prodotti awtorizzati għandu jkollhom struzzjonijiet għall-użu, bħall-aderenza għall-perjodi ta' stennija, li jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).”


(*)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm


10.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/37


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/8/UE

tad-9 ta’ Frar 2010

li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-warfarin sodium bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE. Dik il-lista tinkludi l-warfarin sodium.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-warfarin sodium ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fil-prodotti tat-tip 14, rodentiċidi, kif iddefiniti fl-Anness V għad-Direttiva 98/8/KE.

(3)

L-Irlanda nħatret l-Istat Membru Rapporteur u fit-3 ta’ Ottubru 2005 ssottomettiet ir-rapport tagħha, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(4) u 14(6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(4)

Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sejbiet mill-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fis-17 ta’ Settembru 2009, f’rapport ta’ valutazzjoni.

(5)

Mill-eżamijiet li saru jidher li prodotti bijoċidali li jintużaw bħala rodentiċidi u li jkun fihom il-warfarin sodium jistgħu jiġu preżunti li ma jippreżentawx riskju għall-bnedmin għajr għal inċidenti aċċidentali li jinvolvu t-tfal. Ġie identifikat riskju għall-annimali li mhumiex fil-mira. Madankollu, il-warfarin sodium għalissa qed jitqies bħala essenzjali għal raġunijiet ta' saħħa u iġjene pubblika. Għalhekk huwa xieraq li l-warfarin sodium jiġi inkluż fl-Anness I, sabiex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti bijoċidali użati bħala rodentiċidi u li fihom il-warfarin sodium jistgħu jingħataw, jiġu mmodifikati jew ikkanċellati skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE.

(6)

Fid-dawl tas-sejbiet tar-rapport ta' valutazzjoni, huwa xieraq li jkun rikjest li fil-livell tal-awtorizzazzjoni tal-prodotti jiġu applikati miżuri speċifiċi għat-taffija tar-riskji fuq prodotti li jkun fihom il-warfarin sodium u li jintużaw bħala rodentiċidi. Miżuri ta' dan it-tip għandu jkollhom l-għan li jillimitaw ir-riskju ta’ esponiment primarju u sekondarju tal-bnedmin u tal-annimali li mhumiex fil-mira. Għal dan il-għan, ċerti restrizzjonijiet bħall-konċentrazzjoni massima, il-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tas-sustanza attiva fi prodotti li mhumiex lesti biex jintużaw u l-użu ta’ aġenti avversivi għandhom jiġu imposti fuq ir-rodentiċidi kollha li fihom il-warfarin sodium, filwaqt li kundizzjonijiet oħra għandhom jiġu imposti mill-Istati Membri fuq il-bażi ta’ każ b’każ.

(7)

Fid-dawl tar-riskji identifikati, il-warfarin sodium għandu jiġi inkluż fl-Anness I għal ħames snin biss, u għandu jkun suġġett għal valutazzjoni komparattiva tar-riskji skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(5)(i) tad-Direttiva 98/8/KE qabel ma tiġġedded l-inklużjoni tiegħu fl-Anness I.

(8)

Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu applikati b’mod simultanju fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi żgurat trattament ugwali tal-prodotti bijoċidali fis-suq li fihom is-sustanza attiva warfarin sodium, u biex jiffaċilitaw it-tħaddim kif suppost tas-suq tal-prodotti bijoċidali inġenerali.

(9)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiddaħħal fl-Anness I sabiex jippermetti lill-Istati Membri jġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva.

(10)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex jippermetti lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati jħejju rwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda involuti, u biex jiġi żgurat li l-applikanti li jkunu ħejjew id-dossiers ikunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-perjodu ta’ għaxar snin ta’ protezzjoni tad-dejta, li skont l-Artikolu 12(1)(c)(ii) tad-Direttiva 98/8/KE, jibda mid-data tal-inklużjoni.

(11)

Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġonevoli biex jimplimentaw l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE, u b’mod partikolari biex jagħtu, jimmodifikaw jew jikkanċellaw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali fil-prodotti tat-tip 14 li fihom il-warfarin sodium biex jiżguraw li dawn jikkonformaw mad-Direttiva 98/8/KE.

(12)

Id-Direttiva 98/8/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan.

(13)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE huwa emendat skont l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar 2011.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Frar 2012.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.


ANNESS

L-entrata li ġejja għas-sustanza warfarin sodium għandha tiżdied fl-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE:

Nru

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri ta’ Identifikazzjoni

Purezza minima tas-sustanza attiva fil-prodott bijoċidali kif jitqiegħed fis-suq

Data tal-inklużjoni

Skadenza sa meta għandu jkun hemm konformità mal-Artikolu 16(3)

(għajr għall-prodotti li fihom aktar minn sustanza attiva waħda, li għalihom l-iskadenza sa meta għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 16(3) għandha tkun dik stipulata fl-aħħar deċiżjoni minn dawk dwar l-inklużjoni marbuta mas-sustanzi attivi tagħha)

Data ta’ skadenza tal-inklużjoni

Tip ta’ prodott

Dispożizzjonijiet speċifiċi (*)

“33

Warfarin sodium

Sodium 2-oxo-3-(3-oxo-1-phenylbutyl)chromen-4-olate

Nru tal-KE: 204-929-4

Nru tas-CAS: 129-06-6

910  gm/kg

l-1 ta’ Frar 2012

il-31 ta’ Jannar 2014

il-31 ta’ Jannar 2017

14

Is-sustanza attiva għanda tiġi soġġetta għal valutazzjoni tar-riskji komparattiva skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(5)(i) tad-Direttiva 98/8/KE qabel ma tiġġedded l-inklużjoni tagħha f’dan l-Anness.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Il-konċentrazzjoni nominali tas-sustanza attiva ma għandhiex taqbeż 790 mg/kg u għandhom jiġu awtorizzati biss il-prodotti lesti għall-użu.

(2)

Il-prodotti għandu jkun fihom aġent avversiv u, fejn xieraq, żebgħa.

(3)

Esponiment primarju u sekondarju tal-bnedmin, tal-annimali li mhumiex fil-mira u tal-ambjent jiġu mnaqqsa kemm jista' jkun, billi jiġu kkunsidrati u applikati l-miżuri kollha xierqa u disponibbli għat-taffija tar-riskji. Fost l-oħrajn, dawn jinkludu l-possibbiltà ta' restrizzjoni għall-użu professjonali biss, l-iffissar ta’ limitu għall-akbar daqs tal-pakkett u l-istipular tal-obbligi biex jintużaw kaxxi tal-lixki siguri u reżistenti għat-tbagħbis.”


(*)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm


10.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/40


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/9/UE

tad-9 ta’ Frar 2010

li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex testendi l-inklużjoni fl-Anness I tagħha tas-sustanza attiva fosfid tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina għat-tip ta' prodott 18 kif definit fl-Anness V tagħha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE. Dik il-lista tinkludi l-fosfid tal-aluminju.

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/95/KE tal-31 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-fosfid tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (3) inkludiet il-fosfid tal-aluminju bħala sustanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fil-prodotti tat-tip 14, rodentiċidi, kif iddefiniti fl-Anness V għad-Direttiva 98/8/KE.

(3)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-fosfid tal-aluminju issa ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fil-prodotti tat-tip 18, insettiċidi, kif iddefiniti fl-Anness V għal dik id-Direttiva.

(4)

Il-Ġermanja nħatret bħala l-Istat Membru Rapporteur u ressqet ir-rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fis-26 ta’ Ottubru 2007 skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(5)

Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, ir-riżultati tal-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fis-17 ta' Settembru 2009, f’rapport ta’ valutazzjoni.

(6)

Mill-eżamijiet li saru, jidher li l-prodotti bijoċidali użati bħala insettiċidi u li fihom il-fosfid tal-aluminju jistgħu jiġu preżunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE. Għalhekk huwa xieraq li l-fosfid tal-aluminju jiġi inkluż fl-Anness I sabiex ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti bijoċidali użati bħala insettiċidi u li fihom il-fosfid tal-aluminju jistgħu jingħataw, jiġu mmodifikati jew ikkanċellati skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttivi 98/8/KE.

(7)

Ma ġewx evalwati l-użi potenzjali kollha fil-livell tal-Unjoni. Għaldaqstant huwa xieraq li l-Istati Membri jivvalutaw dawk ix-xenarji ta' użu jew esponiment u dawk ir-riskji għall-kompartimenti u l-popolazzjonijiet li għadhom ma ġewx indirizzati b'mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskju li saret fil-livell tal-Unjoni, u li, meta jkunu qed jagħtu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodott, jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa jew li jiġu imposti kundizzjonijiet speċifiċi sabiex ir-riskji identifikati jittaffew għal livelli aċċettabbli. B'mod partikolari, fejn rilevanti, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-użu fuq barra, li ma ġiex indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni.

(8)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet tar-rapport ta' valutazzjoni, huwa f'loku li jkun hemm l-esiġenza li l-prodotti li fihom il-fosfid tal-aluminju u li jintużaw bħala insettiċidi jkunu awtorizzati biss għall-użu minn professjonali mħarrġa skont l-Artikolu 10(2)(i)(e) tad-Direttiva 98/8/KE, u li jittieħdu miżuri speċifiċi ta' taffija tar-riskju fil-livell tal-awtorizzazzjoni ta' prodotti ta' dan it-tip. Dawn il-miżuri għandu jkollhom il-mira li jillimitaw għal livell aċċettabbli l-esponiment tal-utenti u tal-annimali mhux fil-mira għall-fosfid tal-aluminju

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (4) jistabbilixxi limiti massimi għar-residwi tal-fosfid tal-aluminju li huma preżenti fi jew fuq l-ikel u l-għalf. Skont l-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, il-limiti massimi tar-residwu japplikaw għal kull residwu tal-pestiċidi, inklużi dawk li għandhom mnejn jirriżultaw mill-użu bħala bijoċidu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu pprovduti provi xierqa għar-residwi mal-awtorizzazzjoni tal-prodott sabiex ikun jista' jkun hemm valutazzjoni tar-riskju għall-konsumatur. Barra minn hekk, it-tiketti u/jew l-iskedi tad-dejta ta' sikurezza għall-prodotti awtorizzati għandu jkollhom struzzjonijiet għall-użu, bħall-aderenza għall-perjodi ta' stennija, li jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(10)

Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu applikati b’mod simultanju fl-Istati Membri kollha sabiex jiżguraw trattament ugwali tal-prodotti bijoċidali fis-suq li fihom is-sustanza attiva fosfid tal-aluminju u wkoll biex jiffaċilitaw l-operat kif suppost tas-suq tal-prodotti bijoċidali b'mod ġenerali.

(11)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex jippermetti lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati jħejju rwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda involuti, u biex jiġi żgurat li l-applikanti li jkunu ħejjew id-dossiers ikunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-perjodu ta’ 10 snin ta’ protezzjoni tad-dejta, li skont l-Artikolu 12(1)(c)(ii) tad-Direttiva 98/8/KE jibda mid-data tal-inklużjoni.

(12)

Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġonevoli biex jimplimentaw l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE u b’mod partikolari biex jagħtu, jimmodifikaw jew jikkanċellaw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali fil-prodotti tat-tip 18 li fihom il-fosfid tal-aluminju biex jiżguraw li dawn jikkonformaw mad-Direttiva 98/8/KE.

(13)

Id-Direttiva 98/8/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan.

(14)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE huwa emendat skont l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar 2011.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Frar 2012.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.

(3)  ĠU L 201, 1.8.2009, p. 54.

(4)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.


ANNESS

Dan li ġej qed jiżdied mal-entrata “Nru 20” fl-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE:

Nru

Isem Komuni

Isem IUPAC

Numri ta’ Identifikazzjoni

Purezza minima tas-sustanza attiva fil-prodott bijoċidali kif jitqiegħed fis-suq

Data tal-inklużjoni

Skadenza sa meta għandu jkun hemm konformità mal-Artikolu 16(3)

(ħlief għall-prodotti li fihom iktar minn sustanza attiva waħda, li għalihom id-data ta' skadenza għall-konformità mal-Artikolu 16(3) għandha tkun dik stipulata fl-aħħar deċiżjoni minn dawk dwar l-inklużjoni marbuta mas-sustanzi attivi tagħhom)

Data ta’ skadenza tal-inklużjoni

Tip ta’ prodott

Dispożizzjonijiet speċifiċi (*)

 

 

 

“830  gm/kg

1 ta’ Frar 2012

31 ta’ Jannar 2014

31 ta’ Jannar 2022

18

Meta l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' prodott tkun qed tiġi evalwata, skont l-Artikolu 5 u l-Anness VI, l-Istati Membri għandhom jevalwaw, meta rilevanti għall-prodott partikolari, dawk ix-xenarji ta’ użu jew esponiment u dawk ir-riskji għall-kompartimenti jew popolazzjonijiet li ma ġewx indirizzati rappreżentattivament fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni. B’mod partikolari, fejn rilevanti, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-użu fuq barra.

Meta tingħata l-awtorizzazzjoni għal prodott, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu pprovduti provi xierqa għar-residwi sabiex ikun jista' jkun hemm valutazzjoni tar-riskju għall-konsumatur, u li jittieħdu miżuri xierqa jew jiġu imposti kundizzjonijet speċifiċi sabiex jittaffew ir-riskji identifikati.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Il-prodotti għandhom jiġu fornuti u jintużaw biss minn professjonisti mħarrġin apposta fil-forma ta' prodotti lesti għall-użu.

(2)

Fid-dawl tar-riskji li ġew identifikati għall-operaturi, jeħtieġ li jkunu applikati miżuri adegwati għat-taffija tar-riskju. Dawn jinkludu, fost l-oħrajn, l-użu ta' tagħmir personali u respiratorju protettiv , l-użu ta' applikaturi u l-preżentazzjoni tal-prodott f'forma maħsuba biex tnaqqas l-esponiment tal-operaturi għal livell aċċettabbli. Għall-użu fuq ġewwa, dawn jinkludu wkoll il-ħarsien tal-operaturi u tal-ħaddiema waqt il-fumigazzjoni, il-ħarsien tal-ħaddiema meta jerġgħu jidħlu (wara l-fumigazzjoni), u l-ħarsien tan-nies fil-qrib kontra t-tnixxija ta' gassijiet.

(3)

Għall-prodotti li fihom il-fosfid tal-aluminju li jistgħu jwasslu għal residwi fl-ikel jew fl-għalf, it-tiketti u/jew l-iskedi tad-dejta ta' sikurezza għall-prodotti awtorizzati għandu jkollhom struzzjonijiet għall-użu, bħall-aderenza għall-perjodi ta' stennija, li jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).”


