|
ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2009.176.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 52 |
|
Werrej |
|
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
|
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
|
|
2009/523/KE |
|
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Diċembru 2008 dwar l-Għajnuna mill-istat Nru C 52/06 (ex NN 73/06, ex N 340/06) parzjalment implimentata mill-Polonja għal Odlewnia Żeliwa Śrem S.A. (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7049) ( 1 ) |
|
|
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
|
|
2009/524/KE |
|
|
|
* |
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2009 dwar miżuri għat-titjib fil-funzjonament tas-suq uniku ( 1 ) |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
|
7.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 584/2009
tas-6 ta’ Lulju 2009
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Lulju 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
24,2 |
|
TR |
44,0 |
|
|
ZZ |
34,1 |
|
|
0707 00 05 |
TR |
108,5 |
|
ZZ |
108,5 |
|
|
0709 90 70 |
TR |
100,7 |
|
ZZ |
100,7 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
53,6 |
|
MK |
25,1 |
|
|
TR |
41,9 |
|
|
ZA |
60,5 |
|
|
ZZ |
45,3 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
94,3 |
|
BR |
72,3 |
|
|
CL |
80,5 |
|
|
CN |
93,4 |
|
|
NZ |
113,9 |
|
|
US |
92,3 |
|
|
UY |
116,5 |
|
|
ZA |
88,1 |
|
|
ZZ |
93,9 |
|
|
0808 20 50 |
AR |
70,3 |
|
CL |
70,8 |
|
|
NZ |
161,4 |
|
|
ZA |
100,3 |
|
|
ZZ |
100,7 |
|
|
0809 10 00 |
TR |
208,8 |
|
XS |
116,3 |
|
|
ZZ |
162,6 |
|
|
0809 20 95 |
SY |
197,7 |
|
TR |
323,5 |
|
|
ZZ |
260,6 |
|
|
0809 30 |
TR |
140,1 |
|
ZZ |
140,1 |
|
|
0809 40 05 |
IL |
160,5 |
|
ZZ |
160,5 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
7.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 585/2009
tas-6 ta' Lulju 2009
li jipprevedi miżuri eċċezzjonali rigward ċertifikati għar-rifużjonijiet għall-għoti ta' rifużjonijiet fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fil-forma ta' oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1), u partikolarment l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 8(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 ta' Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 f’dak li jirrigwarda s-sistema ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq xi prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ prodotti li ma jaqgħux taħt l-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji biex jiġu ffissati l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet (2) jipprovdi li ċertifikati ta' rifużjoni mitluba għall-konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 33 jew l-Artikolu 38a, l-aktar tard fis-7 ta' Novembru, huma validi sal-aħħar jum tal-għaxar xahar wara x-xahar li fih l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat kienet saret. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jipprevedi wkoll li l-ħruġ ta' ċertifikat tar-rifużjoni jobbliga lid-detentur li japplika għal rifużjonijiet ugwali għall-ammont li għalih inħareġ iċ-ċertifikat fuq l-oġġetti esportati matul il-perjodu ta' validità taċ-ċertifikat tar-rifużjoni |
|
(3) |
Meta l-obbligu li japplika għar-rifużjonijiet ma jkunx ġie sodisfatt, il-garanzija għandha tintilef b'ammont ugwali għad-differenza bejn il-95% tal-ammont indikat fiċ-ċertifikat tar-rifużjoni u l-ammont attwalment applikat għalih. Minħabba l-impatt tal-kriżi ekonomika u finanzjarja fis-swieq ta' pajjiżi terzi matul il-perjodu tal-baġit 2009, il-perjodu ta' validità ta' għaxar xhur ta' ċerti ċertifikati ta' rifużjonijiet maħruġa għall-oġġetti mhux koperti minn Anness I għat-Trattat maħruġa għall-użu mill-1 ta' Ottubru 2008 ġew suġġetti għal grad għoli ta' riskju u inċertezza għall-operaturi. Dan l-inċertezza dejjem ikbar taffettwa kważi l-esportazzjonijiet kollha koperti minn ċertifikati ta' rifużjonijiet maħruġa għall-użu mill-1 ta' Ottubru 2008. Meta mqabbla mal-prodotti bażiċi tal-ikel, bosta oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat li jibbenefikaw minn rifużjonijiet ta' esportazzjoni m'humiex prodotti essenzjali u huma partikolarment sensittivi għal tnaqqis fil-konsum fil-pajjiżi importaturi. |
|
(4) |
L-impatt tal-kriżi ekonomika u finanzjarja deher ċar fl-aħħar ta' Settembru 2008. Bħala riżultat tal-kriżi, l-esportaturi ta' oġġetti koperti minn rifużjoni ta' ċertifikati, maħruġa għall-użu mill-1 ta' Ottubru 2008 bil-perjodu ta' għaxar xahur ta' validità, u maħsuba sabiex tkopri l-esportazzjoni sa tmiem Lulju 2009 issa qed tħabbat wiċċha ma' sitwazzjoni fejn mhux iċ-ċertifikati kollha ta' rifużjonijiet maħruġa għall-użu mill-1 ta' Ottubru 2008 jistgħu jiġu utilizzati kompletament. |
|
(5) |
Konsegwentement, sabiex jiġu limitati l-konsegwenzi tal-impatt ħażin fuq l-esportaturi, huwa meħtieġ li jiġi provdut li, b'deroga mill-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u mill-Artikolu 40(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli ddettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (3), il-validità taċ-ċertifikati ta' rifużjoni applikati f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 33 jew l-Artikolu 38a tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, bejn it-8 ta' Lulju u s-26 ta' Settembru 2008, għall-użu mill-1 ta' Ottubru 2008, għandu jiġi estiż sat-30 ta' Settembru 2009. |
|
(6) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu. 40(3) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, m'għandhomx japplikaw fil-każ attwali peress illi l-estensjoni tal-perjodu ta' validità taċ-ċertifikati ta' rifużjoni konċernati mhix dovuta għal raġunijiet ta' forza maġġuri Għalhekk, hija meħtieġa deroga espliċita mill-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 sabiex l-Artikolu 40(3) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 ma jiġix applikabbli għall-każ attwali. |
|
(7) |
Jista' jkun li ċerti ċertifikati ta' rifużjonijiet bil-perjodu tal-validità ta' għaxar xhur applikati bejn it-8 ta' Lulju u s-7 ta' Novembru 2008 f'konformità mal-Artikolu 33 il-punt (a) jew l-Artikolu 38a tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 diġà ntbagħtu lura lill-awtorità tal-ħruġ skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 sad-data tad-dħul fis-seħħ tar-regolament attwali. Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali lid-detenturi titolari ta' dawn ċertifikati ta' rifużjoni, huwa xieraq li tingħata l-possibbiltà lill-awtorità tal-ħruġ biex toħroġ mill-ġdid iċ-ċertifikati li diġà ntbagħtu lura jew xi partijiet minnhom u biex tistabbilixxi mill-ġdid il-garanziji relatati. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni dwar kwistjonijiet orizzontali li jikkonċernaw il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli pproċessati mhux elenkati fl-Anness I tat-Trattat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Permezz ta' deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 39(2) u 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, għal dawk iċ-ċertifikati bil-perjodu ta' għaxar xhur ta' validità, il-perjodu ta' validità taċ-ċertifikati ta' rifużjoni applikat bejn it-8 ta' Lulju u s-7 ta' Novembru 2008, f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 33 jew l-Artikolu 38a tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, għandu jkun estiż sat-30 ta' Settembru 2009.
Artikolu 2
Fuq talba bil-miktub tad-detentur titolari, ċertifikati jew partijiet minnhom, bil-perjodu ta' għaxar xhur ta' validità, applikati bejn it-8 ta' Lulju u s-7 ta' Novembru 2008, f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 33 jew l-Artikolu 38a tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, li jkunu ntbagħtu lura lill-awtorità tal-ħruġ qabel il-jum tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, għandhom jinħarġu mill-ġdid fir-rigward tal-ammonti mhux użati li jibqgħu fuq iċ-ċertifikati ta' rifużjoni meta ssir il-preżentazzjoni tal-garanziji relatati lill-awtorità tal-ħruġ.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi President
(1) ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18.
|
7.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 586/2009
tas-6 ta’ Lulju 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1043/2005 fir-rigward tal-perjodu ta' validità ta' xi ċertifikati ta' rifużjoni
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli (1), u partikolarment l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 8(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 ta' Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 f’dak li jirrigwarda s-sistema ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq xi prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ prodotti li ma jaqgħux taħt l-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji biex jiġu ffissati l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet (2) jistipula li ċ-ċertifikati ta' rifużjoni li jkun hemm applikazzjonijiet għalihom li huma konformi mal-punt (a) tal-Artikolu 33 jew l-Artikolu 38a, mhux aktar tard mis-7 ta' Novembru, jibqgħu validi sal-aħħar ġurnata tal-għaxar xahar wara dak li fih tkun saret l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat. |
|
(2) |
Il-perjodu ta' validità ta' għaxar xhur għaċ-ċertifikati li kien hemm applikazzjonijiet għalihom qabel is-7 ta' Novembru ġie adottat biex jiffaċilita l-ħidma tas-sistema ta' rifużjonijiet fis-sitwazzjoni partikolari tas-sospensjoni antiċipata tar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni taz-zokkor wara r-riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-suq taz-zokkor. Id-dispożizzjoni li twaqqaf perjodu ta' għaxar xhur validità għandha għalhekk tapplika biss għall-perjodu tal-baġit 2009 u tgħodd għaċ-ċertifikati li saret applikazzjoni għalihom mhux iżjed tard mis-7 ta' Novembru 2008. Din id-dispożizzjoni m'għadhiex aktar meħtieġa u għalhekk għandha tiġi mħassra. |
|
(3) |
Minħabba li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 585/2009 tas-6 ta’ Lulju 2009 li jistipula miżuri eċċezzjonali fir-rigward taċ-ċertifikati tar-rifużjoni għall-għotja ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli f'għamla ta' oġġetti mhux koperti fl-Anness I tat-Trattat (3) jgħodd biss għaċ-ċertifikati ta' rifużjoni li saret applikazzjoni għalihom bejn it-8 ta' Lulju u s-7 ta' Novembru 2008, b'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 33 jew l-Artikolu 38a tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, huwa xieraq li jkun speċifikat li l-emendi li saru permezz ta' dan ir-Regolament huma bla ħsara għar-Regolament (KE) Nru 585/2009. |
|
(4) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1043/2005 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni dwar kwistjonijiet orizzontali li jikkonċernaw il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli proċessati mhux elenkati fl-Anness I tat-Trattat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-ewwel sottoparagrafu jinbidel b’dan li ġej: “Soġġett għat-tieni sottoparagrafu, iċ-ċertifikati tar-rifużjoni għandhom ikunu validi sal-aħħar jum tal-ħames xahar wara x-xahar meta saret l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat, jew sal-aħħar jum tal-perjodu tal-baġit, liema jaħbat l-ewwel.”; |
|
(2) |
It-tieni sottoparagrafu huwa mħassar. |
Artikolu 2
Il-perjodu ta' validità deċiż fir-Regolament (KE) Nru 585/2009 għandu jgħodd għaċ-ċertifikati ta' rifużjoni li saret applikazzjoni għalihom bejn it-8 ta' Lulju 2008 u s-7 ta' Novembru 2008 b'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 33 jew l-Artikolu 38a tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi President
(1) ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18.
(2) ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24.
(3) Ara p. 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Il-Kummissjoni
|
7.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-10 ta’ Diċembru 2008
dwar l-Għajnuna mill-istat Nru C 52/06 (ex NN 73/06, ex N 340/06) parzjalment implimentata mill-Polonja għal Odlewnia Żeliwa Śrem S.A.
