ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 14

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
16ta' Jannar 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2017/C 14/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2017/C 14/02

Kawża C-449/14 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 – DTS Distribuidora de Televisión Digital, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea, Telefónica de España, SA, Telefónica Móviles España, SA, Ir-Renju ta’ Spanja, Corporación de Radio y Televisión Española, SA (RTVE) (Appell — Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna favur ix-xandar pubbliku nazzjonali tar-radju — Obbligi ta’ servizz pubbliku — Kumpens — Artikolu 106(2) TFUE — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Bidla tas-sistema ta’ finanzjament — Miżuri fiskali — Taxxa imposta fuq l-operaturi ta’ televiżjoni bi ħlas — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna mibdula kompatibbli mas-suq intern — Teħid inkunsiderazzjoni tal-mod ta’ finanzjament — Eżistenza ta’ rabta kawżali vinkolanti bejn it-taxxa u l-iskema ta’ għajnuna — Influwenza diretta tad-dħul mit-taxxa fuq il-portata tal-għajnuna — Kopertura tal-ispejjeż netti tat-twettiq tal-funzjoni ta’ servizz pubbliku — Relazzjoni ta’ kompetizzjoni bejn il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa u l-benefiċjarju tal-għajnuna — Żnaturament tad-dritt nazzjonali)

2

2017/C 14/03

Kawża C-504/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Protezzjoni tan-natura — Direttiva 92/43/KEE — Artikolu 6(2) u (3), u Artikolu 12(1)(b) u (d) — Fawna u flora selvaġġa — Protezzjoni tal-ħabitats naturali — Fekruna tal-baħar Caretta caretta — Protezzjoni tal-fkieren tal-baħar fil-bajja ta’ Kyparissia — Sit ta’ importanza Komunitarja Djuni ta’ Kyparissia — Ħarsien tal-ispeċi)

3

2017/C 14/04

Kawża C-2/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – DHL Express (Austria) GmbH vs Post-Control-Kommission, Bundesminister für Verkehr, Innovation und Technologie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 97/67/KE — Artikolu 9 — Servizzi postali fl-Unjoni Ewropea — Obbligu ta’ kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-funzjonament tal-awtorità regolatorja tas-settur postali — Portata)

4

2017/C 14/05

Kawża C-30/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 – Simba Toys GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Seven Towns Ltd (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Trade mark tridimensjonali fil-forma ta’ kubu b’uċuħ li għandhom struttura ta’ gradilja — Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità)

4

2017/C 14/06

Kawża C-156/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – Il-Latvja) – Private Equity Insurance Group SIA vs Swedbank AS (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2002/47/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċetti ta’ kollateral finanzjarju, ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji relevanti u ta’ provvista ta’ kollateral finanzjarju — Possibbiltà ta’ eżekuzzjoni ta’ kollateral finanzjarju indipendentement mill-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza — Kuntratt ta’ kont kurrenti li jipprevedi klawżola ta’ rahan finanzjarju)

5

2017/C 14/07

Kawża C-174/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar- Rechtbank Den Haag – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Vereniging Openbare Bibliotheken vs Stichting Leenrecht (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Dritt ta’ kiri u ta’ self ta’ xogħlijiet protetti — Direttiva 2006/115/KE — Artikolu 1(1) — Self ta’ kopji ta’ xogħlijiet — Artikolu 2(1) — Self ta’ oġġetti — Self ta’ kopja ta’ ktieb f’forma diġitali — Libreriji pubbliċi)

6

2017/C 14/08

Kawża C-199/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – L-Italja) – Ciclat Soc. Coop. vs Consip SpA, Autorità per la Vigilanza sui Contratti Pubblici di lavori, servizi e forniture (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2004/18/KE — Artikolu 45 — Artikoli 49 u 56 TFUE — Kuntratti pubbliċi — Kundizzjonijiet ta’ esklużjoni ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Obbligi dwar il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali — Dokument uniku ta’ regolarità fil-qasam tal-kontribuzzjonijiet soċjali — Rettifika tal-irregolaritajiet)

7

2017/C 14/09

Kawża C-216/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – Betriebsrat der Ruhrlandklinik gGmbH vs Ruhrlandklinik gGmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2008/104/KE — Xogħol temporanju — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ ħaddiem — Kunċett ta’ attività ekonomika — Persunal tal-kura li ma kkonkludiex kuntratt ta’ xogħol imqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ stabbiliment tas-saħħa minn assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru)

7

2017/C 14/10

Kawża C-258/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia del País Vasco – Spanja) – Gorka Salaberria Sorondo vs Academia Vasca de Policía y Emergencias (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Direttiva 2000/78/KE — Artikolu 2(2) u Artikolu 4(1) — Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età — Limitazzjoni tar-reklutaġġ tal-uffiċjali tal-pulizija tal-Komunità Awtonoma tal-Pajjiż Bask għall-kandidati li ma laħqux l-età ta’ 35 sena — Kunċett ta’ ħtieġa ġenwina u determinanti tax-xogħol [rekwiżit professjonali ġenwin u determinanti] — Għan imfittex — Proporzjonalità)

8

2017/C 14/11

Kawża C-268/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Bruxelles – Il-Belġju) – Fernand Ullens de Schooten vs État belge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertajiet fundamentali — Artikoli 49, 56 u 63 TFUE — Sitwazzjoni li fiha l-elementi kollha huma limitati ġewwa Stat Membru — Responsabbiltà mhux kuntrattwali ta’ Stat Membru għal danni kkawżati lill-individwi minn ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli lil-leġiżlatur nazzjonali u lill-qrati nazzjonali)

9

2017/C 14/12

Kawża C-297/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sø- og Handelsretten – id-Danimarka) – Ferring Lægemidler A/S, li qiegħda taġixxi għal Ferring BV vs Orifarm A/S (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trade marks — Direttiva 2008/95 KE — Artikolu 7(2) — Prodotti farmaċewtiċi — Importazzjoni parallela — Kompartimentalizzazzjoni tas-swieq — Neċessità tal-ippakkjar mill-ġdid tal-prodott li għandu t-trade mark — Prodott farmaċewtiku mqiegħed fis-suq ta’ esportazzjoni u fis-suq ta’ importazzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark bl-istess tipi ta’ ppakkjar)

9

2017/C 14/13

Kawża C-301/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Marc Soulier, Sara Doke vs Premier ministre, Ministre de la Culture et de la Communication (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali u industrijali — Direttiva 2001/29/KE — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Artikoli 2 u 3 — Drittijiet ta’ riproduzzjoni u ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku — Portata — Kotba li ma humiex disponibbli li ma humiex jew li ma humiex iktar ippubblikati — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tafda lil soċjetà ta’ ġestjoni kollettiva l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ sfruttament diġitali, għal finijiet kummerċjali, tal-kotba li ma humiex disponibbli — Preżunzjoni legali ta’ kunsens tal-awturi — Assenza ta’ mekkaniżmu li jiggarantixxi l-informazzjoni effettiva u individwalizzata tal-awturi)

10

2017/C 14/14

Kawżi magħquda C-313/15 u C-530/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de commerce de Paris, Conseil d'État – Franza) – Eco-Emballages SA vs Sphère France SAS et (C-313/15), Melitta France SAS et vs Ministre de l’Écologie, du Développement durable et de l'Énergie (C-530/15) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 94/62/KE — Artikolu 3 — Imballaġġ u skart mill-imballaġġ — Kunċett — Rollijiet, tubi jew ċilindri li jitkebbu magħhom prodotti flessibbli (Mandrini) — Direttiva 2013/2/UE — Validità — Modifika mill-Kummissjoni Ewropea tal-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ li tinsab fl-Anness I tad-Direttiva 94/62/KE — Ksur tal-kunċett ta’ imballaġġ — Ksur tas-setgħat ta’ implementazzjoni)

11

2017/C 14/15

Kawża C-316/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom – ir-Renju Unit) – The Queen, fuq it-talba ta’: Timothy Martin Hemming, li jaġixxi taħt l-isem kummerċjali Simply Pleasure Ltd. et vs Westminster City Council (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Direttiva 2006/123/KE — Artikolu 13(2) — Proċeduri ta’ awtorizzazzjoni — Kunċett ta’ spiża li tista’ tirriżulta minnhom)

12

2017/C 14/16

Kawża C-348/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgerichtshof – L-Awstrija) – Stadt Wiener Neustadt vs Niederösterreichische Landesregierung (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent — Direttiva 85/337/KEE — Direttiva 2011/92/UE — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ att speċifiku ta’ leġislazzjoni nazzjonali — Nuqqas ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent — Awtorizzazzjoni definittiva — Regolarizzazzjoni leġiżlattiva a posteriori tan-nuqqas ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent — Prinċipju ta’ koperazzjoni — Artikolu 4 TUE

13

2017/C 14/17

Kawża C-417/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Novemburu 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien- l-Awstrija) – Wolfgang Schmidt vs Christiane Schmidt [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Regolament (UE) Nru 1215/2012 — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali — Kamp ta’ applikazzjoni — L-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 24 — Ġurisdizzjoni esklużiva fil-qasam tad-drittijiet in rem fuq proprjetà immobbli — Il-punt 1(a) tal-Artikolu 7 — Ġurisdizzjoni speċjali fi kwistjonijiet kuntrattwali — Azzjoni intiża għall-annullament ta’ att ta’ donazzjoni ta’ proprjetà immobbli u għat-tħassir mir-reġistru pubbliku tal-artijiet tar-reġistrazzjoni ta’ dritt ta’ proprjetà]

13

2017/C 14/18

Kawża C-432/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – Ir-Repubblika Ċeka) – Odvolací finanční ředitelství vs Pavlína Baštová (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 2(1)(ċ) — Kunċett ta’ provvista ta’ servizz bi ħlas — It-tqegħid ta’ żiemel minn persuna taxxabbli għad-dispożizzjoni ta’ organizzatur ta’ tiġrijiet taż-żwiemel — Evalwazzjoni tal-korrispettiv — Dritt għal tnaqqis tal-ispejjeż marbuta mal-preparazzjoni taż-żwiemel tal-persuna taxxabbli għat-tiġrijiet — Spejjeż ġenerali marbuta mat-totalità tal-attività ekonomika — Anness III, punt 14 — Rata mnaqqsa tal-VAT applikabbli għad-dritt ta’ użu ta’ faċilitajiet sportivi — Applikabbiltà għall-operat ta’ stalla taż-żwiemel tat-tiġrija — Tranżazzjoni kkostitwita minn provvista unika jew minn diversi provvisti indipendenti)

14

2017/C 14/19

Kawża C-548/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – J.J. de Lange vs Staatssecretaris van Financiën Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età — Direttiva 2000/78/KE — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Artikoli 2, 3 u 6 — Kamp ta’ applikazzjoni — Differenza fit-trattament bbażata fuq l-età — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita t-tnaqqis tal-ispejjeż ta’ taħriġ sostnuti wara ċerta età — Aċċess għat-taħriġ professjonali

15

2017/C 14/20

Kawża C-452/16 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Krzysztof Marek Poltorak Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Mandat ta’ arrest Ewropew — Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI — Artikolu 1(1) — Kunċett ta’ deċiżjoni ġudizzjarja — Artikolu 6(1) — Kunċett ta’ awtorità ġudizzjarja emittenti — Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mir-Rikspolisstyrelsen (direttorat ġenerali tal-pulizija nazzjonali, l-Isvezja) fil-kuntest ta’ eżekuzzjoni ta’ piena li ċċaħħad il-libertà

16

2017/C 14/21

Kawża C-453/16 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Halil Ibrahim Özçelik (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Mandat ta’ arrest Ewropew — Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI — Artikolu 8(1)(ċ) — Kunċett ta’ mandat ta’ arrest — Kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni — Mandat ta’ arrest nazzjonali maħruġ minn servizz ta’ pulizija u vvalidat minn prosekutur għall-finijiet ta’ azzjonijiet)

17

2017/C 14/22

Kawża C-477/16 PPU: Otal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Ruslanas Kovalkovas Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Mandat ta’ arrest Ewropew — Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI — Artikolu 1(1) — Kunċett ta’ deċiżjoni ġudizzjarja — Artikolu 6(1) — Kunċett ta’ awtorità ġudizzjarja emittenti — Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja fil-kuntest ta’ eżekuzzjoni ta’ piena li ċċaħħad il-libertà

17

2017/C 14/23

Kawżi magħquda C-369/15 sa C-372/15: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Siderúrgica Sevillana SA (C-369/15), Solvay Solutions España SL (C-370/15), Cepsa Química SA (C-371/15), Dow Chemical Ibérica SL (C-372/15) vs Administración del Estado (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea — Direttiva 2003/87/KE — Artikolu 10a — Metodu ta’ allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas — Kalkolu tal-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali uniformi — Deċiżjoni 2013/448/UE — Artikolu 4 — Anness II — Validità — Applikazzjoni tal-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali uniformi għall-installazzjonijiet tas-setturi esposti għal riskju sinjifikattiv ta’ rilaxx tal-karbonju — Deċiżjoni 2011/278/UE — Artikolu 10(9) — Validità)

18

2017/C 14/24

Kawża C-351/16 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2016 minn 100 % Capri Italia Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-19 ta’ April 2016 fil-Kawża T-198/14 – 100 % Capri Italia vs EUIPO – IN.PRO.DI (100 % Capri)

19

2017/C 14/25

Kawża C-524/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte dei Conte (l-Italja) fit-12 ta’ Ottubru 2016 – Istituto Nazionale della Previdenza Sociale vs Francesco Faggiano

19

2017/C 14/26

Kawża C-525/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Concorrência, Regulação e Supervisão (il-Portugall) fit-13 ta’ Ottubru 2016 – Meo – Serviços de Comunicações e Multimédia S.A. vs Autoridade da Concorrência

20

2017/C 14/27

Kawża C-526/16: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

21

2017/C 14/28

Kawża C-527/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-14 ta’ Ottubru 2016 – Salzburger Gebietskrankenkasse, Bundesminister für Arbeit, Soziales und Konsumentenschutz

22

2017/C 14/29

Kawża C-528/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-17 ta’ Ottubru 2016 – Confédération paysanne, Réseau Semences Paysannes, Les Amis de la Terre France, Collectif Vigilance OGM et Pesticides 16, Vigilance OG2M, CSFV 49, OGM: dangers, Vigilance OGM 33, Fédération Nature et Progrès vs Premier ministre, Ministre de l’agriculture, de l’agroalimentaire et de la forêt

23

2017/C 14/30

Kawża C-530/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

24

2017/C 14/31

Kawża C-542/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Iżvezja) fis- 26 ta’ Ottubru 2016 — Länsförsäkringar Sak Försäkringsaktiebolag et vs Suċċessjoni ta’ Ingvar Mattsson, Länsförsäkringar Sak Försäkringsaktiebolag

25

2017/C 14/32

Kawża C-544/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (Ir-Renju Unit) fit-28 ta’ Ottubru 2016 – Marcandi Limited, trading as Madbid v Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

26

2017/C 14/33

Kawża C-545/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (Ir-Renju Unit) fit-28 ta’ Ottubru 2016 – Kubota (UK) Limited, EP Barrus Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