(*)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm


10.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/44


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/10/UE

tad-9 ta’ Frar 2010

li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-brodifacoum bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE. Dik il-lista tinkludi l-brodifacoum.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-brodifacoum ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fil-prodott tat-tip 14, rodentiċidi, kif iddefinit fl-Anness V għad-Direttiva 98/8/KE.

(3)

L-Italja nħatret bħala l-Istat Membru Referent u ressqet ir-rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fid-5 ta' Ġunju 2005 skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(4)

Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sejbiet tal-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fis-17 ta' Settembru 2009, f’rapport ta’ valutazzjoni.

(5)

Mill-eżamijiet li saru, jidher li prodotti bijoċidali li jintużaw bħala rodentiċidi u jkun fihom il-brodifacoum jistgħu jkunu mistennija li ma jippreżentawx riskju għall-bnedmin ħlief għal inċidenti aċċidentali li jinvolvu t-tfal. Ġie identifikat riskju għall-annimali li mhumiex fil-mira u l-ambjent. Madankollu, ir-rodituri fil-mira huma annimali qerrieda u għalhekk huma ta’ periklu għas-saħħa pubblika. Barra minn hekk, għadu ma ġiex stabbilit jekk jeżistux alternattivi adegwati għall-brodifacoum, li jkunu fl-istess waqt daqstant effikaċi u anqas ta’ ħsara għall-ambjent. Għalhekk huwa xieraq li l-brodifacoum jiġi inkluż fl-Anness I għal perjodu limitat, sabiex ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti bijoċidali użati bħala rodentiċidi u li fihom il-brodifacoum jistgħu jingħataw, jiġu mmodifikati jew ikkanċellati skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE.

(6)

Fid-dawl tas-sejbiet tar-rapport ta' valutazzjoni, huwa xieraq li jkun rikjest li fil-livell tal-awtorizzazzjoni tal-prodotti jiġu applikati miżuri speċifiċi għat-taffija tar-riskju fuq prodotti li jkun fihom id-brodifacoum u li jintużaw bħala rodentiċidi. Miżuri tali għandhom jiġu mmirati biex ikun limitat ir-riskju primarju u sekondarju ta' l-esponiment tal-bnedmin u annimali li mhumiex fil-mira kif ukoll l-effetti għal tul ta' żmien fuq l-ambjent. Għaldaqstant, ċertu restrizzjonijiet bħall-konċentrazzjoni massima, il-projbizzjoni tat-tmexxija kummerċjali tas-sustanza attiva fi prodotti użati bħala trab għat-traċċar jew fi prodotti li mhumiex lesti biex jintużaw, u l-użu ta’ aġenti avversivi għandhom jiġu imposti fuq il-prodotti kollha, filwaqt li kundizzjonijiet oħra għandhom jiġu imposti mill-Istati Membri fuq il-bażi ta’ każ b’każ.

(7)

Minħabba r-riskji identifikati u l-karatteristiċi tagħha, li jagħmluha potenzjalment persistenti, suxxettibbli għall-bijoakkumulazzjoni u tossika, jew persistenti ħafna u suxxettibbli ħafna għall-bijoakkumulazzjoni, id-brodifacoum għandha tiġi inkluża fl-Anness I għal ħames snin biss u għandha tkun suġġetta għal valutazzjoni tar-riskju komparattiva skont it-tieni subparagrau tal-Artikolu 10(5)(i) tad-Direttiva 98/8/KE qabel ma tiġġedded l-inklużjoni tagħha fl-Anness I.

(8)

Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu applikati b’mod simultanju fl-Istati Membri kollha sabiex jiżguraw trattament ugwali tal-prodotti bijoċidi fis-suq li fihom is-sustanza attiva tal-brodifacoum u wkoll biex jiffaċilitaw l-operat kif suppost tal-prodotti bijoċidi in ġenerali.

(9)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex jippermetti lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati jippreparaw rwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda involuti u biex jiġi żgurat li l-applikanti li jkunu ppreparaw id-dokumentazzjoni jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-perjodu ta’ 10 snin ta’ protezzjoni tad-dejta, li skont l-Artikolu 12(1)(c)(ii) tad-Direttiva 98/8/KE, jibda mid-data tal-inklużjoni.

(10)

Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġonevoli biex jimplimentaw l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE, u b’mod partikolari, biex jagħtu, jimmodifikaw jew jikkanċellaw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidi fil-prodotti tat-tip 14 li fihom il-brodifacoum biex jiżguraw li dawn jikkonformaw mad-Direttiva 98/8/KE.

(11)

Id-Direttiva 98/8/KE għalhekk għandha tiġi emendata kif jixraq.

(12)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE huwa emendat skont l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2011.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Frar 2012.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, id-9 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.


ANNESS

L-annotazzjoni li ġejja għas-sustanza brodifacoum għandha tiddaħħal fl-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE:

Nru

Isem Komuni

Isem IUPAC

Numri ta’ Identifikazzjoni

Purezza minima tas-sustanza attiva fil-prodott bijoċidali kif jitqieħed fis-suq

Data tal-inklużjoni

Skadenza sa meta għandu jkun hemm konformità mal-Artikolu 16(3)

(ħlief għall-prodotti li fihom iktar minn sustanza attiva waħda, li għalihom l-iskadenza sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 16(3) għandha tkun dik stipulata fl-aħħar deċiżjonijiet tal-inklużjoni marbuta mas-sustanzi attivi tagħhom)

Data ta’ skadenza tal-inklużjoni

Tip ta’ prodott

Disposizzjonijiet speċifiċi (*)

“16

brodifacoum

3-[3-(4'-bromobiphenyl-4-yl)-1,2,3,4-tetrahydro-1-napthyl]-4-hydroxycoumarin

Nru tal-KE: 259-980-5

Nru CAS: 56073-10-0

950  g/kg

l-1 ta' Frar 2012

il-31 ta’ Jannar 2014

il-31 ta’ Jannar 2017

14

Fid-dawl tal-fatt li l-karatteristiċi tas-sustanza attiva jagħmluha potenzjalment persistenti, suxxettibbli għall-bijoakkumulazzjoni u tossiku, jew persistenti ħafna u suxxettibbli ħafna għall-bijoakkumulazzjoni, is-sustanza attiva għandha tiġi suġġetta għal valutazzjoni tar-riskju kumparattiva skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(5)(i) tad-Direttiva 98/8/KE qabel ma tiġġedded l-inklużjoni tagħha f'dan l-Anness.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet ikunu suġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Il-konċentrazzjoni nominali tas-sustanza attiva fil-prodotti ma għandhiex taqbeż il-50 mg/kg u se jkunu awtorizzati biss il-prodotti lesti għall-użu.

(2)

Il-prodotti għandu jkun fihom aġent avversiv u, fejn xieraq, żebgħa.

(3)

Il-prodotti ma għandhomx jintużaw bħala trab għat-traċċar.

(4)

Esponiment primarju kif ukoll sekondarju tal-bnedmin, tal-annimali li mhumiex fil-mira u tal-ambjent jitnaqqas, billi jiġu kkunsidrati u applikati l-miżuri kollha xierqa u disponibbli għat-taffija tar-riskji. Fost l-oħrajn, dawn jinkludu r-restrizzjoni għall-użu professjonali biss, l-iffissar ta’ limitu massimu għad-daqs tal-pakkett u l-istipular tal-obbligi biex jintużaw kaxxi tal-lixki reżistenti għat-tbagħbis u siguri.”


(*)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm


10.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/47


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/11/UE

tad-9 ta’ Frar 2010

li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-warfarin bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE. Dik il-lista tinkludi l-warfarin.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-warfarin ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fil-prodotti tat-tip 14, rodentiċidi, kif iddefinit fl-Anness V għad-Direttiva 98/8/KE.

(3)

L-Irlanda nħatret bħala l-Istat Membru Rapporteur u fit-3 ta’ Ottubru 2005 ssottomettiet ir-rapport tagħha, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(4) u 14(6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(4)

Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, fis-17 ta’ Settembru 2009, is-sejbiet tal-analiżi ġew inkorporati f’rapport ta’ valutazzjoni, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali.

(5)

Mill-eżamijiet li saru jidher li prodotti bijoċidali li jintużaw bħala rodentiċidi u li jkun fihom il-warfarin jistgħu jiġu preżunti li ma jippreżentawx riskju għall-bnedmin għajr għal inċidenti aċċidentali li jinvolvu t-tfal. Ġie identifikat riskju għall-annimali li mhumiex fil-mira. Madankollu, il-warfarin għalissa qed jitqies bħala essenzjali għal raġunijiet ta’ saħħa u iġjene pubblika. Għalhekk huwa xieraq li l-warfarin jiġi inkluż fl-Anness I, sabiex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti bijoċidali użati bħala rodentiċidi u li fihom il-warfarin jistgħu jingħataw, jiġu mmodifikati jew ikkanċellati skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE.

(6)

Fid-dawl tas-sejbiet tar-rapport ta’ valutazzjoni, huwa xieraq li jkun rikjest li fil-livell tal-awtorizzazzjoni tal-prodotti jiġu applikati miżuri speċifiċi għat-taffija tar-riskji fuq prodotti li jkun fihom il-warfarin u li jintużaw bħala rodentiċidi. Miżuri ta’ dan it-tip għandu jkollhom l-għan li jillimitaw ir-riskju ta’ esponiment primarju u sekondarju tal-bnedmin u tal-annimali li mhumiex fil-mira. Għal dan il-għan, ċerti restrizzjonijiet bħall-konċentrazzjoni massima, il-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tas-sustanza attiva fi prodotti li mhumiex lesti biex jintużaw, u l-użu ta’ aġenti avversivi, għandhom jiġu imposti fuq ir-rodentiċidi kollha li fihom il-warfarin, filwaqt li kundizzjonijiet oħra għandhom jiġu imposti mill-Istati Membri fuq il-bażi ta’ każ b’każ.

(7)

Fid-dawl tar-riskji identifikati, il-warfarin għandu jiġi inkluż fl-Anness I għal ħames snin biss, u għandu jkun suġġett għal valutazzjoni komparattiva tar-riskji skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(5)(i) tad-Direttiva 98/8/KE qabel ma tiġġedded l-inklużjoni tiegħu fl-Anness I.

(8)

Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu applikati b’mod simultanju fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi żgurat trattament ugwali tal-prodotti bijoċidali fis-suq li fihom is-sustanza attiva warfarin, u biex jiffaċilitaw it-tħaddim kif suppost tas-suq tal-prodotti bijoċidali inġenerali.

(9)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiddaħħal fl-Anness I sabiex jippermetti lill-Istati Membri jġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva.

(10)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex jippermetti lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati jħejju rwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda involuti, u biex jiġi żgurat li l-applikanti li jkunu ħejjew id-dossiers ikunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-perjodu ta’ għaxar snin ta’ protezzjoni tad-dejta, li skont l-Artikolu 12(1)(c)(ii) tad-Direttiva 98/8/KE jibda mid-data tal-inklużjoni.

(11)

Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġonevoli biex jimplimentaw l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE u b’mod partikolari biex jagħtu, jimmodifikaw jew jikkanċellaw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali fil-prodotti tat-tip 14 li fihom il-warfarin biex jiżguraw li dawn jikkonformaw mad-Direttiva 98/8/KE.

(12)

Għalhekk, id-Direttiva 98/8/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(13)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE huwa emendat skont l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2011.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Frar 2012.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.


ANNESS

L-entrata li ġejja għas-sustanza warfarin għandha tiżdied fl-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE:

Nru

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri ta’ Identifikazzjoni

Purezza minima tas-sustanza attiva fil-prodott bijoċidali kif jitqiegħed fis-suq

Data tal-inklużjoni

Skadenza sa meta għandu jkun hemm konformità mal-Artikolu 16(3)

(għajr għall-prodotti li fihom aktar minn sustanza attiva waħda, li għalihom l-iskadenza sa meta għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 16(3) għandha tkun dik stipulata fl-aħħar deċiżjoni minn dawk dwar l-inklużjoni marbuta mas-sustanzi attivi tagħha)

Data ta’ skadenza tal-inklużjoni

Tip ta’ prodott

Dispożizzjonijiet speċifiċi (*)

“32

Warfarin

(RS)-4-hydroxy-3-(3-oxo-1-phenylbutyl)coumarin

Nru tal-KE: 201-377-6

Nru tas-CAS: 81-81-2

990 gm/kg

fl-1 ta’ Frar 2012.

fil-31 ta’ Jannar 2014.

fil-31 ta’ Jannar 2017.

14

Is-sustanza attiva għanda tiġi soġġetta għal valutazzjoni tar-riskji komparattiva skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(5)(i) tad-Direttiva 98/8/KE qabel ma tiġġedded l-inklużjoni tagħha f’dan l-Anness.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Il-konċentrazzjoni nominali tas-sustanza attiva ma għandhiex taqbeż 790 mg/kg u għandhom jiġu awtorizzati biss il-prodotti lesti għall-użu.

(2)

Il-prodotti għandu jkun fihom aġent avversiv u, fejn xieraq, żebgħa.

(3)

Esponiment primarju u sekondarju tal-bnedmin, tal-annimali li mhumiex fil-mira u tal-ambjent jiġu mnaqqsa kemm jista’ jkun, billi jiġu kkunsidrati u applikati l-miżuri kollha xierqa u disponibbli għat-taffija tar-riskji. Fost l-oħrajn, dawn jinkludu l-possibbiltà ta’ restrizzjoni għall-użu professjonali biss, l-iffissar ta’ limitu għall-akbar daqs tal-pakkett u l-istipular tal-obbligi biex jintużaw kaxxi tal-lixki siguri u reżistenti għat-tbagħbis.”


(*)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm


DEĊIŻJONIJIET

10.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/50


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Jannar 2010

li tħassar id-Deċiżjoni 2009/472/KE u li tikkonċerna s-segwitu għall-proċedura ta' konsultazzjoni mar-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE

(2010/73/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, ffirmat f'Kotonù fit-23 ta' Ġunju 2000 (1), kif rivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (2) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ 'il-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE), u b'mod partikolari l-Artikolu 96 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fil-Kunsill, dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu u l-proċeduri li għandhom ikunu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja implimentat is-soluzzjoni kunsenswali biex tintemm il-kriżi hekk kif definita mill-miżuri adattati stabbiliti permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/472/KE tas-6 ta' April 2009 dwar il-konklużjoni tal- konsultazzjonijiet mar-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE (4).

(2)

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja reġgħet lura għall-ordni kostituzzjonali.

(3)

Sabiex jingħata kontribut għall-istabbiltà tal-pajjiż u sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet ġodda ta' ksur tal-elementi essenzjali msemmija fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE, jeħtieġ li jiġi promoss djalogu nazzjonali inklużiv li jintegra l-atturi politiċi u soċjali kollha rilevanti u interessati u sabiex terġa tibda l-kooperazzjoni.

