|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 108/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8419 — Segro/PSPIB/SELP/Target assets) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 108/02 |
||
|
2017/C 108/03 |
||
|
2017/C 108/04 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Trakkijiet (AT.39824) |
|
|
2017/C 108/05 |
||
|
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
|
2017/C 108/06 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2017/C 108/07 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd |
|
|
2017/C 108/08 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd |
|
|
2017/C 108/09 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
|
Qorti tal-EFTA |
|
|
2017/C 108/10 |
||
|
2017/C 108/11 |
||
|
2017/C 108/12 |
||
|
2017/C 108/13 |
||
|
2017/C 108/14 |
||
|
2017/C 108/15 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 108/16 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8312 — Panasonic Corporation/Ficosa International) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2017/C 108/17 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8391 — Toyota Industries Europe/Vive) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 108/18 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
6.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8419 — Segro/PSPIB/SELP/Target assets)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 108/01)
Fid-29 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8419. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
6.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-5 ta’ April 2017
(2017/C 108/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0678 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
118,49 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4354 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,85510 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,5748 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0708 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,1665 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,058 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
309,91 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2315 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5397 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,9404 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4085 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4291 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,2957 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5319 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4948 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 202,72 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,6327 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,3638 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4578 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 227,37 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7314 |
|
PHP |
Peso Filippin |
53,532 |
|
RUB |
Rouble Russu |
59,6596 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,860 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,2974 |
|
MXN |
Peso Messikan |
20,0177 |
|
INR |
Rupi Indjan |
69,2930 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
6.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/3 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-18 ta’ lulju 2016 dwar abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ AT.39824 — Trakkijiet
Relatur: Il-Latvja
(2017/C 108/03)
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi ftehimiet u/jew prattiki miftiehma bejn l-impriżi rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 taż-ŻEE. |
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-prodott u l-ambitu ġeografiku tal-ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma li jinsabu fl-abbozz ta’ deċiżjoni. |
|
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi kkonċernati mill-abbozz ta’ deċiżjoni pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. |
|
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan tal-ftehimiet u/jew prattiki miftiehma għall-ksur deskritt fl-abbozz ta’ deċiżjoni kien li jirrestrinġu l-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma deskritti fl-abbozz ta’ deċiżjoni kienu kapaċi jaffettwaw b’mod apprezzabbli l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE. |
|
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni rigward id-durata tal-ksur deskritt fl-abbozz ta’ deċiżjoni. |
|
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tad-destinatarji tal-abbozz ta’ deċiżjoni. |
|
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għandhom jiġu imposti multi fuq id-destinatarji tal-abbozz tad-Deċiżjoni. |
|
9. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida 2006 dwar il-metodu ta’ kif jiġu stabbiliti multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 għall-abbozz ta’ deċiżjoni. |
|
10. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ użat għall-kalkolu tal-multi imposti mill-abbozz ta’ deċiżjoni. |
|
11. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi għall-abbozz ta’ deċiżjoni. |
|
12. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-istabbiliment tad-durata għall-għan li jiġu kkalkolati l-multi għall-abbozz ta’ deċiżjoni. |
|
13. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemmx ċirkostanzi aggravanti applikabbli għall-ksur. |
|
14. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemmx ċirkostanzi mitiganti applikabbli għall-ksur. |
|
15. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis tal-multi abbażi tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006 għall-abbozz ta’ deċiżjoni. |
|
16. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis tal-multi abbażi tal-Avviż ta’ Riżolviment tal-2008 għall-abbozz ta’ deċiżjoni. |
|
17. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont finali tal-multi għall-abbozz ta’ deċiżjoni. |
|
18. |
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
6.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/4 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
Trakkijiet
(AT.39824)
(2017/C 108/04)
|
(1) |
Dan ir-rapport jirrigwarda abbozz ta’ deċiżjoni ta’ riżolviment ta’ kartell li għandha tiġi adottata konformi mal-proċedura prevista fl-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (2) (“l-Abbozz ta’ Deċiżjoni). |
|
(2) |
Dan l-Abbozz ta’ Deċiżjoni huwa indirizzat lil 15-il persuna ġuridika (“id-Destinatarji tal-Abbozz ta’ Deċiżjoni”), li kull waħda minnhom tappartjeni għal waħda minn ħames impriżi: MAN, Volvo, Daimler, Iveco and DAF (“l-Impriżi li Rriżolvew”) (3). |
|
(3) |
Skont l-Abbozz ta’ Deċiżjoni, l-Impriżi li Rriżolvew ħadu sehem f’arranġamenti kollużivi rigward l-ipprezzar u żidiet fil-prezzijiet grossi fiż-Żona Ekonomika Ewropea għal trakkijiet medji u tqal, kif ukoll dwar it-twaqqit u l-wirt ta’ kostijiet għall-introduzzjoni ta’ teknoloġiji għat-trakkijiet medji u tqal rikjesti minn standards tal-emissjonijiet riveduti. |
|
(4) |
Dan il-każ jinbet minn applikazzjoni għall-immunità minn multi. Wara spezzjonijiet li saru kmieni fl-2011, il-Kummissjoni rċeviet tliet applikazzjonijiet għall-klemenza. |
|
(5) |