28

2017/C 14/34

Kawża C-579/16 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2016 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-386/14, Fih Holding u Fih Erhversbank vs Il-Kummissjoni

28

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 14/35

Kawża T-694/13 u T-2/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2016 – Ipatau vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ tranżitu fit-territorju tal-Unjoni — Żamma tal-isem tar-rikorrent fil-lista tal-persuni kkonċernati — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni — Proporzjonalità)

30

2017/C 14/36

Kawża T-328/15 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2016 – Alsteens vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Tiġdid tal-kuntratt — Limitazzjoni tat-tul tat-tiġdid tal-kuntratt — Drittijiet tad-difiża)

30

2017/C 14/37

Kawża T-349/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2016 – CG vs EUIPO – Perry Ellis International Group (P PRO PLAYER) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva P PRO PLAYER — Trade marks tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali figurattivi preċedenti P u P PROTECTIVE — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

31

2017/C 14/38

Kawża T-769/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2016 – SeNaPro vs EUIPO – Paltentaler Splitt & Marmorwerke (Dolokorn) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Dolokorn — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti DOLOPUR — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

32

2017/C 14/39

Kawżi magħquda T-268/15 u T-272/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2016 – Apocoa Parking Holdings vs EUIPO (PARKWAY) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjonijiet għal trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattiva u verbali PARKWAY — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rikors manifestament infondat fid-dritt]

32

2017/C 14/40

Kawża T-455/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2016 – Vitra Collections vs EUIPO – Consorzio Origini (Forma ta’ siġġu) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

33

2017/C 14/41

Kawża T-602/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2016 – Jenkinson vs Il-Kunsill et (Klawżola ta’ arbitraġġ — Persunal tal-missjonijiet internazzjonali tal-Unjoni — Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi — Talba għad-danni — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni — Inammissibbiltà manifesta)

34

2017/C 14/42

Kawża T-41/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2016 – Cyprus Turkish Chamber of Industry et vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta Halloumi jew Hellim — Ittra tal-Kummissjoni dwar il-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni dwar il-proċedura ta’ reġistrazzjoni — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà)

34

2017/C 14/43

Kawża T-116/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2016 – Port autonome de Centre et de l’Ouest et vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Taxxa fuq il-kumpanniji — Għajnuna favur portijiet Belġjani mogħtija mill-Belġju — Ittra mill-Kummissjoni li tipproponi l-adozzjoni ta’ miżuri utli — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà)

35

2017/C 14/44

Kawża T-405/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2016 – The Regents of the University of California vs CPVO – Nador Cott Protection u CVVP (Tang Gold)

36

2017/C 14/45

Kawża T-701/16 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2016 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-21 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża F-91/15, AV vs Il-Kummissjoni

37

2017/C 14/46

Kawża T-747/16: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2016 – Vincenti vs EUIPO

37

2017/C 14/47

Kawża T-752/16: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2016 – Novolipetsk Steel vs Il-Kummissjoni

38

2017/C 14/48

Kawża T-753/16: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2016 – Severstal vs Il-Kummissjoni

39

2017/C 14/49

Kawża T-754/16: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2016 – Oakley vs EUIPO – Xuebo Ye (Rappreżentazzjoni ta’ siluwett fil-forma ta’ ellissi)

40

2017/C 14/50

Kawża T-762/16: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2016 – ArcelorMittal Belval & Differdange u ThyssenKrupp Steel Europe v ECHA

41

2017/C 14/51

Kawża T-764/16: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Novembru 2016 – Paulini vs BĊE

42

2017/C 14/52

Kawża T-769/16: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novemrbu 2016 – Picard vs Il-Kummissjoni

44

2017/C 14/53

Kawża T-771/16: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2016 – Toontrack Music vs EUIPO (EZMIX)

45

2017/C 14/54

Kawża T-776/16: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2016 – Isocell vs EUIPO – iCell (iCell.)

45

2017/C 14/55

Kawża T-777/16: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2016 – Isocell vs EUIPO – iCell (iCell. Insulation Technology Made in Sweden)

46

2017/C 14/56

Kawża T-779/16: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2016 – Rühland vs EUIPO – 8 seasons design (Leuchten)

46

2017/C 14/57

Kawża T-781/16: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2016 – Puma et vs Il-Kummissjoni

47

2017/C 14/58

Kawża T-782/16: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2016 – Timberland Europe vs Il-Kummissjoni

48

2017/C 14/59

Kawża T-788/16: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2016 – De Geoffroy et vs Il-Parlament

49

2017/C 14/60

Kawża T-789/16: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2016 – InvoiceAuction B2B vs EUIPO (INVOICE AUCTION)

50

2017/C 14/61

Kawża T-790/16: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2016 – C & J Clark International vs Il-Kummissjoni

51

2017/C 14/62

Kawża T-791/16: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2016 – Real Madrid Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni

52

2017/C 14/63

Kawża T-806/16: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2016 – Agricola J.M. vs EUIPO – Torres (CLOS DE LA TORRE)

53

2017/C 14/64

Kawża T-808/16: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2016 – Jean Patou World vs EUIPO – Emboga (HISPANITAS JOY IS A CHOICE)

54

2017/C 14/65

Kawża T-815/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2016 – For Tune vs EUIPO – Simplicity trade (opus AETERNATUM)

55

2017/C 14/66

Kawża T-392/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ottubru 2016 – Axium vs Il-Parlament

55

2017/C 14/67

Kawża T-565/16: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2016 – Maubert vs Il-Kunsill

55


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 014/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 6, 9.1.2017

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 475, 19.12.2016

ĠU C 462, 12.12.2016

ĠU C 454, 5.12.2016

ĠU C 441, 28.11.2016

ĠU C 428, 21.11.2016

ĠU C 419, 14.11.2016

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 – DTS Distribuidora de Televisión Digital, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea, Telefónica de España, SA, Telefónica Móviles España, SA, Ir-Renju ta’ Spanja, Corporación de Radio y Televisión Española, SA (RTVE)

(Kawża C-449/14 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna favur ix-xandar pubbliku nazzjonali tar-radju - Obbligi ta’ servizz pubbliku - Kumpens - Artikolu 106(2) TFUE - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Bidla tas-sistema ta’ finanzjament - Miżuri fiskali - Taxxa imposta fuq l-operaturi ta’ televiżjoni bi ħlas - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna mibdula kompatibbli mas-suq intern - Teħid inkunsiderazzjoni tal-mod ta’ finanzjament - Eżistenza ta’ rabta kawżali vinkolanti bejn it-taxxa u l-iskema ta’ għajnuna - Influwenza diretta tad-dħul mit-taxxa fuq il-portata tal-għajnuna - Kopertura tal-ispejjeż netti tat-twettiq tal-funzjoni ta’ servizz pubbliku - Relazzjoni ta’ kompetizzjoni bejn il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa u l-benefiċjarju tal-għajnuna - Żnaturament tad-dritt nazzjonali))

(2017/C 014/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: DTS Distribuidora de Televisión Digital, SA (rappreżentanti: H. Brokelmann u M. Ganino, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes, B. Stromsky u G. Valero Jordana, aġenti), Telefónica de España SA, Telefónica Móviles España SA (rappreżentanti: F. González Díaz, F. Salerno u V. Romero Algarra, avukati), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A. Sampol Pucurull, aġent), Corporación de Radio y Televisión Española SA (RTVE) (rappreżentanti: A. Martínez Sánchez u J. Rodríguez Ordóñez, avukati)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

DTS Distribuidora de Televisión Digital SA hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Kummissjoni Ewropea relatati mal-appell prinċipali.

3)

Telefónica de España SA u Telefónica Móviles España SA huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk tal-Kummissjoni Ewropea relatati mal-appell inċidentali.

4)

Corporación de Radio y Televisión Española SA (RTVE) u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 395, 10.11.2014.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-504/14) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Protezzjoni tan-natura - Direttiva 92/43/KEE - Artikolu 6(2) u (3), u Artikolu 12(1)(b) u (d) - Fawna u flora selvaġġa - Protezzjoni tal-ħabitats naturali - Fekruna tal-baħar Caretta caretta - Protezzjoni tal-fkieren tal-baħar fil-bajja ta’ Kyparissia - Sit ta’ importanza Komunitarja “Djuni ta’ Kyparissia” - Ħarsien tal-ispeċi))

(2017/C 014/03)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia u C. Hermes, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E. Skandalou, aġent)

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Ellenika,

billi ttollerat il-kostruzzjoni ta’ djar f’Agiannaki (il-Greċja) matul l-2010, l-użu ta’ djar oħra tal-2006 f’Agiannaki u l-bidu tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fir-rigward ta’ madwar ħamsin residenza li jinsabu bejn Agiannaki u Elaia (il-Greċja), kif ukoll billi awtorizzat il-kostruzzjoni ta’ tliet residenzi tal-vaganzi f’Vounaki (il-Greċja) matul l-2012;

billi ttollerat l-iżvilupp tal-infrastrutturi ta’ aċċess għall-bajja li tinsab fiż-żona ta’ Kyparissia (il-Greċja), jiġifieri l-ftuħ ta’ ħames mogħdijiet ġodda lejn il-bajja ta’ Agiannaki kif ukoll il-kisi ta’ ċerti aċċessi u mogħdijiet eżistenti;

billi ma adottatx miżuri suffiċjenti bil-għan li tiżgura l-osservanza tal-projbizzjoni tal-kampeġġ fis-selvaġġ viċin il-bajja ta’ Kalo Nero (il-Greċja) u Elaia;

billi ma adottatx il-miżuri neċessarji għall-finijiet li tillimita l-operat tal-barijiet li jinsabu bejn Elaia u Kalo Nero, fuq il-bajjiet fejn jirriproduċu ruħhom il-fkieren tal-baħar Caretta caretta, u billi ma żguratx li l-inkonvenjenti kkawżati minn dawn il-barijiet ma jfixklux lil dawn l-ispeċi;

billi ma adottatx il-miżuri neċessarji għall-finijiet li tnaqqas, fi ħdan iż-żona tad-djuni ta’ Kyparissia, il-preżenza ta’ apparat u ta’ diversi installazzjonijiet fuq il-bajjiet fejn jirriproduċu ruħhom il-fkieren tal-baħar Caretta caretta, kif ukoll billi ħarġet permess għall-bini ta’ pjattaforma viċin il-lukanda Messina Mare;

billi ma adottatx il-miżuri neċessarji għall-finijiet li tillimita b’mod suffiċjenti t-tniġġis mid-dawl li jolqot lill-bajjiet li jinsabu fiż-żona ta’ Kyparissia u fejn jirriproduċu l-fkieren tal-baħar Caretta caretta, u

billi ma adottatx il-miżuri neċessarji għall-finijiet li tillimita b’mod suffiċjenti l-attivitajiet tas-sajd matul il-bajjiet li jinsabu fiż-żona ta’ Kyparissia fejn jirriproduċu l-fkieren tal-baħar Caretta caretta,

naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa.

2)

Billi ħarġet permessi għal djar mibnija matul l-2010 f’Agiannaki, għal tliet residenzi tal-vaganzi f’Vounaki matul l-2012, u għall-kostruzzjoni ta’ pjattaforma viċin il-lukanda Messina Mare, ir-Repubblika Ellenika naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43.

3)

Ir-Repubblika Ellenika,

billi ma adottatx qafas leġiżlattiv u regolamentari komplet, koerenti u strett intiż għall-protezzjoni tal-fekruna tal-baħar Caretta caretta fi ħdan iż-żona ta’ Kyparissia;

billi ma adottatx, fit-terminu stabbilit, il-miżuri konkreti kollha meħtieġa biex tevita t-tfixkil intenzjonali tal-fekruna tal-baħar Caretta caretta matul il-perijodu ta’ riproduzzjoni ta’ din l-ispeċi, u

billi ma adottatx il-miżuri neċessarji għall-finijiet li tiżgura l-osservanza tal-preklużjoni ta’ deterjorament jew ta’ qerda tas-siti ta’ riproduzzjoni tal-ispeċi msemmija,

naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 12(1)(b) u (d) tad-Direttiva 92/43.

4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

5)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Ellenika għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 7, 12.01.2015.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – DHL Express (Austria) GmbH vs Post-Control-Kommission, Bundesminister für Verkehr, Innovation und Technologie

(Kawża C-2/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 97/67/KE - Artikolu 9 - Servizzi postali fl-Unjoni Ewropea - Obbligu ta’ kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-funzjonament tal-awtorità regolatorja tas-settur postali - Portata))

(2017/C 014/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DHL Express (Austria) GmbH

Konvenuti: Post-Control-Kommission, Bundesminister für Verkehr, Innovation und Technologie

Dispożittiv

Ir-raba’ inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz, kif emendata bid-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Frar 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq il-fornituri kollha tas-settur postali, inkluż fuq dawk li ma jipprovdux servizzi postali li jaqgħu taħt is-servizz universali, l-obbligu li jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-awtorità regolatorja responsabbli għal dan is-settur.


(1)  ĠU C 127, 20.4.2015.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 – Simba Toys GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Seven Towns Ltd

(Kawża C-30/15 P) (1)

((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Trade mark tridimensjonali fil-forma ta’ kubu b’uċuħ li għandhom struttura ta’ gradilja - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità))

(2017/C 014/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Simba Toys GmbH & Co. KG (rappreżentant: O. Ruhl, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Botis u A. Folliard-Monguiral, aġenti), Seven Towns Ltd (rappreżentanti: K. Szamosi u M. Borbás, ügyvédek)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ Novembru 2014, Simba Toys vs UASI – Seven Towns (Forma ta’ kubu b’uċuħ li għandhom struttura ta’ gradilja) (T-450/09, EU:T:2014:983), hija annullata.

2)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tal-1 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1526/2008-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Simba Toys GmbH & Co. KG u Seven Towns Ltd, hija annullata.

3)

Seven Towns Ltd u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti minn Simba Toys GmbH & Co. KG relattivi kemm għall-proċedura tal-ewwel istanza fil-Kawża T-450/09 kif ukoll għal dik tal-appell.


(1)  ĠU C 138, 27.4.2015.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – Il-Latvja) – “Private Equity Insurance Group” SIA vs “Swedbank” AS

(Kawża C-156/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2002/47/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċetti ta’ “kollateral finanzjarju”, ta’ “obbligazzjonijiet finanzjarji relevanti” u ta’ “provvista” ta’ kollateral finanzjarju - Possibbiltà ta’ eżekuzzjoni ta’ kollateral finanzjarju indipendentement mill-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza - Kuntratt ta’ kont kurrenti li jipprevedi klawżola ta’ rahan finanzjarju))

(2017/C 014/06)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Private Equity Insurance Group” SIA

Konvenuta:“Swedbank” AS

Dispożittiv

Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Ġunju 2002, dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tagħtix lir-riċevitur ta’ kollateral finanzjarju bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skont dan il-fondi ddepożitati f’kont bankarju jingħataw bħala rahan lill-bank sabiex il-krediti tiegħu kollha kontra d-detentur tal-kont jiġu ggarantiti, id-dritt li jeżegwixxi dan il-kollateral indipendentement mill-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza fir-rigward ta’ min jipprovdi l-kollateral ħlief jekk, minn naħa, il-fondi suġġetti għal dan il-kollateral kienu tħallsu fil-kont inkwistjoni qabel il-ftuħ ta’ din il-proċedura jew jekk dawn il-fondi kienu tħallsu fih fid-data ta’ dan il-ftuħ, il-bank ikun ipproduċa l-prova li ma kienx jaf li din il-proċedura kienet infetħet jew li ma setax raġonevolment ikun jaf dan, u jekk, min-naħa l-oħra, id-detentur ta’ dan il-kont kien prekluż milli jiddisponi minn dawn il-fondi wara l-ħlas tagħhom f’dan l-istess kont.


