|
ISSN 1725-5104 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 76 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 51 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
|
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 76/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 247/2008
tas-17 ta’ Marzu 2008
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS waħdanija)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
L-għajnuna għall-ipproċessar għall-fibra qasira tal-kittien u l-fibra tal-qanneb li ma jkunx fihom aktar minn 7,5 % ta’ impuritajiet u skald tapplika sa tmiem is-sena tas-suq 2007/2008. Madankollu, fid-dawl tax-xejriet favorevoli tas-suq għal dan it-tip ta’ fibra taħt l-iskema kurrenti ta’ l-għajnuna, u bil-għan li jingħata kontribut għall-konsolidament ta’ prodotti innovattivi u s-swieq tagħhom, l-applikazzjoni ta’ din l-għajnuna għandha tiġi estiża sa tmiem is-sena tas-suq 2008/2009. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 tas-27 ta’ Lulju 2000 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u tal-qanneb imkabbra għall-ħjut [fibri] (1) ipprovda għal żieda fil-livell ta’ għajnuna għall-ipproċessar ta’ fibri twal tal-kittien mis-sena tas-suq 2008/2009 ’il quddiem. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 ġie sostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 mis-sena tas-suq 2008/2009. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tfasslu fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000 peress li kienu se jiġu applikati minn dik is-sena tas-suq, u b’hekk stabilixxew l-għajnuna fil-livell previst. Peress li l-għajnuna għall-ipproċessar għall-fibri qosra tinżamm sa tmiem is-sena tas-suq 2008/2009, l-għajnuna għall-ipproċessar ta’ fibri twal tal-kittien għal dik is-sena tas-suq addizjonali għandha tinżamm fil-livell li sa issa kien previst fir-Regolament (KE) Nru 1673/2000 sa tmiem is-sena tas-suq 2007/2008. |
|
(3) |
Bil-għan li tiġi promossa l-produzzjoni ta’ fibra qasira ta’ kwalità għolja tal-kittien u tal-qanneb, l-għajnuna qed tingħata lil fibra li fiha massimu ta’ 7,5 % ta’ impuritajiet u skald. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn dan il-limitu u jagħtu għajnuna għall-ipproċessar tal-fibra qasira tal-kittien li jkun fiha perċentwal ta’ impuritajiet u skald bejn 7,5 % u 15 %, u għall-fibra tal-qanneb li jkun fiha perċentwal ta’ impuritajiet u skald bejn 7,5 % u 25 %. Ġaladarba din il-possibbiltà hija miftuħa biss sa tmiem is-sena tas-suq 2007/2008, jeħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jidderogaw minn dak il-limitu għal sena oħra tas-suq. |
|
(4) |
Hekk kif żviluppaw bejjiegħa ġodda fis-suq huwa meħtieġ li jiġi garantit livell minimu ta’ provvista tal-materja prima. Għalhekk, sabiex il-livelli raġonevoli ta’ produzzjoni jkomplu jiġu żgurati fl-Istati Membri, jeħtieġ li jiġi estiż il-perjodu li fih japplikaw il-kwantitajiet nazzjonali garantiti. |
|
(5) |
Għajnuna addizzjonali ilha għal xi żmien tappoġġa l-issuktar tal-produzzjoni tradizzjonali tal-kittien f’ċerti reġjuni ta’ l-Olanda, il-Belġju u Franza. Sabiex l-istrutturi ta’ l-istabbilimenti agrikoli jitkomplew jitħallew jadattaw irwieħhom gradwalment għall-kundizzjonijiet il-ġodda tas-suq, jeħtieġ li din l-għajnuna tranżizzjonali tiġi estiża sa tmiem is-sena tas-suq 2008/2009. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 hu b’dan emendat kif ġej:
|
(1) |
It-titolu tas-Subsezzjoni II tas-Sezzjoni I tal-Kapitolu IV tat-Titolu I tal-Parti II għandha tinbidel b’dan li ġej: “Subsezzjoni II Kittien u qanneb imkabbra għall-fibra” |
|
(2) |
L-Artikolu 91 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 92(1) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej: “1. L-ammont ta’ għajnuna għall-ipproċessar ipprovdut fl-Artikolu 91 għandu jkun stabbilit:
Madankollu, l-Istat Membru jista’, b’referenza għan-negozjanti tradizzjonali, jiddeċiedi wkoll li jagħti l-għajnuna:
Fil-każijiet li dwarhom jipprovdi t-tieni subparagrafu, l-Istat Membru għandu jagħti l-għajnuna fir-rigward ta’ kwantità li ma taqbiżx dik prodotta, fuq il-bażi ta’ 7,5 % ta’ impuritajiet u skald.” |
|
(4) |
L-Artikolu 94 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(5) |
L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 94: “Artikolu 94a Għajnuna addizzjonali Matul is-sena tas-suq 2008/2009, għandha tingħata għajnuna addizzjonali lill-proċessur primarju awtorizzat rigward iż-żoni mogħtija għall-kittien fiż-żoni I u II kif deskritt fl-Anness A.III. ta’ l-Anness XI u l-produzzjoni tat-tiben li kienet soġġetta għal:
L-ammont ta’ l-għajnuna addizzjonali għandu jkun ta’ 120 EUR għal kull ettaru fiż-żona I u 50 EUR għal kull ettaru fiż-żona II.” |
|
(6) |
L-Anness XI għandu jiġi emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
I. JARC
(1) ĠU L 193, 29.7.2000, p. 16. Ir-Regolament kif mħassar bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
ANNESS
Il-Punt A ta’ l-Anness XI għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:
|
“A.I. |
Tqassim tal-kwantità massima garantita għall-fibra twila tal-kittien fost l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 94(1):
|
|
A.II. |
Tqassim tal-kwantità massima garantita għas-sena tas-suq 2008/2009 għall-fibra qasira tal-kitten u tal-qanneb fost l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 94(1a):
Il-kwantità msemmija fl-Artikolu 94(1a) għandha titqassam fil-forma ta’:
|
|
A.IIII. |
Żoni eliġibbli għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 94a
Żona I
Żona II
|
(*1) Madankollu, il-kwantità nazzjonali garantita stabbilita għall-Ungerija tikkonċerna l-fibri tal-qanneb biss.
|
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 76/6 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 248/2008
tas-17 ta’ Marzu 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 rigward il-kwoti nazzjonali fuq il-ħalib
IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
L-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) jistabbilixxi l-kwoti nazzjonali ta’ ħalib għas-seba’ perjodi ta’ 12-il xahar li jibdew fl-1 ta’ April 2008 fi ħdan is-sistema tal-kwota tal-ħalib għal-limitazzjoni tal-produzzjoni. |
|
(2) |
L-Artikolu 66(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li dawk il-kwoti nazzjonali huma stabbiliti mingħajr preġudizzju għal reviżjoni possibbli fid-dawl tas-sitwazzjoni ġenerali tas-suq u kondizzjonijiet partikolari eżistenti f'ċerti Stati Membri. |
|
(3) |
Il-Kunsill talab li l-Kummissjoni twettaq rapport ta’ prospettiva dwar is-suq meta kienu ġew implimentati għal kollox ir-riformi ta’ l-2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib bil-ħsieb li jiġi evalwat jekk l-allokazzjoni ta’ kwoti addizzjonali kinitx xierqa. |
|
(4) |
Dan ir-rapport sar u kkonkluda li s-sitwazzjoni attwali tas-swieq tal-Komunità u tad-dinja u s-sitwazzjoni tagħhom prevista għall-perjodu sa’ l-2014, jiġġustifikaw żieda addizzjonali ta’ 2 % fil-kwota biex iktar ħalib ikun jista’ jkun prodott fil-Komunità biex jgħin biex jintlaħqu r-rekwiżiti tas-suq emerġenti għal-prodotti tal-ħalib. |
|
(5) |
Għalhekk, huwa xieraq li ssir żieda ta’ 2 % fil-kwoti ta’ l-Istati Membri kollha kif jidher fl-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 mill-1 ta’ April 2008. |
|
(6) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Punt 1 ta’ l-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jinbidel fit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
I. JARC
ANNESS
“1. Kwoti nazzjonali
|
Stat Membru |
Kwantitajiet (f’tunnellati) |
|
Il-Belġju |
3 427 288,740 |
|
Il-Bulgarija |
998 580,000 |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
2 792 689,620 |
|
Id-Danimarka |
4 612 619,520 |
|
Il-Ġermanja |
28 847 420,391 |
|
L-Estonja |
659 295,360 |
|
L-Irlanda |
5 503 679,280 |
|
Il-Greċja |
836 923,260 |
|
Spanja |
6 239 289,000 |
|
Franza |
25 091 321,700 |
|
L-Italja |
10 740 661,200 |
|
Ċipru |
148 104,000 |
|
Il-Latvja |
743 220,960 |
|
Il-Litwanja |
1 738 935,780 |
|
Il-Lussemburgu |
278 545,680 |
|
L-Ungerija |
2 029 861,200 |
|
Malta |
49 671,960 |
|
L-Olanda |
11 465 630,280 |
|
L-Awstrija |
2 847 478,469 |
|
Il-Polonja |
9 567 745,860 |
|
Il-Portugall |
1 987 521,000 |
|
Ir-Rumanija |
3 118 140,000 |
|
Is-Slovenja |
588 170,760 |
|
Is-Slovakkja |
1 061 603,760 |
|
Il-Finlandja |
2 491 930,710 |
|
L-Iżvezja |
3 419 595,900 |
|
Ir-Renju Unit |
15 125 168,940 ” |
|
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 76/8 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 249/2008
tas-17 ta’ Marzu 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1425/2006 li jimponi dazju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u fit-Tajlandja
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 11(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1425/2006 tal-25 ta’ Settembru 2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u fit-Tajlandja, u li jtemm il-proċediment dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fil-Malażja (2),
Wara li kkunsidrat il-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni, wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
1. MIŻURI EŻISTENTI
|
(1) |
Wara investigazzjoni (“l-investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1425/2006, impona dazju definittiv ta’ kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw, inter alia, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. |
1.1. L-inizjazzjoni ta’ reviżjoni interim
|
(2) |