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7049)
(It-test Pollakk biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/523/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li talbet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet ċitati hawn fuq,
Billi:
I. PROĊEDURA
|
(1) |
Fl-1 ta’ Ġunju 2006 l-awtoritajiet Pollakki nnotifikaw l-għajnuna għar-ristrutturar li ngħatat lil Odlewnia Żeliwa “Śrem” (minn hawn 'il quddiem “Odlewnia Śrem”) prinċipalment fil-forma ta’ arranġamenti sabiex l-obbligazzjonijiet pubbliċi jitħallsu f’pagamenti parzjali. Instab li xi wħud mill-miżuri ta’ għajnuna kienu ngħataw wara l-adeżjoni mingħajr l-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Għalhekk ġew ikkunsidrati bħala għajnuna illegali. |
|
(2) |
Permezz tal-ittra tas-6 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni infurmat lill-Polonja li ħadet deċiżjoni li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE fir-rigward ta’ dawk il-miżuri. |
|
(3) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċeduri skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE ġiet ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-għajnuna proposta. |
|
(4) |
Fil-31 ta’ Jannar 2007 l-awtoritajiet Pollakki ssottomettew il-kummenti tagħhom dwar il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni. Ma waslux kummenti minn partijiet terzi. |
|
(5) |
Fil-15 ta’ April 2008 il-Kummissjoni bagħtet talba għal aktar informazzjoni lill-awtoritajiet Pollakki. |
|
(6) |
Fit-30 ta’ April 2008 l-awtoritajiet Pollakki wieġbu jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-irtirar tal-miżuri ppjanati. Madankollu, il-Kummissjoni ma setgħetx taċċetta dan bħala rtirar skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 659/99 (1), minħabba li, fil-fatt, id-diferiment tal-ħlas tad-dejn diġà implimentat kellu effett fuq il-benefiċjarju, billi ngħata vantaġġ evidenti fuq kumpaniji oħra li ħallsu l-obbligazzjonijiet pubbliċi tagħhom fil-ħin. |
II. DESKRIZZJONI TAL-BENEFIĊJARJU U R-RISTRUTTURAR
Beneficjarju
|
(7) |
Odlewnia Śrem bdiet il-produzzjoni fl-1968. Din tipproduċi l-aktar ħadid fondut għall-industrija tal-bini tal-vapuri. Il-privatizzazzjoni tal-kumpanija bdiet fl-1999, meta t-Teżor tal-Istat biegħ 85 % tal-ishma tiegħu lil CENTROZAP (44,9 %), BANK PEKAO (25,1 %) u lill-impjegati (15 %). Waħda mir-raġunijiet għalfejn is-sitwazzjoni tal-benefiċjarju ddeterjorat kienet is-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli tal-azzjonista prinċipali, CENTROZAP, li f’ċertu punt kellu 71,4 % tal-ishma ta’ Odlewnia Śrem. Preżentament Odlewnia Śrem hija l-proprjetà ta’ PIOMA-ODLEWNIA, li għandha 85.1 % tal-ishma. Skont l-awtoritajiet Pollakki, Odlewnia Śrem għandha sehem ta’ 6-8 % mis-suq tal-ħadid fondut Pollakk. Hija bbażata f’reġjun li huwa eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat KE. |
Proċedura nazzjonali
|
(8) |
Il-proċess tar-ristrutturar ta’ Odlewnia Śrem beda fl-2003. Fl-2004 l-ewwel programm tar-ristrutturar ġie ppreparat, u ġie approvat mill-President tal-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali (ARP). |
|
(9) |
Skont l-awtoritajiet Pollakki l-kumpanija riedet tieħu vantaġġ mill-opportunità maħluqa permezz tal-emenda tal-Att tat-30 ta’ Ottubru 2002 dwar l-għajnuna mill-Istat għall-intrapriżi ta’ sinifikat speċjali għas-suq tax-xogħol li wessgħet l-iskop għat-tħassir tal-obbligazzjonijiet pubbliċi (Kapitolu 5a), iżda imponiet rekwiżiti addizzjonali fuq il-kumpanija, bħall-identifikazzjoni ta’ parti mill-assi tagħha biex jiġu trasferiti lil Operatur indipendenti. L-Operatur kellu jkun kumpanijia fil-pussess sħiħ tal-ARP jew it-Teżor tal-Istat. Id-dħul mill-bejgħ ta’ dawn l-assi mill-Operatur kellu jmur biex ikopri parti mill-obbligazzjonijiet pubbliċi tal-kumpanija li qed tiġi ristrutturata, u l-bqija kellhom jiġu mħassra meta r-ristrutturar ikun ġie konkluż. Fid-19 ta’ Marzu 2006 għalqet iskadenza għat-tlestija tal-proċedura tar-ristrutturar skont il-Kapitolu 5a tal-Att tad-19 ta’ Marzu 2006, mingħajr ma sar l-bejgħ tal-assi mill-Operatur. Madankollu, il-President tal-ARP, f’deċiżjoni tas-27 ta’ Ġunju 2006, iddikjara li r-ristrutturar kien ġie konkluż minħabba li Odlewnia Śrem kienet irkuprat il-vijabbiltà tagħha u dak li kien baqa’ sabiex ir-ristrutturar jiġi konkluż bis-sħiħ kien il-kunsens tal-Kummissjoni għall-arranġament li jippermetti lill-kumpanija tħallas l-obbligazzjonijiet pubbliċi tagħha b’pagamenti parzjali. Wara t-tmiem insodisfaċenti tal-proċedura tal-Kapitolu 5a, il-kumpanija kkuntattjat lill-ħames kredituri pubbliċi tagħha biex titlobhom jiddiferixxu l-iskadenzi tal-ħlas għall-obbligazzjonijiet tagħha fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet ġeneralment aktar applikabbli tal-liġi tat-taxxa, li kienet anqas vantaġġjuża għalihom mill-arranġament stipulat fil-Kapitolu 5a. |
Ir-ristrutturar
|
(10) |
Skont l-awtoritajiet Pollakki, l-ispejjeż tar-ristrutturar jammontaw għal PLN 43,6 miljuni. L-ispejjeż finanzjarji tar-ristrutturar jammontaw għal madwar 75 % tal-ispejjeż totali tar-ristrutturar, il-bqija huma spejjeż relatati mal-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tal-kumpanija. |
|
(11) |
Il-pjan tar-ristrutturar jiffoka, l-ewwelnett, fuq il-modernizzazzjoni tal-post tal-produzzjoni u l-investiment fit-titjib tal-kwalità tal-amministrazzjoni tal-kumpanija (pereżempju permezz tal-introduzzjoni tas-sistema informatika SAP R/3 bħala l-għodda prinċipali tal-IT ta’ Odlewnia Śrem). |
|
(12) |
Fit-tieni lok, parti kbira mir-ristrutturar tikkonsisti minn ristrutturar finanzjarju, jiġifieri prinċipalment arranġamenti għall-ħlas parzjali u t-tħassir tal-obbligazzjonijiet pubbliċi. Ġie miftiehem ukoll tħassir parzjali tal-obbligazzjonijiet ċivili li jammontaw għal PLN 1,4 miljuni permezz ta’ ftehim ta’ kompożizzjoni mal-kredituri ffirmat fis-17 ta’ Mejju 2005. |
|
(13) |
Fit-tielet lok, fl-2005 il-kumpanija naqqset in-numru tal-impjegati tagħha għal 1 457, minn 1 776 fl-2002, u ma kellhiex pjanijiet għal aktar ristrutturar fil-qasam tal-impjiegi. Madankollu, il-Polonja argumentat li s-sospensjoni temporanja tal-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Negozjar Kollettiv tal-Kumpanija tikkostitwixxi tnaqqis fl-ispejjeż tal-impjiegi peress li l-kumpanija temporanjament ma kinetx qed tħallas kontributi lill-Fond tal-Benefiċċji Soċjali tal-Kumpanija. |
|
(14) |
Ir-ristrutturar tal-assi jikkonsisti fil-kiri tal-assi mhux relatati mal-produzzjoni, bħal lukanda (Ośrodek Wypoczynkowy f’Ostrowieczno) u faċilitajiet oħra għal prezz totali ta’ PLN 0,4 miljuni. Il-bejgħ ta’ aktar assi li għandhom valur ta’ madwar PLN 2,6 miljuni huwa ppjanat wkoll iżda għadu ma ġiex iffinalizzat. |
|
(15) |
Qabel ma l-Kummissjoni bdiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE, kienet ġiet infurmata li l-kumpanija kienet ilha tipprova ssib investitur ġdid mill-2003 u li l-awtoritajiet Pollakki kienu qed jenfasizzaw l-importanza tal-privatizzazzjoni għall-vijabbiltà fit-tul tal-kumpanija. Il-Polonja informat lill-Kummissjoni li l-mira kienet inkisbet meta nbiegħu 85,1 % tal-ishma ta’ Odlewnia Śrem lill-kumpanija privata PIOMA-ODLEWNIA. |
|
(16) |
Odlewnia Śrem naqqset il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha minn 57 000 sa 55 000 tunnellata ta’ ħadid fondut kull sena u ma tipprevedix aktar tnaqqis, u tiddikjara li dan kieku joħloq riskju għall-vijabbiltà tal-kumpanija. Il-Polonja pproponiet żewġ miżuri kompensatorji alternattivi. Fl-ewwel lok, il-kumpanja naqqset il-produzzjoni tagħha tal-ħadid fondut għall-fitings industrijali b’50 % (minn madwar 11 000 tunnellati għal 5 500 tunnellati). Fit-tieni lok, il-Polonja tiddikjara li l-kumpanija m’għandhiex tibqa tipproduċi ħadid fondut għall-impjanti tal-enerġija mir-riħ. |
III. DEĊIŻJONI LI TINBEDA L-PROĊEDURA SKONT L-ARTIKOLU 88(2) TAT-TRATTAT KE
|
(17) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali minħabba li kellha dubji dwar jekk l-għajnuna għar-ristrutturar kienetx kompatibbli mas-suq komuni. Id-dubji kienu bbażati fuq erba’ fatturi. |
|
(18) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk Odlewnia Śrem tistax titqies bħala “ditta kummerċjali f’diffikultà” skont it-tifsira tal-Linji Gwida Komunitarji dwar l-Għajnuniet mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà (2) (minn hawn 'il quddiem “Linji Gwida tal-2004”) u għalhekk hijiex eliġibbli għall-għajnuna għar-ristrutturar, minħabba li Odlewnia Śrem għamlet profit nett ta’ PLN 3,9 miljuni fl-2005. |
|
(19) |
It-tieni nett, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk il-pjan ta’ ristrutturar kienx kapaċi jirkupra l-vijabbiltà fit-tul tal-benefiċjarju, minħabba li dan jidher li kien qed jiffoka fuq il-manutenzjoni tad-dejn u l-irkupru tal-ispejjeż tal-operat u l-kumpanja dehret li kellha diffikultà ssib investitur privat. |
|
(20) |
It-tielet nett, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk l-għajnuna kinetx limitata għall-minimu neċessarju u jekk il-kontribut tad-ditta stess kienx sinifikanti u għoli kemm jista’ jkun, b’mod partikolari minħabba li l-awtoritajiet Pollakki ma kienux ipprovdew xi pjanijiet ta’ privatizzazzjoni konkreti, li taħthom il-kontribut tad-ditta stess kien ikun konsiderevolment akbar. |
|
(21) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kellha dubji dwar il-miżuri kompensatorji, minħabba li l-Polonja ma kienitx ippruvat li t-tnaqqis fil-produzzjoni msemmi f’din il-premessa 16 kienu fil-fatt miżuri kompensatorji u mhux biss ir-riżultat ta’ fatturi esterni jew l-inkapaċità tal-kumpanija li tikkompeti fuq is-swieq rilevanti. |
IV. KUMMENTI TAL-PARTIJIET
|
(22) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti biss mill-Polonja. |
Kummenti tal-awtoritajiet Pollakki
Bidliet fil-miżuri tal-għajnuna mill-Istat
|
(23) |