Fl-20 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 fir-rigward tal-Impriżi li Rriżolvew u l-impriża l-oħra (“is-Sitt Impriża”). Il-proċeduri rigward is-Sitt Impriża kienu għaddejjin taħt id-dispożizzjonijiet ġenerali (mhux ta’ riżolviment) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 meta sar dan ir-rapport (4). |
|
(6) |
Barra minn hekk, fl-20 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet fil-Kawża AT.39824 (id-“DO”). Bejn l-20 u l-24 ta’ Novembru 2014, id-DO ġie notifikat lid-Destinatarji tal-Abbozz ta’ Deċiżjoni kif ukoll lit-tliet entitajiet li jappartjenu għas-Sitt Impriża (“id-Destinatarji tad-DO”). |
|
(7) |
Id-Destinatarji kollha tad-DO talbu li jkollhom aċċess għall-fajl tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni. Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni (“DĠ Kompetizzjoni”) qiegħed il-korp ewlieni tal-fajl aċċessibbli disponibbli għad-destinatarji tad-DO f’Diċembru 2014. Rigward parti mil-fajl tal-Kummissjoni li għalih kienu jixirqu miżuri speċjali ta’ kunfidenzjalità, id-DĠ Kompetizzjoni organizza proċeduri ta’ aċċess ristrett (fil-bini tad-DĠ Kompetizzjoni u barra minnu) li ppermettew lil avukati esterni jidentifikaw id-dokumenti li għalihom kienu qegħdin ifittxu li jkollhom verżjonijiet mhux kunfidenzjali f’isem il-klijenti rispettivi tagħhom. Dawn il-proċeduri għal aċċess ristrett bdew f’Diċembru 2014. Talbiet għal verżjonijiet mhux kunfidenzjali ta’ dokumenti identifikati fil-proċeduri għal aċċess ristrett tressqu lid-DĠ Kompetizzjoni fi Frar u Marzu 2015. Fi Frar 2016, DĠ Kompetizzjoni ta l-verżjonijiet mhux kunfidenzjali korrispondenti. |
|
(8) |
Bejn l-1 ta’ Settembru 2015 u t-3 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni kellha taħditiet ta’ riżolviment mad-Destinatarji tad-DO li, f’Lulju 2015, kienu resqu b’mod informali lejn il-Kummissjoni jesprimu interess li possibilment jagħmlu preżentazzjonijiet ta’ riżolviment konformi mal-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 773/2004. |
|
(9) |
Bejn il-15 u l-21 ta’ Ġunju 2016, id-Destinatarji tal-Abbozz ta’ Deċiżjoni għamlu sottomissjonijiet għal riżolviment lill-Kummissjoni konformi mal-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004. Kull waħda minn dawn is-sottomissjonijiet kien fiha, fost affarijiet oħra, turija ta’ għarfien li d-destinatarju tal-Abbozz ta’ Deċiżjoni kkonċernat kien ġie informat biżżejjed dwar l-oġġezzjonijiet li l-Kummissjoni kienet qajmet kontrih u li kien ingħata biżżejjed ċans li jgħarraf lill-Kummissjoni fehmietu. |
|
(10) |
F’dan il-każ, ma rċevejt l-ebda talba jew ilment (5). |
|
(11) |
Skont l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, eżaminajt jekk l-Abbozz ta’ Deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet li dwarhom id-Destinatarji tal-Abbozz ta’ Deċiżjoni ngħataw l-opportunità li jsemmgħu fehmiethom dwarhom. Nikkonkludi li dan hu l-każ. |
|
(12) |
Fid-dawl ta’ dan kollu, inqis li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tad-Destinatarji tal-Abbozz ta’ Deċiżjoni ġie rrispettat. |
Brussell, it-18 ta’ Lulju 2016.
Wouter WILS
(1) Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18) kif emendat, b’mod partikolari, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008 (ĠU L 171, 1.7.2008, p. 3). Ara wkoll l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-mod ta’ proċedimenti ta’ riżolviment ta’ tilwim bil-għan li jiġu adottati Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-każijiet tal-kartelli (ĠU C 167, 2.7.2008, p. 1) (“l-Avviż ta’ Riżolviment”).
(3) Miġburin skont l-Impriża li Rriżolviet rispettiva, id-Destinatarji tal-Abbozz ta’ Deċiżjoni huma: (i) MAN SE, MAN Truck & Bus AG, MAN Truck & Bus Deutschland GmbH; (ii) AB Volvo (publ), Volvo Lastvagnar AB, Volvo Group Trucks Central Europe GmbH, Renault Trucks SAS; (iii) Daimler AG; (iv) Fiat Chrysler Automobiles N.V, CNH Industrial N.V., Iveco SpA., Iveco Magirus AG; (v) PACCAR Inc., DAF Trucks N.V., and DAF Trucks Deutschland GmbH.
(4) Ara t-taqsima 2.2 tal-Avviż dwar ir-Riżolviment, partikolarment il-paragrafu 19.
(5) Skont l-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, il-partijiet għall-proċedimenti f’każijiet ta’ kartell li jieħdu sehem f’diskussjonijiet ta’ riżolviment skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 jistgħu jirrikorru għall-Uffiċjal tas-Seduta fi kwalunkwe stadju tal-proċedura ta’ riżolviment sabiex ikun żgurat il-ħarsien effettiv tad-drittijiet proċedurali tagħhom. Ara wkoll il-paragrafu 18 tal-Avviż ta’ Riżolviment u l-Artikolu 3(7) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE.
|
6.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/6 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tad-19 ta’ Lulju 2016
li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE
(Il-Każ AT.39824 — Trakkijiet)
(notifikat permezz tad-dokument C(2016) 4673)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(2017/C 108/05)
Fid-19 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull piena imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.
1. INTRODUZZJONI
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tirrigwarda ksur uniku u kontinwu skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-entitajiet li ġejjin: MAN SE, MAN Truck & Bus AG, MAN Truck & Bus Deutschland GmbH (flimkien “MAN”); Daimler AG (minn hawn ‘il quddiem “Daimler”); Fiat Chrysler Automobiles N.V., CNH Industrial N.V., Iveco S.p.A., Iveco Magirus AG (flimkien “Iveco”); AB Volvo (publ), Volvo Lastvagnar AB, Renault Trucks SAS, Volvo Group Trucks Central Europe GmbH, (flimkien “Volvo/Renault”); PACCAR Inc., DAF Trucks Deutschland GmbH, DAF Trucks N.V., DAF (flimkien “DAF”). |
2. DESKRIZZJONI TAL-KAŻ
2.1. Proċedura
|
(3) |
Wara applikazzjoni għall-immunità mingħand MAN fl-20 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet fil-binjiet tal-produtturi tat-trakkijiet bejn it-18 u l-21 ta’ Jannar 2011. Fit-28 ta’ Jannar 2011, Volvo/Renault applikaw għal tnaqqis fil-multi, segwiti minn Daimler fl-10 ta’ Frar 2011, fl-10:00 am, u Iveco fl-10 ta’ Frar 2011, fl-22:22 pm. |
|
(4) |
Fl-20 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni tat bidu għal proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 kontra DAF, Daimler, Iveco, MAN, Volvo/Renault, u adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet, li hija nnotifikat lil dawn l-entitajiet. |
|
(5) |
Wara l-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet, id-Destinatarji resqu lejn il-Kummissjoni b’mod informali u talbu li l-każ jitkompla fil-qafas tal-proċedura ta’ riżolviment. Il-Kummissjoni ddeċidiet li tvara proċedimenti ta’ riżolviment għal dan il-każ wara li kull wieħed mid-destinatarji kien ikkonferma r-rieda tiegħu li jinvolvi ruħu f’diskussjonijiet ta’ riżolviment. Sussegwentement, MAN, DAF, Daimler, Volvo/Renault u Iveco ressqu t-talba formali ta’ riżolviment tagħhom lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 (2). |
|
(6) |
Il-Kumitat Konsultattiv fil-Qasam tal-Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fit-18 ta’ Lulju 2016 u l-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni fid-19 ta’ Lulju 2016. |
2.2. Destinatarji u durata
|
(7) |
Id-destinatarji tad-Deċiżjoni pparteċipaw f’kollużjoni u/jew iġorru r-responsabilità għaliha, bi ksur għalhekk tal-Artikolu 101 tat-Trattat, matul il-perjodi indikati hawn taħt: Permezz tal-applikazzjoni tal-Punt 26 tal-Linji Gwida dwar il-Multi, Volvo/Renault ngħatat immunità parzjali għall-perjodu mis-17 ta’ Jannar 1997 sal-15 ta’ Jannar 2001.