B’inizjattiva tal-Kummissjoni, kienet inizjata reviżjoni interim parzjali tar-Regolament imsemmi hawn fuq għal Xinhui Alida Polythene Limited (“Xinhui Alida” jew “il-kumpanija”), produttur Ċiniż għall-esportazzjoni suġġett għall-miżuri ta’ kontra d-dumping li huma fis-seħħ. Din ir-reviżjoni interim parzjali kienet inizjata bl-inizjattiva tal-Kummissjoni msejsa fuq evidenza prima facie pprovduta mill-kumpanija. |
|
(3) |
Din ir-reviżjoni kienet inizjata skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Fl-evidenza li l-Kummissjoni rċeviet minn Xinhui Alida, il-kumpanija qalet li, safejn taf hi, iċ-ċirkostanzi li fuqhom ġew stabbiliti l-miżuri kienu nbidlu u li dawn il-bidliet kienu se jibqgħu hemm. |
|
(4) |
L-informazzjoni li tiddisponi minnha l-Kummissjoni indikat li l-kundizzjonijiet prima facie ta’ ekonomija tas-suq kienu favur il-kumpanija, kif muri mid-dikjarazzjoni tal-kumpanija li hi kienet issodisfat il-kriterji ta’ l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku. Il-kumpanija allegat ukoll li t-tendenzi tal-bejgħ tagħha, kemm f’termini ta’ kwantità kif ukoll ta’ destinazzjoni, inbidlu b’mod permanenti mill-perjodu li fuqu ġew stabbiliti l-miżuri oriġinali, kif għamlet il-kapaċità installata. Allegat ukoll li t-tqabbil tal-valur normali msejjes fuq l-ispejjeż u l-prezzijiet tagħha stess mal-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità jwassal għal tnaqqis fid-dumping b’mod sinifikament taħt il-livell tal-miżuri ta’ bħalissa, u pprovdiet evidenza prima facie ta’ dan. |
|
(5) |
F’dan il-kuntest, il-kumpanija ddikjarat li l-impożizzjoni kontinwa ta’ miżuri fil-livell eżistenti, li kienu msejsa fuq il-livell ta’ dumping li kien ġie stabbilit qabel, ma kinitx għadha meħtieġa biex tikkumpensa d-dumping. |
|
(6) |
Wara li ddeterminat, wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza biex tiġi inizjata reviżjoni interim parzjali, il-Kummissjoni ppubblikat avviż (“Avviż ta’ Inizjazzjoni”) (3) u bdiet investigazzjoni limitata għall-ambitu ta’ stħarriġ tad-dumping. |
1.2. Il-partijiet milquta mill-investigazzjoni
|
(7) |
Il-Kummissjoni avżat, b’mod uffiċjali, lil Xinhui Alida u lill-kumpaniji relatati magħha, kif ukoll lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur, dwar l-inizjazzjoni tar-reviżjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarji lill-applikant u lill-kumpaniji relatati miegħu u rċeviet tweġibiet fiż-żmien ta’ skadenza stabbilit għal dak il-għan. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għad-determinazzjoni tagħha ta’ dumping u ta’ Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq u għamlet żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:
|
1.3. Perijodu għall-investigazzjoni tar-reviżjoni
|
(9) |
L-investigazzjoni tad-dumping kopriet il-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Lulju 2005 u t-30 ta’ Ġunju 2006 (“il-perijodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni” jew “il-PIR”). |
2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Il-prodott ikkonċernat
|
(10) |
Il-prodott milqut mir-reviżjoni ta’ bħalissa hu l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali, i.e. xkejjer u basktijiet tal-plastik li fihom mill-anqas 20 % ta’ kemm jiżnu f’polietilina u f’sheeting li l-ħxuna tiegħu ma taqbiżx il-100 mikrometru (μm); li joriġinaw mir-RPĊ; u bħalissa klassifikabbli fi ħdan il-kodiċijiet NM ex 3923 21 00 , ex 3923 29 10 u ex 3923 29 90 (kodiċijiet TARIC 3923 21 00 20, 3923 29 10 20 u 3923 29 90 20). |
2.2. Prodott simili
|
(11) |
Ir-reviżjoni ta’ bħalissa wriet li Xinhui Alida m’għamlitx bejgħ fis-suq domestiku Ċiniż u għalhekk ma ġie prodott ebda prodott simili ieħor. |
3. TRATTAMENT ta’ EKONOMIJA TAS-SUQ (“TES”)
|
(12) |
Fl-investigazzjonijiet kollha ta’ kontra d-dumping fir-rigward ta’ importazzjoni li toriġina mir-RPĊ, il-valur normali tal-produtturi li jesportaw u li nstabu li kienu jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(ċ), għandu jiġi stabbilit skond il-paragrafi 1 sa 6 ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u gћall-faċilitazzjoni ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma mqassra hawn taћt:
|
|
(13) |
Is-servizzi tal-Kummissjoni kkonkludew li Xinhui Alida wriet li ssodisfat il-ħames kriterji ta’ l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku, u għalhekk ipproponew li tingħata t-Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq. |
|
(14) |
Kemm Xinhui Alida u kemm l-industrija Komunitarja ngħataw opportunità biex jikkummentaw dwar is-sejbiet li ssemmew hawn fuq. |
|
(15) |
L-industrija Komunitarja kkuntestat l-għoti tat-TES lil Xinhui Alida, u qalet li t-tmexxija tal-kumpanija ma kinitx ċara u li l-kumpanija kienet qerdet ċerti dokumenti li hi kellha bżonn biex tipprova l-eliġibilità tagħha għat-TES. |
|
(16) |
L-Artikoli ta’ l-Assoċjazzjoni tal-kumpanija jipprovdu għan-nominazzjoni ta’ diretturi min-naħa ta’ l-azzjonisti bi proporzjon ma’ kemm għandhom ishma f’Xinhui Alida, imma bħalissa ż-żewġ azzjonisti jappuntaw l-istess numru ta’ diretturi minkejja li m’għandhomx l-istess numru ta’ ishma. Dan, iżda, ma jagħmilx it-tmexxija tal-kumpanija waħda mhix ċara. L-iżgħar parti interessata hi meħuda b’maġġoranza mill-ikbar parti. Għaldaqstant, il-kompożizzjoni tal-Bord tad-Diretturi tirrifletti t-titolarità attwali ta’ Xinhui Alida. |
|
(17) |
Barra minn hekk, inġieb l-argument li l-kumpanija ma kinitx f’pożizzjoni li tipprovdi s-slips oriġinali tat-trasferimenti tal-bank għall-ħlas oriġinali tal-kapital, il-ħlas tad-dritt ta’ l-użu ta’ l-art, u l-ħlas lill-Istat għall-ishma tagħha meta l-kumpanija ġiet privatizzata għal kollox. Dan minħabba li mhix il-politika tal-kumpanija li żżomm dokumenti għal aktar minn seba’ snin. Madankollu, il-kumpanija kienet f’pożizzjoni li tipprovdi evidenza minn sorsi vverifikati rigward dawn it-tranżazzjonijiet u, meta wieħed iżomm f’moħħu kemm għadda żmien minn meta saru, l-assenza tas-slips oriġinali tat-trasferiment tal-bank ma ġietx ikkunsidrata bħala eċċezzjonali. |
|
(18) |
Dawn l-argumenti ġew ikkunsidrati imma minħabba li ma twasslet l-ebda evidenza biex tbiddel id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti t-TES lill-kumpanija, l-argumenti ta’ l-industrija Komunitarja ġew għalhekk irrifjutati. |
|
(19) |
Kien ikkonsultat il-Kumitat Konsultattiv u l-partijiet milquta direttament kienu mgħarrfa b’dan. L-argumenti prinċipali mqajma mill-industrija Komunitarja diġà ġew indirizzati hawn fuq. |
4. DUMPING
4.1. Il-valur normali
4.1.1. Il-metodoloġija applikata għad-determinazzjoni tal-valur normali
|
(20) |
Bi qbil ma’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, l-ewwel ġie eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti min-naħa tal-produttur esportatur kienx rappreżentattiv, i.e. jekk il-volum totali ta’ bejgħ ta’ din ix-xorta kienx daqs jew akbar minn 5 % tal-volum totali tal-bejgħ mill-esportazzjoni korrispondenti lejn il-Komunità. Minħabba li Xinhui Alida m’għamlitx bejgħ domestiku waqt il-PIR, il-valur normali tal-kumpanija nħadem skond l-Artikolu 2(3) kif deskritt hawn taħt. |
4.1.2. Id-determinazzjoni tal-valur normali
|
(21) |
Minħabba l-assenza ta’ bejgħ domestiku, il-valur normali nħadem fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku biż-żieda tan-nefqa tal-bejgħ, dik ġenerali u dik amministrattiva (“BĠA”) magħmula, u flimkien ma’ dik tal-profitt medju ddifferenzjat, ma’ l-ispiża tal-manifattura ta’ Xinhui Alida waqt il-PIR. |
|
(22) |
Xinhui Alida stqarret li l-ispiża tal-manifattura tagħha għandha tiġi aġġustata sabiex tiġi kkunsidrata d-differenza fil-politika tat-tnaqqis fil-valur bejnha u bejn il-kumpanija omm tar-Renju Unit, il-British Polythene Industries plc (“BPI”) li għandha l-kontijiet ikkonsolidati ma’ tagħha. Xinhui Alida pprovdiet evidenza biex turi li l-BPI aġġustat it-tnaqqis fil-valur ta’ l-assi tagħha bħala parti mill-proċess ta’ konsolidazzjoni u stqarret ukoll li r-rati tat-tnaqqis fil-valur fiċ-Ċina kienu stabbiliti bil-liġi. Għaldaqstant, dan ma ppermettiex lill-kumpanija li tallinja l-politika tagħha dwar it-tnaqqis fil-valur. |
|
(23) |
It-talba ġiet irrifjutata, kemm minħabba li l-liġi Ċiniża nbidlet fl-2001 u m’għadhiex tistabbilixxi rati fit-tnaqqis fil-valur, u anki għaliex l-ispiża tal-manifattura ta’ Xinhui Alida għall-PIR hija dik imniżżla fil-kontijiet ivverifikati tagħhom, u mhux spiża aġġustata biex tippermetti li ssir konsolidazzjoni fir-Renju Unit. Barra minn hekk, ġew eżaminati wkoll l-assi kkunċernati u nstab li fil-biċċa l-kbira tagħhom, wara 10 snin, għadhom qed jintużaw. |
|
(24) |
Xinhui Alida stqarret ukoll li l-ispiża ta’ materja prima għandha tiġi aġġustata biex jiġi kkunsidrat il-fatt li parti mill-ammont imħallas lil min jipprovdi lill-kumpanija, Horneman Chemplas (Far East) Limited, kienet fil-fatt tħallset lill-kumpanija possedenti Venture Hong Kong li parti minnha hi f’idejn Horneman Chemplas u l-bqija tagħha f’idejn il-British Polythene-Industries plc (BPI). Din it-talba ġiet irrifjutata wkoll. L-ewwelnett, għalkemm Horneman Chemplas u Xinhui Alida huma partijiet relatati, il-prezz mitlub minn Horneman Chemplas lil Xinhui Alida nstab li kien prezz tas-suq raġonevoli, inkluża żieda żgħira, min-naħa ta’ Horneman, fuq il-prezz li hu kien xtara l-oġġetti bih sabiex ikopri l-ispejjeż. Barra minn hekk, mingħand Horneman l-ammonti ma tħallsux direttament lura minn Horneman lil Xinhui Alida fil-forma ta’, eż. refużjoni ta’ volum jew noti ta’ kreditu, imma lil Venture Hong Kong li mbagħad ittrasferithom lil Xinhui Alida bħala injezzjoni(jiet) kapitali u ħlasijiet oħra. Għalhekk, dawn ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala refużjoni ta’ prezz standard mogħti minn dak li jipprovdi lil min qed jixtri. |
|
(25) |