L-awtoritajiet Pollakki infurmaw lill-Kummissjoni dwar ċertu bidliet fl-għajnuna mogħtija wara l-adeżjoni, li issa għandha tkun ta’ PLN 24,2 miljuni. It-tabella ta’ hawn taħt tirriproduċi fil-qosor l-għajnuna għar-ristrutturar tal-Istat (għajnuna diġà implimentata u għajnuna ppjanata) li ngħatat lil Odlewnia Śrem kif notifikat mill-awtoritajiet Pollakki fil-kummenti tagħhom dwar il-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni. |
|
(24) |
Il-valur nominali totali tal-għajnuna mill-Istat huwa ta’ PLN 43,6 miljuni. Dawn il-miżuri jinkludu garanzijaÀ tal-Istat, self mogħti fuq termini preferenzjali, fondi diretti u diferimenti u tħassir ta’ obbligazzjonijiet pubbliċi. Deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri tal-għajnuna mill-Istat hija ppreżentata fit-tabella hawn taħt (elementi ta’ għajnuna kif indikati mill-awtoritajiet Pollakki). |
Tabella 1
Għajnuna mill-Istat mogħtija diġà
|
A |
B |
C |
D |
E |
F |
|
Nru |
Data preżumibbli tal-ftehim jew deċiżjoni |
Awtorità tal-għotja |
Forma tal-għajnuna |
Valur nominali (PLN) |
Ammont tal-għajnuna (PLN) |
|
Għajnuna mill-Istat mogħtija qabel l-adeżjoni u mhux applikabbli wara l-adeżjoni |
|||||
|
1 |
19.3.2004 |
Sindku ta’ Śrem |
Tħassir tal-obbligazzjonijiet tat-taxxa fuq il-proprjetà immobbli (inkluż l-imgħax) għall-perjodu 1.3.2002 – 30.6.2002 |
738 748,02 |
738 748,02 |
|
2 |
19.3.2004 |
Sindku ta’ Śrem |
Tħassir tal-obbligazzjonijiet tat-taxxa |
500 000,00 |
500 000,00 |
|
3 |
23.4.2004 |
ARP |
Self |
4 000 000,00 |
4 000 000,00 |
|
4 |
28.4.2004 |
ARP |
Garanzija tal-kreditu |
14 000 000,00 |
14 000 000,00 |
|
5 |
30.4.2004 |
Sindku ta’ Śrem |
Tħassir tal-imgħax fuq l-obbligazzjonijiet tat-taxxa |
200 353,90 |
200 353,90 |
|
Total |
19 439 101,92 |
19 439 101,92 |
|||
|
Għajnuna mill-Istat mogħtija wara l-adeżjoni |
|||||
|
6 |
20.5.2004 |
Ministeru tax-Xjenza u tat-Teknoloġija tal-Informatika |
Għotja |
435 000,00 |
352 350,00 |
|
7 |
9.5.2005 |
ZUS (Istituzzjoni tal-Assigurazzjoni Soċjali) |
Kontributi tas-sigurtà soċjali li jridu jitħallsu b’pagamenti parzjali (inkluż l-imgħax) |
5 385 415,31 |
134 585,81 |
|
8 |
17.10.2005 |
Awtorità provinċjali |
Diferiment tal-ħlas |
855 438,78 |
105 369,44 |
|
9 |
It-tieni kwart tal-2007 |
Awtorità provinċjali |
Tariffi ambjentali dovuti sat-30.6.2003 li jridu jitħallsu b’pagamenti parzjali |
1 272 657,45 |
247 003,92 |
|
10 |
It-tieni kwart tal-2007 |
Awtorità provinċjali |
Imgħax fuq it-tariffi ambjentali li jridu jitħallsu b’pagamenti parzjali (relatat mal-entratura hawn fuq) |
692 185,03 |
126 365,78 |
|
11 |
It-tieni kwart tal-2007 |
Awtorità provinċjali |
Tariffi ambjentali dovuti sat-30.6.2003 li jridu jitħallsu b’pagamenti parzjali |
422 946,34 |
51 018,68 |
|
12 |
It-tieni kwart tal-2007 |
Awtorità provinċjali |
Imgħax fuq it-tariffi ambjentali li jridu jitħallsu b’pagamenti parzjali (relatat mal-entratura hawn fuq) |
274 950,10 |
33 167,04 |
|
13 |
It-tieni kwart tal-2007 |
Fond tal-Istat għar-Rijabilitazzjoni tan-Nies b’Diżabilità. (PFRON) |
Kontributi tal-Fond tal-Istat għar-Rijabilitazzjoni tan-Nies b’Diżabilità (PFRON) dovuti sal-30.6.2003 li jridu jitħallsu b’pagamenti parzjali |
803 221,50 |
148 274,11 |
|
14 |
It-tieni kwart tal-2007 |
Fond tal-Istat għar-Rijabilitazzjoni tan-Nies b’Diżabilità. (PFRON) |
Tħassir tal-imgħax fuq il-kontributi lill- Fond tal-Istat għar-Rijabilitazzjoni tan-Nies b’Diżabilità (PFRON) dovuti sat-30.6.2003 |
421 085,20 |
421 085,20 |
|
15 |
It-tieni kwart tal-2007 |
Fond tal-Istat għar-Rijabilitazzjoni tan-Nies b’Diżabilità. (PFRON) |
Kontributi lill-Fond tal-Istat għar-Rijabilitazzjoni tan-Nies b’Diżabilità (PFRON) għall-perjodu Lulju 2003 - Jannar 2004 li jridu jitħallsu f’20 pagamenti kull tlett xhur |
479 156,60 |
155 721,64 |
|
16 |
It-tieni kwart tal-2007 |
Fond tal-Istat għar-Rijabilitazzjoni tan-Nies b’Diżabilità. (PFRON) |
Tħassir tal-imgħax fuq il-kontributi lill Fond tal-Istat għar-Rijabilitazzjoni tan-Nies b’Diżabilità (PFRON) għall-perjodu Lulju 2003 - Jannar 2004 |
38 392,87 |
38 392,87 |
|
17 |
It-tieni kwart tal-2007 |
Awtorità tad-distrett |
Ħlasijiet ta’ użufrutt perpetwu dovut sat-30.6.2003 li jrid jitħallas b’pagament parzjali |
263 496,00 |
34 701,67 |
|
18 |
It-tieni kwart tal-2007 |
Awtorità tad-distrett |
Tħassir tal-imgħax fuq il-ħlasijiet tal-użufrutt perpetwu dovut sat-30.6.2003 (relatat mal-entratura hawn fuq) |
137 890,00 |
18 159,78 |
|
19 |
It-tieni kwart tal-2007 |
ZUS |
Kontributi tas-sigurtà soċjali dovuti sat-30.6.2003 li jridu jitħallsu b’pagamenti parzjali |
4 077 498,51 |
46 619,38 |
|
20 |
It-tieni kwart tal-2007 |
ZUS |
Imgħax fuq il-kontributi tas-sigurtà soċjali dovuti sat-30.6.2003 li jridu jitħallsu b’pagamenti parzjali (relatat mal-entratura hawn fuq) |
2 306 780,00 |
26 341,18 |
|
21 |
It-tieni kwart tal-2007 |
ZUS |
Kontributi lill-Fond tax-Xogħol u l-Fond ta’ Garanzija għall-Benefiċji tal-Impjegati dovuti sat-30.6.2003 li jridu jitħallsu b’pagamenti parzjali |
1 275 873,09 |
28 618,42 |
|
22 |
It-tieni kwart tal-2007 |
ZUS |
Imgħax fuq il-kontributi lill-Fond tax-Xogħol u l-Fond ta’ Garanzija għall-Benefiċji tal-Impjegati dovuti sat-30.6.2003 li jridu jitħallsu b’pagamenti parzjali (relatat mal-entratura hawn fuq) |
727 023,00 |
16 296,744 |
|
23 |
It-tieni kwart tal-2007 |
ZUS |
Kontributi tas-sigurtà soċjali dovuti sat-30.6.2003 li jridu jitħallsu b’pagamenti parzjali |
2 085 480,55 |
29 309,94 |
|
24 |
It-tieni kwart tal-2007 |
ZUS |
Imgħax fuq il-kontributi tas-sigurtà soċjali dovuti sat-30.6.2003 li jridu jitħallsu b’pagamenti parzjali (relatat mal-entratura hawn fuq) |
1 100 260,00 |
15 463,36 |
|
25 |
It-tieni kwart tal-2007 |
ZUS |
Tħassir tal-ispejjeż tal-infurzar relatat mal-ħlas tard tal-kontributi tas-sigurtà soċjali dovuti sat-30.6.2003 |
641 593,80 |
641 593,80 |
|
26 |
It-tieni kwart tal-2007 |
Fond Nazzjonali għall-Protezzjoni Ambjentali u l-Ġestjoni tal-llma (NFOSiGW) |
Għotja |
470 000,00 |
470 000,00 |
|
Għajnuna mill-Istat mogħtija wara l-adeżjoni |
24 166 344,12 |
3 140 438,76 |
|||
|
Total tal-għajnuna mill-Istat mogħtija u ppjanata |
43 605 446,04 |
22 579 540,68 |
|||
Kwistjonijiet oħrajn li qajmet il-Polonja fil-kummenti tagħha dwar il-ftuħ tal-proċedura tal-investigazzjoni
|
(25) |
L-ewwel nett, f’dak li għandu x’jaqsam mal-vijabbiltà tal-kumpanija, l-awtoritajiet Pollakki ddikkjaraw li r-ristrutturar kien suċċess, minħabba li Odlewnia Śrem irnexxielha ssib investitur strateġiku privat, li għandu jġib il-kapital meħtieġ u jippermetti lill-kumpanija tikseb mill-ġdid il-kredibilità fuq is-suq. |
|
(26) |
Il-Polonja enfasizzat ukoll li l-kumpanija kienet iddiversifikat il-produzzjoni tagħha, b’attenzjoni akbar għal prodotti sofistikati ta’ valur miżjud ogħla. Iċ-ċaqliq għall-produzzjoni ta’ ħadid fondut b’piż ta’ aktar minn 300 kg dehret bħala mossa tajba, minħabba li numru ta’ kompetituri waqqfu l-produzzjoni f’dan is-settur tas-suq u b’hekk ipprovdew opportunità għal Odlewnia Śrem biex issir attiva fih. |
|
(27) |
L-awtoritajiet Pollakki kkonfermaw li l-kumpanija m’għadx għandha problemi ta’ likwidità u li l-obbligazzjonijiet tan-negozju kurrenti kollha tagħha tħallsu fil-ħin. |
|
(28) |
It-tieni nett, il-Polonja argumentat li Odlewnia Śrem tista’ titqies bħala “ditta f’diffikultà” skont it-tifsira tal-Linji Gwida tal-2004, u b’hekk hija eliġibbli għall-għajnuna għar-ristrutturar. L-awtoritajiet Pollakki kkonfermaw li l-perjodu tar-ristrutturar beda fl-2003, meta l-kumpanija kienet evidentement f’diffikultà. Il-fatt li Odlewnia Śrem għamlet profit ta’ PLN 3,9 miljuni fl-2005 għandha tiġi kkunsidrata bħala sinjal li rkuprat il-vijabbiltà permezz tal-proċess ta’ ristrutturar. |
|
(29) |
Fit-tielet lok, il-Polonja pprovdiet aktar informazzjoni dwar il-kontribut tal-kumpanija lejn l-ispiża totalti tar-ristrutturar. |
|
(30) |
Skont l-awtoritajiet Pollakki, il-benefiċjarju ta kontribut sinifikanti. L-ispejjeż tar-ristrutturar kienu ammontaw għal PLN 43,6 miljuni, waqt li s-sorsi tal-finanzjament għar-ristrutturar jistgħu jiġu kklassifikati bħala kontribut tiegħu stess għar-ristrutturar li jista’ jiġi vvalutat għal PLN 23,7 miljuni, magħmul minn kapitali li nġiebu mill-investitur privat (PLN 16-il miljun), id-dħul mill-bejgħ jew il-kiri tal-assi li sar (PLN 0.4 miljuni) u s-sospensjoni temporanja tal-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Negozjar Kollettiv tal-Kumpanija (PLN 7.3 miljuni). Fir-rigward ta’ dawn tal-aħħar, l-awtoritajiet Pollakki jargumentaw li dan jikkostitwixxi tnaqqis fl-ispiża tal-impjieg minħabba li Odlewnia Śrem hija temporanjament eżentata milli tħallas il-kontributi lill-Fond tal-Benefiċċji Soċjali tal-Kumpanija. Dan il-Fond kien ġie stabbilit minn Odlewnia Śrem u s-sindakati tagħha volontarjament, u mhuwiex rekwiżit tal-liġi. Għalhekk m’hemm l-ebda riżorsi tal-Istat involuti. Diġà ġie spjegat li d-deċiżjoni ttieħdet bi ftehim mas-sindakati, li qablu li jissagrifikaw parti mill-benefiċċji tal-impjegati biex jappoġġaw ir-ristrutturar. Għalhekk, il-miżura tista’ titqies bħala kontribut tad-ditta stess. |
|
(31) |
Barra minn hekk, il-Polonja reġgħet tenniet il-fehma tagħha li dak li ġej ukoll kien jikkostitwixxi kontribut tad-ditta stess għall-ispejjeż tar-ristrutturar:
|
|
(32) |
Finalment, fir-rigward tar-rekwiżiti għal-limitazzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni, l-awtoritajiet tal-Polonja jiċċitaw tnaqqis ta’ 50 % fil-produzzjoni tal-kumpanija ta’ ħadid fondut għall-fitings industrijali (minn madwar 11 000 tunnellati għal 5 500 tunnellata). Il-fatt li l-kumpanija waqfet il-produzzjoni tal-ħadid fondut għall-impjanti tal-enerġija mir-riħ għandha titqies bħala miżura kompensatorja valida. |
|
(33) |