|
2.3. Sommarju tal-ksur
|
(8) |
Il-prodotti kkonċernati mill-ksur huma trakkijiet li jiżnu bejn 6 tunnellati u 16-il tunnellata (“trakkijiet medji”) u trakkijiet li jiżnu ‘l fuq minn 16-il tunnellata (“trakkijiet tqal”), kemm bħala trakkijiet riġidi, kif ukoll trakkijiet tratturi (minn hawn ‘l hemm, trakkijiet medji u tqal se jissejħu “trakkijiet” b’mod kollettiv) (3). Dan il-każ ma jirrigwardax servizzi ta’ wara l-bejgħ, servizzi oħrajn u garanziji għat-trakkijiet, il-bejgħ ta’ trakkijiet użati u oġġetti jew servizzi oħrajn. |
|
(9) |
Il-ksur kien jikkonsisti f’arranġamenti kollużivi dwar ipprezzar u żidiet fil-prezzijiet grossi fiż-ŻEE għat-trakkijiet; u t-twaqqit tal-kostijiet għall-introduzzjonijiet ta’teknoloġiji tal-emissjonijiet għal trakkijiet medji u tqal meħtieġa għall-istandards EURO 3 sa 6, u kif dawn il-kostijiet intirtu. Il-kwartieri ġenerali tad-destinatarji kienu direttament involuti fid-diskussjoni dwar il-prezzijiet, iż-żidiet fil-prezz u l-introduzzjoni ta’ standards ta’ emissjonijiet ġodda sal-2004. Sa mill-inqas Awwissu 2002 ‘l hemm, id-diskussjonijiet saru permezz ta’ sussidjarji Ġermaniżi li, min inqas u min iktar, kienu jirrappurtaw lill-Kwartieri Ġenerali tagħhom. Dan l-iskambju kien isir kemm fuq livell multilaterali kif ukoll dak bilaterali. |
|
(10) |
Dawn l-arranġamenti kollużivi kienu jinkludu ftehimiet u/jew prattiċi miftiehma dwar l-ipprezzar u żidiet fil-prezzijiet grossi sabiex il-prezzijiet grossi fiż-ŻEE jiġu allinjati, u t-twaqqit u l-wirt tal-kostijiet għall-introduzzjoni ta’ teknoloġiji tal-emissjonijiet meħtieġa mill-istandards EURO 3 sa 6. |
|
(11) |
Il-ksur kopra ż-ŻEE kollha, u dam għaddej mis-17 ta’ Jannar 1997 sat-18 ta’ Jannar 2011. |
2.4. Rimedji
|
(12) |
Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida dwar il-Multi tal-2006 (4). Bl-eċċezzjoni ta’ MAN, id-Deċiżjoni timponi multi fuq l-entitajiet kollha elenkati taħt il-paragrafu(7) hawn fuq. |
2.4.1. L-ammont bażiku tal-multa
|
(13) |
Meta stabbiliet il-multi, il-Kummissjoni qieset il-bejgħ, min-naħa tal-impriżi, ta’ trakkijiet tqal u medji (kif definiti fil-paragrafu (8)) fiż-ŻEE fl-aħħar sena qabel ma spiċċa l-ksur; il-fatt li l-koordinazzjoni tal-prezzijiet hija waħda mill-iktar restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni ta’ ħsara; it-tul ta’ żmien tal-ksur; is-sehem mis-suq għoli tad-destinatarji fis-suq Ewropew għal trakkijiet tqal u medji; il-fatt li l-ksur kopra ż-ŻEE kollha, u ammont addizzjonali biex inaffar lill-impriżi milli jidħlu fi prattiċi ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet. |
2.4.2. Aġġustamenti għall-ammont bażiku
|
(14) |
Il-Kummissjoni ma applikat l-ebda ċirkostanza aggravanti jew mitiganti. |
2.4.3. Applikazzjoni tal-Avviż ta’ Klemenza
|
(15) |
MAN ingħatat l-immunità sħiħa mill-multi. Volvo/Renault ingħatat roħs ta’ 40 % mill-multa tagħha, Daimler ingħatat roħs ta’ 30 %, u Iveco ngħatat roħs ta’ 10 %. |
2.4.4. Applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment
|
(16) |
B’riżultat tal-applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment, l-ammont tal-multi imposti fuq id-destinatarji kollha tnaqqas b’10 % oħra. |
3. KONKLUŻJONI
|
(17) |
Il-multi li ġejjin kienu imposti skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.
|
(2) ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18.
(3) It-trakkijiet għall-użu militari huma esklużi.
(4) Linji gwida dwar il-metodu ta' kif jiġu stabbiliti l-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).
Il-Qorti tal-Awdituri
|
6.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/9 |
Rapport Speċjali Nru 5/2017
“Il-qgħad fost iż-żgħażagħ — il-politiki tal-UE għamlu differenza? Valutazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ”
(2017/C 108/06)
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 5/2017 “Il-qgħad fost iż-żgħażagħ — il-politiki tal-UE għamlu differenza? Valutazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ” għadu kif ġie ppubblikat.
Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu jew mill-EU Bookshop: https://bookshop.europa.eu
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
6.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/10 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
(2017/C 108/07)
B’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Komunità ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ġie deċiż li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella li ġejja:
|
Data u ħin tal-għeluq |
16.2.2017 |
|
Durata |
16.2.2017 – 31.12.2017 |
|
Stat Membru |
Franza |
|
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
SBR/678- |
|
Speċi |
Il-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) |
|
Żona |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII |
|
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
|
Numru ta’ referenza |
04/TQ2285 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
|
6.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/10 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
(2017/C 108/08)
B’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Komunità ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ġie deċiż li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella li ġejja:
|
Data u ħin tal-għeluq |
1.1.2017 |
|
Durata |
1.1.2017 – 31.12.2017 |
|
Stat Membru |
Spanja |
|
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
BUM/ATLANT |
|
Speċi |
Marlin blu (Makaira nigricans) |
|
Żona |
L-Oċean Atlantiku |
|
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
|
Numru ta’ referenza |
05/TQ127 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
|
6.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/11 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
(2017/C 108/09)
B’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Komunità ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ġie deċiż li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella li ġejja:
|
Data u ħin tal-għeluq |
1.1.2017 |
|
Durata |
1.1.2017 – 31.12.2017 |
|
Stat Membru |
Spanja |
|
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
WHM/ATLANT |
|
Speċi |
Marlin abjad (Tetrapturus albidus) |
|
Żona |
L-Oċean Atlantiku |
|
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
|
Numru ta’ referenza |
06/TQ127 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Qorti tal-EFTA
|
6.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/12 |
SENTENZA TAL-QORTI
tad-29 ta’ Lulju 2016
fil-Kawża E-25/15
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda
(Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 14(3) tal-Parti II tal-Protokoll 3 SCA — In-nuqqas ta’ rkupru tal-għajnuna mogħtija b’mod illegali)
(2017/C 108/10)
Fil-Kawża E-25/15, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li billi naqset milli tadotta fit-terminu preskritt il-miżuri kollha meħtieġa sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna mill-Istat iddikjarata inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea skont l-Artikoli 2, 3, 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 404/14/COL tat-8 ta’ Ottubru 2014dwar l-Iskema ta’ Inċentiv għall-Investiment fl-Iżlanda; billi naqset milli tħassar, fit-terminu preskritt, kwalunkwe pagament pendenti msemmi fl-Artikolu 7 it-tielet sentenza ta’ dik id-deċiżjoni; u billi naqset milli tipprovdi lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, fit-terminu preskritt, l-informazzjoni kollha deskritta fl-Artikolu 8 ta’ dik id-Deċiżjoni, l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 14(3) tal-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja, u skont l-Artikoli 6, 7 u 8 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 404/14/COL, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat is-sentenza fid-29 ta’ Lulju 2016, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:
Il-Qorti b’dan:
|
1. |
Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 14(3) tal-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja u l-Artikoli 6, 7 u 8 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 404/14/COL tat-8 ta’ Ottubru 2014 dwar Skema ta’ Inċentiv għall-Investiment fl-Iżlanda, billi naqset, fiż-żmien preskritt, li tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna mill-Istat iddikjarata inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea skont l-Artikoli 3, 4 u 5 ta’ dik id-Deċiżjoni, li tneħħi kwalunkwe pagament pendenti msemmi fl-Artikolu 7 it-tielet sentenza ta’ dik id-deċiżjoni, u biex tipprovdi lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8 ta’ dik id-deċiżjoni. |
|
2. |
Tordna lill-Iżlanda li tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti. |
|
6.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/13 |
SENTENZA TAL-QORTI
tad-29 ta’ Lulju 2016
fil-Kawża E-30/15
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda
(Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu — Nuqqas li jimplimenta — id-Direttiva 2011/62/UE li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem)
(2017/C 108/11)
Fil-Kawża E-30/15, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi f’punt 15q tal-Kapitlu XIII tal-Anness II għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, (id-Direttiva 2011/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-Kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, rigward il-prevenzjoni tad-dħul fil-katina legali tal-provvista ta’ prodotti mediċinali falsifikati), kif adattata għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa sabiex timplimenta l-Att fiż-żmien preskritt, jew fi kwalunkwe każ billi naqset milli tavża lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA bih, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat is-sentenza fid-29 ta’ Lulju 2016, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:
Il-Qorti b’dan:
|
1. |
Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi f’punt 15q tal-Kapitlu XIII tal-Anness II għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, (id-Direttiva 2011/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-Kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, rigward il-prevenzjoni tad-dħul fil-katina legali tal-provvista ta’ prodotti mediċinali falsifikati), kif adattat għall-Ftehim skont il-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi naqset li tadotta l-miżuri neċessarji biex jiġi implimentat l-Att fiż-żmien preskritt. |
|
2. |
Tordna lill-Iżlanda li tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti. |
|
6.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/14 |
SENTENZA TAL-QORTI
tad-29 ta’ Lulju 2016
fil-Kawża E-31/15
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda
(Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu — Nuqqas li jimplimenta — id-Direttiva 2011/77/UE li temenda d-Direttiva 2006/116/KE dwar it-terminu ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta’ ċerti drittijiet relatati)
(2017/C 108/12)
Fil-Kawża E-31/15, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi f’punt 9f tal-Anness XVII tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2011/77/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Direttiva 2006/116/KE dwar it-terminu ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta’ ċerti drittijiet relatati), kif adattata għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa sabiex timplimenta l-Att fiż-żmien preskritt, jew fi kwalunkwe każ billi naqset milli tavża lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA bih, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat is-sentenza fid-29 ta’ Lulju 2016, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:
Il-Qorti b’dan:
|
1. |
Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi fil-punt 9f tal-Anness XVII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2011/77/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Direttiva 2006/116/KE dwar it-terminu ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta’ ċerti drittijiet relatati) kif adattat għall-Ftehim skont il-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att fiż-żmien preskritt. |
|
2. |
Tordna lill-Iżlanda li tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti. |
|
6.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/15 |
SENTENZA TAL-QORTI
tad-29 ta’ Lulju 2016
fil-Kawża E-32/15
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs il-Prinċipat tal-Liechtenstein
(Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jwettaq l-obbligi tiegħu — Nuqqas ta’ implimentazzjoni — id-Direttiva 2006/126/KE — id-Direttiva 2011/94/UE — id-Direttiva 2012/36/UE)
(2017/C 108/13)
Fil-Kawża E-32/15, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs il-Prinċipat ta’ Liechtenstein – APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li l-Prinċipat tal-Lichtenstein naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Atti msemmija f’punt 24f tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan (tfassil mill-ġdid), id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/94/UE tat-28 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/36/UE tad-19 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE), kif adattata għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi ma adottax il-miżuri meħtieġa sabiex jimplimenta l-Atti fiż-żmien preskritt, jew fi kwalunkwe każ billi naqas milli javża lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen u Páll Hreinsson (Imħallef-Relatur), Imħallfin, tat sentenza fid-29 ta’ Lulju 2016, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:
Il-Qorti b’dan:
|
1. |
Tiddikjara li l-Prinċipat tal-Lichtenstein naqsas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Atti msemmija f’punt 24f tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan (tfassil mill-ġdid), id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/94/UE tat-28 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/36/UE tad-19 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE, kif adattata għall-Ftehim skont il-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi ma adottax il-miżuri meħtieġa sabiex jimplimenta l-Atti fil-ħinijiet previsti. |
|
2. |
Tordna lill-Prinċipat tal-Liechtenstein biex iħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti. |
|
6.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/16 |
Azzjoni mressqa fl-1 ta’ Frar 2017 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda
(il-Kawża E-2/17)
(2017/C 108/14)
Fl-1 ta’ Frar 2017 inġiebet quddiem il-Qorti tal-EFTA azzjoni kontra l-Iżlanda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Carsten Zatschler u Maria Moustakali, li aġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, 35 Rue Belliard, 1040 Brussell, il-Belġju.