(4)

Għalhekk d-Deċiżjoni 2009/472/KE għandha tiġi revokata, u d-djalogu politiku mar-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għandu jissokta bil-għan li tissaħħaħ id-demokrazija, jiġi evitat tibdil antikostituzzjonali tal-gvern, issir riforma tal-istituzzjonijiet u r-rwol tal-forzi armati, il-governanza politika u ekonomika tajba, jissaħħaħ l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem u jerġa' jinkiseb il-bilanċ tal-istituzzjonijiet u tas-setgħat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2009/472/KE hija b'dan revokata.

Artikolu 2

Id-djalogu politiku mar-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja taħt l-Artikolu 8 tal-Ftehim AKP-KE għandu jsir fil-forma stabbilita fl-ittra li tidher fl-anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tiskadi fil-25 ta' Jannar 2012. Din tista' tiġi eżaminata mill-ġdid, jekk meħtieġ, abbażi ta' missjonijiet ta' segwitu tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.

(3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 376.

(4)  ĠU L 156, 19.6.2009, p. 26.


ANNESS

Sinjur,

Huwa b'sodisfazzjon kbir li ninnotaw ir-ritorn tal-Mawritanja għall-ordni kostituzzjonali wara l-implimentazzjoni tal-parti kbira tal-miżuri previsti fil-Ftehim ta' Dakar, li wasslu għall-kulminazzjoni tal-ħatra tiegħek bħala Kap ta' l-Istat. Għalhekk bi pjaċir nixtiequ nikkonfermawlek l-issoktar bis-sħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja.

Ninnutaw li, b'konformità mal-Artikolu 4-VII tal-Ftehim ta' Dakar, il-forzi politiċi differenti li ffirmaw il-Ftehim daħlu f'impenn bil-għan ta' tkomplija u intensifikazzjoni ta' djalogu nazzjonali inklużiv sabiex tiġi kkonsolidata r-rikonċiljazzjoni nazzjonali u d-demokrazija. Kif intqal mill-membri tal-Grupp Internazzjonali ta' Kuntatt fl-aħħar laqgħa tagħhom fl-10 ta' Settembru 2009, huwa mixtieq li dan id-djalogu jsir. Huwa diġà ta' inkoraġġiment li ninnutaw id-disponibbiltà tal-partijiet differenti li jieħdu sehem f'dan id-djalogu. Jidher ċar li ċerti problemi sottostanti li ssemmew bħala fost il-kawżi għall-kolp ta' Stat tas-6 ta' Awwissu 2008 għadhom ma ġewx riżolti. Fil-lista tas-suġġetti tad-djalogu msemmija fil-Ftehim ta' Dakar huma inklużi t-tisħiħ tad-demokrazija, il-prevenzjoni tat-tibdil antikostituzzjonali ta' gvern, ir-riforma tal-istituzzjonijiet u r-rwol tal-forzi armati, il-governanza politika u ekonomika tajba, it-tisħiħ tal-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem kif ukoll il-kisba mill-ġdid tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet u tas-setgħat. It-theddid għas-sigurtà li tfaċċa fil-Mawritanja jissottolinja il-ħtieġa, f'dan id-djalogu, biex jiġu indirizzati kwistjonijiet relatati mas-sigurtà, inkuża r-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp.

L-Unjoni Ewropea tagħti importanza kbira lil dawn il-kwistjonijiet kollha relatati mal-istabbiltà tal-pajjiż tiegħek, inkluż dawk imsemmija hawn fuq. Peress li dawn huma suġġetti ta' interess reċiproku u minħabba l-iskala tal-kooperazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Mawritanja fil-qasam tal-governanza, qed nipproponu li d-djalogu politiku bejn il-Mawritanja u l-Unjoni Ewropea, kif previst fl-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE, jissaħħaħ u jsir regolari u strutturat. L-arranġamenti prattiċi u t-termini ta' referenza għal dan id-djalogu ser ikollhom jiġu stabbiliti bi ftehim komuni bejn il-Gvern tiegħek u l-kapijiet tal-missjonijiet diplomatiċi tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja.

Wieħed mill-objettivi ta' dan id-djalogu ser ikun il-promozzjoni tad-djalogu nazzjonali inklużiv imsemmi hawn fuq u l-monitoraġġ mill-qrib tar-riżultati tiegħu. Nemmnu li l-prekondizzjonijiet u d-diffikultajiet li għamlu diffiċli t-tnedija ta' dan id-djalogu jistgħu jiġu riżolti kieku l-partijiet differenti tal-Mawritanja kellhom jiffukaw id-diskussjonijiet tagħhom fuq il-futur u jwarrbu t-talbiet u t-tilwim relatat mal-passat reċenti.

Bħala konklużjoni, l-Unjoni Ewropea ser tappoġġa l-isforzi tal-Mawritanja biex tegħleb id-diffikultajiet soċjoekonomiċi u politiċi li qed tgħaddi minnhom minħabba l-perijodu twil ta' kriżi politika marbuta mal-kolp ta' Stat ta' Awwissu 2008, il-kriżi ekonomika globali u t-theddid ġdid għas-sigurtà u tat-terroriżmu.

Għoddna dejjem tiegħek,

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kummissjoni Ewropea

José Manuel BARROSO

Għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

C. ASHTON


10.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta’ Frar 2010

li temenda d-Deċiżjoni 2005/629/KE li tistabbilixxi Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd

(2010/74/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/629/KE (2) tistabbilixxi Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (“STECF”) [verżjoni mhux uffiċjali] li jagħti lill-Kummissjoni parir mingħand xjenzati li għandhom kwalifiki għolja.

(2)

Id-Deċiżjoni 2005/629/KE tistabbilixxi proċeduri dwar il-ħatra tal-membri tal-iSTECF, il-mandat tal-membri tiegħu, l-istediniet tal-esperti esterni, il-ħolqien ta’ Gruppi ta’ Ħidma u proċeduri għall-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-iSTECF. Dawk il-proċeduri għandhom ikunu ssimplifikati u jagħtu lok li jittieħdu deċiżjonijiet amministrattivi fil-livell xieraq.

(3)

Sabiex tiġi evitata l-konfużjoni mas-sussidji għall-għajxien ta’ kuljum imħallsa lill-esperti privati mistiedna mill-Kummissjoni, is-sussidji addizzjonali li għandhom jiġu allokati skont id-Deċiżjoni 2005/629/KE lill-membri tal-iSTECF u lill-esperti esterni li jipparteċipaw fil-laqgħat tal-iSTECF, għandhom jissejħu “kumpens”.

(4)

Id-Deċiżjoni 2005/629/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu waħdieni

Id-Deċiżjoni 2005/629/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4(1) jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha taħtar il-membri tal-iSTECF minn lista ta’ kandidati xierqa. Dik il-lista għandha tiġi stabbilita wara li tiġi ppubblikata sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet fuq is-sit tal-Kummissjoni”.

(2)

Fl-Artikolu 7, l-espressjoni “bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni” tinbidel bl-espressjoni “wara li jiġi kkonsultat id-dipartiment tal-Kummissjoni li jkun responsabbli mill-fajl”.

(3)

Fl-Artikolu 8, l-espressjoni “bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni” tinbidel bl-espressjoni “wara li jiġi kkonsultat id-dipartiment tal-Kummissjoni li jkun responsabbli mill-fajl”.

(4)

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-intestatura għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Rimborż u kumpens”

(b)

il-paragrafu 1 huwa mibdul b’dan li ġej:

“1.   Il-membri tal-iSTECF u l-esperti esterni għandhom ikunu intitolati għall-kumpens għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-iSTECF kif ipprovdut fl-Anness.”

(5)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Qabel jiġu organizzati s-sessjonijiet plenarji tal-iSTECF u l-gruppi ta’ ħidma tiegħu, l-iSTECF għandu jikkonsulta mad-dipartiment tal-Kummissjoni li jkun responsabbli mill-fajl.”

(b)

il-paragrafu 3 huwa mibdul b’dan li ġej:

“3.   Fuq talba tad-dipartiment tal-Kummissjoni li jkun responsabbli tal-fajl, l-esperti li mhumiex membri tal-iSTECF jistgħu jkunu mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat tal-iSTECF u l-gruppi ta’ ħidma tiegħu.”

(6)

Fl-Artikolu 11(1) l-espressjoni “bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni” tinbidel bl-espressjoni “wara li jiġi kkonsultat id-dipartiment tal-Kummissjoni li jkun responsabbli mill-fajl.”

(7)

L-Anness jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussel, l-4 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 225, 31.8.2005, p. 18.


ANNESS

“ANNESS

KUMPENS

Il-membri tal-iSTECF u l-esperti esterni għandhom ikunu intitolati għall-kumpens wara li jkunu pparteċipaw fl-attivitajiet tal-iSTECF kif ġej:

Attendenza fis-sessjonijiet plenarji tal-iSTECF u fil-gruppi ta’ ħidma tal-iSTECF

EUR għal kull ġurnata sħiħa

Is-sessjonijiet plenarji tal-iSTECF

Il-Gruppi ta’ Ħidma tal-iSTECF

Il-President

300

300

Il-viċi President (1)

300

0

Nies oħra preżenti

250

250

Jekk ikunu preżenti filgħodu biss jew wara nofsinhar biss, il-kumpens għandu jkun ta’ 50 % tal-kumpens li jingħata għal ġurnata sħiħa.

Ir-rapporti

EUR

L-opinjonijiet tal-iSTECF fis-sessjonijiet plenarji jew permezz tal-korrispondenza (2)

Ir-rapporti fl-isfond (3) qabel is-sessjonijiet plenarji tal-iSTECF u l-gruppi ta’ ħidma

Rapporteur

300

300  (4)


(1)  Dawn ir-rati huma previsti biss fis-sessjonijiet plenarji tal-iSTECF

(2)  Kumpens li jitħallas meta tingħata l-opinjoni kollha.

(3)  Sommarji, talbiet u informazzjoni fl-isfond.

(4)  Il-kumpens għandu jitħallas abbażi tal-perjodu ta’ żmien deċiż mill-Kummissjoni kif speċifikat fil-ftehim preċedenti li jkun sar bil-miktub, sa mhux iktar tard minn 15-il jum. Madankollu l-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li testendi l-għadd ta’ ġranet jekk ikun neċessarju.”


10.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/55


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta’ Frar 2010

li tikkonċerna kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat dwar il-prevalenza tal-Listeria monocytogenes f’ċertu ikel lest biex jittiekel li jrid jitwettaq fl-Istati Membri

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 592)

(2010/75/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, is-saħħa tal-annimali u r-regoli dwar il-benessri tal-annimali (1), u partikolarment l-Artikolu 66 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fir-rigward tal-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi, fost oħrajn, il-proċeduri li jirregolaw l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni li jmexxu l-miżuri neċessarji biex tkun żgurata l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(2)

Fl-2006 (3) u fl-2007 (4) l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (l-EFSA) u Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ippubblikat rapporti (ir-rapporti tal-EFSA-ECDC) dwar xejriet u sorsi ta’ żoonożi, aġenti żoonotiċi u reżistenza antimikrobika fl-Unjoni. Skont dawk ir-rapporti, kien hemm reġistrat total ta’ 1 588 każ ta’ listerjożi (Listeria monocytogenes) fil-bnedmin fil-25 Stat Membru fl-2006. Barra minn hekk, 1 558 tali każ kienu reġistrati f’26 Stat Membru fl-2007. Ir-rapporti urew ukoll żieda sinifikattiva fl-inċidenza ta’ dawn il-każijiet fil-bnedmin fil-perjodu 2001-2006. Ta’ spiss il-mard kien aħrax u l-mortalità għolja.

(3)

Il-fatt li l-Listeria monocytogenes hi kapaċi timmultiplika f’ikel differenti f’temperaturi baxxi bħal minn 2 sa 4 °C jagħmel l-okkorrenza tal-Listeria monocytogenes fl-ikel lest biex jittiekel (RTE) b’data ta’ skadenza relattivament twila jagħti tħassib partikolari.

(4)

F’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (5), l-operaturi tan-negozju tal-ikel għandhom jikkonformaw mal-kriterji tas-sigurtà tal-ikel tal-Listeria monocytogenes għall-ikel lest biex jittiekel fil-qafas tal-programmi ta’ prattiki ta’ iġjene tajba u analiżi tal-periklu tal-punti kritiċi ta’ kontroll (HACCP).

(5)

Ir-rapporti tal-EFSA-ECDC urew li l-ogħla proporzjonijiet ta’ nonkonformità mal-kriterji tal-Listeria monocytogenes kienu reġistrati fil-ġobon lest biex jittiekel u fil-ħut lest biex jittiekel u l-prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana.

(6)

L-espożizzjoni tal-bnedmin għal-Listeria monocytogenes ġejja prinċipalment mill-ikel. Għalhekk il-prevalenza u l-livell tal-kontaminazzjoni tal-Listeria monocytogenes f’prodotti tal-ħut, ġobon u prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana lesti biex jittieklu għandha tkun stmata b’mod armonizzat u komparabbli permezz ta’ programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat fuq il-livell tal-bejgħ bl-imnut fl-Istati Membri kollha.

(7)

It-tkabbir tal-Listeria monocytogenes f’prodotti lesti biex jittieklu huwa inflwenzat b’mod sinifikanti mill-pH, l-attività tal-ilma u t-temperatura tal-maħżen tal-prodott. Jista’ jintuza mudell għall-istima tat-tkabbir tal-Listeria monocytogenes fil-prodott lest biex jittiekel taħt kundizzjonijiet ta’ temperatura differenti.

(8)

Fejn m’hemmx l-ebda definizzjoni relevanti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, id-definizzjonijiet fl-Istandard Ġenerali għall-Ġobon tal-Codex (CODEX STAN 283-1978, l-emenda 2008) u l-Istandard għall-Ġobon li Mhux Misjur inkluż il-Ġobon Frisk tal-Grupp Codex (CODEX STAN 221-2001, l-emenda 2008) maħruġ mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius għandu jintuża bħala garanzija tal-approċċ armonizzat fid-definizzjoni tal-ġobon lest biex jittiekel.

(9)

Id-Direttiva 2003/99/KE, tgħid li jistgħu jitwaqqfu programmi ta’ monitoraġġ ikkoordinati, speċjalment meta jiġu identifikati bżonnijiet speċjali, biex ikunu eżaminati r-riskji u jkunu stabbiliti valuri bażiċi relatati maż-żoonożi u mal-aġenti żoonotiċi.