Il-Polonja qed targumenta li d-domanda għaż-żewġ tipi ta’ prodotti kienet qed tiżdied f’dawn l-aħħar snin u din it-tendenza hija mistennija li tkompli. Il-Polonja enfasizzat ukoll li Odlewnia Śrem għandha l-kapaċità teknika li tipproduċi l-istess ammont bħal ta’ qabel ir-ristrutturar, iżda għażlet li tillimita l-produzzjoni ta’ ħadid fondut għall-fitings industrijali u twaqqaf kompletament il-produzzjoni ta’ ħadid fontut għall-impjanti tal-enerġija mir-riħ. Għal din ir-raġuni, skont l-awtoritajiet Pollakki, dawn il-miżuri jistgħu jitqiesu bħala miżuri kompensatorji. |
VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI TAL-GĦAJNUNA
Klassifikazzjoni tal-prodott finali ta’ Odlewnia Śrem
|
(34) |
Il-Kummissjoni kellha tivverifika jekk il-prodott finali ta’ Odlewnia Śrem kienx tas-settur tal-azzar minħabba li, skont il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni għas-Salvataġġ u l-għajnuna għar-ristrutturar u l-għajnuna għall-għeluq għas-settur tal-azzar (3)“il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna għas-salvataġġ u l-għajnuna għar-ristrutturar għad-ditti f’diffikultà fis-settur tal-azzar kif definiti fl-Anness B tal-kwadru multisettorali mhumiex kompatibbli mas-suq komuni.” |
|
(35) |
L-Anness B għall-kwadru Multisettorali fuq l-għajnuna reġjonali għall-proġetti kbar ta’ investiment (4) (kwadru multisettorali), li kien applikabbli meta l-għajnuna ngħatat, jirreferi għall-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (5) (NM) għall-prodotti li huma meqjusin bħala azzar. Dawn il-prodotti huma elenkati fiż-żewġ kapitoli tan-NM, jiġifieri fil-Kapitolu 72 (“Ħadid u azzar”) u l-Kapitolu 73 (“Oġġetti ta’ ħadid jew azzar”). |
|
(36) |
Skont l-Anness B għall-kwadru multisettorali, l-oġġetti tal-ħadid jew tal-azzar li ġejjin għandhom jitqiesu bħala azzar:
|
|
(37) |
Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Pollakki, Odlewnia Śrem ma tipproduċi l-ebda minn dawn il-prodotti. Barra minn hekk, ma tipproduċi l-ebda mill-prodotti elenkati fil-Kapitolu 72 taħt it-titolu “Ħadid u azzar”, iżda tuża dawn il-prodotti – pereżempju, ħadid mhux maħdum – bħala materjali għall-produzzjoni tagħha. |
|
(38) |
Din tipproduċi prodotti għall-konsumatur aħħari sofistikati u speċifiċi li jaqgħu taħt it-titolu tal-NM 7325 , “Oġġetti oħrajn ikkastjati ta’ ħadid jew azzar”, u s-sottotitoli rilevanti bħal 7325 10 “- Ta’ ħadid fondut mhux-malleabbli” u 7325 99 10 “– Ta’ ħadid fondut malleabbli.” |
|
(39) |
L-Anness B għall-kwadru multisettorali ma jikklassifikax lil dawn il-prodotti tal-ħadid u tal-azzar bħala azzar. |
|
(40) |
Fl-aħħarnett, l-għajnuna għar-ristrutturar li ngħatat lil Odlewnia Śrem mhijiex ipprojbita prima facie u l-kompatibilità tat-tali għajnuna għandha tiġi evalwata mill-Kummissjoni skont il-Linji Gwida Komunitarji tal-2004. |
Kompetenza tal-Kummissjoni
|
(41) |
Minħabba li wħud mill-avvenimenti rilevanti għal dan il-każ saru qabel l-adeżjoni tal-Polonja għall-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004, il-Kummissjoni l-ewwel trid tiddetermina jekk hix kompetenti li taġixxi fir-rigward tal-miżuri kkonċernati. |
|
(42) |
Il-miżuri ta’ għajnuna li ngħataw qabel l-adeżjoni u mhumiex applikabbli wara l-adeżjoni ma jistgħux jiġu eżaminati mill-Kummissjoni taħt l-hekk imsejħa proċedura tal-mekkaniżmu intermedja stabbilita fl-Anness IV, punt 3 tat-Trattat tal-Adeżjoni jew taħt il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 88 tat-Trattat KE. La t-Trattat tal-Adeżjoni u lanqas it-Trattat KE ma jeħtieġu jew jawtorizzaw lill-Kummissjoni li tirrevedi dawn il-miżuri. |
|
(43) |
Mill-banda l-oħra, il-miżuri li daħlu fis-seħħ wara l-adeżjoni jikkostitwixxu għajnuna ġdida u jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88 tat-Trattat KE. Sabiex jiġi evalwat il-mument meta ċertu miżura tkun daħlet fis-seħħ, il-kriterju rilevanti huwa l-att li jorbot li permezz tiegħu l-awtorità nazzjonali kompetenti timpenja ruħha li tagħti l-għajnuna (6). |
|
(44) |
Il-miżuri ta’ għajnuna individwali mhumiex ikkunsidrati bħala applikabbli wara l-adeżjoni jekk l-esponiment ekonomiku preċiż tal-Istat kien magħruf meta ngħatat l-għajnuna. |
|
(45) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Polonja, il-Kummissjoni setgħat tidentifika dawk il-miżuri li ngħataw qabel l-adeżjoni u ma baqgħux applikabbli wara. Dawn huma ppreżentati fl-ewwel parti tat-Tabella 1 u jammontaw għal PLN 19,4 miljuni. Ġie stabbilit li l-bqija tal-miżuri ma ngħatawx qabel l-adeżjoni. Għalhekk, miżuri tal-valur ta’ PLN 24,2 miljuni ġew kkunsidrati bħala mogħtija wara l-adeżjoni kif spjegat fil-premessa 23 ta’ hawn fuq. |
GĦAJNUNA MILL-ISTAT SKONT IT-TIFSIRA TAL-ARTIKOLU 87(1) TAT-TRATTAT KE
|
(46) |
Skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE, kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz tar-riżorsi ta’ Stat f’kwalunkwe forma li twassal għal distorsjoni jew thedded li twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċertu intrapriżi jew il-produzzjoni ta’ ċertu oġġetti u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri mhix kompatibbli mas-suq komuni. |
|
(47) |
Il-garanzija, self, fondi, tħassir, diferimenti, u arranġamenti notifikati għall-ħlas b’pagamenti parzjali tal-obbligazzjonijiet pubbliċi jinvolvu l-użu tar-riżorsi tal-Istat. Barra minn hekk, dawn jikkonferixxu vantaġġ fuq il-kumpanija billi jnaqqsu l-ispejjeż tagħha. Bħala kumpanija f’diffikultà, Odlewnia Śrem ma kinitx tikseb it-tali finanzjament fuq termini simili fuq is-suq. Bħala konsegwenza dan il-vantaġġ jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni. |
|
(48) |
It-Teżor tal-Istat kien lest li jirrinunzja għad-dħul mit-taxxi u t-tariffi ambjentali dovuti u, permezz tal-provvista ta’ sussidji u garanziji, joħloq vantaġġ għall-kumpanija fuq il-kompetituri tagħha. L-ebda evidenza ma kienet teżisti li l-awtoritajiet Pollakki aġixxew bħala kreditur tas-suq u l-eżistenza tal-għajnuna mill-Istat ġiet rikonoxxuta mill-awtoritajiet Pollakki fin-notifika tagħha tal-għajnuna |
|
(49) |
Il-benefiċjarju huwa attiv fis-suq tal-ħadid fondut u jesporta l-prodotti tiegħu lil Stati Membri oħra tal-UE. Għalhekk il-kriterju li jiġi affettwat il-kummerċ intrakomunitarju ma ntlaħaqx. |
|
(50) |
Għalhekk il-miżuri li ma ngħatawx qabel l-adeżjoni u jikkostitwixxu għajnuna ġdida ma ġewx ikkunsidrati bħala għajnuna mill-Istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE. Dan mhux qed jiġi kkontestat mill-awtoritajiet Pollakki. |
Kompatabilità tal-għajnuna mas-suq komuni: deroga taħt l-Artikolu 87(3) tat-Trattat KE
|
(51) |
L-eżenzjonijiet fl-Artikolu 87(2) tat-Trattat KE ma japplikawx għall-każ preżenti. Fil-każ tal-eżenzjonijiet taħt l-Artikolu 87(3) tat-Trattat KE, minħabba li l-għan prinċipali tal-għajnuna huwa li tiġi rkuprata l-vijabbiltà fit-tul tal-intrapriża, l-unika eżenzjoni li tista’ tiġi applikata hija l-Artikolu 87(3)(c), li tippermetti l-awtorizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat għall-faċilitazzjoni tal-iżvilupp ta’ ċertu attivitajiet ekonomiċi fejn it-tali għajnuna ma taffettwax ħażin il-kondizzjonijiet tal-kummerċ b’mod li tmur kontra l-interess komuni. |
Bażi legali applikabbli
|
(52) |
Il-Kummissjoni vvalutat il-miżuri li jikkostitwixxu għajnuna ġdida u l-pjan sħiħ tar-ristrutturar skont il-linji gwida tas-salvataġġ u tar-ristrutturar applikabbli. Il-Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ ditti f’diffikultà (“Linji Gwida tal-2004”) daħlu fis-seħħ fl-10 ta’ Ottubru 2004. |
|
(53) |
Kif imsemmi diġà fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali, sabiex tevalwa l-kompatibilità tal-għajnuna ġdida għar-ristrutturar, ir-ristrutturar għandha tiġi kkunsidrata fl-intier tagħha. Il-miżuri tal-għajnuna kollha, mhux biss l-għajnuna l-ġdida, għandhom jingħataw konsiderazzjoni sabiex jiġi stabbilit jekk il-pjan għandux jirriżulta fl-irkupru tal-vijabbiltà u jekk l-għajnuna hijiex limitata għall-minimu neċessarju, u għall-kaokolu tal-miżuri kompensatorji xierqa. |
Eliġibilità tal-intrapriża
|
(54) |
Meta Odlewnia Śrem għamlet profitt nett ta’ PLN 3,9 miljuni fl-2005, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk setgħetx tiġi kkunsidrata bħala “ditta f’diffikultà” fi ħdan it-tifsira tal-Linji Gwida tal-2004, u b’hekk eliġibbli għall-għajnuna għar-ristrutturar. Dawn id-dubji qamu b’mod partikolari minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-bidu tal-perjodu tar-ristrutturar. Dan kien ifisser li l-Kummissjoni ma kinitx taf eżattament għal liema perjodu kellha ssir evalwazzjoni tal-eliġibilità. Il-Polonja għamlitha ċara li l-perjodu tar-ristrutturar beda fl-2003 u li l-profitt nett ta’ Odlewnia Śrem tal-2005 għandu jiġi kkunsidrat bħala sinjal tal-irkupru tal-vijabbiltà matul ir-ristrutturar. |
|
(55) |
Il-Kummissjoni hija sodisfatta li fil-bidu tar-ristrutturar fl-2003 il-kumpanija kienet ditta f’diffikultà fi ħdan it-tifsira tal-punti 9 et seq. tal-Linji Gwida tal-2004 u li għalhekk hija eliġibbli għall-għajnuna għar-ristrutturar. |
Rkupru tal-vijabbiltà
|
(56) |
Il-Linji Gwida tal-2004 jiddikjaraw li “il-pjan ta’ ristrutturar, li d-dewmien tiegħu jrid ikun qasir kemm jista’ jkun, għandu jgħin fl-irkupru tal-vijabbiltà fit-tul tad-ditta fi żmien raġonevoli u fuq il-bażi ta’ suppożizzjonijiet realistiċi dwar il-kondizzjonijiet tal-operat tal-futur. … It-titjib fil-vijabbiltà għandu jkun derivat prinċipalment mill-miżuri interni …”. |
|
(57) |
L-ewwel problema kruċjali ta’ Odlewnia Śrem kienet il-livell għoli ta’ dejn. Il-Kummissjoni tinnota li r-ristrutturar finanzjarju ġie konkluż. |
|
(58) |
Il-kumpanija m’għadx għandha problemi ta’ likwidità u li l-obbligazzjonijiet tan-negozju kurrenti kollha qed jitħallsu fil-ħin. |
|
(59) |
Fid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk ir-ristrutturar kienitx prinċipalment finanzjarja u jekk l-aspetti tar-ristrutturar industrijali kienux insuffiċjenti. Fil-kummenti tagħhom wara d-deċiżjoni li tibda l-proċedura, l-awtoritajiet Pollakki taw evidenza suffiċjenti li l-modernizzazzjoni tat-tagħmir u riorjentazzjoni tal-produzzjoni ġew indirizzati biżżejjed. |
|
(60) |