(1)  ĠU C 198, 15.6.2015


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar- Rechtbank Den Haag – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Vereniging Openbare Bibliotheken vs Stichting Leenrecht

(Kawża C-174/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Dritt ta’ kiri u ta’ self ta’ xogħlijiet protetti - Direttiva 2006/115/KE - Artikolu 1(1) - Self ta’ kopji ta’ xogħlijiet - Artikolu 2(1) - Self ta’ oġġetti - Self ta’ kopja ta’ ktieb f’forma diġitali - Libreriji pubbliċi))

(2017/C 014/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Vereniging Openbare Bibliotheken

Konvenut: Stichting Leenrecht

fil-preżenza ta’: Vereniging Nederlands Uitgeversverbond, Stichting LIRA, Stichting Pictoright,

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1), l-Artikolu 2(1)(b) u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2006/115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kunċett ta’ “self”, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, ikopri s-self ta’ kopja ta’ ktieb f’forma diġitali, meta dan is-self isir billi titqiegħed din il-kopja fuq is-server ta’ librerija pubblika u tippermetti lil utent li jirriproduċi l-imsemmija kopja billi jniżżilha fuq il-kompjuter tiegħu stess, sakemm kopja waħda biss tista’ titniżżel tul il-perijodu tas-self u li, wara l-iskadenza ta’ dan il-perijodu, il-kopja li titniżżel minn dan l-utent ma għadhiex iktar tista’ tintuża minn dan l-utent.

2)

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/115, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li Stat Membru jissuġġetta l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2006/115 għall-kundizzjoni li l-kopja ta’ ktieb f’forma diġitali li tkun saret disponibbli mil-librerija pubblika kienet tqiegħdet fiċ-ċirkulazzjoni permezz tal-ewwel bejgħ jew tal-ewwel trasferiment ieħor ta’ proprjetà ta’ din il-kopja fl-Unjoni Ewropea mid-detentur tad-dritt għal distribuzzjoni lill-pubbliku jew bil-kunsens tiegħu, fis-sens tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/29 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni.

3)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2006/115 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li d-deroga ta’ self pubbliku li huwa jipprevedi tapplika għat-tqegħid għad-dispożizzjoni minn librerija pubblika ta’ kopja ta’ ktieb f’forma diġitali fil-każ fejn din il-kopja kienet inkisbet minn sors illegali.


(1)  ĠU C 213, 29.06.2015


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – L-Italja) – Ciclat Soc. Coop. vs Consip SpA, Autorità per la Vigilanza sui Contratti Pubblici di lavori, servizi e forniture

(Kawża C-199/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 45 - Artikoli 49 u 56 TFUE - Kuntratti pubbliċi - Kundizzjonijiet ta’ esklużjoni ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi - Obbligi dwar il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali - Dokument uniku ta’ regolarità fil-qasam tal-kontribuzzjonijiet soċjali - Rettifika tal-irregolaritajiet))

(2017/C 014/08)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ciclat Soc. Coop.

Konvenuti: Consip SpA, Autorità per la Vigilanza sui Contratti Pubblici di lavori, servizi e forniture

Fil-preżenza ta’: Istituto nazionale per l’assicurazione contro gli infortuni sul lavoro (INAIL), Team Service SCARL, bħala mandatarju ta’ ATI-Snam Lazio Sud Srl u Ati-Linda Srl, Consorzio Servizi Integrati

Dispożittiv

L-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-awtorità kontraenti li tikkunsidra bħala raġuni ta’ esklużjoni l-ksur fil-qasam tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, ikkonstatat f’ċertifikat mitlub ex officio mill-awtorità kontraenti u maħruġ mill-organi tas-sigurtà soċjali, meta dan il-ksur kien jeżisti fid-data tal-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti, anki jekk ma kienx jeżisti iżjed fid-data tal-għoti jew tal-istħarriġ ex officio mill-awtorità kontraenti.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2015.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – Betriebsrat der Ruhrlandklinik gGmbH vs Ruhrlandklinik gGmbH

(Kawża C-216/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2008/104/KE - Xogħol temporanju - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “ħaddiem” - Kunċett ta’ “attività ekonomika” - Persunal tal-kura li ma kkonkludiex kuntratt ta’ xogħol imqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ stabbiliment tas-saħħa minn assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru))

(2017/C 014/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Betriebsrat der Ruhrlandklinik gGmbH

Konvenuta: Ruhrlandklinik gGmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva t-tqegħid għad-dispożizzjoni minn assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru, bil-korrispettiv ta’ kumpens finanzjarju, ta’ wieħed mill-membri tagħha fi ħdan impriża utenti sabiex jipprovdi fiha, prinċipalment u taħt id-direzzjoni ta’ din tal-aħħar, provvista ta’ xogħol b’remunerazzjoni, peress li dan il-membru huwa protett f’dan ir-rigward fl-Istat Membru kkonċernat, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, u minkejja li l-imsemmi membru ma għandux il-kwalità ta’ ħaddiem fid-dritt nazzjonali għar-raġuni li ma kkonkludiex kuntratt ta’ xogħol mal-imsemmija assoċjazzjoni.


(1)  ĠU C 270, 17.8.2015.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia del País Vasco – Spanja) – Gorka Salaberria Sorondo vs Academia Vasca de Policía y Emergencias

(Kawża C-258/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Direttiva 2000/78/KE - Artikolu 2(2) u Artikolu 4(1) - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Limitazzjoni tar-reklutaġġ tal-uffiċjali tal-pulizija tal-Komunità Awtonoma tal-Pajjiż Bask għall-kandidati li ma laħqux l-età ta’ 35 sena - Kunċett ta’ “ħtieġa ġenwina u determinanti tax-xogħol [rekwiżit professjonali ġenwin u determinanti]” - Għan imfittex - Proporzjonalità))

(2017/C 014/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia del País Vasco

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gorka Salaberria Sorondo

Konvenuta: Academia Vasca de Policía y Emergencias

Dispożittiv

L-Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, moqri flimkien mal-Artikolu 4(1) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li l-kandidati għall-pożizzjonijiet ta’ uffiċjali ta’ korp tal-pulizija li jwettqu l-funzjonijiet operattivi jew eżekuttivi kollha imposti fuqu, ma għandhomx ikunu laħqu l-età ta’ 35 sena.


(1)  ĠU C 270, 17.8.2015.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Bruxelles – Il-Belġju) – Fernand Ullens de Schooten vs État belge

(Kawża C-268/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertajiet fundamentali - Artikoli 49, 56 u 63 TFUE - Sitwazzjoni li fiha l-elementi kollha huma limitati ġewwa Stat Membru - Responsabbiltà mhux kuntrattwali ta’ Stat Membru għal danni kkawżati lill-individwi minn ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli lil-leġiżlatur nazzjonali u lill-qrati nazzjonali))

(2017/C 014/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Fernand Ullens de Schooten

Konvenut: État belge

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sistema tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali ta’ Stat Membru għad-dannu kkawżat mill-ksur ta’ dan id-dritt ma hijiex intiża sabiex tapplika fil-preżenza ta’ dannu allegatament ikkawżat lil individwu minħabba ksur allegat ta’ libertà fundamentali, prevista fl-Artikoli 49, 56 jew 63 TFUE, minn leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli bla ebda distinzjoni għaċ-ċittadini nazzjonali u għaċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn, meta, f’sitwazzjoni li l-elementi kollha tagħha huma limitati ġewwa Stat Membru, ma teżisti ebda rabta bejn is-suġġett jew iċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali u dawn l-artikoli.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2015.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sø- og Handelsretten – id-Danimarka) – Ferring Lægemidler A/S, li qiegħda taġixxi għal Ferring BV vs Orifarm A/S

(Kawża C-297/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade marks - Direttiva 2008/95 KE - Artikolu 7(2) - Prodotti farmaċewtiċi - Importazzjoni parallela - Kompartimentalizzazzjoni tas-swieq - Neċessità tal-ippakkjar mill-ġdid tal-prodott li għandu t-trade mark - Prodott farmaċewtiku mqiegħed fis-suq ta’ esportazzjoni u fis-suq ta’ importazzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark bl-istess tipi ta’ ppakkjar))

(2017/C 014/12)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Sø- og Handelsretten

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ferring Lægemidler A/S, li qiegħda taġixxi għal Ferring BV

Konvenuta: Orifarm A/S

Dispożittiv

L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2008/95/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark jista’ jopponi għat-tkomplija tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott mediċinali minn importatur parallel meta dan tal-aħħar ikun ippakkja mill-ġdid dan il-prodott mediċinali f’imballaġġ ġdid u fuqu waħħal it-trade mark, peress li, minn naħa, il-prodott mediċinali inkwistjoni jista’ jiġi kkummerċjalizzat fl-Istat parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, ta’ importazzjoni fl-istess ippakkjar bħal dak li dan il-prodott huwa kkummerċjalizzat fih fl-Istat parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ta’ esportazzjoni u, min-naħa l-oħra, l-importatur ma weriex li l-prodott importat jista’ jiġi kkummerċjalizzat biss f’parti limitata tas-suq tal-Istat ta’ importazzjoni, konstatazzjoni li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 294, 7.9.2015.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Marc Soulier, Sara Doke vs Premier ministre, Ministre de la Culture et de la Communication

(Kawża C-301/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali u industrijali - Direttiva 2001/29/KE - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Artikoli 2 u 3 - Drittijiet ta’ riproduzzjoni u ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku - Portata - Kotba “li ma humiex disponibbli” li ma humiex jew li ma humiex iktar ippubblikati - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tafda lil soċjetà ta’ ġestjoni kollettiva l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ sfruttament diġitali, għal finijiet kummerċjali, tal-kotba li ma humiex disponibbli - Preżunzjoni legali ta’ kunsens tal-awturi - Assenza ta’ mekkaniżmu li jiggarantixxi l-informazzjoni effettiva u individwalizzata tal-awturi))

(2017/C 014/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marc Soulier, Sara Doke

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de la Culture et de la Communication,

fil-preżenza ta’: Société française des intérêts des auteurs de l’écrit (SOFIA), Joëlle Wintrebert et

Dispożittiv

L-Artikolu 2(a) u l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tafda lil soċjetà kollettriċi ta’ drittijiet tal-awtur awtorizzata l-eżerċizzju tad-dritt li tawtorizza r-riproduzzjoni u l-komunikazzjoni lill-pubbliku, fil-forma diġitali, ta’ kotba msejħa “li ma humiex disponibbli”, jiġifieri kotba ppubblikati fi Franza qabel l-1 ta’ Jannar 2001 u li ma huwiex iktar is-suġġett la ta’ tixrid kummerċjali u lanqas ta’ pubblikazzjoni fil-forma stampata jew diġitali, filwaqt li tippermetti lill-awturi ta’ dawn il-kotba jew lill-aventi kawża tagħhom jopponu jew itemmu tali eżerċizzju, fil-kundizzjonijiet stabbiliti minn din il-leġiżlazzjoni.


(1)  ĠU C 294, 7.9.2015.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de commerce de Paris, Conseil d'État – Franza) – Eco-Emballages SA vs Sphère France SAS et (C-313/15), Melitta France SAS et vs Ministre de l’Écologie, du Développement durable et de l'Énergie (C-530/15)

(Kawżi magħquda C-313/15 u C-530/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 94/62/KE - Artikolu 3 - Imballaġġ u skart mill-imballaġġ - Kunċett - Rollijiet, tubi jew ċilindri li jitkebbu magħhom prodotti flessibbli (“Mandrini”) - Direttiva 2013/2/UE - Validità - Modifika mill-Kummissjoni Ewropea tal-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ li tinsab fl-Anness I tad-Direttiva 94/62/KE - Ksur tal-kunċett ta’ “imballaġġ” - Ksur tas-setgħat ta’ implementazzjoni))

(2017/C 014/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de commerce de Paris, Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

(Kawża C-313/15)

Rikorrenti: Eco-Emballages SA

Konvenuti: Sphère France SAS, Carrefour Import SAS, SCA Tissue France SAS, Melitta France SAS, SCA Hygiène Products SAS, Wepa France SAS, li kienet Wepa Troyes SAS, Industrie Cartarie Tronchetti SpA, Industrie Cartarie Tronchetti Ibérica SL, Cofresco Frischhalteprodukte GmbH & Co. KG, Kimberly-Clark SAS, Gopack SAS, Délipapier SAS, Scamark SAS, CMC France SARL, Schweitzer SAS, Paul Hartmann SA, Wepa France SAS, li kienet Wepa Lille SAS, Système U Centrale Nationale SA, Industrie Cartarie Tronchetti France SAS

fil-preżenza ta’: Group’Hygiène syndicat professionnel (C-313/15)

(Kawża C-530/15)

Rikorrenti: Melitta France SAS, Cofresco Frischhalteprodukte GmbH & Co. KG, Délipapier SAS, Gopack SAS, Industrie Cartarie Tronchetti SpA, Industrie Cartarie Tronchetti Ibérica SL, Kimberly-Clark SAS, Wepa France SAS, li kienet Lucart France, Paul Hartmann SA, SCA Hygiène Products SAS, SCA Tissue France SAS, Group’Hygiène syndicat professionnel

Konvenut: Ministre de l’Écologie, du Développement durable et de l'Énergie

fil-preżenza ta’: Industrie Cartarie Tronchetti France SAS

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 1994, dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, kif emendata bid-Direttiva 2004/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li mandrini fil-forma ta’ roll, tubu jew ċilindru, li jitkebbu magħhom prodotti flessibbli, mibjugħin lill-konsumaturi, jikkostitwixxu “imballaġġ” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 294, 7.9.2015.

ĠU C 414, 14.12.2015.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom – ir-Renju Unit) – The Queen, fuq it-talba ta’: Timothy Martin Hemming, li jaġixxi taħt l-isem kummerċjali “Simply Pleasure Ltd.” et vs Westminster City Council

(Kawża C-316/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Direttiva 2006/123/KE - Artikolu 13(2) - Proċeduri ta’ awtorizzazzjoni - Kunċett ta’ spiża li tista’ tirriżulta minnhom))

(2017/C 014/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Queen, fuq it-talba ta’: Timothy Martin Hemming, li jaġixxi taħt l-isem kummerċjali “Simply Pleasure Ltd.”, James Alan Poulton, Harmony Ltd, Gatisle Ltd, li taġixxi taħt l-isem kummerċjali “Janus”, Winart Publications Ltd, Darker Enterprises Ltd, Swish Publications Ltd

Konvenut: Westminster City Council

fil-preżenza ta’: The Architects’ Registration Board, The Solicitors’ Regulation Authority, The Bar Standards Board, The Care Quality Commission, The Farriers’ Registration Council, The Law Society, The Bar Council, The Local Government Association, Her Majesty’s Treasury

Dispożittiv

L-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ir-rekwiżit tal-ħlas, fil-mument tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għall-għoti jew għat-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni, ta’ tariffa li parti minnha tikkorrispondi għall-ispejjeż marbuta mal-ġestjoni u mal-infurzar tal-iskema ta’ awtorizzazzjoni kkonċernata, anki jekk dik il-parti tista’ tinġabar lura fil-każ li dik l-applikazzjoni tiġi miċħuda.