(10)

F’Mejju 2009, it-Task Force dwar il-Monitoraġġ tal-Ġbir tad-Dejta taż-Żoonożi tal-EFSA addottat Rapport dwar speċifikazzjonijiet tekniċi proposti għal programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat għal-Listeria monocytogenes f’ċerti kategoriji tal-ikel RTE għall-bejgħ bl-imnut fl-UE (6).

(11)

Minħabba l-importanza tal-ġbir tad-dejta komparabbli dwar il-prevalenza tal-Listeria monocytogenes fl-ikel lest biex jittiekel, għandha tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni biex jitwettaq il-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat.

(12)

Huwa xieraq li jitħallsu lura l-ispejjeż li ntefqu fuq testijiet f’laboratorji, suġġett għal limitu. L-ispejjeż l-oħra kollha, bħat-teħid ta’ kampjuni, l-ivvjaġġar u amministrazzjoni ma għandhomx ikunu eliġibbli għal kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni.

(13)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tingħata sakemm il-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat jitwettaq skont din id-Deċiżjoni u sakemm l-awtoritajiet kompetenti jfornu t-tagħrif meħtieġ kollu fil-limiti ta’ żminijiet previsti f’din id-Deċiżjoni.

(14)

Minħabba raġunijiet ta’ effiċjenza amministrattiva, l-infiq kollu ppreżentat għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandu jintwera f’euro. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (7), ir-rata ta’ konverżjoni għall-infiq f’munita għajr l-euro għandha tkun ir-rata stabbilita dan l-aħħar mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel ġurnata tax-xahar li fih tressqet l-applikazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat.

(15)

Id-Deċiżjoni preżenti tikkostitwixxi Deċiżjoni li tiffinanzja fit-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (8) (ir-Regolament Finanzjarju), l-Artikolu 90 tar-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju. u l-Artikolu 15 tar-Regoli Interni dwar l-Implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

(16)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat dwar il-prevalenza tal-Listeria monocytogenes f’ċerti kategoriji tal-ikel lest biex jittiekel previsti fl-Artikolu 2 fil-livell tal-bejgħ bl-imnut u tistabbilixxi regoli dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tagħha.

Artikolu 2

L-ambitu u t-tul ta’ żmien tal-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat biex jeżaminaw l-prevalenza tal-Listeria monocytogenes fil-kategoriji tal-ikel lest biex jittiekel li ġejjin f’kampjuni magħżulin bl-addoċċ fil-livell tal-bejgħ bl-imnut:

(a)

ħut ippakkjat (mhux iffriżat) sħun jew kiesaħ affumikat jew gravad;

(b)

ġobon artab jew nofsu artab, minbarra l-ġobon frisk;

(c)

prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana ppakkjati.

2.   It-teħid tal-kampjuni għall-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat previst fil-paragrafu 1 għandu jitwettaq mill-1 ta’ Jannar 2010 sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“ikel lest biex jittiekel” tfisser ikel lest biex jittiekel kif definita fl-Artikolu 2(g) tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005.

(2)

“ħajja fuq l-ixkaffa” tfisser għalf kif definita fl-Artikolu 2(f) tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005.

(3)

“konsenja” tfisser konsenja kif definita fl-Artikolu 2(e) tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005.

(4)

“bejgħ bl-imnut” tfisser bejgħ bl-imnut kif definita fl-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet tas-sigurtà tal-ikel (9); madankollu, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-bejgħ bl-imnut tkopri biss ħwienet, supermarkets u stabbilimenti oħra simili li jbigħu direttament lill-konsumatur finali; ma tinkludix terminali jew ċentri ta’ distribuzzjoni, operazzjonijiet tal-catering, catering istituzzjonali, messijiet tal-fabbriki, restoranti u operazzjonijiet tas-servizz tal-ikel simili u stabbilimenti ta’ bejgħ bl-ingrossa.

(5)

“ipproċessar” tfisser l-ipproċessar kif definita fl-Artikolu 2(1)(m) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (10).

(6)

“prodotti tal-laħam” tfisser prodotti tal-laħam kif definit fl-Artikolu 7.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (11).

(7)

“pajjiż tal-produzzjoni” tfisser il-pajjiż indikat fuq il-marka tal-identifikazzjoni kif previst fil-punt 6 tal-parti B tat-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(8)

“ikel ippakkjat” tfisser l-ikel li għandu l-wiċċ tiegħu kollu mgħotti sabiex ikun evitat kuntatt dirett tal-ikel mal-ambjent, jew b’tqartis permeabbli jew impermeabbli.

(9)

“ikel ippakkjat f’atmosfera modifikata” tfisser l-ikel li kien ippakkjat u ermetikament issiġillat wara t-tneħħija tal-arja mill-pakkett u minflok l-arja ddaħħlet taħlita ta’ gass strettament ikkontrollat ta’ diossidu tal-karbonju, ossiġenu u/jew nitroġenu.

(10)

“ikel ippakkjat ivvakumjat” tfisser ikel li kien ippakkjat u ermetikament issiġillat wara t-tneħħija tal-arja mill-pakkett.

(11)

“ħut affumikat” tfisser ħut ikkurat bl-affumikar.

(12)

“ħut gravad” tfisser ħut li kien ikkurat fil-melħ u z-zokkor mingħajr trattament termali.

(13)

“ġobon misjur” tfisser il-ġobon li mhux lest għall-konsum eżatt wara li jkun manifatturat iżda li jinżamm għal tali ħin, tali temperatura u taħt tali kundizzjonijiet oħra li jirriżulta fil-bidliet neċessarji bijokemikali u fiżiċi li jikkaratterizzaw il-ġobon ikkonċernat.

(14)

“ġobon artab” tfisser il-ġobon b’persentaġġ niedi, fuq bażi ħieles mix-xaħam, ogħla minn 67 %.

(15)

“ġobon nofsu artab” tfisser il-ġobon li għandu għamla li hija biss kemmxejn aktar iebsa mill-kategorija tal-ġobon artab. Dan il-ġobon huwa b’persentaġġ niedi, abbażi ħieles mix-xaħam, bejn it-62 % u s-67 %. Ġobon nofsu artab huwa kkaratterizzat minn għamla soda imma elastika.

(16)

“ġobon misjur bil-moffa” tfisser il-ġobon li s-sajran tiegħu jinkiseb prinċipalment bl-iżvilupp ta’ tkabbir ta’ moffa karatteristika fl-intern kollu u/jew fil-wiċċ tal-ġobon.

(17)

“ġobon misjur bix-xaħam tiegħu stess” tfisser ġobon li fih waqt u wara s-sajran, il-qoxra tal-ġobon hija ttrattata u kolonizzata naturalment b’kultura mixtieqa ta’ mikroorganiżmi, pereżempju, Penicillium candidum jew Brevibacterium linens. Is-saff jew il-forom tax-xaħam li jirriżultaw huma parti mill-qoxra.

(18)

“ġobon immaturat fis-salmura” tfisser ġobon immaturat u maħżun fis-salmura sakemm jinbigħ jew jiġi ppakkjat.

(19)

“ġobon frisk” tfisser il-ġobon ta’ stil baqta li ma jgħaddix minn xi sajran, pereżempju l-cottage cheese, il-mozzarella, l-irkotta u l-quark. Ġobon frisk mhux inkluż f’dan il-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat.

Artikolu 4

Teħid ta kampjuni, analiżi u rekordjar tad-dejta tal-Istati Membri

1.   It-teħid ta’ kampjuni għandu jitwettaq mill-awtorità kompetenti jew taħt is-superviżjoni tagħha.

2.   Il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza għal-Listeria monocytogenes għandhom iwettqu l-analiżi tal-Listeria monocytogenes, tal-pH u tal-attività tal-ilma.

3.   L-awtorità kompetenti tista’ tiddeżinja laboratorji oħra minbarra dawk il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza li huma kkreditati għal u involuti f’kontrolli uffiċjali tal-Listeria monocytogenes biex iwettqu l-analiżital-Listeria monocytogenes, tal-pH u tal-attività tal-ilma.

4.   It-teħid tal-kampjun u l-analiżi previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3, kif ukoll l-irrekordjar tad-dejta relevanti kollha, għandhom jitwettqu skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness I.

5.   In-numru ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu għal kull kategorija tal-ikel lest biex jttiekel f’kull Stat Membru huwa stabbilit fl-Anness II.

Artikolu 5

Ġbir, valutazzjoni, irrapurtar u l-użu tad-dejta fuq il-livell tal-Unjoni

1.   L-Istat Membru għandu jiġbor u jeżamina r-riżultati tal-kampjuni u l-analiżi tal-Listeria monocytogenes, tal-pH u tal-attività tal-ilma previsti fl-Artikolu 4(1), (2) u (3) ta’ din id-Deċiżjoni.

Dawk ir-riżultati u l-valutazzjoni tagħhom, flimkien mad-dejta relevanti kollha, għandhom jiddaħħlu fir-rapport finali mat-tlestija tal-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat li għandu jkun trasmess lill-Kummissjoni qabel il-31 ta’ Mejju 2011.

2.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sal-31 ta’ Diċembru 2009 il-format tad-Dizzjunarju tad-Dejta u l-formoli tal-ġbir tad-dejta li jridu jintużaw fit-tfassil tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 mill-awtoritajiet kompetenti.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapporti finali previsti fil-paragrafu 1 lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), li għandha teżaminahom, tiżviluppa mudelli ta’ previżjoni għall-konformità mal-kriterji tas-sigurtà tal-ikel tal-Listeria monocytogenes u t-tkabbir mikrobiku taħt kundizzjonijiet varji ta’ ħżin u toħroġ Rapport Sommarju fi żmien sitt xhur.

4.   Kull użu tad-dejta ppreżentata mill-Istati Membri għall-għan li mhuwiex il-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat għandu jkun soġġett għall-ftehim minn qabel mal-Istati Membri.

5.   Id-dejta nazzjonali u r-riżultati għandhom jitħabbru f’forma li tiżgura kunfidenzjalità tar-riżultati individwali.

Artikolu 6

Kondizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni ta’ total li tammonta għal EUR 1 555 300 mil-linja tal-baġit 1704 02 għall-ispejjeż tal-analiżi previsti fl-Artikolu 4(2) għandha tingħata lill-Istati membri sal-ammont totali massimu għall-kofinanzjament iffissat fl-Anness III.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni prevista fil-paragrafu 1 għandha titħallas lill-Istati Membri sakemm il-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat jitwettaq skont id-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġi tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar il-kompetizzjoni u dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, u soġġetta għall-konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

Ir-rapport finali dwar it-tlestija tal-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat għandu jkun ippreżentat lill-Kummissjoni qabel il-31 ta’ Mejju 2011; ir-rapport għandu jkollu:

(i)

l-informazzjoni kollha stabbilita fil-Parti D tal-Anness I;

(ii)

evidenza li tixhed l-ispejjeż li saru mill-Istati Membri għall-analiżi; l-evidenza talanqas għandha tkun magħmula mill-informazzjoni stabbilita fl-Anness IV.

3.   F’każ ta’ sottomissjoni tard tar-rapport finali msemmi fil-paragrafu 2, il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha titnaqqas b’25 % sal-1 ta’ Lulju 2011, 50 % sal-1 ta’ Awwissu 2011 u 100 % sal-1 ta’ Settembru 2011.

Artikolu 7

Ammonti massimi li għandhom jitħallsu lura

L-ammonti massimi tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-ispejjeż li għandhom jiġu rimborsati lill-Istati Membri għall-analiżi ma għandhomx jaqbżu dawn li ġejjin:

(a)

EUR 60 għal kull analiżi biex tinstab il-Listeria monocytogenes;

(b)

EUR 60 għal kull analiżi biex tkun enumerata l-Listeria monocytogenes;

(c)

EUR 15 għal kull analiżi tal-pH;

(d)

EUR 20 għal kull analiżi tal-attività tal-ilma (aw).

Artikolu 8

Rata ta’ kambju għall-infiq

Meta n-nefqa ta’ Stat Membru tkun f’munita li mhijiex l-euro, l-Istat Membru kkonċernat għandhu jaqlibha għall-euro billi japplika l-aktar rata ta’ skambju riċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mill-Istat Membru.

Artikolu 9

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31.

(3)  Il-Ġurnal EFSA (2007) 130.

(4)  Il-Ġurnal EFSA (2009) 223.

(5)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1.

(6)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2009) 300, p. 1-66.

(7)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(8)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(9)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(10)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(11)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.


ANNESS I

(imsemmi fl-Artikolu 4(4))

PARTI A

QAFAS GĦAT-TEĦID TA’ KAMPJUNI

1.   Il-prodotti li minnhom għandhom jittieħdu l-kampjuni;

Għandhom jittieħdu kampjuni għall-kategoriji li ġejjin tal-ikel lest biex jittiekel fuq il-livell tal-bejgħ bl-imnut:

1.1.   Ħut ippakkjat (mhux iffriżat) sħun jew kiesaħ affumikat jew gravad

Prodotti li jaqgħu f’din il-kategorija għandhom ikunu ippakkjati bil-vakum jew ippakkjati f’atmosfera modifikata.

Il-ħuta tista’ tkun imqattgħa’ jew le. Il-pakkett jista’ jkollu ħuta sħiħa, nofsha jew parti minnha. Il-qoxra tal-ħuta tista’ tkun hemm jew le.

1.2.   Ġobon artab jew nofsu artab, eskluż il-ġobon frisk

Din il-kategorija għandha tinkludi ġobon minn ħalib nej, termizzat jew pastorizzat ta’ kwalunkwe speċi tal-annimali. Il-ġobon jista’ jkun misjur, misjur bix-xaħam tiegħu stess, misjur bil-moffa jew immaturat fis-salmura.

Il-ġobon jista’ jkun ippakkjat inkluż imqartas fil-musulina jew jista’ jkun spakkjat fil-bejgħ bl-imnut imma ppakkjat f’post għall-bejgħ għall-konsumatur.

1.3.   Prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana

1.3.1.

Il-prodotti li jaqgħu f’din il-kategorija għandhom jgħaddu minn trattament ta’ sħana u warajh għandhom ikunu ttrattati u ppakkjati jew bil-vakum jew f’atmosfera modifikata.

1.3.2.

Il-prodotti li jaqgħu f’din il-kategorija jkopru kemm il-prodotti tal-laħam esposti kif ukoll il-prodotti tal-laħam f’qoxra permeabbli li tqattgħu fi flieli jew ittrattati b’mod ieħor bejn it-trattament bis-sħana u l-ippakkjar. Prodotti jistgħu jkunu affumikati wara t-trattament bis-sħana.