Id-data dwar il-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi u l-profitt medju ddifferenzjat ittieħdet mingħand kumpaniji li wieġbu għall-kwestjonarju mibgħut lil kumpaniji fil-pajjiż analogu kif imniżżel hawn taħt. |
4.1.3. Pajjiż Analogu
|
(26) |
Id-data mill-pajjiż analogu ntużat biex jiġi ddeterminat il-valur normali għal Xinhui Alida minħabba l-assenza ta’ bejgħ domestiku, b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2(6)(ċ) tar-Regolament bażiku. L-Avviż ta’ l-Inizjazzjoni stipula li l-pajjiż analogu kellu jkun il-Malażja, imma ebda kumpanija ma qablet li tikkoopera fl-investigazzjoni. Madankollu, kien hemm kooperazzjoni min-naħa ta’ tliet kumpaniji fit-Tajlandja li kellhom bejgħ domestiku. Il-BĠA u l-profitt medju ddifferenzjat ġie kkalkulat minn data li waslet mingħandhom u li ġiet ivverifikata fl-istabbilimenti tagħhom. |
4.2. Il-prezz ta’ l-esportazzjoni
|
(27) |
Kull meta l-esportazzjoni ta’ Xinhui Alida saret direttament lil konsumaturi indipendenti fil-Komunità, il-prezz ta’ l-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet li effettivament tħallsu jew li jistgħu jitħallsu għall-prodott ikkonċernat waqt il-PIR skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
|
(28) |
Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-bejgħ li għamlet Xinhui Alida kien jew lill-kumpanija relatata magħha f’Hong Kong, Horneman Chemplas, biex finalment jiġi esportat lejn il-Komunità, jew lill-kumpanija relatata magħha fir-Renju Unit, il-BPI, biex finalment jinbiegħ fil-Komunità. Fejn tidħol din l-esportazzjoni ta’ bejgħ lejn il-Komunità, il-prezz ta’ l-esportazzjoni kien stabbilit fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, i.e. billi jintużaw il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid li jkunu effettivament ġew imħallsa jew li jistgħu jitħallsu lill-kumpanija relatata mill-ewwel xerrej indipendenti fil-Komunità waqt il-PIR, u li jkunu ġew aġġustati għall-ispejjeż li jkunu saru bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid u għall-profitti. |
4.3. Tqabbil
|
(29) |
It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni kien magħmul fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika u fl-istess livell ta’ kummerċ. Sabiex jiġi assigurat tqabbil ġust, ġew ikkunsidrati, bi qbil ma’ l-Artikolu 2(10) tar-Regolament Bażiku, dawk id-differenzi fil-fatturi li ntwerew li jaffettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet. Fuq il-bażi ta’ dan, saru konċessjonijiet, kull fejn deher applikabbli u ġustifikat, għal differenzi fl-iskontijiet, fir-rifużjonijiet, fil-kummissjonijiet, fl-ispejjeż ta’ trasport, fl-assigurazzjoni, fl-ispejjeż tat-tagħbija, fl-ippakkjar, fl-ispejjeż ta’ kreditu, fl-ispejjeż tal-bank, u f’dazji ta’ l-importazzjoni. |
|
(30) |
Peress li l-importatur relatat fir-Renju Unit għandu funzjonijiet simili għal dawk ta’ aġent bil-kummissjoni, sar aġġustament fil-prezz ta’ l-esportazzjoni għall-kummissjoni skond l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku. Il-livell tal-kummissjoni ġie kkalkulat fuq bażi ta’ evidenza diretta li turi l-eżistenza ta’ żieda u ta’ l-ispejjeż tal-bejgħ relatati ma’ dawn il-funzjonijiet. |
4.4. Il-marġini tad-dumping
|
(31) |
Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur medju normali ddifferenzjat skond it-tip tqabbel mal-prezz medju ddifferenzjat ta’ l-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat. |
|
(32) |
Il-marġini tad-dumping ta’ Xinhui Alida espress bħala persentaġġ tal-prezz nett ħieles fil-fruntieri tal-Komunità, bid-dazju mhux imħallas, kien ta’ 4,3 %. |
5. ID-DURABILITÀ TAĊ-ĊIRKUSTANZI MIBDULA
|
(33) |
Bi qbil ma’ l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, kien eżaminat ukoll jekk kienx raġonevoli li wieħed isejjaħ iċ-ċirkustanzi mibdula bħala ta’ natura permanenti. |
|
(34) |
L-ewwelnett, ta’ min jinnota li l-kumpanija kienet f’pożizzjoni li tipprova li kellu jingħatalha t-TES, u għalhekk kienet eliġibbli għall-marġini tad-dumping individwali tagħha. Il-raġunijiet li għalihom il-kumpanija ngħatat it-TES għandhom jiġu kkunsidrati bħala permanenti minħabba li jirreferu għall-istruttura fit-terminu t-twil u għall-mudell ta’ kummerċ tal-kumpanija. It-tieni, kienet intalbet informazzjoni dwar l-evoluzzjoni ta’ tipi ta’ prodotti u ta’ ċaqliq fil-prezzijiet wara tmiem il-PIR f’Ġunju 2006. Il-kumpanija pprovdiet evidenza biex turi li l-prezzijiet ta’ materja prima żdiedu fl-aħħar nofs ta’ l-2006 u li reġgħu niżlu fl-aħħar ta’ l-2006, iżda dejjem baqgħu ogħla mil-livell tal-kumpanija waqt il-PIR. Minħabba l-politika tal-kumpanija omm dwar il-prezzijiet tat-trasferiment bejn Xinhui Alida u bejnha, huwa ċar li tul l-aħħar nofs ta’ l-2006 il-prezz tat-trasferiment baqa’ stabbli waqt li l-prezzijiet ta’ materja prima għolew sostanzjalment. Il-BPI uriet ukoll li l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha mill-ġdid baqgħu stabbli tul l-aħħar nofs ta’ l-2006, b’mod li l-marġini tad-dumping ikkalkulat għall-PIR baqa’ definittivament validu għall-bqija tas-sena tal-kalendarju 2006. |
|
(35) |
Il-kumpanija allegat li t-tendenzi tal-bejgħ tagħha, kemm f’termini ta’ kwantità kif ukoll ta’ destinazzjoni, inbidlu b’mod permanenti mill-perjodu ta’ l-investigazzjoni oriġinali ta’ bejn April ta’ l-2004 u Marzu ta’ l-2005. |
|
(36) |
Mill-evidenza miksuba waqt l-investigazzjoni ħareġ li l-andament tal-kumpanija, inkluż iċ-ċirkostanzi li wasslu għall-inizjazzjoni ta’ din ir-reviżjoni, x’aktarx li ma kinux se jinbidlu fil-futur qrib b’mod li jaffettwa s-sejbiet tar-reviżjoni ta’ bħalissa. Għalhekk, dan jissuġġerixxi li l-bidliet ikkunċernati kienu permanenti u li, għaldaqstant, il-konklużjonijiet tar-reviżjoni kienu se jibqgħu validi fit-tul. |
6. MIŻURI TA’ KONTRA D-DUMPING
|
(37) |
Fid-dawl tar-riżultati ta’ l-investigazzjoni, hu kkunsidrat bħala xieraq li d-dazju ta’ kontra d-dumping applikabbli fuq l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat minn Xinhui Alida jiġi emendat għal 4,3 %. |
7. L-IŻVELAR
|
(38) |
Il-partijiet interessati kienu infurmati bil-fatti essenzjali u bil-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kienet intenzjonata li tiġi rrakkomandata emenda lir-Regolament (KE) Nru 1425/2006 u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. |
|
(39) |
Il-kumpanija kkuntestat is-sejbiet li ħarġu fejn bosta aġġustamenti mitluba mill-kumpanija ġew irrifjutati, jiġifieri l-kalkolu tat-tnaqqis fil-valur fiċ-Ċina, it-trattament ta’ qligħ tar-rata tal-kambju magħmul fir-Renju Unit u, allegatament, ir-rifużjoni fuq il-materja prima. Madankollu, il-kumpanija ma pprovdiet l-ebda evidenza ġdida biex tissostanzja t-talbiet tagħha u għalhekk dawn it-talbiet ġew irrifjutati mill-ġdid. |
|
(40) |
L-industrija Komunitarja talbet aktar informazzjoni rigward il-kalkolu ta’ kif inħadem il-valur normali billi intużat data mit-Tajlandja, iżda ma pprovdiet ebda evidenza biex timpunja jew tikkontesta l-kalkolu jew il-metodoloġija li ntużat, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-tabella fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1425/2006 huwa minn hawnhekk emendat billi jiżdied dan li ġej:
|
Pajjiż |
Kumpanija |
Rata ta’ dazju (%) |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina |
Xinhui Alida Polythene Limited, Xinhui |
4,3 % |
A854 |
Il-lista tal-kumpaniji fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1425/2006 hija minn hawnhekk emendata billi jitneħħa dan li ġej:
|
XINHUI ALIDA POLYTHENE LIMITED |
Xinhui |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
I. JARC
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).
(2) ĠU L 270, 29.9.2006, p. 4, Ir-Regolament kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1356/2007 (ĠU L 304, 22.11.2007, p. 5).
|
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 76/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 250/2008
tat-18 ta’ Marzu 2008
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu. |
|
(2) |
Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2008.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
JO |
60,4 |
|
MA |
58,1 |
|
|
TN |
134,4 |
|
|
TR |
105,4 |
|
|
ZZ |
89,6 |
|
|
0707 00 05 |
JO |
178,8 |
|
MA |
90,4 |
|
|
TR |
175,5 |
|
|
ZZ |
148,2 |
|
|
0709 90 70 |
MA |
86,5 |
|
TR |
147,7 |
|
|
ZZ |
117,1 |
|
|
0709 90 80 |
EG |
238,6 |
|
ZZ |
238,6 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
42,7 |
|
IL |
56,5 |
|
|
MA |
51,8 |
|
|
TN |
53,6 |
|
|
TR |
50,7 |
|
|
ZA |
43,3 |
|
|
ZZ |
49,8 |
|
|
0805 50 10 |
EG |
107,9 |
|
IL |
106,3 |
|
|
SY |
109,7 |
|
|
TR |
130,4 |
|
|
ZA |
147,5 |
|
|
ZZ |
120,4 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
91,4 |
|
BR |
76,9 |
|
|
CA |
98,7 |
|
|
CL |
100,7 |
|
|
CN |
72,7 |
|
|
MK |
46,8 |
|
|
US |
104,7 |
|
|
UY |
87,6 |
|
|
ZA |
69,5 |
|
|
ZZ |
83,2 |
|
|
0808 20 50 |
AR |
81,5 |
|
CL |
84,1 |
|
|
CN |
57,9 |
|
|
ZA |
90,2 |
|
|
ZZ |
78,4 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 76/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 251/2008
tat-18 ta’ Marzu 2008
dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Marzu 2008 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 ta’ l-14 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur. |
|
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Marzu 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ April 2008 sal-30 ta’ Ġunju 2008 li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti skond ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ April 2008 sal-30 ta’ Ġunju 2008 huma assenjati skond il-koeffiċjenti ta’ l-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fìd-19 ta’ Marzu 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).