Fid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura l-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-prospetti li jinstab investitur privat. Madankollu, il-kumpanija rnexxilha tikkonvinċi kumpanija privata tinvesti fiha, li b’hekk żiedet il-kredibilità tagħha fis-suq. |
|
(61) |
Il-maġġoranza tal-indikaturi tal-analiżi finanzjara urew li l-kumpanija hija f’pożizzjoni aħjar wara r-ristrutturar, minħabba li l-likwidità, is-solvenza u l-profitti tagħha żdiedu. |
|
(62) |
Fuq il-bażi ta’ dawn l-elementi, il-Kummissjoni tikkonkludi li neħħiet id-dubji tagħha dwar jekk il-pjan iwassalx għall-irkupru tal-vijabbiltà. |
Evitar ta’ distorsjoni eċċessiva tal-kompetizzjoni
|
(63) |
Il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk l-għajnuna għar-ristrutturar notifikata kienitx qed tipprovoka distorsjoni tal-kompetizzjoni. Il-Polonja kellha turi li t-tnaqqis ta’ 50 % mill-kumpanija fil-produzzjoni tagħha ta’ ħadid fondut għall-fitings industrijali u t-twaqqif tal-produzzjoni tagħha ta’ ħadid fondut għall-impjanti tal-enerġija mir-riħ kienu miżuri kompensatorji ġenwini u mhux sempliċement ir-riżultat ta’ fatturi esterni bħat-tnaqqis fid-domanda jew l-inkapaċità li tikkompeti fis-suq, u li għalhekk ma kienux neċessarji għall-irkupru tal-vijabbiltà. |
|
(64) |
Kif tat prova l-Polonja, iż-żewġ tipi ta’ prodotti joffru prospetti tajbin għall-profitti. Il-Polonja urit ukoll li Odlewnia Śrem għandha l-kapaċità teknika li tipproduċi l-istess volum bħal ta’ qabel ir-ristrutturar. Il-Polonja qed timpenja ruħha li tillimita l-produzzjoni ta’ Odlewnia Śrem ta’ ħadid fondut għall-fitings industrijali sa 50 % tal-produzzjoni oriġinali tagħha u li twaqqaf kompletament il-produzzjoni tagħha ta’ ħadid fondut għall-impjanti tal-enerġija mir-riħ. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni hija tal-fehma li dawn il-miżuri jistgħu jitqiesu bħala miżuri kompensatorji, u mhux sempliċement azzjonijiet neċessarji għall-irkupru tal-vijabbiltà tal-kumpanija. |
Għajnuna limitata għall-anqas limitu possibbli
|
(65) |
L-awtoritajiet Pollakki pprovdew informazzjoni aktar dettaljata dwar l-ammonti meqjusa bħala kontributi tal-benefiċjarju stess għall-ispejjeż tar-ristrutturar. |
|
(66) |
Il-Kummissjoni mhix obbligata tieħu pożizzjoni fuq jekk l-elementi fil-premessa (31) jistgħux jitqiesu bħala kontribuzzjoni tal-benefiċjarju stess għar-ristrutturar, iżda tikkunsidra li r-riżorsi elenkati fil-premessa (30) jistgħu jitqiesu bħala kontribuzzjoni tiegħu stess. |
|
(67) |
Bħala konklużjoni, fir-rigward tas-sorsi ta’ finanzjament għar-ristrutturar, PLN 23,7 miljuni jistgħu jitqiesu bħala kontribut għar-ristrutturar mir-riżorsi tal-benefiċjarju stess jew mir-riżorsi esterni ħielsa mill-għajnuna mill-Istat. L-ispejjeż totali tar-ristrutturar, inklużi dawk li qamu qabel l-adeżjoni, kienu ta’ PLN 43,6 miljuni. Il-kontribuzzjoni ta’ Odlewnia Śrem stess għall-ispejjeż ġenerali tar-ristrutturar huwa għalhekk ta’ 54 %. |
|
(68) |
Il-Linji Gwida tal-2004 jistabbilixxu l-livell minimu tal-kontribut tal-benefiċjarju stess għall-ispejjeż tar-ristrutturar għal 50 %. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-kontribuzzjoni tiegħu stess hija sinifikanti u, fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta, l-għajnuna hija llimitata għall-minimu neċessarju. |
|
(69) |
Barra minn hekk, il-benefiċjarju tal-għajnuna huwa bbażat f’Stalowa Wola, li hija sitwata f’reġuni eliġibbli għall-għajnuna taħt l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat KE. Dan huwa espressament meqjus bħala fattur addizzjonali favur il-kompatibbiltà tal-għajnuna (ara l-punt 56 tal-Linji Gwida tal-2004). |
KONKLUŻJONIJIET
|
(70) |
Il-Kummissjoni ssib lill-Polonja ħatja li implimentat illegalment l-għajnuna kkonċernata u b’hekk kisret l-Artikolu 88(3) tat-Trattat KE. Madankollu, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna mill-Istat hija kompatibbli mas-suq komuni, |
ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna mill-Istat ta’ PLN 43,6 miljuni mogħtija lil Odlewnia Śrem mill-Polonja hija kompatibbli mas-suq komuni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat KE.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Neelie KROES
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.
(3) ĠU C 70, 19.3.2002, p. 21.
(5) ĠU L 279, 23.10.2001, p. 1.
(6) Id-Deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Kawża T-109/01 Fleuren Compost v Commission, [2004] ECR II-127, paragrafu 74.
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Il-Kummissjoni
|
7.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/17 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta' Ġunju 2009
dwar miżuri għat-titjib fil-funzjonament tas-suq uniku
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/524/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 211 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Suq uniku li jiffunzjona tajjeb huwa essenzjali għall-ħolqien tal-impjieg u t-tkabbir ekonomiku, kif ukoll għall-promozzjoni tal-istabbiltà ekonomika. Aktar ma jkun effikaċi s-suq uniku, aktar se jkun hemm titjib fl-ambjent tan-negozju bir-riżultat li l-kumpaniji jitħeġġew jinvestu u joħolqu l-impjiegi, u aktar se jkun hemm żieda fil-kunfidenza tal-konsumatur u fid-domanda. Suq uniku li jiffunzjona tajjeb huwa għalhekk kruċjali fil-kuntest tar-reċessjoni ekonomika u biex l-irkupru tal-ekonomija Ewropea jiġi ffaċilitat. |
|
(2) |
Huwa essenzjali li suq uniku li jiffunzjona tajjeb jkollu regoli Komunitarji li jaffettwaw il-funzjonament tas-suq uniku (minn hawn 'il quddiem “regoli tas-suq uniku”) li jkunu trasposti applikati, infurzati, sorveljati b'mod korrett u armonizzati b'mod sodisfaċenti. |
|
(3) |
Il-konsultazzjoni u l-analiżi li twettqu biex titħejja l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni “Suq uniku għall-Ewropa tas-seklu 21 (minn hawn 'il quddiem “ir-Reviżjoni tas-Suq Uniku”)” (1) identifikaw għadd ta' nuqqasijiet li juru li s-suq uniku għad mhuwiex qed jiffunzjona b'mod effiċjenti daqs kemm suppost. F'ħafna oqsma u setturi, jenħtieġ aktar ħidma. Iċ-ċittadini u n-negozji ta' sikwit ma jkunux jistgħu jaħtfu l-ħafna opportunitajiet li joffri s-suq uniku għaliex ir-regoli mhumiex applikati jew infurzat b'mod tajjeb. |
|
(4) |
Għaldaqstant fir-Reviżjoni tas-Suq Uniku, il-Kummissjoni ssuġġeriet sett ta' miżuri konkreti biex tiżgura li ċ-ċittadini u n-negozji jkomplu jibbenefikaw mill-vantaġġi ekonomiċi li s-suq uniku joħloq (2). |
|
(5) |
Il-miżuri li ttieħdu mill-Istati Membri u dawk li ttieħdu min-naħa tal-Kummissjoni għandhom jikkomplementaw xulxin. Approċċ koordinat u kooperattiv – bi sħubija bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri – b'għan komuni tat-traspożizzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar imtejba tar-regoli tas-suq uniku, huwa vitali biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq uniku. L-approċċ ta' sħubija fil-kuntest ta' din ir-rakkomandazzjoni jmur lil hinn mill-kooperazzjoni diġà stabbilita f'għadd ta' oqsma ta' politika tas-suq uniku. Jirrikjedi l-bini u ż-żamma ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib fi ħdan u bejn l-Istati Membri, u mal-Kummissjoni, fl-oqsma kollha li huma relevanti għas-suq intern. Jimplika wkoll li l-Istati Membri għandhom jassumu responsabbiltà kondiviża u għalhekk rwol aktar proattiv fil-ġestjoni tas-suq uniku. |
|
(6) |
Ir-Reviżjoni tas-Suq Uniku, u b'mod partikolari diskussjonijiet sussegwenti mal-Istati Membri, identifikaw xi oqsma bħala kruċjali għall-ksib ta' suq uniku li jiffunzjona b'mod tajjeb, jiġifieri: l-iżgurar ta' koordinament fuq kwistjonijiet tas-suq uniku; it-titjib fil-kooperazzjoni fi ħdan u bejn l-Istati Membri kif ukoll mal-Kummissjoni; it-titjib fit-traspożizzjoni tar-regoli tas-suq uniku; is-sorveljanza ta' swieq u setturi sabiex jiġi identifikat funzjonament potenzjalment ħażin fis-suq; it-titjib fl-applikazzjoni tar-regoli tas-suq uniku; it-tisħiħ fl-infurzar tar-regoli tas-suq uniku u l-promozzjoni tas-soluzzjoni ta' problemi; il-promozzjoni ta' valutazzjoni regolari tal-leġiżlazzjoni nazzjonali; li ċ-ċittadini u n-negozji jiġu mgħarrfa dwar id-drittijiet tagħhom fis-suq uniku. |
|
(7) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tirrikorri ħafna fuq soluzzjonijiet li diġà ddaħħlu f'ċerti Stati Membri, u li ġew ppruvati fl-Istati Membri konċernati li fil-prattika jaħdmu tajjeb. Hija fir-responsabbiltà tal-Istat Membru li jagħżel il-prassi l-aħjar imfassla għall-iżgurar tal-implimentazzjon ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, billi jitqies xi jkun l-aktar effikaċi fil-kuntest ta’ dak l-Istat Membru, minħabba l-fatt li proċeduri u prassi li huma effettivi fi Stat Membru wieħed jistgħu ma jkunux daqshekk effettivi fi Stat Membru ieħor. |
|
(8) |
Ir-riċerka turi li jeħtieġ li l-Istati Membri jtejbu l-koordinament intern fuq kwistjonijiet tas-suq uniku, għaliex bħalissal l-kompetenzi jinsabu mferrxin bejn l-awtoritajiet nazzjonali differenti (3). Peress li l-applikazzjoni tar-regoli tas-suq uniku tista’ tinvolvi varjetà sħiħa ta’ awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali f’kull Stat Membru, għandha tittejjeb il-kooperazzjoni effiċjenti bejniethom. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jiżguraw u jsaħħu funzjoni ta’ koordinament tas-suq uniku fi ħdan l-amministrazzjonijiet nazzjonali tagħhom, li tista’ tvarja skont l-istrutturi u t-traduzzjonijiet amministrattivi nazzjonali u speċifiċi. L-awtoritajiet responsabbli għal din il-funzjoni għandu jkollhom ir-responsabbiltà globali li jippjanaw, jissorveljaw u jevalwaw l-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. |
|
(9) |