Din il-kategorija tinkludi b’mod partikolari:

(a)

Prodotti tal-laħam imsajrin, kiesħa: Prodotti tal-laħam tipikament magħmulin minn partijiet sħaħ jew kbar ta’ strutturi anatomiċi jew riformati (bħalma huma il-perżut imqatta’ fi flieli msajjar u l-fillet tat-tiġieġ imsajjar);

(b)

zalzett;

(c)

pâtés.

1.3.3.

Din il-kategorija ma tinkludix:

(a)

prodotti tal-laħam imnixxfin wara trattament bis-sħana, bħalma huma l-prodotti jerky;

(b)

Prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana f’pakkett impermeabbli li ma kinux ittrattati aktar wara;

(c)

prodotti tal-laħam iffermentat inkluż zalzett iffermentat.

2.   Skema ta’ teħid ta’ kampjuni

Qiegħda tintuża skema ta’ kampjun stratifikat proporzjonat għall-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat fejn il-kampjuni huma allokati lil kull Stat Membru b’mod proporzjonat għad-daqs tal-popolazzjoni umana f’dak l-Istat Membru.

2.1.   Pjan tat-teħid tal-kampjun

2.1.1.

Kull Stat Membru għandu jkollu pjan ta’ teħid tal-kampjun ibbażat fuq skema ta’ multistage cluster:

(a)

l-ewwel livell huwa kompost mill-ibliet ewlenin li se jkunu inklużi fil-kampjun;

(b)

it-tieni livell huwa kompost mill-stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut li se jkunu inklużi fil-kampjun;

(c)

it-tielet livell hu kompost minn prodotti differenti tal-ikel fit-tliet kategoriji tal-ikel lest biex jittiekel li se jkunu inklużi fil-kampjun.

2.1.2.

Il-pjan tat-teħid tal-kampjun għandu jitfassal mill-awtorità kompetenti u għandu jinkludi dawn li ġejjin:

(a)

l-ibliet inklużi fil-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat;

(b)

it-tipi ta’ stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut u l-persentaġġ ta’ kampjuni meħuda minn kull kategorija;

(c)

l-iskedar ta’ żmien tat-teħid tal-kampjuni matul is-sena.

2.1.3.

Meta d-dejta tal-marketing tkun disponibbli, il-pjan tat-teħid tal-kampjuni għandu jinkludi wkoll:

(a)

it-tipi ta’ prodotti li tagħhom irid jittieħed il-kampjun f’kull wieħed mit-tliet kategoriji tal-ikel lest biex jittiekel;

(b)

in-numru ta’ kampjuni li jridu jittieħdu minn kull tip ta’ prodott imsemmi f’(a).

2.1.4.

L-Istati Membri għandhom ifasslu pjan tat-teħid tal-kampjun filwaqt li jsegwu r-regoli deskritti hawn taħt u bbażati fuq l-aħjar dejta tal-marketing disponibbli. Din id-dejta tal-marketing, jew għajnuna dwar kif tinkiseb din l-informazzjoni, ta’ spiss tista’ tkun disponibbli minn għaqda nazzjonali tan-negozju. Fl-assenza ta’ dejta tal-marketing, għandha tintuża l-aħjar stima tal-ishma tas-suq biex il-pjan tat-teħid tal-kampjun fuq livell ċentrali jkun infurmat. Fl-assenza ta’ kwalunkwe informazzjoni tal-marketing affidabbli għandu mnejn ikun hemm bżonn li l-awtoritajiet kompetenti jgħaddu l-għażla tat-tip ta’ prodott lil kampjun f’kategorija lil dak li qed jieħu l-kampjuni f’dan il-qasam.

2.2.   Għażla tal-kategorija stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut li jridu jkunu immirati

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħżlu l-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut mil-liema jridu jittieħdu l-kampjuni. Tipi tipiċi ta’ stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut li għandhom ikunu inklużi fil-kampjuni huma: supermarkets, ħwienet żgħar, speciality delis u swieq tat-triq (bħalma huma s-swieq tal-bdiewa jew tal-kampanja).

Jekk l-akbar kategorija tal-stabbilimenti (per eżempju s-supermarkets) jfornu tal-inqas 80 % tas-suq ta’ kategorija tal-ikel lest biex jittiekel allura hemm bżonn biss li l-kampjuni jittieħdu minn dawk l-istabbilimenti. Fejn dan mhux il-każ, it-tieni l-akbar kategorija ta’ stabbilimenti għandha tiżdied sakemm jiġi kopert ta’ millinqas 80 % tas-suq.

Meta jitwettaq it-teħid tal-kampjuni skont il-pjan tat-teħid tal-kampjuni, in-numru ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu għal kull kategorija tal-ikel lest biex jittiekel minn kull tip ta’ stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut għandu jkun proporzjonat għas-sehem fis-suq ta’ dak it-tip ta’ stabbiliment fit-tipi tal-istabbilimenti mmirati.

2.3.   Għażla tal-ibliet li jridu jidħlu fil-kampjuni

It-teħid tal-kampjuni għandu jitwettaq fl-ibliet il-kbar. Tal-inqas żewġt ibliet fi ’Stat Membru għandhom jidħlu fil-kampjun.

L-ibliet li jidħlu fil-kampjun għandhom, magħdudin flimkien, ikopru ta’ millinqas 30 % tal-popolazzjoni umana fl-Istat Membru. Madankollu, jekk l-akbar tmien ibliet huma inklużi fil-pjan, il-kopertura tal-popolazzjoni umana tista’ tkun anqas minn 30 %.

2.4.   Il-għażla tal-iskeda taż-żmien tal-kampjuni

Il-livell ta’ kontaminazzjoni tal-Listeria monocytogenes fl-ikel lest biex jittiekel tista’ tvarja matul is-sena. Sabiex ikunu żgurati riżultati preċiżi tal-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat, it-tul taż-żmien tiegħu nqasam fi 12-il perjodu ta’ xahar li fihom numri ugwali ta’ kampjuni għandhom jittieħdu.

2.5.   L-għażla tal-ikel lest biex jittiekel fit-tliet kategoriji ewlenin li jridu jidħlu fil-kampjun

L-ikel lest biex jittiekel fit-tliet kategoriji tal-ikel lest biex jittiekel li jridu jidħlu fil-kampjun għandhom jintgħażlu abbażi tad-dejta tal-marketing u dettaljati fil-pjan biex jittieħed il-kampjun.

Madankollu, in-natura diversa tal-prodotti f’kategorija tista’ ma tippermettix stima tas-sehem tas-suq bi grad għoli ta’ affidabilità. F’dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħżlu li jordnaw lil dawk li se jieħdu l-kampjuni biex jagħżlu ġobon għall-kampjun ibbażat fuq kontribuzzjoni stimata fis-sehem tas-suq, skont il-pjan nazzjonali tat-teħid tal-kampjuni. Dan it-teħid tal-kampjuni jista’ jkun infurmat b’dettalji ta’ qligħ provdut mill-maniġment lokali tal-bejgħ bl-imnut, jew bejn wieħed u ieħor skont il-prominenza fis-suq, eż. b’dak li jintwera fl-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut. B’dan l-approċċ l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu xi direzzjoni dwar is-sehem approssimattiv fis-suq tat-tipi ewlenin tal-ikel fil-kategoriji għall-aħjar approċċ għall-kampjun rappreżentattiv tas-suq eż. ġobon tal-ħalib nej/pastorizzat.

PARTI B

ĠBIR TAL-KAMPJUN U T-TRASPORT

1.   Tip u dettall tal-kampjun

Il-kampjuni għandhom jittieħdu bl-addoċċ mill-vetrina tal-konsumatur u għandhom jiżnu ta’ millinqas 100 gramma kull wieħed. Huwa possibbli li jittieħed aktar minn kampjun wieħed minn kull wieħed mit-tliet kategoriji tal-ikel lest biex jittiekel waqt l-istess żjara fl-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut. Madankollu, mhux aktar minn ħames konsenji minn kull kategorija għandhom jittieħdu fl-istess żjara.

Pakketti ppakkjati u intatti (issiġġillati), ippakkjati mill-manifattur, għandhom jinġabru bħala kampjuni. Madankollu, fil-każ tal-ġobon, prodotti ppakkjati fl-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut jistgħu jinġabru wkoll bħala kampjuni.

Il-prodotti miġbura bħala kampjuni għandhom ikunu ttikkettjati sabiex ikun possibbli li tkun reġistrata l-informazzjoni li tikkonċerna l-prodott. L-informazzjoni fuq it-tikketta għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(a)

dettalji tal-pajjiż tal-produzzjoni;

(b)

in-numru tal-konsenja;

(c)

id-data kemm jiflaħ;

(d)

l-istruzzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tat-temperatura tal-ħżin, jekk disponibbli;

(e)

informazzjoni oħra li normalment tkun fuq it-tikketta tal-ikel lest biex jittiekel ippakkjat.

Jekk l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (d) ma tkunx kollha preżenti fuq it-tikketta, dak li jieħu l-kampjun għandu jistaqsi lis-sid jew il-maniġer tal-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut għall-informazzjoni nieqsa fuq il-prodott u d-dettalji tat-tikketta u/jew jirreferi għall-pakkett tal-ingrossa għal dik l-informazzjoni.

Jekk it-tikketta tal-ikel lest biex jittiekel mhix ċara jew danneġġata, allura l-prodott m’għandux jinġabar bħala kampjun. Għandhom jinġabru żewġ kampjuni minn kull konsenja ta’ ħut affumikat jew gravad inkluż bħala kampjun. L-informazzjoni fuq it-tikketta, bħalma huma n-numri tal-konsenja, id-data sa meta l-prodott jista’ jinbigħ, għandha tkun eżaminata biex ikun żgurat li ż-żewġ kampjuni huma mill-istess konsenja. Wieħed minn dawn iż-żewġ kampjuni għandhom ikunu analizzati fil-jum li jasal il-kampjun fil-laboratorju u l-ieħor fi tmiem tal-ħajja fuq l-ixkaffa.

Għall-ġobon artab u nofsu artab u l-prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana, għandu jittieħed kampjun wieħed biss minn konsenja li tiġi analizzata fi tmiem ħajjitha fuq l-ixkaffa.

Il-kampjuni għandhom jitqiegħdu f’borża separata tal-kampjuni u jintbagħtu immedjatament lill-laboratorju għall-analiżi.

Għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet fl-istadji kollha sabiex jiżguraw li t-tagħmir użat matul it-teħid ta’ kampjuni, it-trasport u l-ħażna ma jkunux ikkontaminati bil-Listeria monocytogenes.

2.   Tagħrif dwar il-kampjun

L-informazzjoni relevanti kollha disponibbli li tikkonċerna l-kampjun għandha tkun rikordjata fuq formola tal-kampjun, li l-mudell tiegħu għandu jitfassal mill-awtorità kompetenti. Il-formola tal-kampjun għandha takkumpanja il-kampjun f’kull ħin. Fil-każ tal-kampjuni tal-ġobon ippakkjati fl-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, għandu mnejn ikun neċessarju li tintalab l-informazzjoni dwar il-prodott meħtieġ u d-dettalji tat-tikketta u/jew għall-pakkett bl-ingrossa għal din l-informazzjoni.

Meta l-kampjuni jinġabru, it-temperatura tal-wiċċ tal-kampjuni ppakkjati għandha titkejjel u tiġi rreġistrata fuq fil-formola tal-kampjun.

Kull kampjun u l-formola ta’ kampjun tiegħu għandu jingħatalhom tikketta b’numru uniku li jrid jintuża mill-mument tat-teħid ta’ kampjuni sal-ittestjar. L-awtorità kompetenti għandha tuża għal dan l-iskop sistema ta’ enumerazzjoni unika.

3.   Trasport tal-kampjuni

Il-kampjuni għandhom ikun trasportati f’kontejners imkessħin u għandhom jinżammu bejn 2 u 8 °C u ħielsa mill-komunikazzjoni interna waqt it-trasportazzjoni.

Il-kampjuni kollha tal-ikel lest biex jittiekel għandhom jaslu fil-laboratorju f’24 siegħa mill-ħin li ttieħed il-kampjun.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali il-ħin tat-trasportazzjoni jista’ jaqbeż l-24 siegħa. Madankollu, il-ħin tat-trasportazzjoni m’għandux jieħu aktar minn 48 siegħa u fl-ebda ċirkostanza m’għandu l-ittestjar isir wara d-data tal-bejgħ tal-proddott miġbur bħala kampjun.

PARTI C

PREPARAZZJONI TAL-KAMPJUN U METODI ANALITIĊI

1.   Wasla tal-kampjuni

1.1.   Regoli Ġenerali

Kif jaslulhom il-kampjuni, il-laboratorji għandhom jivverifikaw it-tagħrif irreġistrat minn dak li ħa l-kampjun fuq il-formola tal-kampjun u jimlew it-taqsimiet relevanti kollha tal-formola tal-kampjun. Il-kampjuni kollha li jaslu għandhom jiġu eżaminati sabiex jiġi żgurat li l-ippakkjar tat-trasport huwa intatt qabel tinbeda l-ħażna. Il-kampjuni li jaslu f’temperatura ogħla mit-8 °C m’għandhomx ikunu aċċettati sakemm it-temperatura fl-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut ma kinitx ogħla mit-8 °C.

Mingħajr ħsara għall-punt 1.2, il-kampjuni kollha għandhom jinżammu fi friġġ sa tmiem ħajjithom fuq l-ixkaffa.

F’każijiet fejn il-kampjuni għandhom jinħażnu sa tmiem ħajjithom fuq l-ixkaffa, għandhom jinżammu fi friġġ.

(a)

Fit-temperatura tal-ħżin indikata fuq it-tikketta tal-ippakkjar. Jekk it-tikketta tindika intervall ta’ temperatura, il-kampjun għandu jinħażen fl-ogħla limitu tal-intervall tat-temperatura;

(b)

Jekk m’hemmx indikata l-ebda temperatura tal-ħżin speċifika fuq it-tikketta tal-ippakkjar, il-kampjun għandu jinżamm fi:

(i)

It-temperaturi tat-tkessiħ massimi definiti mil-leġiżlazzjoni jew il-gwida fis-seħħ fl-Istat Membru fejn jinġabar il-kampjun, b’tolleranza ta’ ± 2 °C.

(ii)

8 °C (± 2 °C) fejn tali leġiżlazzjoni jew gwida ma teżistix.

Jekk il-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott fil-kampjun tispiċċa matul il-weekend jew vaganza nazzjonali, il-kampjun għandu jkun analizzat fl-aħħar jum tax-xogħol qabel tmiem il-ħajja fuq l-ixkaffa.