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA tiddikjara li:
|
1. |
Billi żżomm fis-seħħ (i) sistema ta’ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni ta’ bajd nej u prodotti ta’ bajd nej kif stabbilit fl-Artikolu 10 tal-Att Nru 25/1993 u l-Artikoli 3 (e) u 4 tar-Regolament (IS) Nru 448/2012; (ii) sistema ta’ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni ta’ ħalib mhux pastorizzat u prodotti tal-ħalib ipproċessati minn ħalib mhux pastorizzat u rekwiżiti addizzjonali, kif stabbilit fl-Artikolu 10 tal-Att Nru 25/1993 u l-Artikolu 3(f), 4 u 5 tar-Regolament (IS) Nru 448/2012, u projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ importazzjoni ta’ prodotti tal-ħalib ipproċessati minn ħalib mhux pastorizzat, kif stabbilit fl-Artikolu 7a tar-Regolament (IS) Nru 104/2010; u (iii) prassi amministrattiva li l-importaturi jintalbu jagħmlu dikjarazzjoni u jiksbu approvazzjoni għall-importazzjoni ta’ prodotti tal-bajd u tal-ħalib ittrattati, kif stabbilit fil-kuntest tal-applikazzjoni tar-Regolament (IS) Nru 448/2012, l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha li jirriżultaw minn dan l-Att imsemmijin fil-Punt 1.1.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE, id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern, kif emendata, u kif adattata għall-Ftehim ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu u l-adattamenti settorjali fl-Anness I tad-Direttiva, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha. |
|
2. |
L-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti. |
L-isfond legali u fattwali u l-eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:
|
— |
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li l-Iżlanda kisret l-obbligi tagħha skont id-Direttiva 89/662/KEE billi (i) żammet fis-seħħ sistema ta’ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni ta’ bajd nej u prodotti ta’ bajd nej; (ii) żammet fis-seħħ sistema ta’ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni ta’ ħalib mhux pastorizzat u prodotti tal-ħalib ipproċessat minn ħalib mhux pastorizzat u rekwiżiti addizzjonali u projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ importazzjoni ta’ prodotti tal-ħalib ipproċessati minn ħalib mhux pastorizzat; u (iii) żammet fis-seħħ il-prattika amministrattiva li l-importaturi jintalbu jagħmlu dikjarazzjoni u jiksbu approvazzjoni għall-importazzjoni ta’ prodotti tal-bajd u tal-ħalib ittrattati. |
|
— |
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li r-regoli li jikkonċernaw il-kummerċ fiż-ŻEE ta’ prodotti mill-annimali u l-ispezzjonijiet veterinarji huma armonizzati fil-livell taż-ŻEE. Id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tirregola l-ispezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ fiż-ŻEE ta’ prodotti mill-annimali. L-objettiv ewlieni tagħha huwa li jiġu eliminati l-ispezzjonijiet veterinarji fuq il-fruntieri interni taż-ŻEE filwaqt li jissaħħu l-ispezzjonijiet li jsiru fil-post tal-oriġini. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat taż-ŻEE ta’ destinazzjoni jistgħu jivverifikaw biss, permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-post mhux diskriminatorji, f’konformità mal-leġiżlazzjoni taż-ŻEE rilevanti. |
|
— |
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li billi żammet fis-seħħ il-miżuri attwali, l-Iżlanda timponi rekwiżiti addizzjonali, li mhumiex permessi skont il-qafas armonizzat ta’ spezzjonijiet veterinarji. |
|
— |
Skont l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, il-Qorti tal-EFTA, fis-sentenza tagħha fil-Kawża E-17/15 Ferskar kjötvörur ehf. vs l-Istat tal-Iżlanda, dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni ta’ laħam nej fl-Iżlanda, diġà rrikonoxxiet in-nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn ir-rekwiżiti mal-liġi taż-ŻEE. Restrizzjonijiet simili rigward il-prodotti tal-bajd u tal-ħalib huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Iżlandiża inkwistjoni. |
|
6.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/17 |
Azzjoni mressqa fl-1 ta’ Frar 2017 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda
(il-Kawża E-3/17)
(2017/C 108/15)
Fl-1 ta’ Frar 2017 inġiebet quddiem il-Qorti tal-EFTA azzjoni kontra l-Iżlanda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Carsten Zatschler u Maria Moustakali, li aġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, 35 Rue Belliard, 1040 Brussell, il-Belġju.