ANNESS
|
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.4.2008-30.6.2008 (%) |
|
P1 |
09.4067 |
4,558380 |
|
P2 |
09.4068 |
53,742902 |
|
P3 |
09.4069 |
1,428582 |
|
P4 |
09.4070 |
(1) Ma japplikax: l-applikazzjonijiet huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli.
|
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 76/17 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 252/2008
tat-18 ta’ Marzu 2008
dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Marzu 2008 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 539/2007 għal ċerti prodotti fis-settur tal-bajd u ta’ l-albumini
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-bajd (1), u partikolarment l-Artikolu 6, paragrafu 1 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (2), u partikolarment l-Artikolu 4, paragrafu 1 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 539/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għas-settur tal-bajd u ta’ l-albumini (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 539/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-bajd u ta’ l-albumini. |
|
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Marzu 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ April 2008 sal-30 ta’ Ġunju 2008 huma, għal ċerti kwoti, ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti skond ir-Regolament (KE) Nru 539/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ April 2008 sal-30 ta’ Ġunju 2008 huma assenjati skond il-koeffiċjenti ta’ l-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2771/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.
(2) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 104. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2916/95 (ĠU L 305, 19.12.1995, p. 49).
(3) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).
ANNESS
|
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.4.2008-30.6.2008 (%) |
|
E1 |
09.4015 |
|
|
E2 |
09.4401 |
33,731344 |
|
E3 |
09.4402 |
(1) Ma japplikax: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.
(2) Ma japplikax: l-applikazzjonijiet huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli.
|
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 76/19 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 253/2008
tat-18 ta’ Marzu 2008
dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji Komunitarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2008 huma, għal ċerti kwoti, ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba. |
|
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2008 huma, għal ċerti kwoti, inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2008 skond ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007, għandhom japplikaw il-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2008, huma stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).
ANNESS
|
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.4.2008-30.6.2008 (%) |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu mill-1.7.2008-30.9.2008 (kg) |
|
1 |
09.4410 |
0,898484 |
— |
|
2 |
09.4411 |
2 550 000 |
|
|
3 |
09.4412 |
0,925076 |
— |
|
4 |
09.4420 |
1,256300 |
— |
|
5 |
09.4421 |
3,484400 |
— |
|
6 |
09.4422 |
1,379229 |
— |
(1) Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.
|
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 76/21 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 254/2008
tat-18 ta’ Marzu 2008
dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1384/2007 għal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1384/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Iżrael (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2008, (fil-każ tal-liċenzji għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4092), huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba. |
|
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2008, (fil-każ tal-liċenzji għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4091), huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2008 skond ir-Regolament (KE) Nru 1384/2007, għandhom japplikaw il-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2008, huma stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).
ANNESS
|
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.4.2008-30.6.2008 (%) |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu mill-1.7.2008-30.9.2008 (kg) |
|
IL1 |
09.4092 |
5,747185 |
— |
|
IL2 |
09.4091 |
280 000 |
(1) Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.
|
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 76/23 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 255/2008
tat-18 ta’ Marzu 2008
dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1383/2007 għal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1383/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mit-Turkija (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1383/2007 stabbilixxa kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur. |
|
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sal-30 ta’ Ġunju 2008 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4103 skond ir-Regolament (KE) Nru 1383/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2008, huma ta' 500 000 kg.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.
|
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 76/24 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 256/2008
tat-18 ta’ Marzu 2008
dwar il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1399/2007 għal ċerti prodotti tal-laħam li joriġinaw mill-Iżvizzera
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1399/2007 tat-28 ta’ Novembru 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għaz-zalzett u għal ċerti prodotti tal-laħam li joriġinaw mill-Iżvizzera (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1399/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-laħam. |
|
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sal-30 ta’ Ġunju 2008 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4180 skond ir-Regolament (KE) Nru 1399/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Settembru 2008, huma ta' 935 000 kg.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2). Ir-Regolament (KEE) Nru 2759/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.
|
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 76/25 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 257/2008
tat-18 ta’ Marzu 2008
dwar il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1382/2007 għal-laħam tal-majjal
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1382/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda r-reġim ta’ importazzjoni tal-laħam tal-majjal (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1382/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal. |
|
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sal-30 ta’ Ġunju 2008 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4046 skond ir-Regolament (KE) Nru 1382/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2008, huma ta' 3 500 000 kg.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2). Ir-Regolament (KEE) Nru 2759/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.
|
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 76/26 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 258/2008
tat-18 ta’ Marzu 2008
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2007/2008 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1109/2007 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 211/2008 (4). |
|
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha fi jdejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008, huma mmodifikati, u jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1568/2007 (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 62).
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 1702 90 95 applikabbli mid-19 ta’ Marzu 2008 'l quddiem
|
(EUR) |
||
|
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
|
1701 11 10 (1) |
21,18 |
5,71 |
|
1701 11 90 (1) |
21,18 |
11,12 |
|
1701 12 10 (1) |
21,18 |
5,52 |
|
1701 12 90 (1) |
21,18 |
10,60 |
|
1701 91 00 (2) |
20,67 |
15,94 |
|
1701 99 10 (2) |
20,67 |
10,49 |
|
1701 99 90 (2) |
20,67 |
10,49 |
|
1702 90 95 (3) |
0,21 |
0,43 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sakkarożju.
|
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 76/28 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 259/2008
tat-18 ta' Marzu 2008
li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-pubblikazzjoni ta’ tagħrif dwar il-benefiċjarji tal-fondi ġejjin mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b'mod partikolari l-punt 8b ta’ l-Artikolu 42 tiegħu,
Wara li kkonsultaw il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 44a tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jistipula li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubblikazzjoni annwali ex-post tal-benefiċjarji tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), minn hawn 'il quddiem imsejħin Fondi, u l-ammonti li kull benefiċjarju rċieva taħt kull wieħed minn dawn il-Fondi. |
|
(2) |
L-għan ta' din il-pubblikazzjoni, li għandha tkun skond it-tagħrif fil-pussess ta' l-aġenziji tal-ħlas fil-kotba u fir-reġistri tagħhom u li għandu jkollha x'taqsam biss ma' dawk il-pagamenti li jkunu daħlu fis-sena finanzjarja ta' qabel, huwa li jittejbu t-trasparenza fir-rigward ta' l-użu tal-Fondi u l-ġestjoni finanzjara soda tagħhom. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, it-tagħrif għandu jiġi ppreżentat lill-pubbliku sad-data ta' l-iskadenza tat-30 ta' April b'mod ċar, armonizzat u li jkun jista' jsir tiftix għalih. Fir-rigward tan-nefqa ta' l-FAEŻR li tkun tħallset bejn l-ta' Jannar u l-15 ta' Ottubru 2007, għandha tiġi ffissata data speċjali għall-pubblikazzjoni. |
|
(3) |
Għal dan il-għan, għandhom jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi fir-rigward tal-kontenut tal-pubblikazzjoni. Dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx imorru lil hinn minn dak meħtieġ f'soċjetà demokratika sabiex jintlaħqu l-għanijiet segwiti. |
|
(4) |
Il-pubblikazzjoni ta' l-informazzjoni għandha tkun implimentata permezz ta' l-internet fil-forma ta' għodda ta' tiftix li tiżgura li l-pubbliku in ġenerali jkun f'pożizzjoni li jikkonsultaha. L-għodda ta' tiftix għandha tippermetti t-tiftix abbażi ta' ċerti kriterji u r-riżultati tat-tiftix għandhom jiġu ppreżentati b'mod li jkun aċċessibbli faċilment. |
|
(5) |
Il-pubblikazzjoni tat-tagħrif li jikkonċerna l-benefiċjarji għandha ssir malajr kemm jista' jkun wara l-għeluq tas-sena finanzjarja sabiex tiġi żgurata t-trasparenza lejn il-pubbliku. Fl-istess ħin, l-Istati Membri għandhom ikollhom biżżejjed żmien biex ikunu jistgħu iwettqu x-xogħol neċessarju. Peress li l-għan tat-trasparenza ma jirrekjedix li t-tagħrif jibqa' disponibbli indefinittivament, għandu jiġi stipulat perjodu raġonevoli ta' disponibbiltà għat-tagħrif ippubblikat. |
|
(6) |
Li l-informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku jtejjeb it-trasparenza fir-rigward ta' l-użu tal-fondi Komunitarji fil-qasam tal-politika agrikola komuni kif ukoll il-ġestjoni finanzjarja tajba ta' dawn il-fondi, b'mod partikolari billi jiġi rinfurzat il-kontroll pubbliku tal-flejjes li ntużaw. Minħabba l-impenn iebes ta' l-għanijiet imfittxija, fir-rigward tal-prinċipju tal-proporzjonalità u tar-rekwiżit dwar il-protezzjoni tad-data [dejta] personali jkun iġġustifikat il-forniment ta' pubblikazzjoni ġenerali ta' l-informazzjoni rilevanti għaliex dan ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ f'soċjetà demokratika u għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet. |
|
(7) |
Għall-konformità mar-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tad-dejta l-benefiċjarji tal-Fondi għandhom jiġu infurmati dwar il-pubblikazzjoni tad-dejta tagħhom qabel ma ssir il-pubblikazzjoni. It-tagħrif lill-benefiċjarji għandu jsir permezz tal-formoli ta' l-applikazzjoni għal għajnuna jew meta tinġabar id-dejta mod ieħor. Minbarra dan, il-benefiċjarji għandhom jiġu mgħarrfa dwar id-drittijiet tagħhom taħt id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (2) u l-proċeduri applikabbli għall-eżerċitar ta' dawn id-drittijiet. Fir-rigward ta' l-infiq fis-snin finanzjarji 2007 u 2008, sakemm it-tagħrif dwar il-benefiċjarji ma jkunx disponibbli fil-ħin tal-ġbir tad-dejta personali, il-benefiċjarji għandhom jibqgħu informati f'perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma l-pubblikazzjoni attwalment isseħħ. |
|
(8) |
Għall-finijiet ta' trasparenza, il-benefiċjarji tal-Fondi għandhom jiġu mgħarrfa ukoll għall-iskop ta' l-issalvagwardjar ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, li d-dejta personali tagħhom tista' tiġi pproċessata mill-entitajiet ta' verifika u ta' l-investigazzjoni tal-Komunitajiet u ta' l-Istati Membri. Dan it-tagħrif għandu jingħata fl-istess waqt meta jingħata t-tagħrif dwar il-pubblikazzjoni u d-drittijiet ta' l-individwi. |
|
(9) |
Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-pubbliku għad-dejta ppubblikata, il-Kummissjoni għandha tipprovdi għal sit elettroniku Komunitarju inkluż konnessjonijiet mas-siti elettroniċi madwar l-Istati Membri kollha li fuqhom it-tagħrif ikun sar disponibbli. Minħabba d-diversi strutturi organizattivi fi ħdan l-Istati Membri, għandhom jiddeterminaw bejniethom liema korp ikun responsabbli għall-istabbiliment u ż-żamma tas-sit elettroniku uniku u għall-pubblikazzjoni tad-dejta. |
|
(10) |
Peress li l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1437/2007 jistipula li l-Artikolu 44a tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, imdaħħal bir-Regolament (KE) Nru 1437/2007, japplika għan-nefqa fl-FAEG li tkun saret ejn mis-16 ta' Ottubru 2007 u għan-nefqa fl-FAEŻR mill-1 ta' Jannar 2007, għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġu applikati wkoll ir-regoli ta' implimentazzjoni għall-istess perjodu ta' żmien. |
|
(11) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
Kontenut tal-pubblikazzjoni
1. Il-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 44a tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 għandha tinkludi t-tagħrif li ġej:
|
(a) |
l-ewwel isem u l-kunjom meta l-benefiċjarji huma persuni fiżiċi; |
|
(b) |
l-isem legali sħiħ kif ġie rreġistat meta l-benefiċjarji jkunu persuni ġuridiċi; |
|
(ċ) |
l-isem sħiħ ta' l-assoċjazzjoni kif jiġi rreġistrat jew inkella rikonoxxut uffiċjalment meta l-benefiċjarji jkunu assoċjazzjonijiet ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma stess ma għandhomx personalità ġuridika; |
|
(d) |
il-muniċipalità fejn joqgħod il-benefiċjarju jew fejn huwa rreġistrat u, meta jkun disponibbli, il-kodiċi postali jew il-parti fih li tidentifika l-muniċipalità; |
|
(e) |
għall-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ l-FAEG, l-ammont ta' ħlasijiet diretti fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li kull benefiċjarju jkun irċieva fis-sena finanzjarja kkonċernata; |
|
(f) |
għall-FAEG, l-ammont ta' pagamenti għajr dawk imsemmija fil-punt (e) li kull benefiċjarju jkun irċieva fis-sena finanzjarja kkonċernata; |
|
(g) |
għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ l-FAEŻR, l-ammont totali ta' finanzjament pubbliku li kull benefiċjarju jkun irċieva fis-sena finanzjarja kkonċernata, li jkun jinkludi kemm il-kontribut tal-Komunità kif ukoll dak nazzjonali; |
|
(h) |
it-total ta' l-ammonti msemmija fil-punti (e), (f) u (g) li kull benefiċjarju jkun irċieva fis-sena finanzjarja kkonċernata; |