1.2.   Regoli speċjali li jikkonċernaw il-ħut affumikat u gravad

Wieħed miż-żewġ kampjuni huwa analizzat f’24 siegħa mill-ħin tal-wasla fil-laboratorju. Jekk dak il-kampjun ma jkunx analizzat immedjatament mal-wasla, għandu jinżamm fil-friġġ f’3 °C (± 2 °C) fil-laboratorju qabel l-analiżi.

It-tieni kampjun għandu jinżamm fil-friġġ sa tmiem ħajtu fuq l-ixkaffa.

2.   Il-preparazzjoni tal-kampjun u l-preparazzjoni ta’ sospensjoni inizjali

Għandha tkun evitata kontaminazzjoni minn kampjun għall-ieħor u mill-ambjent tal-madwar fl-istadji kollha. Il-kampjuni jintremew hekk kif l-analiżi tal-laboratorji jinbdew. Jekk l-analiżi titwaqqaf, pereżempju minħabba ħafna devjazzjonijiet mhux aċċettabbli fl-analiżi, għandhom jinkisbu kampjuni ġodda.

Jew il-prodott kollu, jew porzjon rappreżentattiv tat-test ta’ 100 jew 150 g għandu jittieħed għad-dilwizzjoni inizjali. L-ikel għandu jiddaħħal fil-kampjun biex jinkludi uċuh li jirriflettu l-proporzjon li se jkun ikkonsmat (bħalma hija 20 % qoxra/wiċċ u 80 % ġewwieni). Meta prodott ippakkjat jitqatta’ fi flieli, il-kampjun rispettiv jittieħed minn aktar minn qatgħa waħda tal-prodott. Il-porzjon tat-test għandu jinqata’ f’biċċiet żgħar u mqiegħed f’borża tal-istomacher filwaqt li jintuża strument sterili u teknika asettika. Minn dik it-taħlita, għandu jittieħed porzjon tat-test ta’ 10 g għall-enumerazzjoni u porzjon tat-test ta’ 25 g għad-detezzjoni.

Mal-volum tal-porzjon tat-test (10 g), jiżdiedu 9 volumi (90 ml) tad-dilwent u wara t-taħlita tiġi omoġenizzata bl-użu tal-istomacher jew pulsifier għal minuta jew tnejn.

Buffered peptone water, kif deskritt f’EN ISO 11290-2 “Microbiology of food and animal feeding stuffs — Horizontal method for detection and enumeration of Listeria monocytogenes — Part 2: Colony-count technique”, jista’ jiġi applikat bħala dilwent għall-użu ġenerali.

Għad-dilwizzjoni tal-ġobon, għandha tintuża soluzzjoni taċ-ċitrat tas-sodju, kif deskritt f’EN ISO 6887-5 “Microbiology of food and animal feeding stuffs — Preparation of test samples, initial suspension and decimal dilutions for microbiological examination — Part 5: Specific rules for the preparation of milk and milk products”.

Is-sejba u l-analiżi tal-enumerazzjoni tal-Listeria monocytogenes għandhom jitwettqu skont dawn li ġejjin:

(a)

għall-kampjuni tal-ħut affumikat u gravad żewġ għandhom jitwettqu settijiet ta’ analiżi:

(i)

immedjatament wara l-ġbir tal-kampjun fil-livell tal-bejgħ bl-imnut u

(ii)

fi tmiem il-ħajja fuq l-ixkaffa;

(b)

għall-kampjuni tal-ġobon artab u nofsu artab u l-prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana, l-analiżi għandhom jitwettqu fi tmiem il-ħajja fuq l-ixkaffa.

2.1.   Id-detezzjoni tal-Listeria monocytogenes

Is-sejba tal-Listeria monocytogenes għandha titwettaq skont il-verżjoni emendata tal-EN ISO 11290-1:1996 “Microbiology of food and animal feeding stuffs — Horizontal method for the detection and enumeration of Listeria monocytogenes — Part 1: Detection method”.

2.2.   L-enumerazzjoni tal-Listeria monocytogenes

L-enumerazzjoni tal-Listeria monocytogenes għandha titwettaq skont EN ISO 11290-2:1998 “Microbiology of food and animal feeding stuffs — Horizontal method for the detection and enumeration of Listeria monocytogenes — Part 2: Enumeration method” u l-modifika tagħha EN ISO 11290-2:1998/Amd 1:2004 “Modification of the enumeration medium”.

Jekk il-kampjun jinstab li jkun kkontaminat, wieħed jista’ jassumi li l-maġġoranza tal-prodotti se jkollhom livelli baxxi ta’ kontaminazzjoni tal-Listeria monocytogenes. Biex tkun possibbli l-istima ta’ numri żgħar fil-kampjuni (bejn l-10 u l-100 cfu/g), għandu jiġi ttestjat 1 ml mill-ewwel dilwizzjoni f’darbtejn kif indikat fl-EN ISO 11290-2:1998/Amd 1:2004:

(a)

ferrex fuq il-wiċċ ta’ tliet platti ta’ dijametru ta’ 90 mm, jew

(b)

ferrex fuq il-wiċċ ta’ platt wieħed ta’ dijametru ta’ 140 mm.

Minħabba l-possibilità ta’ livelli ogħla ta’ kontaminazzjoni tal-Listeria monocytogenes, għandu jitferrex 0,1 ml mid-dilwizzjoni primarja fuq il-wiċċ ta’ platt wieħed biex jippermetti l-enumarazzjoni sa 1,5 × 104 cfu/g. Dan ix-xogħol fuq il-platt għandu jitwettaq f’singlu kif previst fl-ISO 7218:2007 “Microbiology of food and animal feeding stuffs — General requirements and guidance for microbiological examinations”.

3.   L-analiżi tal-pH u tal-attività tal-ilma (aw) tal-ħut affumikat u gravad

3.1.   Determinazzjoni tal-pH

Id-determinazzjoni tal-pH tal-kampjun għandha titwettaq skont l-EN ISO 2917:1999 “Meat and meat products — Measurement of pH — Reference method”.

L-analiżi għandha titwettaq fuq kampjun ittestjat mal-wasla fil-laboratorju. It-teknika mhux distruttiva elenkata fil-metodu ISO hija rrakkomandata għall-kejl tal-pH tal-kampjun.

Ir-riżultat għandu jiġi rreġistrat sal-eqreb 0,05 unità tal-pH.

3.2.   Determinazzjoni tal-attività tal-ilma (aw)

Id-determinazzjoni tal-attività tal-ilma (aw) tal-kampjun għandha titwettaq skont l-EN ISO 21807:2004 “Microbiology of food and animal feeding stuffs — Determination of water activity”.

L-analiżi għandha titwettaq fuq kampjun ittestjat mal-wasla fil-laboratorju. Il-metodu għandu jkun kapaċi jopera fil-firxa ta’ 0,999 sa 0,9000 u l-limitu ta’ repetizzjoni għandu jikkorrispondi mad-devjazzjoni standard ta’ 0,002.

Il-valur irrapurtat għandu jkollu tal-inqas żewġ ċifri sinifikanti.

4.   Ħażna ta’ iżolati

Għandha tinħażen razza waħda kkonfermata tal-Listeria monocytogenes għal kull kampjun pożittiv għal aktar studji tipiċi possibbli. Jekk jinġabru razez tal-Listeria monocytogenes kemm mill-metodu tas-sejba kif ukoll mill-enumerazzjoni, għandhom jinħażnu biss l-iżolati mill-metodu tal-enumerazzjoni.

L-iżolati għandhom jinħażnu fil-laboratorji nazzjonali ta’ referenza bl-użu tal-metodu xieraq għall-ġbir tal-kultura sakemm dan jiżgura l-vijabilità tar-razez għal minimu ta’ sentejn.

PARTI D

RAPPURTAR

1.   Dispożizzjonijiet Ġenerali

L-informazzjoni li trid tkun irrapurtata mill-Istati Membri, sakemm hija disponibbli jew aċċessibbli, tikkonsisti f’żewġ kategoriji wesgħin:

(a)

ħarsa ġenerali tal-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat u r-riżultati; il-ħarsa ġenerali għadha tieħu l-forma ta’ rakkont testwali;

(b)

Dejta dettaljata individwali għal kull kampjun ittestjat bħala parti mill-pjan tat-teħid tal-kampjun; Din l-informazzjoni għandha tkun ippreżentata bħala dejta raffa billi jintuża d-Dizzjunarju tad-Dejta u l-formoli tal-ġbir tad-dejta previsti fl-Artikolu 5(2).

2.   L-Informazzjoni li trid tiddaħħal fil-ħarsa ġenerali tal-programm ikkoordinat ta’ monitoraġġ u r-riżultati

(a)

L-isem tal-Istat Membru;

(b)

Id-data tal-bidu u tat-tmiem tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi;

(c)

In-numru ta’ kampjuni ta’ ikel lest biex jittiekel miġbura u analizzati mill-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut.

(i)

ġobon artab u nofsu-artab,

(ii)

ħut ippakkjat affumikat u gravad,

(iii)

prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana;

(d)

Ir-riżultati globali:

il-prevalenza u l-proporzjon tal-kampjuni li jaqbżu l-limitu ta’ 100 cfu/g tal-Listeria monocytogenes fil-ġobon artab jew nofsu artab, il-ħut affumikat jew gravad kif ukoll l-prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana koperti mill-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat.

(e)

Id-deskrizzjoni tas-swieq tal-ġobon artab u nofsu artab, il-ħut affumikat jew gravad kif ukoll l-prodotti ttrattati bis-sħana fl-Istat Membru:

(i)

daqs tas-suq assolut globali (jekk disponibbli),

(ii)

is-sehem fis-suq tat-tipi differenti tal-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut, ħwienet żgħar, speciality delis, swieq tat-triq (jekk disponibbli),

(iii)

is-sehem fis-suq tal-importazzjoni (il-kummerċ fl-Unjoni u importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u produzzjoni domestika (jekk disponibbli),

(iv)

is-sehem fis-suq tat-tipi differenti ta’ prodotti (jekk disponibbli);

(f)

Stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut fil-kampjun:

tip tal-kategoriji ta’ postijiet koperti: eż. supermarkets, ħwienet żgħar eċċ.;

(g)

Distribuzzjoni ġeografika tat-teħid tal-kampjuni — bliet koperti (% tal-popolazzjoni umana koperta);

(h)

Deskrizzjoni tal-proċedura tal-kampjuni magħżula bl-addoċċ għall-bejgħ bl-imnut:

l-għażla bl-addoċċ tax-xahar;

(i)

Kumment dwar ir-rappreżentanza globali tal-programm tat-teħid tal-kampjuni;

(j)

Preparazzjoni tal-kampjun tat-test użat għall-kejl tal-pH;

(k)

Il-metodu analitiku użat għad-determinazzjoni tal-attività tal-ilma (aw).

3.   L-Informazzjoni li trid tkun inkluża fid-dejta dettaljata individwali għal kull kampjun

(a)

Tip ta’ kampjun:

(i)

ġobon artab u nofsu artab ippakkjat,

(ii)

ħut ippakkjat affumikat u gravad,

(iii)

prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana;

(b)

Sottotip tal-kampjun:

(i)

ġobon magħmul minn ħalib nej/termizzat/pastorizzat,

(ii)

ġobon magħmul minn ħalib imħallat tal-baqra/tan-nagħaġ/tal-mogħoż/tal-buflu,

(iii)

ġobon misjur bix-xaħam tiegħu stess, misjur bil-moffa, immaturat fis-salmura jew misjur ieħor,

(iv)

prodotti imqattgħin fi flieli jew mhux imqattgħin,

(v)

ħut affumikat jew gravad kiesaħ/sħun,

(vi)

l-ispeċi tal-ħut;

(c)

Preżervattivi użati fil-ħut affumikat jew gravad (kif indikat fuq it-tikketta);

(d)

Il-qoxra tal-ġobon inkluża fl-analiżi tal-kampjun (iva/le, jekk iva allura l-proporzjon ukoll, jekk disponibbli);

(e)

Kodiċi tal-laboratorju involut fl-analiżi inizjali;

(f)

Data tal-ġabra tal-kampjuni;

(g)

Id-data ta’ skadenza tal-prodott użat għall-kampjun;

(h)

Produzzjoni/id-data tal-ippakkjar (jekk disponibbli);

(i)

It-temperatura tal-wiċċ tal-kampjun fl-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut;

(j)

It-temperatura tal-ħżin fil-laboratorju sa tmiem il-ħajja fuq l-ixkaffa;

(k)

L-analiżi immedjatament wara t-teħid tal-kampjun (għall-ħut affumikat jew gravad biss) / tmiem il-ħajja fuq l-ixkaffa;

(l)

Id-data tal-bidu tal-analiżi fil-laboratorju;

(m)

Is-sejba tal-Listeria monocytogenes:

riżultati kwalitattivi (assenza/presenza f25 g);

(n)

Il-kwantifikazzjoni tal-Listeria monocytogenes:

ir-riżultati kwantitattivi (cfu/g);

(o)

pH (ħut affumikat u gravad biss);

(p)

l-attività tal-ilma (aw) (ħut affumikat u gravad biss);

(q)

Kodiċi tal-belt;

(r)

Kodiċi tal-istabbiliment;

(s)

Tip ta’ bejjiegħ bl-imnut:

(i)

supermarket,

(ii)

ħanut żgħir/bejjiegħ bl-imnut indipendenti,

(iii)

speciality delis,

(iv)

suq tat-triq/suq tal-bdiewa;

(t)

Pajjiż tal-produzzjoni:

kif aċċertat b’referenza tal-marka ta’ identifikazzjoni fuq l-pakkett u d-dokumentazzjoni kummerċjali;

(u)

Pre-ippakkjat:

(i)

ippakkjat f’atmosfera modifikata,

(ii)

ippakkjat bil-vakum,

(iii)

ippakkjat fuq il-livell tal-bejgħ bl-imnut (għall-ġobon biss);

(v)

Il-kwalità organolettika tal-kampjun.