Kooperazzjoni transkonfinali mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri kompetenti fuq kwistjonijiet tas-suq intern tippermetti l-bini ta’ fiduċja reċiproka u hija ta’ importanza vitali għall-applikazzjoni korretta tar-regoli tas-suq uniku. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li n-netwerks transkonfinali jew is-sistemi tal-informazzjoni elettroniċi stabbiliti mill-Kummissjoni (pereżempju s-sistema tal-Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), RAPEX (4), RASFF (5) jew in-netwerk tal-Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumaturi) huma operattivi, billi jdaħħlu fis-seħħ l-arranġamenti adegwati, inklużi l-allokazzjoni tar-riżorsi. |
|
(10) |
Tabelli ta’ valutazzjoni tas-Suq Intern urew li għad hemm il-ħtieġa ta’ titjib fil-prontezza f’waqtu u fil-kwalità tat-traspożizzjoni tad-Direttivi dwar is-suq uniku. Filwaqt li r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Lulju 2004 dwar it-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi li jaffettwaw is-suq intern (6) (minn hawn ‘il-quddiem “ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-2004”) ġiet applikata fuq firxa wiesgħa, u filwaqt li dan irriżulta f’titjib sinifikanti fir-rata tat-traspożizzjoni, partijiet mir-Rakkomandazzjoni għad iridu jiġu applikati b’mod aktar effikaċi. Din ir-Rakkomandazzjoni tfakkar fil-ħtieġa li għad hemm li l-azzjonijiet li ġew irrakkomandati fir-Rrakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-2004 jiġu aktar żviluppati, u li din tibqa’ referenza għall-amministrazzjonijiet tal-Istat Membru li qed jittrattaw mat-traspożizzjonijiet. Din ir-Rakkomandazzjoni tibni wkoll fuq il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - Ewropa li tikseb ir-Riżultati - L-applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja (7) u fuq il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - Reviżjoni tal-proċess Lamfalussy - It-tisħiħ tal-konverġenza tas-sorveljanza (8). |
|
(11) |
Is-sorveljanza tas-suq hija meħtieġa għall-identifikar tas-setturi fejn is-swieq ma jiffunzjonawx b’mod korrett għall-konsumaturi u n-negozji, u sabiex il-politiki tas-suq uniku jiġu ffokati fuq dawn l-oqsma. Għalhekk, għandha ssir parti integrali fit-tfassil u s-sorveljanza tal-politiki tas-suq uniku (pereżempju permezz tat-tabella tal-Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumaturi). Kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istat Membru dwar is-sorveljanza tas-suq u x-xogħol fuq il-ġbir tad-dejta se jtejbu l-kwalità tad-dejta u l-analiżi għall-użu fil-livell nazzjonali u Komunitarju, u se jgħinu biex jintlaħaq qbil fuq kwistjonijiet tas-suq uniku. L-Istati Membri huma mħeġġa jipparteċipaw fl-eżerċizzji tas-sorveljanza tas-suq li jitwettqu mill-Kummissjoni, u biex huma jwettqu eżerċizzji simili fil-livell nazzjonali, adattati għall-ħtiġijiet nazzjonali speċifiċi. |
|
(12) |
Diversi studji nazzjonali saħqu fuq l-importanza tat-taħriġ biex l-uffiċjali, inklużi l-imħalfin, fil-livelli nazzjonali, reġjonali kif ukoll lokali tal-amministrazzjoni, jiġu mgħejuna fit-traspożizzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar korretti tar-regoli tas-suq uniku. F’dan il-kuntest, huwa importanti li jiġi żgurat li dawn ir-regoli, u l-impatt inġenerali fuq il-kompetittività esterna tal-Komunità, jittieħdu dejjem f’kunsiderazzjoni fl-abbozzar tal-liġijiet nazzjonali. L-importanza tat-taħriġ ġiet ikkonfermata aktar minn studju u riżoluzzjoni ta’ dan l-aħħar li tmexxew mill-Parlament Ewropew, dwar ir-rwol tal-imħallfin nazzjonali u mir-riżoluzzjoni tiegħu tal-2005 dwar il-liġi tal-kompetizzjoni (9), kif ukoll minn Riżoluzzjoni reċenti tal-Kunsill (10). L-uffiċjali għandhom ukoll jingħataw gwida dwar il-liġi Komunitarja inġenerali u b’mod partikolari dwar ir-regoli tas-suq uniku. |
|
(13) |
L-infurzar effettiv tar-regoli tas-suq uniku u tal-miżuri xierqa għas-soluzzjoni tal-problemi li jiltaqgħu magħhom iċ-ċittadini u n-negozji huma ta’ importanza kruċjali biex jgħinu liċ-ċittadini u n-negozji jibbenefikaw mil-libertajiet iggarantiti bit-Trattat. Billi jibnu fuq il-kooperazzjoni li diġà nkisbet fil-qasam tas-soluzzjoni tal-problemi, b’mod partikolari permezz tas-SOLVIT (11), l-Istati Membri, bl-appoġġ mill-Kummissjoni, għandhom itejbu l-kapaċità tal-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tal-problemi – jew fil-qrati nazzjonali jew inkella permezz ta’ mekkaniżmi mhux ġudizzjali – biex jingħata rimedju effettiv. Huwa importanti li jiġu indirizzati ċ-ċirkostanzi li jagħtu lok għad-diversi problemi li jinħolqu. |
|
(14) |
Sorveljanza u evalwazzjoni regolari tal-leġiżlazzjoni nazzjonali huma importanti għaliex jippermettu verifika dwar kemm fil-prattika regoli tas-suq uniku jiġu applikati b’mod effettiv, u l-identifikar tad-dispożizzjonijiet li jistgħu jżommu liċ-ċittadini u n-negozji milli jieħdu vantaġġ sħiħ minn dawn ir-regoli. Eżerċizzji bħal dawn għandhom jitwettqu b’mod aktar sistematiku fl-Istati Membri kollha. |
|
(15) |
L-istħarriġ tal-Eurobarometer (12) ta’ dan l-aħħar u t-talbiet indirizzati lejn is-servizzi tal-Kummissjoni għall-informazzjoni u s-soluzzjoni tal-problemi juru li jeħtieġ li jingħata aktar tagħrif liċ-ċittadini u n-negozji dwar id-drittijiet tagħhom fis-suq intern sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw dawn id-drittijiet fil-prattika. Barra minn hekk għandu jkun possibbli għaċ-ċittadini u n-negozji li jiksbu l-għajnuna meta huma jeżerċitaw dawn id-drittijet. Għal dan il-fini, l-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Kummissjoni u fejn ikun xieraq f’kooperazzjoni mal-partijiet interessati, għandhom jiżguraw l-għoti ta’ informazzjoni u konsulenza prattika fuq kwistjonijiet li jikkonċernaw liċ-ċittadini u n-negozji li jixtiequ jgħixu, jistudjaw, jaħdmu u jistabbilixxu kumpaniji jew jipprovdu merkanzija u servizzi fi Stat Membru ieħor. |
|
(16) |
L-Anness għal din ir-Rakkomandazzjoni jiddeskrivi miżuri li Stati Membri jistgħu jieħdu sabiex jimplimentaw din ir-Rakkomandazzjoni u jipprovdi lista ta’ prassi f’ċerti Stati Membri li fuqhom huma bbażati dawn il-miżuri. Huwa meqjus li, filwaqt li ċerti miżuri jistgħu għall-bidu jġorru magħhom l-ispejjeż, għandhom jippermettu li jsir iffrankar, pereżempju bir-razzjonalizzazzjoni tal-prassi amministrattivi nazzjonali, u fuq il-medda t-twila, għandhom iwasslu għal funzjonament aħjar tas-suq uniku u għalhekk jirriżultaw f’benefiċċji għall-konsumaturi u n-negozji. |
|
(17) |
Il-progress fl-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni għandu jiġi sorveljat f’kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, inkluż permezz tad-diskussjonijiet fil-Kumitat Konsultattiv dwar is-Suq Intern (IMAC) abbażi ta’ punti ta’ riferiment u ta’ indikaturi. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq valutazzjoni tal-effetti ta’ din ir-Rakkomandazzjoni erba’ snin wara l-pubblikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapporti lill-Kummissjoni tliet snin wara l-pubblikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali dwar azzjonijiet li ttieħdu għall-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni, |
B’DAN TIRRAKKOMANDA LI L-ISTATI MEMBRI:
|
(1) |
Jiżguraw u jsaħħu funzjoni ta’ koordinament tas-suq uniku, jippromwovu koordinament effikaċi fi ħdan u bejn l-awtoritajiet responsabbli għall-kwistjonijiet tas-suq uniku fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, u jaġixxu bħala punt ta’ riferiment għas-suq uniku fi ħdan l-amministrazzjoni. |
|
(2) |
Jiffaċilitaw kooperazzjoni attiva bejn l-awtoritajiet amministrattivi responsabbli għal kwistjonijiet tas-suq uniku fl-Istati Membri differenti, u mal-Kummissjoni, permezz ta’ allokazzjoni ta’ riżorsi suffiċjenti. |
|
(3) |
Jieħdu l-miżuri meħtieġa għat-titjib fit-traspożizzjoni tad-Direttivi li jaffettwaw is-suq uniku. |
|
(4) |
Jappoġġjaw il-ħidma tal-Kummissjoni fuq is-sorveljanza tas-suq u l-ġbir tad-dejta relatat billi jikkontribwixxu b’mod attiv għall-eżerċizzju fil-livell Komunitarju, u fejn relevanti, billi jikkunsidraw eżerċizzji simili fil-livell nazzjonali. |
|
(5) |
Jiżguraw li l-awtoritajiet u l-uffiċjali nazzjonali jkollhom għarfien biżżejjed tal-liġi Komunitarja inġenerali u tar-regoli tas-suq uniku b’mod partikolari biex japplikaw ir-regoli tas-suq uniku b’mod effiċjenti u fejn ikun relevanti, iqisu dawn ir-regoli meta jħejju u jintroduċu leġiżlazzjoni nazzjonali ġdida. |
|
(6) |
Jiffaċilitaw u jinkoraġġixxu riżoluzzjoni mħaffa u effikaċi tal-problemi li jiltaqgħu magħhom iċ-ċittadini u n-negozji fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom fis-suq uniku billi inġenerali, jieħdu miżuri li jtejbu l-infurzar tar-regoli tas-suq uniku, u b’mod partikolari billi jiżguraw li l-ġudikatura jkollha għarfien suffiċjenti tal-liġi Komuntarja inklużi r-regoli tas-suq uniku, u billi jipprovdu biżżejjed appoġġ għall-mekkaniżmi tas-soluzzjoni tal-problemi. |
|
(7) |
Iwettqu evalwazzjoni u valutazzjoni regolari tal-leġiżlazzjoni nazzjonali biex jiżguraw konformità sħiħa mar-regoli tas-suq uniku u filwaqt li jagħmlu hekk iżommu taħt analiżi kwalunkwe użu ta’ eżenzjonijiet jew ta’ derogi pprovduti bir-regoli eżistenti tas-suq uniku. |
|
(8) |
Itejbu l-forniment ta’ informazzjoni prattika dwar kwistjonijiet tas-suq uniku lin-negozji u ċ-ċittadini. |
|
(9) |
Jeżaminaw il-miżuri u l-prassi deskritti fl-Anness u, filwaqt li jħarsu t-tradizzjonijiet istituzzjonali nazzjonali tagħhom, jadottaw dawn il-prassi li, se jwasslu jew li jkunu mistennija li se jwasslu għal titjib fil-funzjonament tas-suq uniku u li huma adattati l-aħjar għall-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. |
|
(10) |
Jikkooperaw mal-Kummissjoni u ma’ Stati Membri oħra fis-sorveljanza tal-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar azzjonijiet li ttieħdu fl-implimentazzjoni ta’ din ir-rakkomandazzjoni fuq bażi regolari u jipprovdu rapport finali lill-Kummissjoni tliet snin wara l-pubblikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali. |
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) COM(2007) 724 finali, 20.11.2007.