|
(i) |
il-munita ta' dawn l-ammonti. |
2. L-Istati Membri jistgħu jippubblikaw tagħrif aktar iddettaljat minn kif stipulat fil-paragrafu 1.
L-Artikolu 2
Sura tal-pubblikazzjoni
It-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jkun disponibbli fuq sit elettroniku uniku f'kull Stat Membru permezz ta' għodda ta' tiftix li tippermetti lill-utenti jfittxu għal benefiċjarji skond l-isem, il-muniċipalità, l-ammonti li jkunu waslu f'(e), (f), (g) u (h) ta' l-Artikolu 1 jew skond kombinazzjoni tagħhom u joħorġu t-tagħrif korrispondenti fis-sura ta' sett uniku ta' dejta.
L-Artikolu 3
Id-data tal-pubblikazzjoni
1. It-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jiġi ppubblikat sat-30 ta' April kull sena għas-sena finanzjarja ta' qabel.
2. Għan-nefqa fl-FAEŻR li tħallset bejn l-1 ta' Jannar u l-15 ta' Ottubru 2007, it-tagħrif għandu jiġi ppubblikat sat-30 ta' Settembru 2008, dejjem sakemm sa dik id-data n-nefqa tkun tħallset lura lill-Istat Membru kkonċernat mill-FAEŻR. Inkella, it-tagħrif għandu jiġi ppubblikat flimkien mat-tagħrif għas-sena finanzjarja 2008.
3. It-tagħrif għandu jinżamm disponibbli fuq is-sit elettroniku għal sentejn wara d-data tal-pubblikazzjoni inizjali tiegħu.
L-Artikolu 4
Tagħrif lill-benefiċjarji
1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-benefiċjarji li skond ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u dan ir-Regolament id-dejta tagħhom se ssir pubblika u li jistgħu jiġu pproċessati mill-entitajiet ta' verifika u ta' investigazzjoni tal-Komunitajiet u ta' l-Istati Membri bil-għan li jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet.
2. F'każ ta' dejta personali, it-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata skond ir-rekwiiżiti tad-Direttiva 95/46/KE u l-benefiċjarji għandhom jiġu mgħarrfa dwar it-drittijiet tagħhom bħala suġġetti għad-dejta taħt din id-Direttiva u dwar il-proċedura applikabbli għall-eżerċizzju ta' dawn id-drittijiet.
3. It-tagħrif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jingħata lill-benefiċjarji billi jiddaħħal fil-formoli ta' l-applikazzjoni għall-ksib tal-fondi mill-FAEG u mill-FAEŻR, jew inkella fil-ħin meta tinġabar id-dejta.
Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, fir-rigward tad-dejta relatata mal-pagamenti li jkunu daħlu fis-snin finanzjarji 2007 u 2008, it-tagħrif għandu jingħata talanqas erba' ġimgħat qabel id-data tal-pubblikazzjoni tagħhom.
L-Artikolu 5
Kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm sit elettroniku Komunitarju fuq l-indirizz ta' l-internet ċentrali tagħha li jkun jinkludi l-konnessjonijiet mas-siti elettroniċi ta' l-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-aġġornamenti tal-konnessjonijiet ta' l-internet skond it-tagħrif mibgħut mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jibagħatu lill-Kummissjoni l-indirizz ta' l-internet tas-sit elettroniku tagħhom hekk kif jiġi stabbilit kif ukoll kull tibdil li jsir fuqhom wara u li jkollu influwenza fuq l-aċċessibbiltà għas-sit elettroniku tagħhom minn fuq is-sit elettroniku tal-Komunità.
3. L-Istati Membri għandhom jaħtru entità li tkun responsabbli għall-istabbiliment u ż-żamma tas-sit elettroniku uniku msemmi fl-Artikolu 2. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-isem u l-indirizz ta' din l-entità.
L-Artikolu 6
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika għan-nefqa fl-FAEG li tkun saret mis-16 ta' Ottubru 2007 u fir-rigward tan-nefqa fl-FAEŻR mill-1 ta' Jannar 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1437/2007 (ĠU L 322, 7.12.2007, p. 1).
(2) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
|
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 76/31 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta' Marzu 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Anness VII li jelenka taħlitiet ta' sustanzi attivi/prodotti koperti minn deroga rigward trattamenti ta’ wara l-ħsad magħmula b'fumigant
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u partikolarment l-Artikolu 18(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bosta Stati Membri indikaw lill-Kummissjoni l-ħtieġa għal deroga mil-livelli massimi ta’ residwu stabbiliti fl-Annessi II u III, filwaqt li speċifikaw l-għelejjel u l-pestiċidi li għalihom tinħtieġ din id-deroga. Din id-deroga għandha tippermetti lill-Istati Membri jawtorizzaw, wara trattament ta’ wara l-ħsad magħmul b’fumigant fit-territorju tagħhom, livelli ta’ residwu għal sustanzi attivi li jaqbżu l-limiti speċifikati f’dawn l-Annessi biex jiġi evitat tfixkil fil-kummerċ ta' prodotti maħżuna li għaddew minn trattamenti ta' wara l-ħsad magħmula b'fumiganti. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(3) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-test fl-Anness għal dan ir-Regolament jiġi miżjud mar-Regolament (KE) Nru 396/2005, bħala Anness VII.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 178/2006 (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 3).
ANNESS
“ANNESS VII
Taħlitiet ta’ sustanzi attivi/prodotti, kif imsemmija fl-Artikolu 18(3)
|
Sustanza attiva |
Prodott fl-Anness I (Numru tal-kodiċi) |
|
Fosfid ta’ l-idroġenu |
Frott (0100000), Ħxejjex (0200000), Żrieragħ imnixxfin (0300000), Żrieragħ taż-żejt u frott taż-żejt (0400000), Ċereali (0500000), Te, kafè, infużjonijiet erbali u kawkaw (0600000), Ħwawar (0800000) |
|
Fosfid ta’ l-aluminju |
Frott (0100000), Ħxejjex (0200000), Żrieragħ imnixxfin (0300000), Żrieragħ taż-żejt u frott taż-żejt (0400000), Ċereali (0500000), Te, kafè, infużjonijiet erbali u kawkaw (0600000), Ħwawar (0800000) |
|
Fosfid tal-manjesju |
Frott (0100000), Ħxejjex (0200000), Żrieragħ imnixxfin (0300000), Żrieragħ taż-żejt u frott taż-żejt (0400000), Ċereali (0500000), Te, kafè, infużjonijiet erbali u kawkaw (0600000), Ħwawar (0800000) |
|
Fluworidu tal-kubrit |
Frott (0100000), Ċereali (0500000)”. |
DIRETTIVI
|
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 76/33 |
DIRETTIVA 2008/10/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Marzu 2008
li temenda d-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 47(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tipprovdi li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (5). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku, adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jħassru xi wħud minn dawk l-elementi jew billi jissupplimentaw l-istrument b’elementi ġodda mhux essenzjali. |
|
(3) |
Skond id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (6) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, li jkunu diġa’ fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/39/KE sabiex jittieħed kont ta’, inter alia, l-iżviluppi tekniċi tas-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dik id-Direttiva. Dawk il-miżuri huma mfassla sabiex jadattaw definizzjonijiet jew jimmodifikaw il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-eżenzjonijiet taħt dik id-Direttiva; sabiex jelaboraw jew jissupplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva dwar rekwiżiti organizzattivi jew kondizzjonijet operattivi imposti fuq ditti ta’ investiment jew istituzzjonijiet ta’ kreditu; u sabiex iżidu speċifikazzjonijiet dettaljati dwar l-obbligi tat-trasparenza kemm ta’ qabel kif ukoll ta’ wara l-kummerċ imposti fuq il-varji postijiet tan-negozjati taħt dik id-Direttiva. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/39/KE, inter alia billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
|
(5) |
Id-Direttiva 2004/39/KE tistipula limitu ta’ żmien fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni. Fid-dikjarazzjoni tagħhom dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ddikjaraw li d-Deċiżjoni 2006/512/KE tipprovdi soluzzjoni orizzontali u sodisfaċenti għax-xewqa tal-Parlament Ewropew li jiskrutinja l-implimentazzjoni ta’ strumenti adottati taħt il-proċedura tal-kodeċiżjoni u li, b’hekk, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni mingħajr limitu ta’ żmien. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddikjaraw ukoll li ser jiżguraw li l-proposti mmirati li jħassru d-dispożizzjonijiet fl-atti li jistipulaw limitu ta’ żmien fuq id-delega ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni jiġu adottati kemm jista’ jkun malajr. Konsegwentement għall-introduzzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, id-dispożizzjoni li tistabbilixxi limitu ta’ żmien fid-Direttiva 2004/39/KE għandha titħassar. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni għandha, b’intervalli regolari, tevalwa l-funzjonament tad-dispożizzjonijiet rigward is-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lilha biex tippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jiddeterminaw jekk il-limitu ta’ dawn is-setgħat u r-rekwiżiti proċedurali imposti fuq il-Kummissjoni humiex adegwati u jekk dawn jiżgurawx kemm l-effikaċja kif ukoll ir-responsabbiltà demokratika. |
|
(7) |
Id-Direttiva 2004/39/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ. |
|
(8) |
Ladarba l-emendi lid-Direttiva 2004/39/KE permezz ta’ din id-Direttiva huma ta’ natura teknika u jikkonċernaw biss il-proċedura ta’ kumitat, dawn ma jeħtiġux traspożizzjoni fl-Istati Membri. Għaldaqstant, m’huwiex neċessarju li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal dan l-għan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi
Id-Direttiva 2004/39/KE hija b’dan emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 2(3) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(3) |
l-Artikolu 13(10) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(4) |
Fit-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ l-Artikolu 15(3), il-kliem “skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2)” għandhom jiġu sostitwiti b’dan: “skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 64(3),”; |
|
(5) |
l-Artikolu 18(3) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(6) |
l-Artikolu 19(10) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(7) |
l-Artikolu 21(6) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(8) |
l-Artikolu 22(3) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(9) |
l-Artikolu 24(5) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(10) |
l-Artikolu 25(7) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(11) |
l-Artikolu 27(7) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(12) |
l-Artikolu 28(3) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(13) |
l-Artikolu 29(3) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(14) |
l-Artikolu 30(3) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(15) |
l-Artikolu 40(6) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(16) |
l-Artikolu 44(3) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(17) |
l-Artikolu 45(3) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(18) |
l-Artikolu 56(5) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(19) |
fl-Artikolu 58(4), il-kliem “, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2),” għandhom jiġu sostitwiti b’dan: “skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 64(3),”. |
|
(20) |
l-Artikolu 64 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J. LENARČIČ
(1) ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.