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA tiddikjara li:
|
1. |
Billi żammet fis-seħħ sistema ta’ awtorizzazzjoni għal laħam frisk u prodotti tal-laħam, kif stabbilit fl-Artikolu 10 tal-Att Nru 25/1993 u l-Artikoli 3, 4 u 5 tar-Regolament (IS) Nru 448/2012, l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha li jirriżultaw minn dan l-Att imsemmijin fil-Punt 1.1.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE, id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern, kif emendata, u kif adattata għall-Ftehim ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu u l-adattamenti settorjali fl-Anness I tad-Direttiva, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha. |
|
2. |
L-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti. |
L-isfond legali u fattwali u l-eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:
|
— |
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li l-Iżlanda kisret l-obbligi tagħha skont id-Direttiva 89/662/KEE billi (i) żammet fis-seħħ sistema ta’ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni ta’, fost oħrajn, laħam frisk u prodotti tal-laħam. |
|
— |
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li r-regoli li jikkonċernaw il-kummerċ fiż-ŻEE ta’ prodotti mill-annimali u l-ispezzjonijiet veterinarji huma armonizzati fil-livell taż-ŻEE. Id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tirregola l-ispezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ fiż-ŻEE ta’ prodotti mill-annimali. L-objettiv ewlieni tagħha huwa li jiġu eliminati l-ispezzjonijiet veterinarji fuq il-fruntieri interni taż-ŻEE filwaqt li jissaħħu l-ispezzjonijiet li jsiru fil-post tal-oriġini. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat taż-ŻEE ta’ destinazzjoni jistgħu jivverifikaw biss, permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-post mhux diskriminatorji, f’konformità mal-leġiżlazzjoni taż-ŻEE rilevanti. |
|
— |
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li billi żammet fis-seħħ is-sistema ta’ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni ta’ laħam frisk u prodotti tal-laħam, l-Iżlanda timponi rekwiżiti addizzjonali, li mhumiex permessi skont il-qafas armonizzat ta’ spezzjonijiet veterinarji fil-livell taż-ŻEE. |
|
— |
Skont l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, in-nuqqas ta’ konformità mal-liġi taż-ŻEE ta’ din l-impożizzjoni ta’ rekwiżiti addizzjonali diġà ġie rikonoxxut mill-Qorti tal-EFTA fis-sentenza tagħha fil-Kawża E-17/15 Ferskar kjötvörur ehf. vs l-Istat tal-Iżlanda. |
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
6.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/18 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8312 — Panasonic Corporation/Ficosa International)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 108/16)
|
1. |
Fis-27 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Panasonic Corporation (“Panasonic”, il-Ġappun) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Ficosa International (“Ficosa”, Spanja) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8312 — Panasonic Corporation/Ficosa International, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
6.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/19 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8391 — Toyota Industries Europe/Vive)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 108/17)
|
1. |
Fid-29 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Toyota Industries Europe AB, sussidjarja li proprjetà kollha kemm hi ta’ Toyota Industries Corporation (“TICO”, il-Ġappun) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Vive B.V. kollha kemm hi (“Vive”, il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz ta’ xiri ta’ ishma. Vive hija azzjonarja ta’ Vanderlande Industries Holding B.V. (“Vanderlande”). |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal TICO: il-manifattura u l-bejgħ ta’ karozzi, magni, kumpressuri għall-air-conditioners tal-karozzi, partijiet tal-funderija, kompenenti eletroniċi, tagħmir li jġorru l-materjal, servizzi ta’ loġistika u makkinarju tat-tessuti, — għal Vive/Vanderlande: id-disinn, il-manfattura, il-bejgħ u l-integrazzjoni ta’ tagħmir għall-kontroll tal-proċess industrijali u tagħmir tal-awtomazzjoni għall-ajruporti, il-ħżin u l-ġestjoni tal-pakki. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8391 — Toyota Industries Europe/Vive, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
6.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/20 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2017/C 108/18)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
DOKUMENT UNIKU
‘ΠΕΥΚOΘΥΜΑΡΟΜΕΛΟ ΚΡΗΤΗΣ’ (PEFKOTHYMAROMELO KRITIS)
Nru tal-UE: PDO-EL-02142 — 17.5.2016
DOP ( X ) IĠP ( )
1. Isem/ismijiet
“Πευφκοθυμαρόμελο Κρήτης” (Pefkothymaromelo Kritis)
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Il-Greċja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.4. Prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti mill-ħalib għajr butir, eċċ.)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’ (1)
“Pefkothymaromelo Kritis” huwa taħlita naturali ta’ għasel tas-sagħtar u ta’ għasel tal-arżnu. Jiġi prodott fi Kreta permezz ta’ ġestjoni speċifika tad-doqqajs u/jew permezz tal-koeżistenza naturali tas-sagħtar li jwarrad tard u l-produzzjoni ta’ qtar tal-għasel mill-glandoli tal-insett Marchalina hellenica L., insett li jgħix prinċipalment fuq l-arżnu Tork (Pinus brutus Ten) u ż-żnuber (Pinus halepensis Mill.).
Karatteristiċi fiżikokimiċi:
Konduttività: ≥ 0,600 mS/cm; iIs-somma totali ta’ glukożju u fruttożju ≥ 50 %; il-perċentwal ta’ sukrożju ≤ 3 %; l-indewwa relattiva ≤ 17 %, l-attività dijastika ≥ 8 DN, Idrossimetilfurfural (HMF) ≤ 25 mg/kg; l-aċidità libera 20–50 meq/kg; kontenut li ma jinħallx fl-ilma ≤ 0,1g/100 g. Il-kulur huwa stabbli u jvarja bejn 70 u 130 mm fuq l-iskala Pfund. Il-prodott ma fih ebda traċċa ta’ residwi ta’ akariċida jew ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, b’limitu ta’ detezzjoni ta’ 10 mg/kg.
Karatteristiċi mikroskopiċi:
Filwaqt li l-“Pefkothymaromelo Kritis” għandu karatteristiċi li jiddefinixxuh bħala għasel mill-qtar tal-għasel tas-siġar (għasel tal-foresta), is-sedimenti tiegħu fihom ukoll xi frak tal-polline minn għadd ta’ pjanti li jipproduċu n-nektar, liema għadd ivarja u jista’ jammonta sa 20 speċi differenti f’kull kampjun ta’ għasel. L-ispeċi l-aktar importanti hija dik tas-sagħtar Mediterranju (conehead thyme — Coridothymus capitatus L.), li jinsab f’kull kampjun bi kwantità ta’ ≥ 10 % tat-total ta’ frak tal-polline ta’ speċijiet li jipproduċu n-nektar.
Il-proporzjon tal-elementi tal-qtar tal-għasel tas-siġar mat-total ta’ frak tal-polline (il-proporzjoni HDE/P) ivarja bejn 0,5 u 6,5. L-elementi tal-qtar tal-għasel tas-siġar huma magħmula mill-ispori tal-Cladosporium u tal-Fumago, u iktar rarament, tal-Altenaria u tas-Stemphylium. L-ispori karatteristiċi bit-tarf iniggeż tal-ġeneru Coleosporium, li jinsabu f’taħlitiet tal-għasel oħra li fihom l-għasel tal-arżnu, mhumiex preżenti.