(2) Matul il-perjodu bejn l-1992-2006, il-PGD tal-Komunità żdied b'2,15 % u nħolqu 2,75 miljun impjieg addizzjonali, filwaqt li bejn l-1995 u l-2005 il-kummerċ intra-Komunitarju żdied bi 30 % (SEC(2007) 1521, 20.11.2007).
(3) Id-Dokument ta' Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni dwar Strumenti għal politika modernizzata tas-suq uniku (SEC(2007) 1518, 20.11.2007).
(4) Sistema ta' tagħrif imħaffef għal prodotti ta' ħsara li mhumiex tal-ikel.
(5) Sistema ta' tagħrif imħaffef għall-ikel u l-għalf.
(6) ĠU L 272M, 18.10.2005, p. 264.
(7) COM(2007) 502 finali, 5.9.2007.
(8) COM(2007) 727, 20.11.2007.
(9) Rapport tal-PE dwar ir-rwol tal-imħallef nazzjonali fis-sistema ġudizzjali Ewropea (INI/2007/2027, 9.7.2008); Ir-Rapport tal-PE fuq ir-rapport tal-Kummissjoni dwar il-politika tal-kompetizzjoni 2004, (INI/2005/2209, 20.3.2006).
(10) Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri f'laqgħa fil-Kunsill 14757 tat-28 ta' Ottubru 2008.
(11) Il-Kummissjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, Effective Problem Solving in the Internal Market (“SOLVIT”), (COM(2001) 702 finali, 27.11.2001.
(12) http://ec.europa.eu/internal_market/strategy/index_en.htm#061204
ANNESS
Miżuri u prassi għat-titjib fil-funzjonament tas-suq uniku
1. MIŻURI LI JIŻGURAW KOORDINAMENT AĦJAR DWAR KWISTJONIJIET TAS-SUQ UNIKU
L-Istati Membri huma mistiedna jieħdu dawn il-miżuri li ġejjin:
|
(a) |
jassenjaw lil awtorità ġdida jew eżistenti fi ħdan l-amministrazzjonijiet nazzjonali r-responsabbiltà għall-koordinament fuq kwistjonijiet tas-suq uniku; |
|
(b) |
jiżguraw koordinament bejn il-ministeri u l-aġenziji tal-gvern fuq kwistjonijiet tas-suq uniku; |
|
(ċ) |
jiżguraw fuq naħa l-koordinament bejn il-ministeri u l-aġenziji tal-gvern, u fuq l-oħra bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali, kif ukoll bejn l-awtoritajiet reġjonali u bejn l-awtoritajiet lokali; |
|
(d) |
jiżguraw li l-ministeri u l-aġenziji relevanti u l-istituzzjonijiet l-oħra jqisu r-regoli tas-suq uniku; |
|
(e) |
jaħsbu biex jagħqdu flimkien taħt awtorità unika r-responsabbiltajiet għal għadd ta’ attivitajiet relatati mas-suq intern, filwaqt li jqisu l-organizzazzjoni tal-amministrazzjoni nazzjonali; |
|
(f) |
jippjanaw, jissorveljaw u jevalwaw l-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. |
|
Prassi eżistenti f’ċerti Stati Membri relatati mal-miżuri li ġew issuġġeriti |
|||||
|
Responsabbiltà għall-koordinament fuq kwistjonijiet tas-suq uniku |
|
||||
|
Kooperazzjoni interministerjali |
|
||||
|
Koordinament vertikali |
|
||||
|
Viżibbilità politika |
|
||||
|
Appoġġ |
|
||||
|
Rekonċiljar tal-attivitajiet tas-suq uniku |
|
||||
2. MIŻURI GĦAT-TITJIB TAL-KOOPERAZZJONI BEJN L-ISTATI MEMBRI U MAL-KUMMISSJONI
L-Istati Membri huma mistiedna jieħdu dawn il-miżuri li ġejjin:
|
(a) |
fuq bażi permanenti jipprovdu: taħriġ relevanti fil-lingwa, IT u taħriġ ieħor, u jżidu l-għarfien dwar in-netwerks eżistenti u fir-rigward tar-regoli relevanti dwar il-protezzjoni tad-dejta, jagħmlu n-netwerks Komunitarji (pereżempju s-Sistema tal-Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), RAPEX, RASFF, in-netwerks tal-Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur, u oħrajn) kompletament operattivi fil-livell nazzjonali; |
|
(b) |
jorganizzaw – pereżempju, permezz ta’ netwerks eżistenti – skambji bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali ta’ uffiċjali responsabbli għal kwistjonijiet tas-suq uniku; |
|
(ċ) |
jiżguraw li l-kooperazzjoni attiva bejn l-awtoritajiet responsabbli għal kwistjonijiet tas-suq uniku fl-Istati Membri differenti tifforma parti mill-kultura amministrattiva nazzjonali; |
|
(d) |
jieħdu l-miżuri organizzattivi biex jiżguraw li l-Istati Membri jkunu jistgħu jwieġbu fil-pront għat-talbiet tal-Kummissjoni għal informazzjoni li tikkonċerna l-applikazzjoni tar-regoli tas-suq uniku fil-livell nazzjonali, u b’mod partikolari fil-kuntest tal-proġett Pilota tal-UE (3) u l-proċedimenti ta’ ksur. |
|
Prassi eżistenti f’ċerti Stati Membri relatati mal-miżuri li ġew issuġġeriti |
|||||
|
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali |
|
||||
|
Skambji amministrattivi |
|
||||
|
Appoġġ finanzjarju u ta’ rizorsi umani |
|
||||
|
Taħriġ |
|
||||
3. MIŻURI LI JTEJBU T-TRASPOŻIZZJONI TAR-REGOLI TAS-SUQ UNIKU
L-Istati Membri huma mistiedna jieħdu dawn il-miżuri li ġejjin:
|
(a) |
jitħejjew minn qabel b’mod effikaċi u fil-livell nazzjonali għat-traspożizzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar tad-Direttivi tas-suq uniku; |
|
(b) |
jiżguraw li l-uffiċjali kollha konċernati jikkooperaw mill-qrib ma’ xulxin u jiffaċilitaw li l-uffiċjali responsabbli għat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni ta’ Direttiva fil-livell nazzjonali huma wkoll involuti matul in-negozjati fuq dik id-Direttiva; |
|
(ċ) |
itejbu l-kooperazzjoni bejn l-amminstrazzjoni nazzjonali u parlamenti nazzjonali, regjonali u devolvuti, kif ukoll awtoritajiet reġjonali u lokali involuti fit-traspożizzjoni, u jipprovdulhom, fejn meħtieġ, l-informazzjoni kollha relevanti relatata man-negozjati u l-proċess tat-traspożizzjoni; |
|
(d) |
jipprovdu informazzjoni lill-partijiet interessati matul il-proċess tat-traspożizzjoni, fejn dan ikun utli, dwar proposti leġiżlattivi għas-suq uniku li jistgħu jkunu ta’ interess għan-negozji u ċ-ċittadini; |
|
(e) |
jevitaw iż-żieda ta’ dispożizzjonijiet supplementarji li mhumiex meħtieġa għat-traspożizzjoni ta’ Direttiva (7); |
|
(f) |
jiffaċilitaw id-djalogu mal-Kummissjoni dwar it-traspożizzjoni tad-Direttivi tas-suq uniku billi jużaw varjetà ta’ mezzi, bħalma huma tabelli ta’ korrelazzjoni, li jimmiraw għaż-żieda fit-trasparenza tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u biex din tkun aktar faċli għall-utent. |
|
Prassi eżistenti f’ċerti Stati Membri relatati mal-miżuri li ġew issuġġeriti |
|||||
|
Tħejjija bikrija |
|
||||
|
Kontinwità |
|
||||
|
Kooperazzjoni mal-parlamenti |
|
||||
|
Kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali |
|
||||
|
Komunikazzjoni mal-partijiet interessati |
|
||||
|
L-evitar ta’ “rekwiżit addizzjonali mhux neċessarji” |
|
||||
|
Tabelli ta’ korrelazzjoni |
|
||||
4. MIŻURI BIEX IS-SWIEQ U S-SETTURI JIĠU SORVELJATI AĦJAR SABIEX JIĠI IDENTIFIKAT FUNZJONAMENT POTENZJALMENT ĦAŻIN FIS-SUQ
L-Istati Membri huma mistiedna jieħdu dawn il-miżuri li ġejjin:
|
(a) |
jiġbru tagħrif kwalitattiv u kwantitattiv dwar swieq jew setturi li qed jiġu sorveljati, pereżempju mill-analiżi tas-suq li titwettaq minn akkademiċi, konsulenti jew partijiet interessati, jew mid-dejta li tinġabar mill-uffiċċji tal-Istatistika Nazzjonali u minn entitajiet li jittrattaw ma’ ilmenti; |
|
(b) |
jidentifikaw sorsijiet lokali ta’ informazzjoni u jiffaċilitaw l-ingaġġ ta’ partijiet interessati lokali fil-proċess tas-sorveljanza tas-suq; pereżempju billi jorganizzaw konsultazzjonijiet jew laqgħat bejn il-Kummissjoni u l-partijiet interessati lokali ewlenin; |
|
(ċ) |
jieħdu sehem fil-ħidma ta’ sorveljanza fuq aspetti speċifiċi, bħall-analiżi dwar il-kompetizzjoni, il-valutazzjonijiet regolatorji jew il-ġbir tad-dejta biex jitkejjel kif is-swieq jiffunzjonaw għall-konsumaturi (pereżempju permezz tal-ġbir regolari tal-prezzijiet medji tal-prodotti u s-servizzi paragunabbli tal-konsumatur, il-klassifikazzjoni tal-ilmenti tal-konsumatur, u l-iżvilupp ta’ indikaturi xierqa biex titkejjel il-kwalità tal-infurzar). |
|
Prassi eżistenti f’ċerti Stati Membri relatati mal-miżuri li ġew issuġġeriti |
|||
|
Ġbir tal-informazzjoni |
|
||
|
Aspetti speċifiċi dwar is-sorveljanza |
|
||
|
Sorveljanza fil-livell nazzjonali |
|
||
5. MIŻURI LI JTEJBU L-APPLIKAZZJONI TAR-REGOLI TAS-SUQ UNIKU
L-Istat Membri huma mistiedna jieħu dawn il-miżuri li ġejjin li jikkonċernaw uffiċjali responsabbli għall-applikazzjoni tar-regoli tas-suq uniku:
|
(a) |
jipprovdu taħriġ dwar il-liġi Komunitarja inġenerali u r-regoli tas-suq uniku b’mod partikolari meta jidħlu f’impjieg; |
|
(b) |
jistabbilixxu programmi sostnuti ta’ taħriġ “fuq il-post tax-xogħol” dwar il-liġi Komunitarja inġenerali u b’mod partikolari dwar ir-regoli tas-suq uniku; |
|
(ċ) |
jipprovdu gwida u konsulenza prattika dwar ir-regoli tas-suq uniku u l-applikazzjoni tagħhom. |
|
Prassi eżistenti f’ċerti Stati Membri relatati mal-miżuri li ġew issuġġeriti |
|||||||
|
Taħriġ |
|
||||||
|
Taħriġ sostnut “fuq il-post tax-xogħol” |
|
||||||
|
