EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2015J0025

Sentenza tal-Qorti tad-29 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża E-25/15 — L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda (Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 14(3) tal-Parti II tal-Protokoll 3 SCA — In-nuqqas ta’ rkupru tal-għajnuna mogħtija b’mod illegali)

OJ C 108, 6.4.2017, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/12


SENTENZA TAL-QORTI

tad-29 ta’ Lulju 2016

fil-Kawża E-25/15

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda

(Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 14(3) tal-Parti II tal-Protokoll 3 SCA — In-nuqqas ta’ rkupru tal-għajnuna mogħtija b’mod illegali)

(2017/C 108/10)

Fil-Kawża E-25/15, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li billi naqset milli tadotta fit-terminu preskritt il-miżuri kollha meħtieġa sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna mill-Istat iddikjarata inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea skont l-Artikoli 2, 3, 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 404/14/COL tat-8 ta’ Ottubru 2014dwar l-Iskema ta’ Inċentiv għall-Investiment fl-Iżlanda; billi naqset milli tħassar, fit-terminu preskritt, kwalunkwe pagament pendenti msemmi fl-Artikolu 7 it-tielet sentenza ta’ dik id-deċiżjoni; u billi naqset milli tipprovdi lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, fit-terminu preskritt, l-informazzjoni kollha deskritta fl-Artikolu 8 ta’ dik id-Deċiżjoni, l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 14(3) tal-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja, u skont l-Artikoli 6, 7 u 8 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 404/14/COL, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat is-sentenza fid-29 ta’ Lulju 2016, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

1.

Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 14(3) tal-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja u l-Artikoli 6, 7 u 8 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 404/14/COL tat-8 ta’ Ottubru 2014 dwar Skema ta’ Inċentiv għall-Investiment fl-Iżlanda, billi naqset, fiż-żmien preskritt, li tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna mill-Istat iddikjarata inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea skont l-Artikoli 3, 4 u 5 ta’ dik id-Deċiżjoni, li tneħħi kwalunkwe pagament pendenti msemmi fl-Artikolu 7 it-tielet sentenza ta’ dik id-deċiżjoni, u biex tipprovdi lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8 ta’ dik id-deċiżjoni.

2.

Tordna lill-Iżlanda li tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.


Top