(1)  ĠU C 311, 21.9.2015.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgerichtshof – L-Awstrija) – Stadt Wiener Neustadt vs Niederösterreichische Landesregierung

(Kawża C-348/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Direttiva 85/337/KEE - Direttiva 2011/92/UE - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “att speċifiku ta’ leġislazzjoni nazzjonali” - Nuqqas ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent - Awtorizzazzjoni definittiva - Regolarizzazzjoni leġiżlattiva a posteriori tan-nuqqas ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent - Prinċipju ta’ koperazzjoni - Artikolu 4 TUE)

(2017/C 014/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Stadt Wiener Neustadt

Konvenut: Niederösterreichische Landesregierung

Fil-preżenza ta’: .A.S.A. Abfall Service AG

Dispożittiv

L-Artikolu 1(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din tal-aħħar, proġett li jaqa’ taħt dispożizzjoni leġiżlattiva bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha proġett li jkun is-suġġett ta’ deċiżjoni adottata bi ksur tal-obbligu ta’ evalwazzjoni tal-effetti tiegħu fuq l-ambjent, li fir-rigward tagħha jkun skada t-terminu għall-preżentata ta’ rikors għal annullament, għandu jitqies bħala legalment awtorizzat. Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi tali dispożizzjoni leġiżlattiva safejn din tipprovdi li għandu jitqies li twettqet evalwazzjoni preliminari tal-effetti fuq l-ambjent għali tali proġett.


(1)  ĠU C 363, 03.11.2015.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Novemburu 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien- l-Awstrija) – Wolfgang Schmidt vs Christiane Schmidt

(Kawża C-417/15) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali - Kamp ta’ applikazzjoni - L-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 24 - Ġurisdizzjoni esklużiva fil-qasam tad-drittijiet in rem fuq proprjetà immobbli - Il-punt 1(a) tal-Artikolu 7 - Ġurisdizzjoni speċjali fi kwistjonijiet kuntrattwali - Azzjoni intiża għall-annullament ta’ att ta’ donazzjoni ta’ proprjetà immobbli u għat-tħassir mir-reġistru pubbliku tal-artijiet tar-reġistrazzjoni ta’ dritt ta’ proprjetà])

(2017/C 014/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Wolfgang Schmidt

Konvenuta: Christiane Schmidt

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li azzjoni għall-annullament ta’ att ta’ donazzjoni ta’ proprjetà immobbli minħabba n-nuqqas ta’ kapaċità kuntrattwali tad-donatur ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qorti tal-Istat Membru fejn tinsab il-proprjetà immobbli, prevista fil-punt 1 tal-Artikolu 24 ta’ dan ir-regolament, iżda taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni speċjali prevista fil-punt 1(a) tal-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament.

Azzjoni għat-tħassir mir-reġistru tal-artijiet tan-noti dwar id-dritt ta’ proprjetà tad-donatarju taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva prevista fil-punt 1 tal-Artikolu 24 tal-istess regolament.


(1)  ĠU C 363, 3.11.2015.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – Ir-Repubblika Ċeka) – Odvolací finanční ředitelství vs Pavlína Baštová

(Kawża C-432/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2(1)(ċ) - Kunċett ta’ “provvista ta’ servizz bi ħlas” - It-tqegħid ta’ żiemel minn persuna taxxabbli għad-dispożizzjoni ta’ organizzatur ta’ tiġrijiet taż-żwiemel - Evalwazzjoni tal-korrispettiv - Dritt għal tnaqqis tal-ispejjeż marbuta mal-preparazzjoni taż-żwiemel tal-persuna taxxabbli għat-tiġrijiet - Spejjeż ġenerali marbuta mat-totalità tal-attività ekonomika - Anness III, punt 14 - Rata mnaqqsa tal-VAT applikabbli għad-dritt ta’ użu ta’ faċilitajiet sportivi - Applikabbiltà għall-operat ta’ stalla taż-żwiemel tat-tiġrija - Tranżazzjoni kkostitwita minn provvista unika jew minn diversi provvisti indipendenti))

(2017/C 014/18)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Odvolací finanční ředitelství

Konvenuta: Pavlína Baštová

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat 28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jikkostitwixxix provvista ta’ servizzi bi ħlas, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, it-tqegħid ta’ żiemel mill-proprjetarju tiegħu, persuna suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud, għad-dispożizzjoni tal-organizzatur ta’ tiġrija taż-żwiemel għall-finijiet tal-parteċipazzjoni tal-imsemmi żiemel f’din it-tiġrija, fil-każ li dan ma jagħtix lok għall-ħlas ta’ imposta għall-parteċipazzjoni jew għal remunerazzjoni oħra diretta u fil-każ li l-proprjetarji biss ta’ żwiemel li kellhom kklassifika tajba fi tmiem it-tiġrija jirċievu premju fi flus, anki jekk iffissat minn qabel. Min-naħa l-oħra, tali tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ żiemel jikkostitwixxi provvista ta’ servizz bi ħlas fil-każ li dan jagħti lok għall-ħlas, mill-organizzatur, ta’ remunerazzjoni indipendenti mill-klassifikazzjoni taż-żiemel inkwistjoni fi tmiem it-tiġrija.

2)

Id-Direttiva 2006/112 għandha tiġi interpretata fis-sens li jeżisti dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa fuq tranżazzjonijiet relatati mal-preparazzjoni u mal-parteċipazzjoni fit-tiġrijiet taż-żwiemel li huma proprjetà tal-persuna taxxabbli, li trabbi u tħarreġ iż-żwiemel tat-tiġrija tagħha stess kif ukoll dawk ta’ terzi, għar-raġuni li l-ispejjeż relatati ma’ dawn it-trażazzjonijiet jagħmlu parti mill-ispejjeż ġenerali marbuta mal-attività ekonomika tagħha, sakemm l-ispejjeż imġarrba għal kull waħda mit-tranżazzjonijiet inkwistjoni jkollhom rabta diretta u immedjata mat-totalità ta’ din l-attività. Dan jista’ jkun il-każ jekk l-ispejjeż hekk imġarrba jkunu relatati maż-żwiemel tat-tiġrija effettivament iddestinati għall-bejgħ jew jekk il-parteċipazzjoni tal-imsemmija żwiemel fit-tiġrijiet hija, minn perspettiva oġġettiva, mezz sabiex tiġi promossa l-attività ekonomika, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

Fil-każ li tali dritt għal tnaqqis jeżisti, il-premju fi flus li jkun, skont il-każ, intrebaħ mill-persuna taxxabbli abbażi tal-klassifikazzjoni ta’ wieħed miż-żwiemel tagħha fi tmiem tiġrija ta’ żwiemel ma għandux jiġi inkluż fil-valur taxxabbli tat-taxxa fuq il-valur miżjud.

3)

L-Artikolu 98 tad-Direttiva 2006/112, moqri flimkiem mal-punt 14 tal-Anness III ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li provvista ta’ servizzi kumplessa unika, komposta minn diversi elementi relatati, b’mod partikolari, mat-taħriġ taż-żwiemel, mal-użu ta’ faċilitajiet sportivi, mal-akkomodazzjoni taż-żwiemel fi stalla, mal-għalf u ma’ kura oħra mogħtija liż-żwiemel ma tistax tiġi suġġetta għal rata mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud meta l-użu ta’ faċilitajiet sportivi fis-sens tal-punt 14 tal-Anness III ta’ din id-direttiva u t-taħriġ taż-żwiemel jikkostitwixxu żewġ elementi ekwivalenti ta’ din il-provvista kumplessa unika jew meta t-taħriġ taż-żwiemel jikkostitwixxi l-element prinċipali tal-imsemmija provvista, u dan għandu jiġi evalwat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 371, 9.11.2015.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – J.J. de Lange vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-548/15) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Artikoli 2, 3 u 6 - Kamp ta’ applikazzjoni - Differenza fit-trattament bbażata fuq l-età - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita t-tnaqqis tal-ispejjeż ta’ taħriġ sostnuti wara ċerta età - Aċċess għat-taħriġ professjonali)

(2017/C 014/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: J.J. de Lange

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li sistema ta’ taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li t-trattament fiskali tal-ispejjeż ta’ taħriġ professjonali sostnuti minn persuna jvarja skont l-età tagħha, taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni materjali ta’ din id-direttiva sa fejn hija intiża li tiffavorixxi l-aċċess għat-taħriġ taż-żgħażagħ.

2)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix sistema ta’ taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-persuni li ma laħqux l-età ta’ 30 sena li jnaqqsu kompletament, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-ispejjeż ta’ taħriġ professjonali mid-dħul taxxabbli tagħhom meta dan id-dritt ta’ tnaqqis huwa limitat għall-persuni li laħqu din l-età, sa fejn minn naħa, din is-sistema hija oġġettivament u raġonevolment iġġustifikata minn għan leġittimu relatat mal-politika tal-impjieg u tas-suq tax-xogħol u, min-naħa l-oħra, il-mezzi sabiex jintlaħaq dan il-għan huma xierqa u neċessarji. Hija r-responsabbiltà tal-qorti tar-rinviju li tivverifika jekk dan huwiex il-każ fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 38, 1.2.2016


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Krzysztof Marek Poltorak

(Kawża C-452/16 PPU) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Artikolu 1(1) - Kunċett ta’ “deċiżjoni ġudizzjarja” - Artikolu 6(1) - Kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja emittenti” - Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mir-Rikspolisstyrelsen (direttorat ġenerali tal-pulizija nazzjonali, l-Isvezja) fil-kuntest ta’ eżekuzzjoni ta’ piena li ċċaħħad il-libertà)

(2017/C 014/20)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Konvenut: Krzysztof Marek Poltorak

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja”, imsemmi fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat 13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni u dan l Artikolu 6(1) għandu jiġi interpretat fis-sens li servizz ta’ pulizija, bħar-Rikspolisstryrelsen (direttorat ġenerali tal-pulizija nazzjonali, l-Isvezja), ma jaqax taħt il-kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja emittenti”, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 6(1) b’tali mod li l-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ minn dan fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza li tagħti piena li ċċaħħad il-libertà ma jistax jiġi kkunsidrat bħala “deċiżjoni ġudizzjarja” fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584 kif emendata bid-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2009/299.


(1)  ĠU C 383, 17.10.2016


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Halil Ibrahim Özçelik

(Kawża C-453/16 PPU) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Artikolu 8(1)(ċ) - Kunċett ta’ “mandat ta’ arrest” - Kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni - Mandat ta’ arrest nazzjonali maħruġ minn servizz ta’ pulizija u vvalidat minn prosekutur għall-finijiet ta’ azzjonijiet))

(2017/C 014/21)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Halil Ibrahim Özçelik

Dispożittiv

L-Artikolu 8(1)(ċ) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li tikkostitwixxi “deċiżjoni ġudizzjarja”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-validazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mill-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ mandat ta’ arrest nazzjonali, maħruġ qabel għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali minn servizz ta’ pulizija.


(1)  ĠU C 383, 17.10.2016.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/17


Otal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Ruslanas Kovalkovas

(Kawża C-477/16 PPU) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Artikolu 1(1) - Kunċett ta’ “deċiżjoni ġudizzjarja” - Artikolu 6(1) - Kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja emittenti” - Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja fil-kuntest ta’ eżekuzzjoni ta’ piena li ċċaħħad il-libertà)

(2017/C 014/22)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Openbaar Ministerie

Konvenut: Ruslanas Kovalkovas

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja”, imsemmi fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat 13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni u dan l-Artikolu 6(1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi korp tas-setgħa eżekuttiva, bħall-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja, milli jiġi kkunsidrat bħala “awtorità ġudizzjarja emittenti”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni b’tali mod li l-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ minn dan fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza li tagħti piena li ċċaħħad il-libertà ma jistax jiġi kkunsidrat bħala “deċiżjoni ġudizzjarja” fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584 kif emendata bid-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2009/299.


(1)  ĠU C 383, 17.10.2016


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Siderúrgica Sevillana SA (C-369/15), Solvay Solutions España SL (C-370/15), Cepsa Química SA (C-371/15), Dow Chemical Ibérica SL (C-372/15) vs Administración del Estado

(Kawżi magħquda C-369/15 sa C-372/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea - Direttiva 2003/87/KE - Artikolu 10a - Metodu ta’ allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas - Kalkolu tal-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali uniformi - Deċiżjoni 2013/448/UE - Artikolu 4 - Anness II - Validità - Applikazzjoni tal-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali uniformi għall-installazzjonijiet tas-setturi esposti għal riskju sinjifikattiv ta’ rilaxx tal-karbonju - Deċiżjoni 2011/278/UE - Artikolu 10(9) - Validità))

(2017/C 014/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Siderúrgica Sevillana SA (C-369/15), Solvay Solutions España SL (C-370/15), Cepsa Química SA (C-371/15), Dow Chemical Ibérica SL (C-372/15)

Konvenuta: Administración del Estado

Fil-preżenza ta’: Repsol Petróleo SA BP Oil España SAU (C-371/15)

Dispożittiv

1)

La mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva [tal-Kunsill] 96/61/KE, kif emendata bid-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 15(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u lanqas mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ma jirriżulta li, fid-determinazzjoni tal-kwantità annwali massima ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra, il-Kummissjoni Ewropea eskludiet emissjonijiet oħra minbarra dawk li huma imputabbli lill-ġeneraturi tal-elettriku.

2)

L-eżami tal-punt (b) tat-tielet domanda ma żvela ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikolu 15(3) tad-Deċiżjoni 2011/278.

3)

L-eżami tar-raba’ domanda ma żvela ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(9) tad-Deċiżjoni 2011/278.

4)

L-Artikolu 4 u l-Anness II tad-Deċiżjoni 2013/448 huma invalidi.

5)

L-effetti tad-dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-Artikolu 4 u tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2013/488 għandhom jiġu limitati ratione temporis, minn naħa, b’tali mod li din id-dikjarazzjoni jkollha effett biss meta jintemm perijodu ta’ għaxar xhur mid-data tal-għoti tas-sentenza tat-28 ta’ April 2016, Borealis Polyolefine et (C-191/14, C-192/14, C-295/14, C-389/14 u C-391/14 sa C-393/14, EU:C:2016:311), sabiex il-Kummissjoni Ewropea tkun tista’ tadotta l-miżuri meħtieġa u, min-naħa l-oħra, b’tali mod li l-miżuri adottati sakemm jintemm dan il-perijodu fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet invalidati ma jkunux jistgħu jiġu kkontestati.