ANNESS II

Numru ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu għal kull kategorija ta’ ikel lest biex jittiekel fl-Istati Membri

(imsemmija fl-Artikolu 4(5))

Stat Membru

Popolazzjoni fl-1.1.2008

(dejta tal-EUROSTAT)

Id-daqs tal-kampjun stratifikat armonizzat

N

(Miljun)

%

Għal kull kategorija tal-ikel u stadju tal-analiżi (*)

Id-daqs totali tal-kampjun

Il-Belġju – BE

10,7

2,1

60

240

Il-Bulgarija – BG

7,6

1,5

60

240

Ir-Repubblika Ċeka – CZ

10,4

2,1

60

240

Id-Danimarka – DK

5,576

1,1

60

240

Il-Ġermanja – DE

82,2

16,5

400

1 600

L-Estonja – EE

1,3

0,3

30

120

L-Irlanda – IE

4,4

0,9

30

120

Il-Greċja – EL

11,2

2,3

60

240

Spanja – ES

45,3

9,1

200

800

Franza – FR

63,8

12,8

400

1 600

L-Italja – IT

59,6

12,0

400

1 600

Ċipru – CY

0,8

0,2

30

120

Il-Latvja – LV

2,3

0,5

30

120

Il-Litwanja – LT

3,4

0,7

30

120

Il-Lussemburgu – LU

0,5

0,1

30

120

L-Ungerija – HU

10,0

2,0

60

240

Malta – MT

0,4

0,1

30

120

L-Olanda – NL

16,4

3,3

60

240

L-Awstrija – AT

8,3

1,7

60

240

Il-Polonja – PL

38,1

7,7

200

800

Il-Portugall – PT

10,6

2,1

60

240

Ir-Rumanija – RO

21,5

4,3

60

240

Is-Slovenja – SI

2,0

0,4

30

120

Is-Slovakkja – SK

5,4

1,1

60

240

Il-Finlandja – FI

5,3

1,1

60

240

L-Iżvezja – SE

9,2

1,8

60

240

Ir-Renju Unit – UK

61,2

12,3

400

1 600

EU Totali

497,5

100,0

3 020

12 080


(*)  Għall-ħut affumikat u gravad: żewġ kampjuni jinġabru mill-istess konsenja. Wieħed minn dawn iż-żewġ kampjuni ikun analizzat fil-jum li jkun wasal fil-laboratorju u l-ieħor fit-tmiem tal-ħajja fuq l-ixkaffa. (ara l-punt 1.2 tal-Parti C tal-Anness I)


ANNESS III

Kontribuzzjoni finanzjarja massima mill-Unjoni lill-Istati Membri

EUR

Stat Membru

Ammont totali massimu għal kofinanzjament tal-analiżi

Detezzjoni tal-Listeria monocytogenes

Enumerazzjoni tal-Listeria monocytogenes

pH

Attività tal-ilma

Total

Il-Belġju – BE

14 400

14 400

900

1 200

30 900

Il-Bulgarija – BG

14 400

14 400

900

1 200

30 900

Ir-Repubblika Ċeka – CZ

14 400

14 400

900

1 200

30 900

Id-Danimarka – DK

14 400

14 400

900

1 200

30 900

Il-Ġermanja – DE

96 000

96 000

6 000

8 000

206 000

L-Estonja – EE

7 200

7 200

450

600

15 450

L-Irlanda – IE

7 200

7 200

450

600

15 450

Il-Greċja – EL

14 400

14 400

900

1 200

30 900

Spanja – ES

48 000

48 000

3 000

4 000

103 000

Franza – FR

96 000

96 000

6 000

8 000

206 000

L-Italja – IT

96 000

96 000

6 000

8 000

206 000

Ċipru – CY

7 200

7 200

450

600

15 450

Il-Latvja – LV

7 200

7 200

450

600

15 450

Il-Litwanja – LT

7 200

7 200

450

600

15 450

Il-Lussemburgu – LU

7 200

7 200

450

600

15 450

L-Ungerija – HU

14 400

14 400

900

1 200

30 900

Malta – MT

7 200

7 200

450

600

15 450

L-Olanda – NL

14 400

14 400

900

1 200

30 900

L-Awstrija – AT

14 400

14 400

900

1 200

30 900

Il-Polonja – PL

48 000

48 000

3 000

4 000

103 000

Il-Portugall – PT

14 400

14 400

900

1 200

30 900

Ir-Rumanija – RO

14 400

14 400

900

1 200

30 900

Is-Slovenja – SI

7 200

7 200

450

600

15 450

Is-Slovakkja – SK

14 400

14 400

900

1 200

30 900

Il-Finlandja – FI

14 400

14 400

900

1 200

30 900

L-Iżvezja – SE

14 400

14 400

900

1 200

30 900

Ir-Renju Unit – UK

96 000

96 000

6 000

8 000

206 000

EU Totali

724 800

724 800

45 300

60 400

1 555 300


ANNESS IV

Rapport finanzjarju ċċertifikat dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat tal-Listeria monocytogenes f’kategoriji magħżulin tal-ikel lest biex jittiekel

Perjodu tar-rapport … sa …

Dikjarazzjoni fuq l-ispejjez imġarrba fil-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat u eliġibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarju mill-Unjoni

In-numru tar-referenza tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni: …

Spejjeż imġarrba marbuta ma’

Għadd ta’ testijiet

Spejjeż totali tal-analiżi mġarrba matul il-perjodu tar-rappurtar

(munita nazzjonali)

Analiżi tas-sejba tal-Listeria monocytogenes

 

 

Analiżi tal-enumerazzjoni tal-Listeria monocytogenes

 

 

Analiżi għad-determinazzjoni tal-pH

 

 

Analiżi għall-attività tal-ilma (aw)

 

 

Dikjarazzjoni mill-benefiċċjarju

Jiena niddikjara li

l-ispejjeż ta’ hawn fuq huma ġenwini u ntefqu għat-twettiq tal-ħidmiet stipulati f’din id-Deċiżjoni 2010/75/EU;

id-dokumenti anċillari kollha li jsostnu dawn l-ispejjeż huma disponibbli għal skopijiet ta’ verifika;

l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja oħra mill-Unjoni ma ntalbet għal dan il-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat.

Data: …

Persuna responsabbli għall-finanzi: …

Firma: …


10.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/70


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Frar 2010

dwar perjodu tranżitorju għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 762/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-preżentazzjoni mill-Istati Membri tal-istatistika dwar l-akkwakultura għal dak li jikkonċerna r-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall u s-Slovenja

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 735)

(It-testi biss biċ-Ċek, il-Ġermaniż, il-Grieg, il-Pollakk, il-Portugiż u s-Sloven huma awtentiċi)

(2010/76/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 762/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar il-preżentazzjoni mill-Istati Membri tal-istatistika dwar l-akkwakultura u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 788/96 (1) u partikolarment l-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 7(1),

Wara li kkunsidrat it-talba li saret mis-Slovenja fil-25 ta’ Novembru 2008,

Wara li kkunsidrat it-talba li saret mir-Repubblika Ċeka fis-17 ta’ Diċembru 2008,

Wara li kkunsidrat it-talba li saret mill-Ġermanja fid-19 ta’ Diċembru 2008,

Wara li kkunsidrat it-talba li saret mill-Greċja fit-2 ta’ Diċembru 2008,

Wara li kkunsidrat it-talba li saret mill-Awstrija fid-19 ta’ Diċembru 2008,

Wara li kkunsidrat it-talba li saret mill-Portugall fit-22 ta’ Diċembru 2008,

Wara li kkunsidrat it-talba li saret mill-Polonja fil-31 ta’ Diċembru 2008,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 762/2008, il-Kummissjoni tista’ tagħti lill-Istati Membri perjodu tranżitorju biex jimplimentaw dan ir-Regolament ġaladarba l-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament fis-sistemi statistiċi nazzjonali qiegħda teżiġi addattamenti kbar u huwa probabbli li tipprovoka xi problemi prattiċi sinifikattivi.

(2)

Fuq talba tagħhom stess dawn il-perjodi tranżitorji għandhom jingħataw lir-Repubblika Ċeka, lill-Ġermanja, lill-Greċja, lill-Awstrija, lill-Polonja, lill-Portugall u lis-Slovenja.

(3)

F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 762/2008, Stat Membru li ngħata dan l-perjodu tranżitorju għandu jkompli japplika d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 788/96 matul il-perjodu tranżitorju maqbul.

(4)

Skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 762/2008, id-dejta dwar l-istruttura tas-settur tal-akkwakultura msemmija fl-Anness V għandha tkun ippreżentata fuq intervalli ta’ tliet snin.

(5)

Il-miżuri previsti minn din id-Deċiżjoni jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istatistika Agrikola, imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 72/279/KEE (2),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-perjodi tranżitorji li għandhom x’jaqsmu mal-preżentazzjoni tad-dejta msemmija fl-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 762/2008

Għall-iskop tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 762/2008:

(1)

Ir-Repubblika Ċeka qiegħda tingħata perjodu tranżitorju li jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2009. L-ewwel sena kalendarja ta’ referenza għandha tkun l-2009.

(2)

Il-Portugall qiegħed jingħata perjodu tranżitorju li jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2010. L-ewwel sena kalendarja ta’ referenza għandha tkun l-2010.

(3)

Il-Ġermanja, il-Greċja, l-Awstrija, il-Polonja u s-Slovenja qegħdin jingħataw perjodu tranżitorju li jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2011. L-ewwel sena kalendarja ta’ referenza għandha tkun l-2011.

Artikolu 2

Il-perjodi tranżitorji li għandhom x’jaqsmu mal-preżentazzjoni tad-dejta msemmija fl-Annessi V tar-Regolament (KE) Nru 762/2008

Għall-iskop tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 762/2008, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall u s-Slovenja qegħdin jingħataw perjodu tranżitorju li jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2011. L-ewwel sena kalendarja ta’ referenza għandha tkun l-2011.

Artikolu 3

Il-perjodi tranżitorji li għandhom x’jaqsmu mar-rapport annwali tal-valutazzjoni ta’ kwalità

Il-perjodi tranżitorji msemmija fl-Artikoli 1 u 2 ta’ din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-iskop tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 762/2008.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tal-Portugall u r-Repubblika tas-Slovenja.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 179, 7.8.1972, p. 1.


10.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/72


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Frar 2010

li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għas-sottomissjoni ta’ dossier għat-terbutryn li għandu jiġi eżaminat skont il-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 752)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/77/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 rigward it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu eżaminati, bl-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE. It-terbutryn huwa inkluż f’dik il-lista għall-prodotti tat-tip 7, 9 u 10.

(2)

Il-parteċipant inizjali li nnotifika t-terbutryn għall-prodotti tat-tip 7, 9 u 10 rtira mill-programm ta’ analiżi. Konsegwentement, u skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-Kummissjoni għarrfet lill-Istati Membri b’dan. Fit-22 ta’ Ġunju 2007, dak it-tagħrif ġie wkoll ippubblikat permezz ta’ mezzi elettroniċi.

(3)

Fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni elettronika ta’ dak it-tagħrif, tliet impriżi wrew l-interess li jieħdu r-rwol ta’ parteċipant għat-terbutryn għal prodott wieħed jew aktar tat-tipi 7, 9 u 10, skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(4)

Skont l-Artikolu 9(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, id-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tad-dossiers kompleti għall-prodotti tat-tipi 7, 9 u 10 kienet il-31 ta’ Ottubru 2008. Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, fejn il-Kummissjoni tippermetti li persuna interessata tieħu r-rwol ta’ parteċipant li jkun irtira, tista’ tiddeċiedi li testendi, jekk ikun meħtieġ, il-perjodu rilevanti għas-sottomissjoni ta’ dossier komplet.

(5)

Minħabba nuqqas ta’ fehim rigward id-data ta’ skadenza, huwa xieraq li d-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tad-dossiers għat-terbutryn għall-prodotti tat-tipi 7, 9 u 10 tiġi estiża sal-1 ta’ Marzu 2010.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-data ta’ skadenza l-ġdida għas-sottomissjoni tad-dossiers għat-terbutryn (numru tal-KE 212-950-5; numru tas-CAS 886-50-0) għall-prodotti tat-tipi 7, 9 u 10 hija l-1 ta’ Marzu 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.


10.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/73


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Frar 2010

rigward ir-reviżjoni tal-limiti msemmija fl-Artikolu 157(b) u Artikolu 158(1), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju

(2010/78/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 271 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1177(2009) (2) emenda l-limiti applikabbli fil-qasam tal-kuntratti ta’ akkwist pubbliku previsti mid-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (3).

(2)

Għal raġunijiet ta' konsistenza, huwa għalhekk meħtieġ li jkunu stabbiliti l-limiti imsemmija fl-Artikolu 157(b), u fl-Artikolu 158(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002.

(3)

Peress li l-limiti emendati mir-Regolament (KE) Nru 1177/2009 huma applikabbli mill-1 ta' Jannar 2010, din id-Deċiżjoni għandha tapplika wkoll mill-1 ta' Jannar 2010. Jeħtieġ għalhekk li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/121/KE tas-6 ta' Frar 2004 [rigward ir-reviżjoni tal-limiti] msemmija fl-Artikolu 157(b) u l-Artikolu 158(1)(a) u (c) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (4), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/103/KE tal-14 ta' Frar 2006 rigward ir-reviżjoni tal-limiti msemmija fl-Artikolu 157(b) u l-Artikolu 158(1)(a) u (c) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (5) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/102/KE tal-1 ta' Frar 2008 rigward ir-reviżjoni tal-limiti msemmija fl-Artikolu 157(b) u l-Artikolu 158(1), tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (6) skadew u għalhekk għandhom jitħassru,

ADDOTTAT ID-DEĊIŻJONI LI ĠEJJA:

Artikolu 1

Il-valuri f’euros tal-livelli applikabbli għall-kuntratti ta' akkwist pubbliku għandhom ikunu stabbiliti kif ġej:

EUR 4 845 000 fl-Artikolu 157(b),

EUR 125 000 fl-Artikolu 158(1)(a),

EUR 193 000 fl-Artikolu 158(1)(b),

EUR 4 845 000 fl-Artikolu 158(1)(c).

Artikolu 2

Id-Deċiżjonijiet 2004/121/KE, 2006/103/KE u 2008/102/KE huma mħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2010.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 64.

(3)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

(4)  ĠU L 36, 7.2.2004, p. 58.

(5)  ĠU L 46, 16.2.2006, p. 52.

(6)  ĠU L 36, 9.2.2008, p. 5.


IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009 skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

10.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/74


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Ottubru 2009

li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/679/KE u 2006/860/KE fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà relatati ma’ subsistemi tas-sistemi ferrovjarji trans-Ewropej konvenzjonali u ta’ veloċità għolja

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 7787)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/79/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (ERA-REC-38-2009-ERTMS) tal-24 ta’ April 2009 dwar l-aġġornament tal-Anness A tat-TSI tal-Kmand ta’ Kontroll u s-Sinjali għas-sistemi ferrovjarji konvenzjonali u ta’ veloċità għolja,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/679/KE tat-28 ta’ Marzu 2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema ta’ kontroll u ta’ sinjalar tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (2) stipulat l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà (TSI) relatata mas-subsistema tal-kmand ta’ kontroll u s-sinjali għas-sistemi ferrovjarji konvenzjonali trans-Ewropej.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/860/KE tas-7 ta’ Novembru 2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema ta’ kontroll u ta’ sinjalar tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja (3) stipulat l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà (TSI) relatata mas-subsistema tal-kmand ta’ kontroll u s-sinjali għas-sistemi ferrovjarji ta’ veloċità għolja trans-Ewropej.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/386/KE tat-23 ta’ April 2008 li timmodifika l-Anness A għad-Deċiżjoni 2006/679/KE tat-28 ta’ Marzu 2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema ta’ kontroll u ta’ sinjalar tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea u l-Anness A għad-Deċiżjoni 2006/860/KE tas-7 ta’ Novembru 2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema ta’ kontroll u ta’ sinjalar tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja (4), l-ispeċifikazzjonijiet tal-ETCS għandhom ikunu kkompletati biex jinkludu speċifikazzjonijiet komuni aġġornati tat-testijiet.