Karatteristiċi organolettiċi:
Il-prodott għandu aroma karatteristika li hija primarjament dovuta għas-sustanzi aromatiċi fl-għasel tas-sagħtar. L-għasel tal-arżnu jagħtih benna sottili li ddum tinħass fit-togħma, u għandu ċarezza u ħlewwa medji. Għandu aroma bi ħjiel ta’ fjuri u riħa ħafifa ta’ njam u reżina. Ir-riħa għandha intensità medja bi traċċi ta’ frott u ta’ xema’, u l-għasel jibqa’ fluwidu għal mill-anqas 12-il xahar mill-jum li jinġabar.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
In-naħal jiġu mitmugħa biss sabiex tiġi żgurata s-sopravivenza tal-kolonja u t-tmigħ jitwaqqaf mill-inqas xahar qabel ma l-fjuri jwarrdu jew jibda jidher il-qtar tal-għasel tas-siġar. Dawk li jrabbu n-naħal jitimgħu lin-naħal ġulepp taz-zokkor magħmul mill-pitravi zokkrija, fondant u proteini tal-ikel (għasidiet tal-polline), meta ma jkunx hemm ikel li jistgħu jieklu (nektar, polline). L-ikel tan-naħal jista’ jiġi minn barra ż-żona ġeografika ddefinita. Fi kwalunkwe każ, il-karatteristiċi u l-kwalità tal-għasel ma jiġux affettwati mit-tmigħ supplimentari tan-naħal.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
L-istadji kollha tal-produzzjoni għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika ddefinita. Sabiex jiġu żgurati l-kwalità u l-karattru uniku tal-prodott, id-doqqajs jitqiegħed fil-foresti tal-arżnu wara li n-naħal ikunu kielu s-sagħtar, jew fiż-żoni fejn ikun hemm sagħtar li jwarrad tard meta jkun hemm il-qtar tal-għasel fuq is-siġar tal-arżnu. L-għasel jinġabar mix-xehdiet, kemm jista’ jkun mingħajr ma jiddaħħan id-doqqajs, u meta mill-inqas tliet kwarti taċ-ċelloli jkunu ssiġillati. L-għasel jittieħed permezz ta’ estrattur tal-għasel, jiġi ttrasferit lejn tankijiet li fihom jinżamm qiegħed sakemm jiċċara, u ma jissaħħanx ’il fuq minn 45 °C. Il-mard jiġi pprevenut u ttrattat b’miżuri ta’ iġjene xierqa u, fejn ikun meħtieġ, bl-użu ta’ sustanzi sikuri u approvati.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.,
L-ippakkjar għandu jsir fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4. Dan ir-rekwiżit huwa meħtieġ sabiex jiġu ffaċilitati l-monitoraġġ u l-verifika tal-oriġini tal-għasel, jitnaqqas ir-riskju ta’ taħlit ma’ għasel ieħor, jiġi evitat l-użu ħażin tal-isem fil-bejgħ ta’ tipi ta’ għasel minn postijiet oħra u tiġi żgurata l-applikazzjoni tar-regoli speċifiċi msemmija fil-paragrafu 3.6. L-għan ta’ dan ir-rekwiżit huwa wkoll li jiġi pprevenut ir-riskju li l-karatteristiċi fiżikokimiċi (HMF, attività dijastika) u organolettiċi tal-għasel jiġu alterati minħabba l-esponiment għal temperaturi għoljin, speċjalment fix-xhur tas-sajf, meta l-għasel jiġi ttrasportat bil-baħar mill-gżira ta’ Kreta.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Sabiex jiġu salvagwardjati l-kwalità u t-traċċabbiltà tal-prodott, kwalunkwe persuna li trabbi n-naħal jew operatur li jbiegħ il-prodott irid juża logo li juri l-gżira ta’ Kreta u n-naħla ta’ Malia u l-kliem “Πευφκοθυμαρόμελο Κρήτης ΠΟΠ” [“Pefkothymaromelo Kritis DPO”] (Figura 1). Il-logo jiġi ddistribwit mill-korpi applikanti tat-trobbija tan-naħal. Barra minn hekk, il-produtturi jingħataw kodiċi numeriku li jindika kull lott ta’ għasel prodott, il-post tal-produzzjoni u n-numru tar-reġistrazzjoni ta’ min irabbi n-naħal. It-tikketta għandu jkollha l-logo, il-kodiċi numeriku u l-indikazzjonijiet xierqa kollha. L-assoċjazzjonijiet ta’ dawk li jrabbu n-naħal jinformaw lill-bord ta’ spezzjoni rigward ir-regoli dettaljati dwar id-distribuzzjoni tat-tikketti. Madankollu, dawn ir-regoli ma għandhomx iwasslu għal diskriminazzjoni kontra l-produtturi li jipproduċu l-“Pefkothymaromelo Kritis” skont l-ispeċifikazzjoni u li iżda ma jkunux membri tal-korpi msemmija.
4. Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika
Il-gżira ta’ Kreta kollha, inklużi l-Prefetturi ta’ Heraklion, Lasithi, Rethymno u Chania.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Fatturi naturali
Id-diversità morfoloġika kbira ta’ Kreta, flimkien mal-klima speċifika tagħha (parti minnha tinsab fiż-żona klimatika tal-Mediterran u l-parti l-oħra f’dik tal-Afrika ta’ Fuq) u l-pożizzjoni ġeografika iżolata, wasslu għall-iżvilupp ta’ ħafna speċijiet differenti ta’ pjanti. Skont ċifri reċenti, fil-gżira hemm madwar 1 800 speċi ta’ pjanti, li 180 minnhom huma endemiċi. L-abbundanza ta’ pjanti li jipproduċu l-għasel tippermetti li t-trobbija tan-naħal tirnexxi u llum il-gżira għandha waħda mill-ogħla densitajiet ta’ doqqajs fid-dinja, bi 33 doqqajsa kull kilometru kwadru.
Din l-abbundanza ta’ pjanti tinkludi ħafna speċijiet aromatiċi li jwarrdu f’Ġunju-Lulju, u f’xi żoni, dan l-istaġun jibqa’ sejjer sa Awwissu. L-aktar pjanta importanti hija s-sagħtar Mediterranju (Coridothymus capitatus). Matul dawn ix-xhur ftit tagħmel xita, minħabba l-klima sħuna u xotta, u għalhekk in-nektar jonqos ħafna u l-għasel prodott ikun dens u aromatiku ħafna. Dan, u l-qtar tal-għasel mill-glandoli tal-insett Marchalina hellenica, jagħtu opportunità speċjali lil dawk li jrabbu n-naħal sabiex jipproduċu taħlita ta’ żewġ tipi differenti ta’ għasel (tas-sagħtar u tal-arżnu), li huwa prodott distint b’karatteristiċi intermedjarji. L-insett li jipproduċi l-qtar tal-għasel jgħix bħala parassita fuq l-arżnu Tork (Pinus brutia Ten.) u ż-żnuber (Pinus halepensis Mill.) u jinstab biss fil-Greċja u t-Turkija.