(1)  ĠU C 311, 21.9.2015.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/19


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2016 minn 100 % Capri Italia Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-19 ta’ April 2016 fil-Kawża T-198/14 – 100 % Capri Italia vs EUIPO – IN.PRO.DI (100 % Capri)

(Kawża C-351/16 P)

(2017/C 014/24)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: 100 % Capri Italia Srl (rappreżentanti: P. Pozzi, G. Ghisletti, F. Braga, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Inghirami produzione distribuzione SpA (IN.PRO.DI)

B’digriet tal-10 ta’ Novembru 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell u ordnat lil 100 % Capri Italia Srl tbati l-ispejjeż tagħha stess.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte dei Conte (l-Italja) fit-12 ta’ Ottubru 2016 – Istituto Nazionale della Previdenza Sociale vs Francesco Faggiano

(Kawża C-524/16)

(2017/C 014/25)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte dei Conte

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Istituto Nazionale della Previdenza Sociale

Konvenut: Francesco Faggiano

Domandi preliminari

1)

Il-leġiżlazzjoni Komunitarja, stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/1971 (1), tal-14 ta’ Ġunju 1971 u bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1606/1998 (2) tad-29 ta’ Ġunju 1998, għandha tiġi interpretata fis-sens li teskludi li t-talba għal aggregazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali magħmula f’diversi skemi ta’ pensjoni, b’mod partikolari fl-Istat ta’ ċittadinanza u fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, tista’ titressaq minn persuna li diġà tirċievi pensjoni?

2)

L-Artikolu 49(1)(b)(ii) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal-leġiżlazzjoni Taljana li tipprevedi, fl-Artikolu 71 tal-Liġi Nru 388 tat-23 ta’ Diċembru 2000, li talba għal aggregazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali magħmula f’diversi skemi ta’ pensjoni, b’mod partikolari fl-Istat ta’ ċittadinanza u fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, hija limitata favur dawk li għadhom ma kisbu d-dritt għall-pensjoni fl-ebda skema ta’ sigurtà soċjali?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1606/98, tad-29 ta’ Ġunju 1998, li jemenda ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni tal-skemi tas-Sigurtà Soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 li jniżżel il-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 bil-ħsieb li jiġu estiżi sabiex ikopru skemi speċjali għal persuni fis-servizz ċivili (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5,Vol. 3, p. 308).


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Concorrência, Regulação e Supervisão (il-Portugall) fit-13 ta’ Ottubru 2016 – Meo – Serviços de Comunicações e Multimédia S.A. vs Autoridade da Concorrência

(Kawża C-525/16)

(2017/C 014/26)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Concorrência, Regulação e Supervisão

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Meo – Serviços de Comunicações e Multimédia S.A.

Konvenuta: Autoridade da Concorrência

Parti oħra: GDA – Cooperativa de Gestão dos Direitos dos Artistas Intérpretes ou Executantes, CRL

Domandi preliminari

i.

Fil-każ li jiġu pprovati jew ikun hemm indikazzjonijiet, f’kawża li tinvolvi sanzjoni, ta’ fatti relatati mal-effetti ta’ prattika ta’ tariffi diskriminatorji min-naħa ta’ impriża f’pożizzjoni dominanti fir-rigward ta’ waħda mill-impriżi li jbigħu bl-imnut u li jippreġudikawha meta mqabbla mal-kompetituri tagħha, il-kwalifika tal-aġir bħala li jiġu mqiegħda fi żvantaġġ kompetittiv skont is-subparagrafu (c) [tat-tieni paragrafu] tal-Artikolu 102 TFUE hija suġġetta għal evalwazzjoni ulterjuri tal-gravità, rilevanza jew importanza ta’ dawn l-effetti fil-pożizzjoni kompetittiva u/jew fil-kapaċità kompetittiva tal-impriża kkonċernata, b’mod partikolari fir-rigward tal-kapaċità li tiġi assimilata d-differenza tal-ispejjeż sostnuti fl-ambitu tas-servizz bl-ingrossa?

ii.

Fil-każ li jiġi pprovat jew ikun hemm indikazzjoni, f’kawża li tinvolvi sanzjoni, ta’ piż sinjifikattivament imnaqqas fl-ispejjeż sostnuti, il-profitti magħmula u l-vijabbiltà miksuba mill-impriża li tbigħ bl-imnut ikkonċernata, li jirriżulta minn prattika ta’ tariffi diskriminatorji min-naħa ta’ impriża f’pożizzjoni dominanti, l-interpretazzjoni skont is-subparagrafu (c) [tat-tieni paragrafu] tal-Artikolu 102 TFUE u l-ġurisprudenza tas-sentenzi British Airways (1) u Clearstream (2) hija kompatibbli ma’ deċiżjoni li tikkonkludi li ma jeżistux indikazzjonijiet ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti u ta’ prattiki pprojbiti?

iii.

Jew, għall-kuntrarju, dan ma huwiex suffiċjenti sabiex tiġi eskluża l-kwalifika tal-aġir bħala abbuż minn pożizzjoni dominanti u bħala prattika pprojbita skont is-subparagrafu (c) [tat-tieni paragrafu] tal-Artikolu 102 TFUE, fejn huwa rilevanti biss għall-konstatazzjoni tal-ammont ta’ responsabbiltà jew tas-sanzjoni tal-impriża li twettaq il-ksur?

iv.

Il-frażi li jiġu mqiegħda fi żvantaġġ kompetittiv tas-subparagrafu (c) [tat-tieni paragrafu] tal-Artikolu 102 TFUE għandha tiġi interpretata fis-sens li tikkorrispondi mar-rekwiżit li l-vantaġġ li jirriżulta skont id-diskriminazzjoni għandu jikkorrispondi, min-naħa tiegħu, għal perċentwali minima tal-istruttura tal-ispejjeż tal-impriża kkonċernata?

v.

Il-frażi li jiġu mqiegħda fi żvantaġġ kompetittiv tas-subparagrafu (c) [tat-tieni paragrafu] tal-Artikolu 102 TFUE għandha tiġi interpretata fis-sens li tikkorrispondi mar-rekwiżit li l-vantaġġ li jirriżulta skont id-diskriminazzjoni għandu jikkorrispondi, min-naħa tiegħu, għal differenza minima bejn l-ispejjeż medji sostnuti mill-impriżi kompetituri fis-servizz bl-ingrossa inkwistjoni?

vi.

Il-frażi li jiġu mqiegħda fi żvantaġġ kompetittiv tas-subparagrafu (c) [tat-tieni paragrafu] tal-Artikolu 102 TFUE tista’ tiġi interpretata fis-sens li tikkorrispondi mar-rekwiżit li l-vantaġġ li jirriżulta skont id-diskriminazzjoni għandu jikkorrispondi, fil-kuntest tas-suq u tas-servizzi inkwistjoni, ma valuri superjuri għad-differenzi indikati fit-tabelli 5, 6 u 7 imsemmija u għall-finijiet tal-kwalifika tal-aġir bħala prattika pprojbita?

vii.

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal waħda mid-domandi (iv) sa (vi), kif għandu jiġi ddefinit dan il-limitu minimu ta’ rilevanza tal-iżvantaġġ fir-rigward tal-istruttura ta’ spejjeż jew tal-ispejjeż medji sostnuti mill-impriżi kompetituri fis-servizz bl-imnut inkwistjoni?

viii.

Fil-mument li dan il-limitu minimu jiġi ddefinit, il-fatt li dan ta’ kull sena ma jintlaħaqx jippermetti li tiġi eskluża l-preżunzjoni tas-sentenza Clearstream li għandu jitqies li “l-applikazzjoni fir-rigward ta’ parti oħra ta’ prezzijiet differenti għal servizzi ekwivalenti, u dan b’mod kontinwu matul ħames snin u minn impriża li għandha monopolju fis-suq upstream, ma tistax ma tipproduċix żvantaġġ kompetittiv għal din l-istess parti”? (3)


(1)  C-95/04 P, EU:C:2007:166.

(2)  C-301/04, EU:T:2009:317.

(3)  Punti 194 u 195.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/21


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-526/16)

(2017/C 014/27)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Owsiany-Hornung u C. Zadra)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tikkonstata li, billi eskludiet mill-proċedura ta’ eżami tan-neċessità li titwettaq stima tal-effetti fuq l-ambjent il-proġetti ta’ tfittxija jew ta’ riċerka ta’ depożiti minerali, imwettqa permezz ta’ tħaffir sa fond ta’ 5 000 metru – bl-eċċezzjoni tat-tħaffir f’żoni ta’ estrazzjoni tal-ilma, fiż-żoni protetti ta’ ilmijiet interni u f’żoni ta’ protezzjoni ambjentali fil-forma ta’ parks nazzjonali, riżervi tan-natura, żoni ta’ pajsaġġi u “Natura 2000” kif ukoll fiż-żoni ta’ protezzjoni u żoni barra minn żoni protetti, fejn għall-proċedura ta’ eżami tan-neċessità li titwettaq stima tal-effetti fuq l-ambjent huwa suġġett it-tħaffir ta’ fond minn 1 000 metru sussegwentement għall-iffissar ta’ limitu ta’ tħaffir li kien lokalizzat barra miż-żoni ta’ estrazzjoni tal-ilma, miż-żoni protetti ta’ ilmijiet interni u mid-diversi żoni ta’ protezzoni ambjentali invokati kif ukoll żoni barra minn żoni protetti, li kien jikkostitwixxi rekwiżit għall-proċedura inkwistjoni, billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-kriterji ta’ selezzjoni rilevanti kollha, elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2011/92, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (1), ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 4(2) u (3) tad-Direttiva 2011/92;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni ssostni li r-Repubblika tal-Polonja kisret l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 4(2) u (3) tad-Direttiva 2001/191 flimkien mal-Anness II u III tagħha.

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2011/92 jobbliga lill-Istati Membri, li jixtiequ “jiżguraw li, qabel ma jingħata l-kunsens, il-proġetti li x’aktarx ikun sejjer ikollhom impatt sinifikanti fuq l-ambjent bis-saħħa, fost ħwejjeġ oħra, tan-natura, id-daqs u l-lokalizzazzjoni tagħhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit li jkun hemm kunsens għall-iżvilupp u stima rigward l-effetti tagħhom”.

Skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2011/92, l-Istati Membri jistabbilixxu, abbażi ta’ eżami każ b’każ jew abbażi ta’ livelli jew kriterji stabbiliti minnhom (jiġifieri, fil-kuntest tal-“iscreening”), jekk proġett, li jaqa’ taħt l-Anness II ta’ din id-direttiva, għandux jiġi suġġett għal evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent.

Skont l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2011/92, fl-iffissar tal-kriterji jew limiti għal dan l-“iscreening”, “għandhom jitqiesu l-kriterji tal-għażla rilevanti stabbiliti fl-Anness III”.

Tħaffir għal riċerka u tfittxija ta’ depożiti minerali jaqa’ taħt l-Anness II tad-Direttiva 2011/92, peress li jiġi kklassifikat bħala “[t]ħaffir fil-fond bil-berrini” fis-sens tal-punt 2(d) ta’ dan l-anness.

Dawn huma proġetti li ma jistgħux jitqiesu, abbażi ta’evalwazzjoni globali, bħala mingħajr effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent.

L-Istati Membri huma obbligati li jirreferu tali proġetti għall-“iscreening” billi japplikaw il-kriterji essenzjali li jinsabu fl-Anness III tad-Direttiva 2011/92.

Madankollu, il-miżuri tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, li permezz tagħhom id-Direttiva 2011/92 kienet ġiet trasposta, jeskludu l-proġetti dwar tfittxija u riċerka ta’ depożiti minerali permezz ta’ tħaffir sa fond ta’ 5 000 metru mill-proċedura ta’ “screening” (bl-eċċezzjoni ta’ tħaffir fl-hekk imsejħa “żoni sensittivi” jiġfieri żoni ta’ estrazzjoni tal-ilma, fiż-żoni protetti ta’ ilmijiet interni u f’żoni ta’ protezzjoni ambjentali fil-forma ta’ parks nazzjonali, riżervi tan-natura, żoni ta’ pajsaġġi u “Natura 2000” kif ukoll żoni ta’ protezzjoni u żoni barra minn żoni protetti, fejn it-tħaffir minn fond ta’ 1 000 metru huwa suġġett għall-proċedura ta’ “screening”.

Madankollu, dan għandu essenzjalment l-effett li jeskludi mill-proċedura ta’ “screening” il-maġġoranza predominanti tat-tħaffir għal riċerka u tfittxija ta’ depożiti minerali, li jinsabu barra miż-“żoni sensittivi”.

Din l-esklużjoni, mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazjoni l-kriterji essenzjali kollha li jinsabu taħt l-Anness III tad-Direttiva 2011/92, fil-fehma tal-Kummissjoni, tikser l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 4(2) u (3) tad-Direttiva 2011/92, flimkien mal-Annessi II u III ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU L 26, p. 1.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-14 ta’ Ottubru 2016 – Salzburger Gebietskrankenkasse, Bundesminister für Arbeit, Soziales und Konsumentenschutz

(Kawża C-527/16)

(2017/C 014/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Salzburger Gebietskrankenkasse, Bundesminister für Arbeit, Soziales und Konsumentenschutz

Partijiet oħra: Alpenrind GmbH, Martin-Meat Szolgáltató és Kereskedelmi Kft, Martimpex-Meat Kft, Pensionsversicherungsanstalt, Allgemeine Unfallversicherungs-anstalt

Domandi preliminari

1)

L-effett vinkolanti tad-dokumenti fis-sens tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (1), iddefinit mill-Artikolu 5 tal-istess regolament, japplika wkoll fi proċedura quddiem qorti fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE?

2)

Jekk l-ewwel domanda ma tingħatax risposta fin-negattiv:

a)

dan l-effett vinkolanti japplika wkoll meta proċedura preċedenti quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali la wasslet għal ftehim u lanqas għal irtirar tad-dokumenti kontenzjużi?

b)

dan l-effett vinkolanti japplika wkoll meta dokument “A 1” ikun inħareġ biss wara li l-Istat Membru ospitanti jkun stabbilixxa uffiċjalment l-issuġġettar għall-assigurazzjoni obbligatorja taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu? F’dawn il-każijiet, l-effett vinkolanti japplika wkoll b’mod retroattiv?

3)

Jekk, f’ċirkustanzi partikolari, l-effett vinkolanti ta’ dokumenti previsti fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 huwa limitat:

Il-projbizzjoni ta’ sostituzzjoni stabbilita fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 hija miksura meta s-sostituzzjoni ssir fil-forma ta’ kollokament magħmul mhux mill-istess persuna li timpjega iżda minn persuna oħra li timpjega? F’dan ir-rigward, huwa rilevanti:

a)

jekk din il-persuna li timpjega għandha s-sede tagħha fl-istess Stat Membru bħall-ewwel persuna li timpjga, jew

b)

jekk, bejn l-ewwel u t-tieni persuna li timpjega li tagħmel il-kollokament, jeżisti rbit personali jew irbit ta’ organizzazzjoni?