(3) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Novembru 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.
(4) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/44/KE (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1).
(5) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
|
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 76/37 |
DIRETTIVA 2008/11/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Marzu 2008
li temenda d-Direttiva 2003/71/KE dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’ mod partikolari l-Artikoli 44 u 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),
Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tistipula li għandhom jiġu adottati ċerti miżuri skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (5). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi iħassru xi wħud minn dawk l-elementi jew billi jissupplimentaw l-istrument b’elementi mhux essenzjali ġodda. |
|
(3) |
Konformement mad-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE (6), sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, li jkunu diġa’ fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/71/KE, sabiex jittieħed kont ta’ l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta ta’ dik id-Direttiva. Dawk il-miżuri huma mfassla biex jadattaw id-definizzjonijiet u jelaboraw jew jissupplimentaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/71/KE billi jiġu speċifikati fid-dettall il-forma u l-kontenut ta’ prospett. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2003/71/KE billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
|
(5) |
Id-Direttiva 2003/71/KE tistipula limitu taż-żmien fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni. Fid-dikjarazzjoni tagħhom dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ddikjaraw li d-Deċiżjoni 2006/512/KE tipprovdi soluzzjoni orizzontali u sodisfaċenti għax-xewqa tal-Parlament Ewropew li jiskrutinja l-implimentazzjoni ta’ strumenti adottati taħt il-proċedura tal-kodeċiżjoni u li, b’hekk, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni mingħajr limitu ta’ żmien. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddikjaraw ukoll li ser jiżguraw li l-proposti mmirati li jħassru d-dispożizzjonijiet fl-atti li jistipulaw limitu ta’ żmien fuq id-delega ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni jiġu adottati kemm jista’ jkun malajr. Konsegwentement għall-introduzzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, id-dispożizzjoni li tistabbilixxi limitu ta’ żmien fid-Direttiva 2003/71/KE għandha titħassar. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni għandha, b’intervalli regolari, tanalizza l-funzjonament tad-dispożizzjonijiet rigward is-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lilha biex tippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jiddeterminaw jekk il-limitu ta’ dawn is-setgħat u r-rekwiżiti proċedurali imposti fuq il-Kummissjoni humiex adegwati u jekk dawn jiżgurawx kemm l-effikaċja kif ukoll ir-responsabbiltà demokratika. |
|
(7) |
Id-Direttiva 2003/71/KE għalhekk għandha tiġi emendata kif meħtieġ. |
|
(8) |
Ladarba l-emendi lid-Direttiva 2003/71/KE permezz ta’ din id-Direttiva huma ta’ natura teknika u jikkonċernaw biss il-proċedura ta’ kumitat, dawn ma jeħtiġux traspożizzjoni fl-Istati Membri. Għaldaqstant, m’huwiex neċessarju li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal dan l-għan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi
Id-Direttiva 2003/71/KE hija b’dan emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikoli 2(4), 4(3), 5(5), 7(1), 8(4), 11(3), 13(7), 14(8) u 15(7) għandhom jiġu emendati kif ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 20(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “3. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni se tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni sabiex jiġu stabbiliti kriterji ġenerali ta’ ekwivalenza, ibbażati fuq ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5 u 7. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(2a). Fuq il-bażi tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri implimentattivi skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 24(2), filwaqt li tiddikjara li pajjiż terz jiżgura l-ekwivalenza tal-prospetti mfassla f’dak il-pajjiż ma’ din id-Direttiva, permezz tal-liġi nazzjonali tiegħu jew tal-prattika jew proċeduri bbażati fuq standards internazzjonali stipulati minn organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi l-istandards ta’ żvelar IOSCO.”; |
|
(3) |
l-Artikolu 24 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J. LENARČIČ
(1) ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.
(3) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Novembru 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.
(4) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.
(5) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
|
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 76/39 |
DIRETTIVA 2008/12/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Marzu 2008
li temenda d-Direttiva 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2006/66/KE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tipprovdi li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4), |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u li huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia, billi jiġu mħassra xi wħud minn dawn l-elementi jew billi jissuplimentaw l-istrument permezz ta’ elementi ġodda mhux essenzjali. |
|
(3) |
Skond id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (5) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għal strumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, li huma diġa’ fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta l-Anness III u tadotta u tirrevedi regoli dettaljati għall-esportazzjoni u għat-tikkettjar tal-batteriji u l-akkumulaturi. Peress li dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2006/66/KE, inter alia, billi jissuplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
|
(5) |
Id-Direttiva 2006/66/KE għandha għalhekk tkun emendata skond dan. |
|
(6) |
Billi l-emendi magħmula lid-Direttiva 2006/66/KE permezz ta’ din id-Direttiva huma ta’ natura teknika u jikkonċernaw biss il-proċedura tal-kumitat, m’hemmx il-ħtieġa li dawn jiġu trasposti mill-Istati Membri. Għalhekk, mhux meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar dan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi
Id-Direttiva 2006/66/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “4. Arranġamenti tranżitorji jistgħu jsiru skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 24(2) biex jindirizzaw diffikultajiet li jiltaqa’ magħhom Stat Membru biex jissodisfa r-rekwiżiti fil-paragrafu 2, minħabba ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi. Metodoloġija komuni għandha tiġi stabbilita għall-kalkolu tal-bejgħ annwali ta’ batteriji u akkumulaturi portabbli lill-konsumaturi finali sas-26 ta’ Settembru 2007. Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(3).”; |
|
(2) |
L-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 12(6), għandha tiġi ssostitwita b’dan li ġej: “6. L-Anness III jista’ jiġi adattat jew issupplimentat biex jitqies il-progress tekniku jew xjentifiku. Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(3).”; |
|
(3) |
Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 3 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej: “3. Għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikulari l-kriterji għall-evalwazzjoni ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti msemmija fil-paragrafu 2. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(3).”; |
|
(4) |
L-Artikolu 17 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 17 Reġistrazzjoni L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull produttur ikun irreġistrat. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun soġġetta għall-istess rekwiżiti proċedurali f’kull Stat Membru. Tali rekwiżiti għar-reġistrazzjoni, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissuplimentawha, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(3).”; |
|
(5) |
L-Artikolu 21 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(6) |
Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 3 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej: “3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.” |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J. LENARČIČ
(1) ĠU C 175, 27.7.2007, p. 57.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-24 ta’ Ottubru 2007 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Frar 2008.
(3) ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1.
(4) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
|
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 76/41 |
DIRETTIVA 2008/13/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Marzu 2008
li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 84/539/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar tagħmir elettro-mediku użat fil-mediċina veterinarja
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Huma u jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
|
(1) |
Il-linji politiċi Komunitarji dwar regolamentazzjoni aħjar jenfasizzaw l-importanza tas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u Komunitarja bħala element kruċjali fit-tisħiħ tal-kompetittività ta’ l-impriżi u għall-ksib ta’ l-għanijiet ta’ l-Aġenda ta’ Liżbona. |
|
(2) |
Il-metodu ta’ valutazzjoni ta’ konformità stipulat bid-Direttiva tal-Kunsill 84/539/KEE (3) mhux aktar meħtieġ għall-iskopijiet tas-suq intern u l-kummerċ ma’ pajjiżi terzi. |
|
(3) |
It-tħaddim tas-suq intern u l-ħarsien ta’ l-utenti u l-annimali jistgħu jiġu żgurati b’mod aħjar permezz ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja oħra. |
|
(4) |
Id-Direttiva 84/539/KEE għandha għaldaqstant tiġi revokata. |
|
(5) |
Ir-revoka tad-Direttiva tal-Kunsill 84/539/KEE tfisser li wara l-31 ta’ Diċembru 2008 il-marka kampjun ta’ konformità ta’ l-Anness III ta’ dik id-Direttiva mhux se tintuża aktar u li l-miżuri nazzjonali korrispondenti ta’ implimentazzjoni se jkollhom jiġu revokati skond dan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 84/539/KEE hija revokata b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2008.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 2008. Għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni minnufih flimkien ma’ tabella ta’ korrelazzjoni bejnhom u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J. LENARČIČ
(1) L-Opinjoni tas-16 ta’ Jannar 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Novembru 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Frar 2008.