Gwida u konsulenza prattika |
|
||||||
|
Edukazzjoni u testijiet dwar il-liġi Komunitarja u r-regoli tas-suq uniku |
|
||||||
6. MIŻURI LI JSAĦĦU L-INFURZAR TAR-REGOLI TAS-SUQ UNIKU U JIPPROMWOVU L-MEKKANIŻMI GĦAS-SOLUZZJONI TA’ PROBLEMI
(1) Mekkaniżmi mhux ġudizzjali għas-soluzzjoni ta’ problemi
L-Istati Membri huma mistiedna jieħdu dawn il-miżuri li ġejjin:
|
(a) |
jiżguraw li proċeduri trasparenti, sempliċi u li ma jiswewx ħafna flus ikunu disponibbli għaċ-ċittadini u għan-negozji għar-riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim (ADR); |
|
(b) |
jipparteċipaw fi u jikkontrwibixxu b’mod attiv favur – speċjalment permezz ta’ riżorsi suffiċjenti – il-funzjonament u l-iżvilupp ulterjuri tal-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tal-problemi fil-livell Komunitarji, bħas-SOLVIT u l-Proġett pilota tal-UE; |
|
(ċ) |
jipprovdu informazzjoni biżżejjed liċ-ċittadini u n-negozji - fuq siti web relatati mas-suq uniku - dwar problemi eżistenti għall-mekkaniżmi għas-soluzzjoni ta’ problemi fil-livell nazzjonali u Komunitarju; |
|
(d) |
jindirizzaw ir-raġunijiet sottostanti għall-problemi li jikkaġunaw l-użu tal-mekkaniżmi għas-soluzzjoni ta’ problemi. |
(2) Ġudikatura nazzjonali
L-Istati Membri huma mistiedna jieħdu dawn il-miżuri li ġejjin:
|
(a) |
jipprovdu t-taħriġ bażiku għall-imħallfin dwar il-liġi Komunitarja inġenerali u b’mod partikolari dwar ir-regoli tas-suq uniku meta jidħlu f’impjieg, u programmi sostnuti ta’ taħriġ “fuq il-post tax-xogħol”, inkluż permezz tan-Netwerk Ewropew għat-Taħriġ Ġudizzjali (8) li jorganzza u jiffinanzja l-iskambju tal-imħallfin; |
|
(b) |
jiżguraw aċċess faċli biex tiġi kkompletata u aġġornata l-informazzjoni dwar leġiżlazzjoni Komunitarja relatata mas-suq uniku u l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, inkluż permezz tal-portal Komunitarju tal-ġejjieni Ġustizzja-e (9) li se jipprovdi “sors (elettroniku) fl-istess ħin u fl-istess post” għall-informazzjoni dwar il-ġustizzja Ewropea u l-aċċess għal proċeduri ġudizzjali Ewropej; |
|
(ċ) |
iħeġġu l-qrati u t-tribunali nazzjonali biex jiġbru l-informazzjoni disponibbli fuq sentenzi nazzjonali importanti fil-qasam tas-suq uniku, b’mod partikolari s-sentenzi nazzjonali li japplikaw is-sentenzi preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej. |
|
Prassi eżistenti f’ċerti Stati Membri relatati mal-miżuri li ġew issuġġeriti |
|||||
|
Mekkaniżmi ADR |
|
||||
|
Parteċipazzjoni fil-mekkaniżmi ADR tal-Komunità |
|
||||
|
Informazzjoni dwar mekkaniżmi ADR |
|
||||
|
Taħriġ |
|
||||
|
Aċċess faċli għall-informazzjoni |
|
||||
|
Kondiviżjoni ta’ sentenzi nazzjonali relatati mal-applikazzjoni tar-regoli tas-suq uniku |
|
||||
7. MIŻURI LI JIPPROMWOVU VALUTAZZJONI REGOLARI TAL-LEĠIŻLAZZJONI NAZZJONALI
L-Istati Membri huma mistiedna jieħdu dawn il-miżuri li ġejjin:
|
(a) |
jiżviluppaw approċċ sistematiku għas-sorveljanza u l-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta r-regoli tas-suq uniku sabiex jiġu identifikati kwalunkwe inkonsistenzi fl-applikazzjoni tagħha, inkluż permezz tal-konsultazzjoni ma’ partijiet interessati, komunikazzjoni tar-riżultati dwar mekkaniżmi għas-soluzzjoni ta’ problemi, eċċ.; |
|
(b) |
jirrevdu, fejn dan ikun fattibbli, ir-regoli nazzjonali eżistenti u l-prassi amminstrattivi, biex jidentifikaw dispożizzjonijiet li jistgħu jżommu liċ-ċittadini milli jieħdu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet tas-suq uniku; u jadattaw il-qafas regolatorju nazzjonali fejn meħtieġ; |
|
(ċ) |
jieħdu miżuri organizzattivi biex jiżguraw sorveljanza mill-qrib tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u f’dak il-kuntest jivvalutaw regolarment jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-prassi amministrattivi humiex kompatibbli mar-regoli tas-suq uniku. |
|
Prassi eżistenti f’ċerti Stati Membri relatati mal-miżuri li ġew issuġġeriti |
|||||
|
Evalwazzjoni tal-implimentazzjoni |
|
||||
|
Reviżjoni tar-regoli u l-proċeduri nazzjonali |
|
||||
|
Verifikar dwar l-impat tas-sentenzi preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja |
|
||||
8. MIŻURI LI PERMEZZ TAGĦHOM IĊ-ĊITTADINI U N-NEGOZJI JIĠU MGĦARRFA AĦJAR DWAR ID-DRITTIJIET TAGĦHOM FIS-SUQ UNIKU.
L-Istati Membri huma mistiedna jieħdu dawn il-miżuri li ġejjin:
|
(a) |
jippromovu u jżidu l-għarfien dwar is-servizzi tal-informazzjoni tal-Kummissjoni (10) fi ħdan l-amministrazzjonijiet nazzjonali kif ukoll esternament fil-livelli nazzjonali, reġjoni u lokali, f’konformità mal-ħidma tal-Kummissjoni, b’mod partikolari dwar is-Servizzi ta’ Assistenza dwar is-Suq Uniku (SMAS); |
|
(b) |
jiżguraw koordinament imsaħħaħ bejn il-punti ta’ kuntatt nazzjonali responsabbli għas-servizzi tal-informazzjoni tal-Komunità; |
|
(ċ) |
jagħmlu disponibbli f’lingwi oħra informazzjoni prattika dwar id-drittijiet u l-obbligi, u li tkun aċċessibbli faċilment fuq sit web tal-Internet; u jintroduċu kontroreferenzi ċari bejn il-portali relevanti kollha nazzjonali u Komunitarji b’informazzjoni relatata mas-suq uniku, u b’mod partikolari permezz tal-portal “L-Ewropa Tiegħek”; |
|
(d) |
jorganizzaw kampanji u programmi ta’ informazzjoni dwar il-benefiċċji u l-opportunitajiet tas-suq uniku. |
|
Prassi eżistenti f’ċerti Stati Membri relatati mal-miżuri li ġew issuġġeriti |
|||||
|
Promozzjoni tas-servizzi Komunitarji tal-informazzjoni |
|
||||
|
Koordinament fil-livell nazzjonali tas-servizz tal-informazzjoni tal-Kummissjoni |
|
||||
|
Informazzjoni faċilment aċċessibbli |
|
||||
|
Kampanji ta’ informazzjoni |
|
||||
(1) Id-Direttiva tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi (ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37).
(2) Ir-Regolament tas-7 ta’ Diċembru 1998 dwar il-ħidma tas-suq intern b’relazzjoni mal-moviment liberu tal-oġġetti fost l-Istati Membri (ĠU L 337, 12.12.1998, p. 8).
(3) Il-fażi ta’ ttestjar tal-“Proġett Pilota tal-UE”, li jimmira biex jikseb tweġibiet aktar malajr għal inkjesti u ilmenti dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni korretta tal-liġi Komunitarja, permezz ta’ metodu ta’ ħidma aktar informali bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, tvarat f’April 2008 bil-parteċipazzjoni ta’ 15-il Stat Membru.
(4) ĠU L 376, 17.12.2006, p. 36.
(6) ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.
(7) Bla ħsara għat-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu rekwiżiti minimi fid-Direttivi li jirriżultaw minn kompetenzi kondiviżi f’konformità mat-Trattat tal-KE (b’mod partikolari l-Artikolu 137 TKE).
(8) http://www.ejtn.net/www/en/html/index.htm
(9) Il-portal Ewropew Ġustizzja-e se jitvara fl-14 ta’ Diċembru 2009
(10) Bħal, fost oħrajn, Europe Direct, Servizz ta’ Orjentazzjoni għaċ-Ċittadini, L-Ewropa Tiegħek, EURES, Ċentri Ewropej tal-Konsumatur, in-Netwerk Europea Intrapriża.
Rettifika
|
7.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/27 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3290/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar l-aġġustamenti u l-arranġamenti transitorji meħtieġa fis-settur agrikolu sabiex jiġi implimentat ftehim konkluż matul ir-Round Urugwajan tan-negozjati kummerċjali multilaterali
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 349, 31 ta' Diċembru 1994 )
F'paġna 171, l-Anness XII, il-Parti B, il-punt 3, l-Artikolu 3(1), it-tielet linja:
minflok:
“bir-rata ta' dazju stipulata fl-Artikolu 10”,
aqra:
“bir-rata ta' dazju stipulata fit- bir-rata ta' dazju stipulata”;
F'paġna 172, l-Anness XII, il-Parti B, il-punt 4, l-Artikolu 4(3):
minflok:
“3. Qbil mal-limiti dwar volumi li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat ikun żgurat a bażi taċ-ċertifikati ta’ esportazzjoni maħruġa għall-perjodi referenzjali li hemm ipprovdut għalihom hemm u applikabbli għall-prodotti konċernati. Fejn jidħol il-qbil mal-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-Ftehim dwar l-Agrikoltura, it-tmiem ta’ perjodu referenzjali ma jkunx jaffettwa l-validità ta’ liċenza ta’ esportazzjoni.”,
aqra:
“3. Fejn hemm bżonn, il-metodu ta' mamministrazzjoni għandu jikkunsidra l-bżonnijiet tal-provista tas-suq Komunitarju tal-bżonn li jinżamm equilibrium u jista' jkun bbażat fuq metodi użati fil-passat għall-kwoti simili għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1, mingħajr ħsara għad-drittijiet li ġejjin mill-ftihimiet konklużi matul il- Uruguay Round tan-negozjati kummerċjali multilaterali.”.