(1)  ĠU L 284, p. 1.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-17 ta’ Ottubru 2016 – Confédération paysanne, Réseau Semences Paysannes, Les Amis de la Terre France, Collectif Vigilance OGM et Pesticides 16, Vigilance OG2M, CSFV 49, OGM: dangers, Vigilance OGM 33, Fédération Nature et Progrès vs Premier ministre, Ministre de l’agriculture, de l’agroalimentaire et de la forêt

(Kawża C-528/16)

(2017/C 014/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Confédération paysanne, Réseau Semences Paysannes, Les Amis de la Terre France, Collectif vigilance OGM et Pesticides 16, Vigilance OG2M, CSFV 49, OGM: dangers, Vigilance OGM 33, Fédération Nature et Progrès

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’agriculture, de l’agroalimentaire et de la forêt

Domandi preliminari

1)

L-organiżmi miksuba permezz ta’ mutagenesis jikkostitwixxu organiżmi mmodifikati ġenetikament fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/18/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 (1), anki jekk huma eżentati skont l-Artikolu 3 u l-Anness I B tad-Direttiva mill-obbligi imposti għar-rilaxx u għat-tqegħid fis-suq ta’ organiżmi mmodifikati ġenetikament? B’mod partikolari, it-tekniki ta’ mutagenesis, b’mod partikolari t-tekniki ġodda ta’ mutagenesis diretti li jimplementaw proċessi ta’ inġinerija ġenetika, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala tekniki elenkati fl-Anness I A, li jagħmel riferiment għalih l-Artikolu 2? Għaldaqstant, l-Artikoli 2 u 3 u l-Annessi I A u I B tad-Direttiva 2001/18 tat-12 ta’ Marzu 2001 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeżentaw mill-miżuri ta’ prekawzjoni, ta’ evalwazzjoni tal-effetti u ta’ traċċabbiltà lill-organiżmi u liż-żerriegħa kollha li huma ġenetikament mmodifikati miksuba permezz ta’ mutagenesis, jew biss lill-organiżmi miksuba permezz tal-metodi konvenzjonali ta’ mutagenesis każwali permezz ta’ raġġi ionizzanti jew permezz ta’ esposizzjoni għal sustanzi kimiċi mutaġeniċi li kienu jeżistu preċedentement għall-adozzjoni ta’ dawn ir-regoli?

2)

Il-varjetajiet miksuba permezz ta’ mutagenesis jikkostitiwixxu varjetajiet ġenetikament mmodifikati fis-sens tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/53/KE, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (2), li ma humiex eżentati mill-obbligi previsti minn din id-direttiva? Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva huwa, għall-kuntrarju, identiku għal dak li jirriżulta mill-Artikoli 2 u 3 u mill-Anness I B tad-Direttiva tat-12 ta’ Marzu 2001, u jeżenta wkoll lill-varjetajiet miksuba permezz tal-mutagenesis mill-obbligi previsti mid-Direttiva tat-13 ta’ Ġunju 2002 fir-rigward tal-inklużjoni ta’ varjetajiet ġenetikament mmodifikati fil-katalgu komuni tal-ispeċijiet ta’ pjanti agrikoli?

3)

L-Artikoli 2 u 3 u l-Anness I B tad-Direttiva 2001/18/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament, jikkostitwixxu, sa fejn jeskludu il-mutagenesis mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi previsti mid-Direttiva, miżura ta’ armonizzazzjoni sħiħa li tipprojbixxi lill-Istati Membri milli jissuġġettaw l-organiżmi miksuba permezz tal-mutagenesis għall-osservanza, sħiħa jew parzjali, tal-obbligi previsti mid-Direttiva jew ta’ kwalunkwe obbligu ieħor, jew l-Istati Membri għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom, fir-rigward tat-traspożizzjoni tagħhom, setgħa diskrezzjonali sabiex jiddefinixxu s-sistema li tista’ tiġi applikata għall-organiżmi miksuba permezz ta’ mutagenesis?

4)

Sa fejn id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2 u 3 u tal-Annessi I A u I B tad-Direttiva 2001/18/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 fir-rigward tal-prinċipju ta’ prekawzjoni ggarantit mill-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma jissuġġettawx l-organiżmi mmodifikati ġenetikament miksuba permezz tal-mutagenesis għal miżuri ta’ prekawzjoni, ta’ evalwazzjoni tal-effetti u ta’ traċċabbiltà, il-validità tagħhom tista’ tiġi kkontestata billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-evoluzzjoni tal-proċessi ta’ inġinerija ġenetika, il-ħolqien ta’ varjetajiet ġodda ta’ pjanti miksuba b’riżultat ta’ dawn it-tekniċi u l-inċertezzi xjentifiċi attwali dwar l-effetti tagħhom u dwar ir-riskji potenzjali għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, li jirriżultaw minn dan?


(1)  Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 77).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 36, p. 281).


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/24


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-530/16)

(2017/C 014/30)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u J. Hottiaux)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tikkonstata li, billi ma ħaditx il-miżuri neċessarji sabiex tiggarantixxi l-indipendenza tal-awtorità tas-sigurtà fil-konfront tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija, tal-managers tal-infrastruttura, tal-applikanti għal ċertifikazzjoni u tal-entitajiet kontraenti, u

billi ma ħaditx il-miżuri neċessarji sabiex tiggarantixxi l-indipendenza tal- entità investigattiva fir-rigward tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u tal-managers tal-infrastruttura,

ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 16(1) u taħt l-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (1);

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tikkritika lir-Repubblika tal-Polonja li ma ttrasponietx korrettament fil-leġiżlazzjoni Pollakka l-prinċipju tal-indipendenza tal-entità investigattiva (jiġifieri l-Państwowa Komisja Badania Wypadków Kolejowych; PKBWK) mill-aspett organizzattiv, legali u deċiżjonali, hekk kif meħtieġ mill-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2004/49. Il-PKBWK ma kisbitx l-istatus li kien jiggarantixxilha din l-indipendenza. Il-Kummissjoni tikkritika l-fatt li l-PKBWK tagħmel parti integrali mill-ministeru tat-trasport mingħajr ebda garanzija fir-rigward tal-indipendenza tagħha fil-konfront ta’ dan tal-aħħar u fil-konfront tal-manager tal-infrastruttura. Minbarra dan, billi l-PKBWK ma taġixxix f’isimha stess, il-ministru tat-trasport jinnomina u jirrevoka l-President tal-PKBWK, is-sostitut tiegħu, kif ukoll is-segretarju u l-membri permanenti u mhux permanenti tiegħu. Minbarra dan, il-ministru tat-trasport ma għamilx għad-dispożizzjoni tal-PKBWK, permezz ta’ sistema applikabbli, mezzi adegwati li jippermettu lil dan l-organu li jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu.

Il-Kummissjoni tikkritika wkoll lir-Repubblika tal-Polonja bl-implementazzjoni żbaljata tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2004/49/KE sa fejn hija ma ggarantixxietx l-indipendenza tal-awtorità tas-sigurtà (jiġifieri l-Przezes Urzędu Transportu Kolejowego) mill-perspettiva organizzattiva, legali u deċiżjonali fil-konfront tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija, tal-managers tal-infrastruttura, tal-applikanti għal ċertifikazzjoni u tal-entitajiet kontraenti.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 227.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Iżvezja) fis- 26 ta’ Ottubru 2016 — Länsförsäkringar Sak Försäkringsaktiebolag et vs Suċċessjoni ta’ Ingvar Mattsson, Länsförsäkringar Sak Försäkringsaktiebolag

(Kawża C-542/16)

(2017/C 014/31)

Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Länsförsäkringar Sak Försäkringsaktiebolag, Jan-Herik Strobel, Mona Strobel, Margareta Nilsson, Per Nilsson, Kent Danås, Dödsboet efter Tommy Jönsson, Stefan Pramryd, Stefan Ingemansson, Lars Persson, Magnus Persson, Anne-Charlotte Wickström, Peter Nilsson, Ingela Landau, Thomas Landau, Britt-Inger Ruth Romare, Gertrud Andersson, Eva Andersson, Rolf Andersson, Lisa Bergström, Bo Sörensson, Christina Sörensson, Kaj Wirenkook, Lena Bergquist Johansson, Agneta Danås, Hans Eriksson, Christina Forsberg, Christina Danielsson, Per-Olof Danielsson, Ann-Christin Jönsson, Åke Jönsson, Stefan Lindgren, Daniel Röme, Ulla Nilsson, suċċessjoni ta’ Leif Göran Erik Nilsson

Konvenuti: Suċċessjoni ta’ Ingvar Mattsson, Länsförsäkringar Sak Försäkringsaktiebolag

Domandi preliminari

1)

(a)

Id-Direttiva 2002/92 (1) tkopri attività fejn intermedjarju fl-assigurazzjoni ma kellu l-ebda intenzjoni li jikkonkludi kuntratt ta’ assigurazzjoni reali? Huwa rilevanti jekk din l-intenzjoni kienet assenti qabel ma bdiet l-attività jew bdiet teżisti biss sussegwentement?

(b)

Fis-sitwazzjoni prevista fid-domanda 1(a), huwa rilevanti jekk l-intermedjarju wettaqx ukoll attività ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni xierqa flimkien ma’ attività fittizja?

(ċ)

Fis-sitwazzjoni prevista fid-domanda 1(a) ukoll, huwa rilevanti li l-attività dehret, prima facie, lill-klijent bħala xogħol preparatorju għall-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni? Il-fehma tal-klijent, kemm jekk fondata jew infondata, ta’ jekk kinitx involuta l-medjazzjoni fl-assigurazzjoni, hija ta’ xi rilevanza?

2)

(a)

Id-Direttiva 2002/92 tirregola l-pariri, ekonomiċi jew mod ieħor, mogħtija b’konnessjoni mal-medjazzjoni fl-assigurazzjoni iżda li bħala tali ma jikkonċernawx l-iffirmar attwali jew il-kontinwazzjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni? F’dan ir-rigward, x’japplika, b’mod partikolari, fir-rigward ta’ pariri dwar it-tqegħid tal-kapital fil-kuntest ta’ assigurazzjoni ta’ kapital?

(b)

Il-pariri msemmija fid-domanda 2(a), fejn, b’definizzjoni, jikkostitwixxu pariri dwar l-investiment skont id-Direttiva 2004/39 (2), huma wkoll jew minflok koperti mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva? Jekk dawn il-pariri huma koperti wkoll mid-Direttiva 2004/39, sett ta’ regoli wieħed jieħu preċedenza fuq l-ieħor?


(1)  Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament u tal-Kunsill Ewropew, tad-9 ta’ Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6 Vol. 4, p. 330).

(2)  Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 263).


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (Ir-Renju Unit) fit-28 ta’ Ottubru 2016 – Marcandi Limited, trading as “Madbid” v Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-544/16)

(2017/C 014/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marcandi Limited, trading as “Madbid”

Konvenuti: Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs

Domandi preliminari

1.

Fuq l-interpretazzjoni korretta tal-Artikoli 2(1), 24, 62, 63, 65, u 73 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, u f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali:

a)

Il-ħruġ ta’ krediti lill-utenti, minn Madbid, taħt ħlas bi flus, huwa:

i.

“tranżazzjoni preliminari” li taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2(1), tat-tip identifikat mill-Qorti tal-Ġustizzja f’MacDonald Resorts Ltd vs Revenue and Customs Commissioners (C-270/09) Ġabra I-13179 ECLI:EU:C:2010:780, fil-punti 23-42; jew

ii.

provvista ta’ servizzi minn Madbid li taqa’ taħt l-Artikolu 2(1)(c), li huwa l-għoti ta’ dritt li wieħed jipparteċipa f’bejgħ bl-irkant online;

b)

Jekk id-dritt li wieħed jipparteċipa f’bejgħ bl-irkant online huwa provvista ta’ servizzi minn Madbid, din hija provvista li ssir “bi ħlas” fis-sens tal-Artikolu 2(1)(c), li huwa l-ħlas għalih (i.e. il-flus irċevuti minn Madbid minn utent bħala korrispettiv għal krediti);

c)

Ir-risposta għal (b) tkun differenti jekk il-ħlas għall-krediti jagħti wkoll id-dritt lill-utent jikseb merkanzija tal-istess valur fil-każ li l-utent ma jirnexxiex fil-bejgħ fl-irkant;

d)

jekk Madbid ma tipprovdix servizzi bi ħlas meta tagħti krediti lill-utenti tagħha bħala korrispettiv għal ħlas bi flus, twettaq din il-provvista f’xi ħin ieħor;

u liema prinċipji għandhom jiġu applikati sabiex jiġu ddeterminati r-risposti għal dawn id-domandi?

2.

Fuq l-nterpretazzjoni korretta tal-Artikoli 2(1), 14, 62, 63, 65, 73 u 79(b) tad- Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, liema, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, huwa l-ħlas miksub minn Madbid bħala korrispettiv tal-provvista ta’ merkanzija li twettaq lill-utenti, għall-finijiet tal-Artikoli 2(1)(a) u 73? B’mod partikolari, u meta tittieħed inkunsiderazzjoni r-risposta għad-Domanda 1:

a)

Il-flus imħallas minn utent lil Madbid għal krediti huwa “ħlas…akkont” għall-provvista ta’ merkanzija taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 65, b’mod li l-VAT trid “tiġi imposta” meta jiġi rċevut il-ħlas, u b’mod li l-ħlas irċevut minn Madbid mill-utent isir ħlas għall-provvista ta’ merkanzija;

b)

Jekk utent jixtri merkanzija permezz tal-faċilitajiet ta’ Xiri Immedjat jew Skont Miksub, il-valur tal-krediti użati sabiex jiġu ppreżentati offerti f’bejgħ bl-irkant u, fejn l-offerta ma tirnexxix, ikollha l-effett li toħloq Skont Miksub jew li tnaqqas il-prezz ta’ Xiri Immedjat, huwa:

i.

“roħs fil-prezzijiet” fis-sens tal-Artikolu 79(b), b’mod li l-ħlas għall-provvista ta’ merkanzija ta’ Madbid ikun il-flus li jkun fil-verità tħallas lil Madbid mill-utent fil-mument tax-xiri tal-merkanzija u xejn iktar; jew

ii.

parti mill-ħlas għall-provvista ta’ merkanzija, b’mod li l-ħlas għall-provvista ta’ merkanzija ta’ Madbid jinkludi kemm il-flus imħallas lil Madbid mill-utent fil-mument tax-xiri tal-merkanzija kif ukoll il-flus imħallas mill-utent għal krediti użati fl-offerti li ma jirnexxux f’bejgħ bl-irkant;

c)

jekk utent jeżerċita d-dritt li jixtri merkanzija wara li jirbaħ bejgħ bl-irkant online, il-ħlas għall-provvista ta’ din il-merkanzija huwa l-prezz rebbieħ tal-irkant indikat (flimkien mal-ispejjeż postali u amministrattivi) u xejn iktar, jew jinkludi wkoll il-valur tal-krediti li r-rebbieħ ikun uża sabiex jagħmel offerta f’dak l-irkant bħala parti mill-ħlas għall-provvista tal-merkanzija minn Madbid lill-utent;

jew liema prinċipji għandhom jiġu applikati sabiex tiġi ddeterminata r-risposta għal dawn id-domandi?

3.