Il-fattur uman
B’dak li jafu dwar l-imġiba tan-naħal u l-kundizzjonijiet speċifiċi li jipprevalu fuq il-gżira fil-ħarifa, dawk li jrabbu n-naħal jużaw it-teknika tal-produzzjoni speċjali li ġejja: meta n-naħal ikunu qed jieħdu mis-sagħtar, dawk li jrabbu n-naħal iħallu lid-doqqajs li fih in-naħal jaħżen l-għasel fi ċrieki jespandi bla kontroll. F’dan l-istadju, dawk li jrabbu n-naħal jiġbru l-għasel b’mod selettiv mix-xehdiet, billi jneħħu biss dawk ix-xehdiet li jkun fihom għasel tas-sagħtar u jkunu ssiġillati sew. Aktar tard, meta n-naħal jiġbor il-qtar tal-għasel tal-arżnu, ma jkunx hemm polline u, b’mod istintiv, iċekknu d-doqqajs. Dawk li jrabbu n-naħal ma jintervjenux, u jħallu d-doqqajs jiċkien sabiex in-naħal jaħżen l-għasel f’postu. Jistgħu jagħmlu dan dan minħabba li fil-ħarifa t-temperaturi jkunu għadhom għoljin, u għalhekk in-naħal ikun jista’ jiġbor in-nektar minn pjanti li jwarrdu fil-ħarifa, bħall-ħarrub (Ceratonia siliqua), il-liedna (Hedera helix), l-ispraġ selvaġġ (Αsparagus officinalis), l-għansar (Urginea maritima) u pjanti oħrajn biex iġedded il-popolazzjoni tiegħu. Jekk in-naħal ma jkunx irnexxielu jġedded il-popolazzjoni tiegħu fil-ħarifa, il-kolonja tan-naħal ma tgħix ix-xitwa kollha. Dawk li jrabbu n-naħal huma megħjuna mill-kundizzjonijiet klimatiċi speċifiċi tal-gżira, mill-fjuri li jipprovdu ħafna polline u nektar u mill-imġiba istintiva tan-naħal, li jippermettulhom li jieħdu ħsieb id-doqqajs tan-naħal dan il-mod distint. Il-“Pefkothymaromelo Kritis” huwa wkoll prodott tal-koeżistena naturali tas-sagħtar li jwarrad tard u l-qtar tal-għasel tal-arżnu, li huwa fenomenu komuni fi Kreta.
Speċifiċità tal-prodott
L-ispeċifiċità tal-“Pefkothymaromelo Kritis” hija dovuta għall-karatteristiċi fiżikokimiċi, mikroskopiċi u organolettiċi tiegħu.
— karatteristiċi fiżikokimiċi: konduttività (≥ 0,600 mS/cm), indewwa (≤ 17 %), l-ammont totali ta’ glukożju u fruttożju (≥ 50 %) u kulur (70–130 mm Pfund),
— karatteristiċi mikroskopiċi: Frak tal-polline tas-sagħtar ≥ 10 %, in-nuqqas ta’ spori ta’ Coleosporium,
— karatteristiċi organolettiċi: aroma karatteristika, u togħma pjaċevoli xi ftit inqas ħelwa.
Il-konċentrazzjoni baxxa ta’ HMF (≤ 25 mg/kg), il-konċentrazzjoni baxxa ta’ sukrożju (≤ 3 %) u l-livelli imperċettibbli ta’ akariċidi u ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (≤ 10 mg/kg) huma l-bażi tal-kwalità u tal-ispeċifiċità tal-prodott.
Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiki tal-prodott
Sa minn żmien twil ilu, Kreta kienet miksija bi pjanti aromatiċi u bis-sagħtar, u l-preżenza tal-qtar tal-għasel mill-glandoli tal-Marchalina hellenica L., insett parassita fuq l-arżnu, ilha magħrufa sa tal-inqas mis-seklu 18 (Gennadius, 1883). Il-Μarchalina hellenica L. inixxi l-qtar tal-għasel fuq is-siġar tal-arżnu wara li l-pjanti tas-sagħtar ikunu pproduċew in-nektar, filwaqt li f’xi żoni l-produzzjoni tan-nektar u dik tal-qtar tal-għasel jikkoinċidu, u dan jirriżulta f’taħlita naturali unika ta’ għasel tas-sagħtar u għasel tal-arżnu li hija marbuta mill-qrib maż-żona tal-oriġini tiegħu. Il-konduttività, l-ammont totali ta’ glukożju u fruttożju, it-togħma sottili u l-kristallizzazzjoni bil-mod tal-prodott huma dovuti għall-qtar tal-għasel tal-arżnu, filwaqt li s-sustanzi aromatiċi u l-frak tal-polline tas-sagħtar huma dovuti għal varjetà ta’ fjuri aromatiċi nattivi u endemiċi li, fil-klima sħuna u xotta tal-gżira, jipproduċu kwantitajiet żgħar ta’ nektar ikkonċentrat u aromatiku. B’riżultat ta’ dan, il-“Pefkothymaromelo Kritis” huwa dens (jiġifieri għandu kontenut ta’ ndewwa baxx), aromatiku, fih frak tal-polline minn għadd kbir ta’ pjanti ta’ Kreta u għandu l-karatteristiċi speċifiċi deskritti hawn fuq.
Dawk li jrabbu n-naħal fi Kreta żviluppaw metodi partikolari kif japprofittaw mill-kombinazzjoni tat-tip ta’ ħamrija u tal-kundizzjonijiet klimatiċi, mill-veġetazzjoni distinta, mill-preżenza tal-qtar tal-għasel tal-arżnu u mill-imġiba instintiva tan-naħal biex jipproduċu l-“Pefkothymaromelo Kritis”. It-teknika dawn il-metodi kienet ibbażata fuq l-għarfien li ġie akkumulat minn ġenerazzjoni għall-oħra, peress li kellhom jadattaw l-attivitajiet tagħhom għall-ambjent, l-imġiba tan-naħal u l-kundizzjonijiet klimatiċi. Filwaqt li l-ġestjoni korretta u bir-reqqa tad-doqqajs hija fattur ewlieni, il-prodott finali huwa distint ukoll minħabba l-karatteristiċi ta’ kwalità tiegħu, kif ikkonfermat mill-indiċi ta’ HMF, il-kontenut ta’ sukrożju u n-nuqqas ta’ residwi ta’ akariċida u ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
http://www.minagric.gr/images/stories/docs/agrotis/POP-PGE/prod_pefkothimaromelo_kriti.pdf
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.