(3) ĠU L 300, 19.11.1984, p. 179. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).
|
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 76/42 |
DIRETTIVA 2008/18/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Marzu 2008
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar impriżi għal investimenti kollettivi f'titoli trasferibbli (UCITS), fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 47(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE (3) tistipula li għandhom jiġu adottati ċerti miżuri skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxu l-proċeduri biex ikunu eżerċitati s-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta' miżuri ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jħassru xi wħud minn dawk l-elementi jew billi jissupplimentaw l-istrument b'elementi mhux essenzjali ġodda. |
|
(3) |
Konformement mad-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE (5), sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, li jkunu diġa' fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 85/611/KEE billi tadotta emendi tekniċi li jiċċaraw id-definizzjonijiet sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni uniformi ta' dik id-Direttiva mal-Komunità kollha, u tallinja t-terminoloġija u tistabbilixxi definizzjonijiet konformement ma' atti sussegwenti dwar il-UCITS u materji relatati. Ladarba dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali, u huma maħsuba biex jiġu emendati elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 85/611/KEE, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
|
(5) |
Id-Direttiva 85/611/KEE għandha għaldaqstant tiġi emendata kif meħtieġ. |
|
(6) |
Ladarba l-emendi lid-Direttiva 85/611/KEE permezz ta' din id-Direttiva huma ta' natura teknika u jikkonċernaw biss il-proċedura ta' kumitat, dawn ma jeħtiġux traspożizzjoni fl-Istati Membri. Għaldaqstant, m'huwiex meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal dan il-għan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi
L-Artikoli 53a u 53b tad-Direttiva 85/611/KEE huma sostitwiti b'dan li ġej:
“Artikolu 53a
Il-Kummissjoni għandha tadotta emendi tekniċi għal din id-Direttiva fl-oqsma li ġejjin:
|
(a) |
kjarifika tad-definizzjonijiet biex tkun żgurata applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva mal-Komunità kollha; |
|
(b) |
konformità tat-terminoloġija u t-tfassil ta' definizzjonijiet skond atti sussegwenti tal-UCITS u materji relatati. |
Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 53b(2).
Artikolu 53b
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tat-Titoli Ewropej, imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE (*1).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-diżpożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
(*1) ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2004/8/KE (ĠU L 3, 7.1.2004, p. 33).”."
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J. LENARČIČ
(1) ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Marzu 2008.
(3) ĠU L 375, 31.12.1985, p. 3. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9).
(4) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
|
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 76/44 |
DIRETTIVA 2008/19/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Marzu 2008
li temenda id-Direttiva 2002/83/KE dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 47(2) u 55 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2002/83KE (3) tipprovdi li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku, adottati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jħassru xi wħud minn dawk l-elementi jew jissupplimentaw l-istrument b’elementi ġodda mhux essenzjali. |
|
(3) |
Skond id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (5) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, li jkunu diġa’ fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/83/KE sabiex jittieħed kont ta’ l-iżviluppi tekniċi fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni jew fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tad-Direttiva. Dawk il-miżuri huma mfassla sabiex jaġġustaw l-elementi eliġibbli għal-limitu disponibbli ta’ likwidità; jestendu l-lista ta’ forom legali; jemendaw il-lista ta’ tipi ta’ assigurazzjoni jew jadattaw it-terminoloġija użata f’dik il-lista; jiċċaraw jew jaġġustaw l-elementi li jikkostitwixxu l-marġini ta’ likwidità; jemendaw il-lista ta’ l-assi aċċettabbli li jkopru dispożizzjonijiet tekniċi u r-regoli dwar l-estensjoni ta’ investimenti; ibiddlu r-rilassamenti fir-regoli korrispondenti; jiċċaraw definizzjonijiet; u jagħmlu l-aġġustamenti tekniċi meħtieġa lir-regoli li jistabbilixxu r-rati massimi ta’ interess applikabbli. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva 2002/83/KE, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
|
(5) |
Id-Direttiva 2002/83/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ. |
|
(6) |
Ladarba l-emendi lid-Direttiva 2002/83/KE permezz ta’ din id-Direttiva huma ta’ natura teknika u jirrigwardaw biss il-proċedura ta’ kumitat, huma ma jeħtiġux traspożizzjoni mill-Istati Membri. Għalhekk, m’huwiex meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal dan il-għan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi
Id-Direttiva 2002/83/KE hija b’dan emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 64, il-kliem introduttiv għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “L-aġġustamenti tekniċi li ġejjin imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, ser jiġu addottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 65(2):”; |
|
(2) |
l-Artikolu 65 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J. LENARČIČ
(1) ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Novembru 2007 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.
(3) ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/44/KE (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1).
(4) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
|
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 76/46 |
DIRETTIVA 2008/20/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Marzu 2008
li temenda d-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni ta’ l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel u t-tielet sentenzi ta’ l-Artikolu 47(2) u l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2005/60/KE (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tistipula li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (5). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ ambitu ġenerali u mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku, adottati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jħassru xi wħud minn dawn l-elementi jew jissupplimentaw l-istrument b'elementi ġodda mhux essenzjali. |
|
(3) |
Skond id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (6) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, li jkunu diġa' fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2005/60/KE sabiex jittieħed kont ta’ l-iżviluppi tekniċi fil-ġlieda kontra l-money laundering jew il-finanzjament tat-terroriżmu u tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dik id-Direttiva. B'mod partikolari, dawk il-miżuri huma mfassla sabiex jiċċaraw l-aspetti tekniċi ta’ xi wħud mid-definizzjonijiet previsti fid-Direttiva 2005/60/KE, sabiex jiġu stabbiliti kriterji tekniċi sabiex jiġi evalwat jekk is-sitwazzjonijiet ikunux jippreżentaw riskju baxx jew għoli ta’ money laundering jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu, jekk ikunx iġġustifikat jew le li tiġi applikata dik id-Direttiva fir-rigward ta’ persuni li jwettqu attività finanzjarja fuq bażi mhux regolari jew limitata ħafna, u sabiex jiġu adottati l-ammonti previsti f'dik id-Direttiva, b'kont meħud ta’ l-iżviluppi ekonomiċi u l-bidliet fl-istandards internazzjonali. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2005/60/KE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
|
(5) |
Id-Direttiva 2005/60/KE tistipula limitu ta’ żmien għas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni. Fid-dikjarazzjoni tagħhom dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ddikjaraw li d-Deċiżjoni 2006/512/KE tipprovdi soluzzjoni orizzontali u sodisfaċenti għax-xewqa tal-Parlament Ewropew li janalizza l-implimentazzjoni ta’ l-atti adottati skond il-proċedura ta’ kodeċiżjoni u li, konformement ma’ dan, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni mingħajr limitu ta’ żmien. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddikjaraw ukoll li se jassiguraw li l-proposti mmirati għat-tħassir tad-dispożizzjonijiet fl-istrumenti li jipprovdu għal limitu ta’ żmien għad-delega ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni jiġu adottati malajr kemm jista’ jkun. Konsegwentement għall-introduzzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, id-dispożizzjoni li tistabbilixxi limitu ta’ żmien fid-Direttiva 2005/60/KE għandha titħassar. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni għandha, b’intervalli regolari, tanalizza l-funzjonament tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lilha sabiex tippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jiddeterminaw jekk il-limitu ta’ dawn is-setgħat u r-rekwiżiti proċedurali imposti fuq il-Kummissjoni humiex adegwati u jekk dawn jiżgurawx kemm l-effikaċja kif ukoll ir-responsabbiltà demokratika. |
|
(7) |
Id-Direttiva 2005/60/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ. |
|
(8) |
Ladarba l-emendi lid-Direttiva 2005/60/KE permezz ta’ din id-Direttiva huma ta’ natura teknika u jirrigwardaw biss il-proċedura ta’ kumitat, huma ma jeħtiġux traspożizzjoni mill-Istati Membri. Għalhekk, m'huwiex meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal dan il-għan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi
Id-Direttiva 2005/60/KE hija b'dan emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 40(1) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 40(3) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(3) |
l-Artikolu 41 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J. LENARČIČ
(1) ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.
(3) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Novembru 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.
(4) ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).
(5) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
|
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 76/48 |
DIRETTIVA 2008/21/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Marzu 2008
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/675/KEE li tistabbilixxi Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL- UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 47(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/675/KEE (3) tistipula li għandhom jiġu adottati ċerti miżuri skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE li daħħlet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta' miżuri ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u li huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jħassru xi wħud minn dawk l-elementi jew billi jissupplimentaw l-istrument b'elementi ġodda mhux essenzjali. |
|
(3) |
Skond id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (5) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat li diġà qegħdin fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli. |
|
(4) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttivi fil-qasam ta' assigurazzjoni diretta, mhux tal-ħajja kif ukoll assigurazzjoni diretta tal-ħajja, tar-riassigurazzjoni u tal-pensjonijiet tax-xogħol għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni 1999/468/KE. Meta dawk il-miżuri jkunu ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u jkunu mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' tali Direttivi, inter alia billi jissupplimentawhom b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stabbilita fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
|
(5) |
Id-Direttiva 91/675/KEE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ. |
|
(6) |
Ladarba l-emendi lid-Direttiva 91/675/KEE permezz ta' din id-Direttiva huma ta' natura teknika u jirrigwardaw biss il-proċedura ta' kumitat, huma ma jeħtiġux traspożizzjoni mill-Istati Membri. Għalhekk, m'huwiex meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal dan il-għan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi
Id-Direttiva 91/675/KEE hija b'dan emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 2 Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE (*1), b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. (*1) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p.11).”;" |
|
(2) |
għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 2a Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha Il-perjodu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J. LENARČIČ
(1) ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Marzu 2008.
(3) ĠU L 374, 31.12.1991, p. 32. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9).