Meta żewġ Stati Membri jittrattaw tranżazzjoni b’mod differenti għall-finijiet tal-VAT, sa fejn għandhom il-qrati ta’ wieħed minn dawn l-Istati Membri jieħdu inkunsiderazzjoni, meta jinterpretaw id-dispożizzjonijet rilevanti tad-dritt tal-UE u d-dritt nazzjonali, il-bżonn ta’ ħelsien:

a)

mit-taxxa doppja tat-tranżazzjoni; u/jew

b)

in-nuqqas ta’ tassazzjoni tat-tranżazzjoni;

u liema rilevanza għandu fuq din il-kwistjoni l-prinċipju ta’ newtralità fiskali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, ĠU L 347, p. 1


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (Ir-Renju Unit) fit-28 ta’ Ottubru 2016 – Kubota (UK) Limited, EP Barrus Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-545/16)

(2017/C 014/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kubota (UK) Limited, EP Barrus Limited

Konvenut: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/221 (1) dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda huwa invalidu sa fejn huwa jikklassifika l-vetturi speċifikati fir-Regolament taħt il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) 8704 21 91 u mhux il-kodiċi tan-NM 8704 10?

2)

B’mod partikolari, ir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/221 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda huwa invalidu sa fejn huwa: jirrestrinġi indebitament l-ambitu tas-subintestatura 8704-10; jieħu inkunsiderazzjoni fatturi inammissibbli; huwa intrinsikament inkonsistenti; ma jiħux inkunsiderazzjoni b’mod xieraq in-noti ta’ spjega, tal-intestaturi tan-NM u tar-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM; u/jew ma jiħux inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti rilevanti identifikati mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-intestatura 8704 10 tan-NM?


(1)  Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/221, tal-10 ta’ Frar 2015, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 37, p. 1).


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/28


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2016 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-386/14, Fih Holding u Fih Erhversbank vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-579/16 P)

(2017/C 014/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, K. Blanck-Putz, A. Bouchagiar, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: FIH Holding A/S, FIH Erhversbank A/S

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħtija fil-15 ta’ Settembru 2016, innotifikata lill-Kummissjoni fis-16 ta’ Settembru 2016, fil-Kawża T-386/14, Fih Holding u Fih Erhversbank vs Il-Kummissjoni;

tiddeċiedi hija stess dwar ir-rikors fl-ewwel istanza u tiċħdu bħala infondat fid-dritt; u

tikkundanna lill-partijiet l-oħra, rikorrenti fl-ewwel istanza, għall-ispejjeż.

Sussidjarjament, l-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħtija fil-15 ta’ Settembru 2016, innotifikata lill-Kummissjoni fis-16 ta’ Settembru 2016, fil-Kawża T-386/14, Fih Holding u Fih Erhversbank vs Il-Kummissjoni;

tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex teżamina t-tieni motiv fl-ewwel istanza; u

tirriżerva l-ispejjeż tal-proċedura fl-ewwel istanza u tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonkludiet li, sabiex tistabbilixxi li l-miżuri tal-2012 kienu jinkludu għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni kien messha applikat il-kriterju tal-kreditur f’ekonomija tas-suq fid-dawl tal-ispejjeż li d-Danimarka kienet iġġarrab kieku ma adottatx dawn il-miżuri. Din il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali tikkostitwixxi żball ta’ liġi, peress li l-ispejjeż inkwistjoni huma konsegwenza diretta tal-għajnuna mill-Istat mogħtija preċedentement mid-Danimarka lil FIH, u minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-Kummissjoni ma tistax tieħu inkunsiderazzjoni tali spejjeż meta tivverifika jekk Stat Membru aġixxiex bħalma kien jagħmel operatur f’ekonomija tas-suq.


Il-Qorti Ġenerali

16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2016 – Ipatau vs Il-Kunsill

(Kawża T-694/13 u T-2/15) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ tranżitu fit-territorju tal-Unjoni - Żamma tal-isem tar-rikorrent fil-lista tal-persuni kkonċernati - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità”))

(2017/C 014/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Vadzim Ipatau (Minsk, il-Belarussja) (rappreżentanti: M. Michalauskas, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert u B. Driessen, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċizjoni tal-Kunsill 2013/534/PESK, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li temenda d-Deċizjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU 2013, L 288, p. 69), tar-Regolament tal-Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1054/2013, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU 2013, L 288, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/750/PESK, tat-30 ta’ Ottubru 2014, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU 2014, L 311, p. 39), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1159/2014, tat-30 ta’ Ottubru 2014, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU 2014, L 311, p. 2), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Vadzim Ipatau huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 93, 29.3.2014.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2016 – Alsteens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-328/15 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Tiġdid tal-kuntratt - Limitazzjoni tat-tul tat-tiġdid tal-kuntratt - Drittijiet tad-difiża”))

(2017/C 014/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Geoffroy Alsteens (Marcinelle, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall, G. Berscheid u T. Bohr, sussegwentement G. Berscheid u T. Bohr, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-21 ta’ April 2015, Alsteens vs Il-Kummissjoni (F-87/12 RENV, EU:F:2015:31), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-21 ta’ April 2015, Alsteens vs Il-Kummissjoni (F-87/12 RENV, EU:F:2015:31), hija annullata peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad l-ewwel u t-tielet motiv għall-annullament invokati fl-ewwel istanza kif ukoll it-talba għal danni.

2)

L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà invokata mill-Kummissjoni quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku hija miċħuda.

3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Novembru 2011 hija annullata, sa fejn din tillimita ż-żmien tal-estensjoni tal-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju ta’ Geoffroy Alsteens għall-31 ta’ Marzu 2012.

4)

Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem awla tal-Qorti Ġenerali differenti minn dik li ddeċidiet dan l-appell sabiex tiddeċiedi fuq it-talbiet għad-danni ta’ G. Alsteens.

5)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2015.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2016 – CG vs EUIPO – Perry Ellis International Group (P PRO PLAYER)

(Kawża T-349/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva P PRO PLAYER - Trade marks tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali figurattivi preċedenti P u P PROTECTIVE - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 014/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CG Verwaltungsgesellschaft mbH (Gevelsberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Körber, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Stoyanova-Valchanova u M. Fischer, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Perry Ellis International Group Holdings Ltd (Nassau, il-Baħamas) (rappreżentanti: O. Günzel u V. Ahmann, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-28 ta’ April 2015 (Każ R 2439/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Perry Ellis International Group Holdings u CG Verwaltungsgesellschaft.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CG Verwaltungsgesellschaft mbH hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea u ta’ Perry Ellis International Group Holdings Ltd.


(1)  ĠU C 294, 7.9.2015.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2016 – SeNaPro vs EUIPO – Paltentaler Splitt & Marmorwerke (Dolokorn)

(Kawża T-769/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Dolokorn - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti DOLOPUR - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 014/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: SeNaPro GmbH (Pommelsbrunn, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Schröder, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Strittmatter u A. Folliard–Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Paltentaler Splitt & Marmorwerke GmbH (Rottenmann, l-Awstrija) (rappreżentant: O. Ofner, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Apell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 2643/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Paltentaler Splitt & Marmorwerke u SeNaPro.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

SeNaPro GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 78, 29.2.2016.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2016 – Apocoa Parking Holdings vs EUIPO (PARKWAY)

(Kawżi magħquda T-268/15 u T-272/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjonijiet għal trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattiva u verbali PARKWAY - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])

(2017/C 014/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Apcoa Parking Holdings GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Lohmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. Kunz, aġent)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Marzu 2016 (Każijiet R 2063/2014-4 u R 2062/2014-4), dwar l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tas-sinjali figurattiv u verbali PARKWAY bħala trade marks tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Les recours sont rejetés.

2)

Apcoa Parking Holdings GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2016 – Vitra Collections vs EUIPO – Consorzio Origini (Forma ta’ siġġu)

(Kawża T-455/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2017/C 014/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vitra Collections AG (Muttenz, l-Isvizzera) (rappreżentanti: V. Von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Bullock, sussegwentement D. Hanf, u finalment D. Hanf u S. Bonne, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Consorzio Origini per l’Internazionalizzazione (Firenze, l-Italja) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-18 ta’ Marzu 2015 (Każ R 664/2011-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Consorzio Origini u Vitra Collections AG.

Dispożittiv

1)

Ma fadalx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Vitra Collections AG u Consorzio Origini per I’Internazionalizzazione huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 320, 28.9.2015.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2016 – Jenkinson vs Il-Kunsill et

(Kawża T-602/15) (1)

((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Persunal tal-missjonijiet internazzjonali tal-Unjoni - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi - Talba għad-danni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni - Inammissibbiltà manifesta”))

(2017/C 014/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Liam Jenkinson (Killarney, l-Irlanda) (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u M. Bishop, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u S. Bartelt, aġenti), Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt, E. Chaboureau u G. Pasqualetti, aġenti), Eulex Kosovo (rappreżentanti: D. Fouquet u E. Raoult, avukati)

Suġġett

Prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE intiża, minn naħa, sabiex ir-relazzjoni kuntrattwali tar-rikorrent tiġi kklassifikata mill-ġdid f’kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat u sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li ġarrab ir-rikorrent minħabba l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ xogħol suċċessivi għal żmien determinat u tkeċċija inġusta u, min-naħa l-oħra, sabiex jiġi ddikjarat li l-Kunsill, il-Kummissjoni u s-SEAE ittrattaw lir-rikorrent b’ mod diskriminatorju u sabiex konsegwentement jiġu kkundannati għall-kumpens u, sussidjarjament, talba bbażata fuq ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-istituzzjonijiet Ewropej.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Liam Jenkinson huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 90, 7.3.2016.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2016 – Cyprus Turkish Chamber of Industry et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-41/16) (1)

((“Rikors għal annullament - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta ‘Halloumi’ jew ‘Hellim’ - Ittra tal-Kummissjoni dwar il-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni dwar il-proċedura ta’ reġistrazzjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))

(2017/C 014/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cyprus Turkish Chamber of Industry (Nikosija, Ċipru), Animal Breeders and Producers Association (Nikosija), Milk and Oil Products Production and Marketing Cooperative Ltd (Nikosija), Süt Urünleri İmalatçulari Birliği Milk Processors Association (Nikosija), Fatma Garanti (Güzelyurt) (rappreżentanti: B. O’Connor, solicitor, S. Gubel u E. Bertolotto, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lewis, P. Aalto u J. Guillem Carrau, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u l-annullament ta’ żewġ ittri tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Novembru 2015 [Ref.Ares (2015) 5171539] u tal-15 ta’ Jannar 2016 [Ref.Ares (2016) 220922] li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni dwar il-proċedura ta’ reġistrazzjoni tal-ġobon imsejjaħ “halloumi/hellim” bħala denominazzjoni ta’ oriġini protetta.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa mċiħud.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tal-Parlament Ewropew u tar-Repubblika ta’ Ċipru.

3)

Cyprus Turkish Chamber of Industry, Animal Breeders and Producers Association, Milk and Oil Products Production and Marketing Cooperative Ltd, Süt Urünleri İmalatçulari Birliği Milk Processors Association u Mme Fatma Garanti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

4)

Cyprus Turkish Chamber of Industry, Animal Breeders and Producers Association, Milk and Oil Products Production and Marketing Cooperative, Süt Urünleri İmalatçulari Birliği Milk Processors Association, Fatma Garanti, il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament u r-Repubblika ta’ Ċipru għandhom ibatu kull iwħed u waħda minnhom l-ispejjez rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 118, 4.4.2016.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2016 – Port autonome de Centre et de l’Ouest et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-116/16) (1)

((Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Taxxa fuq il-kumpanniji - Għajnuna favur portijiet Belġjani mogħtija mill-Belġju - Ittra mill-Kummissjoni li tipproponi l-adozzjoni ta’ miżuri utli - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà))

(2017/C 014/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Port autonome du Centre et de l’Ouest SCRL (La Louvière, il-Belġju), Port autonome de Namur (Namur, il-Belġju), Port autonome de Charleroi (Charleroi, il-Belġju), Port autonome de Liège (Liège, il-Belġju), Région wallonne (il-Belġju) (rappreżentanti: J. Vanden Eynde, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Noë et B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE, intiża għall-annullament tad-deċiżjoni allegata dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38393 (2015/E) – Tassazzjoni tal-portijiet fil-Belġju, annessa mal-ittra tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Jannar 2016 u intiża li tipproponi miżuri utli lir-Renju tal-Belgju.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Il-Port autonome du Centre et de l’Ouest SCRL, il-Port autonome de Namur, il- Port autonome de Charleroi, il-Port autonome de Liège u r-Région wallonne għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 175, 17.5.2016.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/36


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2016 – The Regents of the University of California vs CPVO – Nador Cott Protection u CVVP (Tang Gold)

(Kawża T-405/16)

(2017/C 014/44)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: The Regents of the University of California (Riverside, California, l-Istati Uniti tal-Amerika) (rappreżentanti: J. Muñoz-Delgado Mérida, S. Poza Martínez, M. Esteve Sanz u J. Lissen Arbeloa, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nador Cott Protection SARL (Saint-Raphaël, Franza) u Club de Variedades Vegetales Protegidas (Valencia, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem is-CPVO

Proprjetarju tad-dritt għal protezzjoni Komunitarja tal-varjetajiet ta’ pjanti: ir-rikorrent

Dritt għal protezzjoni Komunitarja tal-varjetajiet ta’ pjanti inkwistjoni: Dritt għal protezzjoni Komunitarja tal-varjetajiet ta’ pjanti Nru EU 38924, isem ta’ varjetà: Tang Gold, speċi: Citrus reticulata Bianco

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tad-29 ta’ April 2016 fil-Każ A006/2014

Talbiet

tagħti lill-varjetà Nadorcott, sa fejn tosserva l-Karatteristika Nru 68 tal-Protokoll CPVO-TP 201/2, il-livell ta’ espressjoni “għoli ħafna” bin-Nota ta’ 9, jew sussidjarjament, il-livell ta’ espressjoni “għoli” bin-Nota 7, sabiex dan jiġi rilfess fir-Rapport dwar id-differenzi b’varjetajiet simili, li jifforma parti mid-deskrizzjoni uffiċjali tal-varjetà Tang Gold.

tirrikonoxxi l-eżistenza ta’ differenzi ċari bejn il-varjetajiet Tang Gold u Nardorcott fil-Karatteristiċi Nri 5, 6, 14, 15, 16, 37, 50, 60 u 65 tal-Protokoll CPVO-TP 201/2, fejn għalhekk tiddikjara u taqbel mar-rettifika tar-Rapport dwar id-differenzi b’varjetajiet simili, li jifforma parti mid-deskrizzjoni uffiċjali tal-varjetà Tang Gold, sabiex jiġu inklużi fih.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 57, 62, 67, 75 u 81 del Regolament Nru 2100/94.

Ksur tal-Artikolu 49 tar-Regolament Nru 874/09.

Interpretazzjoni żbaljata tar-rapport tal-IVIA intitolat “Importanza tat-tnaqqis tal-kontenut taż-żerriegħa peremzz ta’ mutaġenesi indotta”.

Indipendenza tal-Karatteristika 68 fir-rigward taċ-ċirkustanzi ambjentali.