(4)

Jeħtieġ li għadd ta’ dokumenti tekniċi msemmija fl-Anness A għad-Deċiżjonijiet 2006/679/KE u 2006/860/KE jiġu aġġornati b’adattament għall-progress tekniku.

(5)

Id-Direttivi 2006/679/KE u 2006/860/KE għandhom għalhekk ikunu emendati skont dan.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Interoperabbiltà u s-Sikurezza tal-Ferroviji stabbilit skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista tal-ispeċifikazzjonijiet obbligatorji u dik tal-ispeċifikazzjonijiet informattivi stabbiliti fl-Anness A għad-Deċiżjoni 2006/679/KE u fl-Anness A għad-Deċiżjoni 2006/860/KE għandhom jinbidlu bil-lista ta’ lista ta’ speċifikazzjonijiet obbligatorji u l-lista ta’ speċifikazzjonijiet informattivi li jinsabu fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. Għandhom jitħassru n-noti ta’ qiegħ il-paġna li jirreferu għad-Deċiżjoni 2002/731/KE fl-Anness H għat-TSI mehmuż mad-Deċiżjoni 2006/679/KE u fl-Anness H għat-TSI mehmuż mad-Deċiżjoni 2006/860/KE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ April 2010.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 16.10.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 342, 7.12.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 136, 24.5.2008, p. 11.


ANNESS

LISTA TA’ SPEĊIFIKAZZJONIJIET OBBLIGATORJI

Nru tal-Indiċi

Referenza

Isem id-Dokument

Verżjoni

1

ERA/ERTMS/003204

ERTMS/ETCS Functional Requirement Specification

5.0

2

Imħassar apposta

 

 

3

UNISIG SUBSET-023

Glossary of Terms and Abbreviations

2.0.0

4

UNISIG SUBSET-026

System Requirement Specification

2.3.0

5

UNISIG SUBSET-027

FFFIS Juridical Recorder-Downloading Tool

2.3.0

6

UNISIG SUBSET-033

FIS for Man-Machine Interface

2.0.0

7

UNISIG SUBSET-034

FIS for the Train Interface

2.0.0

8

UNISIG SUBSET-035

Specific Transmission Module FFFIS

2.1.1

9

UNISIG SUBSET-036

FFFIS for Eurobalise

2.4.1

10

UNISIG SUBSET-037

Euroradio FIS

2.3.0

11

Riservat 05E537

Off line key management FIS

 

12

UNISIG SUBSET-039

FIS for the RBC/RBC Handover

2.3.0

13

UNISIG SUBSET-040

Dimensioning and Engineering rules

2.3.0

14

UNISIG SUBSET-041

Performance Requirements for Interoperability

2.1.0

15

ERA SUBSET-108

Interoperability-related consolidation on TSI annex A documents

1.2.0

16

UNISIG SUBSET-044

FFFIS for Euroloop sub-system

2.3.0

17

Imħassar apposta

 

 

18

UNISIG SUBSET-046

Radio In-fill FFFS

2.0.0

19

UNISIG SUBSET-047

Track-side-Trainborne FIS for Radio In-Fill

2.0.0

20

UNISIG SUBSET-048

Trainborne FFFIS for Radio In-Fill

2.0.0

21

UNISIG SUBSET-049

Radio In-fill FIS with LEU/Interlocking

2.0.0

22

Imħassar apposta

 

 

23

UNISIG SUBSET-054

Assignment of Values to ETCS variables

2.0.0

24

Imħassar apposta

 

 

25

UNISIG SUBSET-056

STM FFFIS Safe Time Layer

2.2.0

26

UNISIG SUBSET-057

STM FFFIS Safe Link Layer

2.2.0

27

UNISIG SUBSET-091

Safety Requirements for the Technical Interoperability of ETCS in Levels 1 & 2

2.5.0

28

Riservat

Reliability – Availability Requirements

 

29

UNISIG SUBSET-102

Test specification for Interface “k”

1.0.0

30

Imħassar apposta

 

 

31

UNISIG SUBSET-094

UNISIG Functional Requirements for an On-board Reference Test Facility

2.0.2

32

EIRENE FRS

GSM-R Functional Requirements Specification

7

33

EIRENE SRS

GSM-R System Requirements Specification

15

34

A11T6001 12

(MORANE) Radio Transmission FFFIS for EuroRadio

12

35

ECC/DC(02)05

ECC Decision of 5 July 2002 on the designation and availability of frequency bands for railway purposes in the 876-880 and 921-925 MHz bands

 

36a

Imħassar apposta

 

 

36b

Imħassar apposta

 

 

36c

UNISIG SUBSET-074-2

FFFIS STM Test cases document

1.0.0

37a

Imħassar apposta

 

 

37b

UNISIG SUBSET-076-5-2

Test cases related to features

2.3.1

37c

UNISIG SUBSET-076-6-3

Test sequences

2.3.1

37d

UNISIG SUBSET-076-7

Scope of the test specifications

1.0.2

37e

Imħassar apposta

 

 

38

06E068

ETCS marker board definition

1.0

39

UNISIG SUBSET-092-1

ERTMS EuroRadio Conformance Requirements

2.3.0

40

UNISIG SUBSET-092-2

ERTMS EuroRadio Test cases Safety Layer

2.3.0

41

Riservat

UNISIG SUBSET 028

JRU Test Specification

 

42

Imħassar apposta

 

 

43

UNISIG SUBSET 085

Test Specification for Eurobalise FFFIS

2.2.2

44

Riservat

Odometry FIS

 

45

UNISIG SUBSET-101

Interface “K” Specification

1.0.0

46

UNISIG SUBSET-100

Interface “G” specification

1.0.1

47

Riservat

Safety Requirements and Requirements to Safety Analysis for Interoperability for the Control-Command and Signalling Sub-System

 

48

Riservat

Test specification for mobile equipment GSM-R

 

49

UNISIG SUBSET-059

Performance requirements for STM

2.1.1

50

UNISIG SUBSET-103

Test specification for EUROLOOP

1.0.0

51

Reserved

Ergonomic aspects of the DMI

 

52

UNISIG SUBSET-058

FFFIS STM Application Layer

2.1.1

53

Riservat

AEIF-ETCS-Variables-Manual

AEIF-ETCS-Variables-Manual

 

54

Imħassar apposta

 

 

55

Riservat

Juridical recorder baseline requirements

 

56

Riservat

05E538

ERTMS Key Management Conformance Requirements

 

57

Riservat

UNISIG SUBSET-107

Requirements on pre-fitting of ERTMS on-board equipment

 

58

UNISIG SUBSET-097

Requirements for RBC-RBC Safe Communication Interface

1.1.0

59

Riservat

UNISIG SUBSET-105

Requirements on pre-fitting of ERTMS track side equipment

 

60

Riservat

UNISIG SUBSET-104

ETCS version management

 

61

Riservat

GSM-R version management

 

62

Riservat

UNISIG SUBSET-099

RBC-RBC Test specification for Safe Communication Interface

 

63

UNISIG SUBSET-098

RBC-RBC Safe Communication Interface

1.0.0


LISTA TA’ SPEĊIFIKAZZJONIJIET INFORMATTIVI

Speċifikazzjoni tat-Tip 1 tirrappreżenta l-istat attwali tax-xogħol għat-tħejjija ta’ speċifikazzjoni obbligatorja li għadha “riservata”.

Speċifikazzjoni tat-Tip 2 tagħti aktar informazzjoni, billi tiġġustifika r-rekwiżiti fl-ispeċifikazzjonijiet obbligatorji u tipprovdi għajnuna għall-applikazzjoni tagħhom.

L-Indiċi B32 huwa maħsub biex jiżgura referenzi uniċi fid-dokumenti tal-Anness A. Ġaladarba dan jintuża biss għal finijiet editorjali u b’sostenn għal tibdiliet futuri tad-dokumenti li għalihom hemm referenza, mhuwiex klassifikat bħala “Tip” u mhuwiex marbut ma’ dokument obbligatorju tal-Anness A.

Id-dokumenti B25, B27, B28, B29 u B30 huma applikabbli biss għall-GSM-R DMI. Id-dokument B34 biss japplika għall-ETCS DMI.


Nru tal-Indiċi

Referenza

Isem id-Dokument

Verżjoni

Tip

B1

EEIG 02S126

RAM requirements (chapter 2 only)

6

2 (index 28)

B2

EEIG 97S066

Environmental conditions

5

2 (index A5)

B3

UNISIG SUBSET-074-1

Methodology for testing FFFIS STM

1.0.0

2 (index 36)

B4

EEIG 97E267

ODOMETER FFFIS

5

1 (Index 44)

B5

O_2475

ERTMS GSM-R QoS Test Specification

1.0.0

2

B6

UNISIG SUBSET-038

Off-line Key Management FIS

2.1.9

1 (index 11)

B7

UNISIG SUBSET-074-3

FFFIS STM test specification traceability of test cases with Specific Transmission Module FFFIS

1.0.0

2 (Index 36)

B8

UNISIG SUBSET-074-4

FFFIS STM Test Specification Traceability of testing the packets specified in the FFFIS STM Application Layer

1.0.0

2 (Index 36)

B9

UNISIG SUBSET 076-0

ERTMS/ETCS Class 1, Test plan

2.3.1

2 (Index 37)

B10

UNISIG SUBSET 076-2

Methodology to prepare features

2.3.0

2 (Index 37)

B11

UNISIG SUBSET 076-3

Methodology of testing

2.3.1

2 (Index 37)

B12

UNISIG SUBSET 076-4-1

Test sequence generation: Methodology and Rules

1.0.2

2 (Index 37)

B13

UNISIG SUBSET 076-4-2

ERTMS ETCS Class 1 States for Test Sequences

1.0.2

2 (Index 37)

B14

UNISIG SUBSET 076-5-3

On-Board Data Dictionary

2.3.0

2 (Index 37)

B15

UNISIG SUBSET 076-5-4

SRS v.2.2.2 Traceability

2.3.1

2 (Index 37)

B16

UNISIG SUBSET 076-6-1

UNISIG test data base

2.3.1

2 (Index 37)

B17

UNISIG SUBSET 076-6-4

Test Cases Coverage

2.3.1

2 (Index 37)

B18

Imħassar apposta

 

 

 

B19

UNISIG SUBSET 077

UNISIG Causal Analysis Process

2.2.2

2 (Index 27)

B20

UNISIG SUBSET 078

RBC interface: Failure modes and effects analysis

2.4.0

2 (Index 27)

B21

UNISIG SUBSET 079

MMI: Failure Modes and Effects Analysis

2.2.2

2 (Index 27)

B22

UNISIG SUBSET 080

TIU: Failure Modes and Effects Analysis

2.2.2

2 (Index 27)

B23

UNISIG SUBSET 081

Transmission system: Failure Modes and Effects Analysis

2.3.0

2 (Index 27)

B24

UNISIG SUBSET 088

ETCS Application Levels 1&2 -Safety Analysis

2.3.0

2 (Index 27)

B25

TS50459-1

Railway applications – European Rail Traffic Management System – Driver Machine Interface – part 1 – Ergonomic principles of ERTMS/ETCS/GSM-R Information

2005

2 (Index 51)

B26

Imħassar apposta

superseded by B34

 

 

B27

TS50459-3

Railway applications – Communication, signalling and processing systems – European Rail Traffic Management System – Driver Machine Interface – part 3 – Ergonomic arrangements of ERTMS/GSM-R Information

2005

2 (Index 51)

B28

TS50459-4

Railway applications – Communication, signalling and processing systems – European Rail Traffic Management System – Driver Machine Interface – part 4 – Data entry for the ERTMS/ETCS/GSM-R systems

2005

2 (Index 51)

B29

TS50459-5

Railway applications – Communication, signalling and processing systems – European Rail Traffic Management System – Driver Machine Interface – part 5 – Symbols

2005

2 (Index 51)

B30

TS50459-6

Railway applications – Communication, signalling and processing systems – European Rail Traffic Management System – Driver Machine Interface – part 6 – Audible Information

2005

2 (Index 51)

B31

Riservat

EN50xxx

Railway applications – European Rail Traffic Management System – Driver Machine Interface – part 7 – Specific Transmission Modules

 

2 (Index 51)

B32

Riservat

Guideline for references

 

None

B33

EN 301 515

Global System for Mobile communication (GSM); Requirements for GSM operation in railways.

2.1.0

2 (Index 32, 33)

B34

ERA-ERTMS-015560

ERTMS/ETCS Driver Machine Interface

2.3

1 (Index 51)

B35

Riservat

UNISIG SUBSET-069

ERTMS Key Management Conformance Requirements

 

1 (Index 56)

B36

04E117

ETCS/GSM-R Quality of Service user requirements – Operational Analysis

1

2 (Index 32)

B37

UNISIG SUBSET-093

GSM-R Interfaces – Class 1 requirements

2.3.0

1 (Index 32, 33)

B38

UNISIG SUBSET-107 A

Requirements on pre-fitting of ERTMS on-board equipment

1.0.0

2 (Index 57)

B39

UNISIG SUBSET-076-5-1

ERTMS ETCS Class 1 Feature List

2.3.1

2 (Index 37)

B40

UNISIG SUBSET-076-6-7

Test Sequences Evaluation and Validation

1.0.2

2 (Index 37)

B41

UNISIG SUBSET-076-6-8

Generic train data for test Sequences

1.0.1

2 (Index 37)

B42

UNISIG SUBSET-076-6-10

Test Sequence Viewer (TSV)

3.0.8

2 (Index 37)

B43

04E083

Safety Requirements and Requirements to Safety Analysis for Interoperability for the Control-Command and Signalling Sub-System

1.0

1 (index 47)

B44

04E084

Justification Report for the Safety Requirements and Requirements to Safety Analysis for Interoperability for the Control-Command and Signalling Sub-System.

1.0

2 (index B43)

B45

ERA/ERTMS/003205

Traceability Of Changes To ETCS FRS

0.1

2 (index 1)

B46

UNISIG SUBSET-099

RBC-RBC Safe Communication Interface Test Specifications

1.0.0

1 (index 62)