(4) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
|
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 76/50 |
DIRETTIVA 2008/22/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Marzu 2008
li temenda d-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 44 u 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2004/109/KE (4) tipprovdi li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (5). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li daħħlet proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u li huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia, billi jħassru xi wħud minn dawk l-elementi jew billi jissupplimentaw l-istrument b’elementi ġodda mhux essenzjali. |
|
(3) |
Skond id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (6) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, li diġa' daħlu fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/109/KE sabiex jiġu ċċarati l-aspetti tekniċi ta’ xi wħud mid-definizzjonijiet previsti taħt dik id-Direttiva, partikolarment it-tul massimu tas-solita short settlement cycle, il-kalendarju tal-ġranet tan-negozju, iċ-ċirkostanzi li fihom persuna kellha tiġi dwar drittijiet ta’ vot akkwistati jew trasferiti, il-kundizzjonijiet ta’ l-indipendenza li għandhom jiġu rispettati minn market makers u kumpaniji ta’ amministrazzjoni; sabiex jittieħed kont ta’ l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji; sabiex tiġi ċċarata n-natura tal-valutazzjoni ta’ l-awditur, sabiex jiġi definit il-kontenut minimu tas-sett imqassar ta’ stqarrrijiet finanzjarji uniċi; sabiex jiġu elaborati aktar il-proċeduri għan-notifika u l-iżvelar ta’ pożizzjonijiet importanti fil-kapital u kif ukoll il-proċeduri sabiex tiġi reġistrata informazzjoni regolata ma’ l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta’ l-oriġini ta’ min joħroġ it-titoli; sabiex jiġu definiti standards minimi għad-disseminazzjoni ta’ l-informazzjoni regolata u għat-twaqqif ta’ mekkaniżmi ta’ ħażna. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva 2004/109/KE, inter alia billi jissupplimentawha b’elementi mhux essenzjali ġodda, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
|
(5) |
Id-Direttiva 2004/109/KE ipprovdiet għal limitu ta’ żmien għas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Fid-dikjarazzjoni tagħhom dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ddikjaraw li d-Deċiżjoni 2006/512/KE tipprovdi soluzzjoni orizzontali u sodisfaċenti għax-xewqa tal-Parlament Ewropew li janalizza l-implimentazzjoni ta’ l-istrumenti adottati taħt il-proċedura ta’ kodeċiżjoni u li, f’konformità ma’ dan, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni mingħajr limitu ta’ żmien. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddikjaraw ukoll li huma se jiżguraw li l-proposti mmirati għat-tħassir tad-dispożizzjonijiet fl-istrumenti li jipprovdu għal limitu ta’ żmien għad-delega ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni jiġu adottati malajr kemm jista’ jkun. Wara l-introduzzjoni tal-proċedura regolatorja bl-iskrutinju, id-dispożizzjoni li tistabbilixxi dak il-limitu ta’ żmien fid-Direttiva 2004/109/KE għandha titħassar. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni għandha, b’intervalli regolari, tanalizza l-funzjonament tad-dispożizzjonijiet rigward is-setgħat implimentattivi mogħtija lilha biex tippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jiddeterminaw jekk il-limitu ta’ dawn il-setgħat u r-rekwiżiti proċedurali imposti fuq il-Kummissjoni humiex adegwati u jekk dawn jiżgurawx kemm l-effikaċja kif ukoll ir-responsabbiltà demokratika. |
|
(7) |
Id-Direttiva 2004/109/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ. |
|
(8) |
Ladarba l-emendi lid-Direttiva 2004/109/KE permezz ta’ din id-Direttiva huma ta’ natura teknika u jirrigwardaw biss il-proċedura ta’ kumitat, huma ma jeħtiġux traspożizzjoni mill-Istati Membri. Għalhekk, m’huwiex meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal dan il-għan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi
Id-Direttiva 2004/109/KE hija b’dan emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 2(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “3. Sabiex jittieħed kont ta’ l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, skond il-poċedura msemmija fl-Artikoli 27(2) u (2a), tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni dwar id-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari:
Il-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2a). (*1) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81).”;" |
|
(2) |
l-Artikolu 5(6) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(3) |
l-Artikolu 9 (7) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “7. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni sabiex jittieħed kont ta’ l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 2, 4 u 5. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2a). Il-Kummissjoni għandha tispeċifika t-tul massimu tax-‘short settlement cycle’ imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, flimkien mal-mekkaniżmi xierqa ta’ kontroll mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2a). Minbarra dan, il-Kummissjoni tista’ tfassal lista ta’ l-avvenimenti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 27(2).”; |
|
(4) |
L-Artikolu 12(8) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(5) |
l-Artikolu 13(2) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(6) |
l-Artikoli 14(2), 17(4) u 18(5) għandhom jiġu rispettivament emendati kif ġej:
|
|
(7) |
l-Artikolu 19(4) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(8) |
l-Artikolu 21(4) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(9) |
l-Artikolu 23 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(10) |
l-Artikolu 27 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula, fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J. LENARČIČ
(1) ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.
(3) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Novembru 2007 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.
(4) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.
(5) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
|
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 76/54 |
DIRETTIVA 2008/23/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Marzu 2008
li temenda d-Direttiva 2006/49/KE dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-kumpaniji ta’ l-investiment u istituzzjonijiet tal-kreditu, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 47(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2006/49/KE (4) tistipula li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (5). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ ambitu ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jħassru xi wħud minn dawn l-elementi jew billi jissupplimetaw l-istrument b’elementi ġodda mhux essenzjali. |
|
(3) |
Skond id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (6) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, li jkunu diġà fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/49/KE sabiex jittieħed kont ta’, inter alia, l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dik id-Direttiva. Dawk il-miżuri huma mfassla sabiex jiċċaraw id-definizzjonijiet, sabiex jaġġustaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva permezz ta’ adattamenti tekniċi relatati mad-determinazzjoni tal-fondi proprji, l-organizzazzjoni, il-kalkolu u l-evalwazzjoni tar-riski u l-espożizzjonijiet, u mal-kategoriji ta’ kumpaniji ta’ l-investiment li huma suġġetti għal dik id-Direttiva. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2006/49/KE, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
|
(5) |
Id-Direttiva 2006/49/KE tistipula limitu ta’ żmien għas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni. Fid-dikjarazzjoni tagħhom dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ddikjaraw li d-Deċiżjoni 2006/512/KE tipprovdi soluzzjoni orizzontali u sodisfaċenti għax-xewqa tal-Parlament Ewropew li janalizza l-implimentazzjoni ta’ strumenti adottati taħt il-proċedura ta’ kodeċiżjoni u li, f’konformità ma’ dan, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni mingħajr limitu ta’ żmien. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddikjaraw ukoll li huma se jiżguraw li l-proposti mmirati għat-tħassir tad-dispożizzjonijiet fl-istrumenti li jipprovdu għal limitu ta’ żmien għad-delega ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni jiġu adottati malajr kemm jista’ jkun. Wara l-introduzzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, id-dispożizzjoni li tistabbilixxi dak il-limitu ta’ żmien fid-Direttiva 2006/49/KE għandha titħassar. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni għandha, b’intervalli regolari, tanalizza l-funzjonament tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lilha sabiex tippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jiddeterminaw jekk il-limitu ta’ dawn is-setgħat u r-rekwiżiti proċedurali imposti fuq il-Kummissjoni humiex adegwati u jekk dawn jiżgurawx kemm l-effikaċja kif ukoll ir-responsabbiltà demokratika. |
|
(7) |
Id-Direttiva 2006/49/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ. |
|
(8) |
Ladarba l-emendi lid-Direttiva 2006/49/KE permezz ta’ din id-Direttiva huma ta’ natura teknika u jirrigwardaw biss il-proċedura ta’ kumitat, huma ma jeħtiġux traspożizzjoni mill-Istati Membri. Għalhekk, m’huwiex meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal dan il-għan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi
Id-Direttiva 2006/49/KE hija b’dan emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 41 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 42 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J. LENARČIČ
(1) ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.
(3) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Novembru 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.
(4) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.
(5) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kummissjoni
|
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 76/56 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Marzu 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2004/558/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE fir-rigward ta’ garanziji addizzjonali għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali bovini li jirrelataw ma’ rhinotracheitis bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programm ta’ qerda ppreżentat minn ċerti Stati Membri
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1004)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/233/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ l-annimali bovini u tal-ħnieżer (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 9(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE jipprevedi li Stat Membru, li għandu programm ta’ kontroll obbligatorju għal wieħed mill-mard li jittieħed li huwa elenkat fl-Anness E (II) ta’ dik id-Direttiva, jista’ jressaq il-programm tiegħu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. L-Artikolu jistipula wkoll id-definizzjoni ta’ garanziji addizzjonali li jistgħu jkunu mitluba fil-kummerċ intra-Komunitarju. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE tal-15 ta’ Lulju 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE fir-rigward tal-garanziji addizzjonali tal-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali bovini relatati mar-rhinotracheitis bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ qerda mressqa minn ċerti Stati Membri (2) tapprova l-programmi għall-kontroll u l-qerda ta’ l-infezzjoni tal-herpesvirus bovin tip 1 (“BHV1”) ippreżentati mill-Istati Membri elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni għar-reġjuni elenkati f’dak l-Anness, u li għalihom japplikaw garanziji addizzjonali għall-BHV1 bi qbil ma’ l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE. |
|
(3) |
Ir-Repubblika Ċeka issa ressqet il-programm bl-għan li tinqered l-infezzjoni BHV1 fit-territorju kollu ta’ dak l-Istat Membru. Dan il-programm jikkonforma mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 64/432/KEE. Dak il-programm jistipula wkoll regoli għall-ispostament nazzjonali ta’ annimali bovini li huma ekwivalenti għal dawk implementati qabel f’ċerti Stati Membri jew reġjuni tagħhom, li kellhom suċċess f’dik li hija l-qerda tal-marda f’dawk l-Istati Membri jew reġjuni. |
|
(4) |
Il-programm imressaq mir-Repubblika Ċeka u l-garanziji addizzjonali ppreżentati bi qbil ma’ l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE, għandhom jiġu approvati. |
|
(5) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE għandu għalhekk jiġi emendat. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).
(2) ĠU L 249, 23.7.2004, p. 20. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/584/KE (ĠU L 219, 24.8.2007, p. 37).
ANNESS
“L-ANNESS I
|
Stati Membri |
Reġjuni ta’ l-Istati Membri li għalihom japplikaw garanziji addizzjonali għar-rhinotracheitis infettiva bovina bi qbil ma’ l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
Ir-reġjuni kollha |
|
Il-Ġermanja |
Ir-reġjuni kollha għajr għar-Regierungsbezirke Oberpfalz u Oberfranken fl-istat federali tal-Bavaria. |
|
L-Italja |
Ir-Reġjun Awtonomu tal-Friuli Venezia Giulia. Il-Provinċja Awtonoma ta’ Trento” |
|
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 76/58 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Marzu 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi tal-Polonja huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 974)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/234/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini (1), u b’mod partikolari l-Anness D(I)(E) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Anness D tad-Direttiva 64/432/KEE jipprevedi li Stat Membru jew parti minn Stat Membru jista’, fir-rigward ta’ l-imrieħel bovini, jiġi kkunsidrat uffiċjalment bħala ħieles mil-lewkożi enzootika bovina, suġġett għal konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet stipulati f’dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Il-listi tar-reġjuni ta’ l-Istati Membri ddikjarati ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi, bruċellosi u lewkosi bovina enzootika ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (2). |
|
(3) |
Il-Polonja issa ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni fejn uriet il-konformità mal-kundizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward ta’ 14-il reġjun amministrattiv (powiaty) fi ħdan l-unitajiet amministrattivi superjuri (Voivodships) ta’ Kujawsko-Pomorskie, Łódzkie u Małopolskie, sabiex dawk ir-reġjuni jkunu jistgħu jiġu kkunsidrati bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina fil-Polonja. |
|
(4) |
Wara valutazzjoni ta’ dik id-dokumentazzjoni, dawk ir-reġjuni (powiaty) fil-Polonja għandhom jiġu rikonoxxuti bħala reġjuni li huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina ta’ dak l-Istat Membru. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2003/467/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE hu emendat skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).
(2) ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2008/97/KE (ĠU L 32, 6.2.2008, p. 25).
ANNESS
Fil-Kapitolu 2 ta’ l-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, it-tieni parti, li tikkonċerna l-Polonja huwa mibdul b’dan li ġej:
“Fil-Polonja:
|
— |
Voivodship Dolnośląskie
|
|
— |
Voivodship Lubelskie
|
|
— |
Voivodship Kujawsko-Pomorskie
|
|
— |
Voivodship Łódzkie
|
|
— |
Voivodship Małopolskie
|
|
— |
Voivodship Opolskie
|
|
— |
Voivodship Podkarpackie
|
|
— |
Voivodship Śląskie
|
|
— |
Voivodship Świętokrzyskie
|
|
— |
Voivodship Wielkopolskie
|