Il-paragunabbiltà ta’ data miġjuba mill-UCR fir-rigward tan-numru ta’ żerriegħa ta’ Nadorcott.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/37


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2016 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-21 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża F-91/15, AV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-701/16 P)

(2017/C 014/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kumissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser, T. S. Bohr u C. Ehrbar, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: AV (Cadrezzate, l-Italja)

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata;

tibgħat lura l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kosposta bħala l-ewwel istanza;

tirriżerva l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji.

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq żewġ żbalji ta’ liġi li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) kien wettaq. Fl-ewwel lok, it-TSP kien annulla d-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Settembru 2014, li lill-parti l-oħra fil-proċedura tiġi applikata r-riżerva medika prevista fl-Artikolu 32 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea u li tirrifjutalha l-benefiċċju tal-allowance tal-invalidità, minkejja li l-annullament ta’ deċiżjoni għal ksur tal-prinċipju tat-terminu raġonevoli huwa biss eċċezzjoni. Fit-tieni lok, it-TSP kien bi żball qies li d-dewmien eċċessiv fit-teħid ta’ deċiżjoni seta’ jaffettwa l-kontenut stess tad-deċiżjoni. Barra minn hekk, l-appellanti tikkonstata ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward ta’ dan it-tieni aspett.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi li jirriżulta mill-fatt li, billi t-TSP kien annulla d-deċiżjoni kkontestata billi ddeċieda li t-terminu fl-iżvolġiment tal-proċeduri amministrattivi kkunsidrat eċċessiv kellu effett fuq il-kontenut stess tad-deċiżjoni, is-sentenza appellata tikser il-prinċipju tal-awtorità ta’ res judicata.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/37


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2016 – Vincenti vs EUIPO

(Kawża T-747/16)

(2017/C 014/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Guillaume Vincenti (Alicante, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-EUIPO li ma tiġix irrikonoxxuta l-invalidità totali permanenti tar-rikorrent biex jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu u li tirrifjuta li tiddikjara li r-rikorrent għandu jirtira.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenut kiser id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti tal-Persunal, jiġifieri l-Artikoli 7-9, 13, 33 u 78, kif ukoll l-Artikoli 13-16 tal-Anness VIII ta’ dawn ir-regolamenti u, b’mod partikolari, l-Artikolu 53 tar-Regolamenti tal-Persunal.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenut kiser il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba (Artikoli 41(1), 41(2)(a), (b) u (c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea), kif ukoll id-drittijiet proċedurali tar-rikorrent, billi bbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq fatti żnaturati.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenut kiser l-Artikolu 3(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Insostenn tal-motivi fuq imsemmija, ir-rikorrent jargumenta b’mod partikolari li, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Awtorità tal-Ħatra ma għandhiex setgħa diskrezzjonali fil-kuntest tal-proċedura ta’ invalidità li tirrikonoxxi jew ma tirrikonoxxix l-invalidità permanenti ta’ uffiċjali fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu, peress li d-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Invalidità hija vinkolanti u, anki fl-ipoteżi li l-Awtorità tal-Ħatra għandha setgħa diskrezzjonali fil-kuntest ta’ din il-proċedura, fil-każ tar-rikorrent, ma kienx hemm raġuni valida għan-nuqqas ta’ rikonoxximent tal-invalidità permanenti tiegħu.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/38


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2016 – Novolipetsk Steel vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-752/16)

(2017/C 014/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PAO Novolipetsk Steel (Lipetsk, ir-Russja) (rappreżentanti: B. Evtimov, avukat u D. O’Keeffe, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1328, tad-29 ta’ Lulju 2016, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Federazzjoni Russa, ippubblikat fil-ĠU L 210 tal-4 ta’ Awwissu 2016 fl-intier tiegħu sa fejn jikkonċerna r-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tad-dritt għal smigħ xieraq, inkluż id-drittijiet tad-difiża, il-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegat ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament Bażiku, tal-Artikolu 6.8 u tal-Anness II tal-ADA, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u li wettqet żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni billi kkunsidrat lir-rikorrenti bħal produttur li ma huwiex juri kooperazzjoni u billi applikat fatti li kienu disponibbli għaliha.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegat ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 3(2) u (5) tar-Regolament Bażiku (1) u tal-Artikolu 3.1 tal-ADA (2), l-iżnaturament tal-provi quddiemha u li wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni billi evalwat b’mod żbaljat l-indikaturi tal-ħsara u ma wettqitx eżami oġġettiv tal-istat tal-industrija tal-Unjoni.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni straħet biss fuq indikaturi ekonomiċi speċifiċi tal-istat tal-industrija tal-Unjoni u naqset milli tikkunsidra indikaturi ewlenin li kienu jindikaw stat differenti u iktar pożittiv tal-industrija tal-Unjoni.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-approċċ li ħadet il-Kummissjoni kien inklinat li jiffavorixxi s-sejbiet li għamlet dwar id-dannu u li jiżnatura l-provi quddiemha billi naqset milli teżamina s-swieq “ħielsa” u “magħluqa” tal-prodott ikkonċernat flimkien u dan bi ksur tad-dmir tagħha li twettaq evalwazzjoni oġġettiva skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament Bażiku.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegat ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 3(7) tar-Regolament Bażiku, peress li evalwat b’mod żbaljat ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet allegatament suġġett ta’ dumping u s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kummissjoni naqset mill-obbligu tagħha li ma tattribwixxix fatturi oħra li jikkawżaw dannu lill-importazzjonijiet allegatament suġġett ta’ dumping u li naqset milli tikkunsidra fatturi oħra li flimkien kienu kapaċi jkissru r-rabta kawżali.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni ddeterminat b’mod żbaljat il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu, bi ksur tal-Artikoli 2(9), 9(4) tar-Regolament Bażiku u bi żball manifest ta’ evalwazzjoni. B’mod partikolari, skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni ddeterminat marġni ta’ profitt mhux raġonevoli u eċċessiv għall-industrija tal-Unjoni u wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-applikazzjoni, għal skopijiet ta’ marġini ta’ ħsara, u b’analoġija, tal-aġġustament għall-bejgħ raġonevoli, għal spejjeż ġenerali u amministrattivi u għal profitt ta’ importatur mhux relatat, previst fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament Bażiku.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51).

(2)  Ftehim antidumping tad-WTO.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/39


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2016 – Severstal vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-753/16)

(2017/C 014/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PAO Severstal (Cherepovets, ir-Russja) (rappreżentanti: B. Evtimov, lawyer u D. O’Keeffe, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tanulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1328, tad-29 ta’ Lulju 2016, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw, fost l-oħrajn, mill-Federazzjoni Russa, ippubblikat fil-ĠU L 210 tal-4 ta’ Awwissu 2016, fl-intier tiegħu sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża u għall-ispejjeż ikkawżati minnha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku (1), l-Artikolu 6.8 u l-Anness II tal-Ftehim dwar l-antidumping tad-WTO (2), meta qieset li r-rikorrenti kienet produttur li ma kienx qiegħed jikkoopera kompletament u applikat fatti li kellha għad-dispożizzjoni tagħha, u wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni. Skont ir-rikorrenti, barra minn hekk, il-konsegwenzi ta’ nuqqas parzjali ta’ kooperazzjoni kienu manifestament inadegwati fid-dawl tan-nuqqasijiet limitati kkonstatati.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret id-dritt għal smigħ xieraq u d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti billi limitat l-opportunitajiet għar-rikorrenti li tiddefendi ruħha kontra l-konstatazzjonijiet magħmula kontra tagħha mill-Kummissjoni. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni effettivament ċaħdet jew injorat kull informazzjoni jew argument addizzjonali min-naħa tar-rikorrenti dwar l-istatus tagħha ta’ produttur li ma kienx qiegħed jikkoopera kompletament.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tistabbilixxi marġni ta’ dumping korrett skont l-Artikolu 2(12) tar-Regolament bażiku wara li kisret l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 2(4), wara li interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 2(9) u wara li għamlet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, u fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tagħmel paragun xieraq skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 3.1 tal-Ftehim antidumping WTO, żnaturat il-provi quddiemha u wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, billi evalwat b’mod żbaljat l-indikaturi ta’ ħsara u billi ma wettqitx eżami oġġettiv tal-istat tal-industrija tal-Unjoni. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni bbażat ruħha biss fuq ċerti indikaturi ekonomiċi tal-istat tal-industrija tal-Unjoni u injorat indikaturi prinċipali li kienu jiżvelaw li l-industrija tal-Unjoni kienet tinsab fi stat differenti u iktar pożittiv. Ir-rikorrenti targumenta wkoll li l-Kummissjoni ħadet approċċ ippreġudikat li jiffavorixxi l-konstatazzjonijiet ta’ ħsara tagħha u li jiżnatura l-provi quddiemha billi naqset milli teżamina s-swieq “ħielsa” u “limitati” tal-prodott ikkonċernat b’mod ġenerali u flimkien għall-indikaturi kollha, u għażlet li twettaq “evalwazzjoni minn tliet aspetti” li żnaturat l-evalwazzjoni globali.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku sa fejn evalwat b’mod żbaljat ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li allegatament kienu s-suġġett ta’ dumping u s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Ir-rikorrenti tallega wkoll li l-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligu tagħha li ma tattribwixxix fatturi oħra li jikkawżaw ħsara lill-importazzjonijiet li allegatament kienu s-suġġett ta’ dumping u naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni fatturi oħra li flimkien jew waħedhom setgħu jiksru r-rabta kawżali.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni ddeterminat b’mod żbaljat il-livell ta’ eżami tal-ħsara, kisret l-Artikoli 2(9) u 9(4) tar-Regolament bażiku u wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni. B’mod partikolari, skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni ddeterminat marġni ta’ profitt mhux raġonevoli u eċċessiv għall-industrija tal-Unjoni u wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta applikat, għall-finijiet tal-marġni ta’ ħsara, u b’analoġija, l-aġġustament għal bejgħ raġonevoli, għal spejjeż ġenerali u amministrattivi u għal profitt ta’ importatur mhux relatat, kif previst fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51).

(2)  Iktar ’il quddiem il-“Ftehim antiduming WTO”.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/40


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2016 – Oakley vs EUIPO – Xuebo Ye (Rappreżentazzjoni ta’ siluwett fil-forma ta’ ellissi)

(Kawża T-754/16)

(2017/C 014/49)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Oakley, Inc. (Foothill Ranch, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: E. Ochoa Santamaría u V. Rodríguez Pombo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Xuebo Ye (Wenzhou, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ siluwett fil-forma ta’ ellissi) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 088 191

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Awwissu 2015 fil-Każ R 2608/2015-4

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli bid-dokumenti kollha tiegħu u bil-kopji korripondenti tiegħu;

taċċetta l-offerta ta’ provi proposti;

tilqa’ r-rikors, billi tannulla u tħalli mingħajr effett id-deċiżjoni kkontestata kif ukoll tiddikjara r-rifjut tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 088 191 skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(1)(b) u (5);

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/41


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2016 – ArcelorMittal Belval & Differdange u ThyssenKrupp Steel Europe v ECHA

(Kawża T-762/16)

(2017/C 014/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ArcelorMittal Belval & Differdange SA (Esch-sur-Alzette, il-Lussemburgu) u ThyssenKrupp Steel Europe AG (Duisburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Scheidmann u M. Kottmann, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċ (ECHA)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-ECHA tas-26 ta’ Settembru 2016 (referenza ATD/52/2016);

alternattivament, tannulla d-deċiżjoni tal-ECHA tad-19 ta’ Awwissu 2016 (referenza ATD/52/2016) sa fejn din tiċħad it-talba tar-rikorrenti tal-access għall-fajl tagħhom;

tikkundanna lill-ECHA għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001

Ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata tapplika b’mod żbaljat l-imsemmija dispożizzjoni peress li b’mod żbaljat ġie kkonstatat li permezz ta’ żvelar jiddgħajjfu interessi kummerċjali u huma jsostnu wkoll li d-deċiżjoni tinjora interess pubbliku superjuri.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tat-tieni inċiż tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

Ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-imsemmija dispożizzjoni u li, kuntrarjament għal din id-deċiżjoni, id-dokumenti li għalihom l-aċċess huwa mitlub fil-fatt jappartjenu għall-fajl tar-rikorrenti u għalhekk ma humiex esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/42


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Novembru 2016 – Paulini vs BĊE

(Kawża T-764/16)

(2017/C 014/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Jörn Paulini (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-15 ta’ Diċembru 2015, kif emendata fl-10 ta’ Frar 2016, li tinforma lir-rikorrent bil-benefiċċju li ngħatalu taħt ir-reviżjoni annwali tas-salarju u tal-bonus (ASBR) għall-2015;

tagħti lir-rikorrent kumpens għad-dannu materjali kif deskritt fil-punti 99 sa 103 tar-rikors;

tagħti lir-rikorrent kumpens għad-dannu morali subit, stmat għal EUR 10 000;

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-linji gwida ASBR tal-2015 sa fejn dawn jiksru l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, l-Artikolu 51 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg u l-Artikoli 12 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Sussidjarjament, ir-rikorrent jallega l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tikser il-linji gwida 2015 jew fejn hija vvizzjata bi żball manifest ta’ evalwazzjoni.

Ir-rikorrent jqis li l-linji gwida 2015 huma illegali sa fejn dawn huma ta’ żvantaġġ għall-membri tal-persunal li għandhom disponibbiltà limitata għaż-żona ta’ xogħol tagħhom għal raġunijiet li ma kellhomx kontroll fuqhom, bħal leave tal-mard, xogħol part time minħabba diżabbiltà jew eżenzjoni mis-servizz sabiex iwettqu attivitajiet fi ħdan il-Kumitat tal-Persunal (jew kombinazzjoni ta’ dawn ir-raġunijiet), imqabbla mal-kollegi tagħhom disponibbli full time għaż-żona ta’ xogħol tagħhom. Id-deċiżjoni kkontestata li ġiet adottata fuq il-bażi ta’ linji gwida ASBR illegali hija, konsegwentement, illegali.

Sussidjarjament, anki jekk il-linji gwida 2015 ikun legali, ir-rikorrent iqis madankollu li d-deċiżjoni kkontestata tikser dawn il-linji gwida sa fejn dawn il-perijodi ta’ assenza tiegħu ġew użati bħala element ta’ diskriminazzjoni fil-każ tiegħu u li huma għandhom, barra minn hekk, jiġu interpretati bħala li juru attitudni pożittiva li jippermettu influwenza pożittivament fuq il-benefiċċju ASBR. Il-fatturi kollha għandhom jiġu evalwati skont il-linji gwida 2015 kellhom kjarament iwasslui għal benefiċċju ASBR ogħla.

2.

It-tieni motiv ibbażat, f’dak li jikkonċerna l-applikazzjoni tal-formula applikabbli għall-attivitajiet ta’ rappreżentanza tal-persunal li għandu eżenzjoni tas-servizz, tal-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ma nnewtralizzatx l-assenzi għal leave tal-mard u kisret, għaldaqstant, id-deċiżjoni tat-18 ta’ Diċembru 2008, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, l-Artikoli 12 u 21 tal-Karta u l-Artikolu 51 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg. Sussidjarjament, fil-każ li d-deċiżjoni tat-18 ta’ Diċembru 2008 ma tippermettix in-newtralizzazzjoni tal-leave tal-mard, ir-rikorrent jinvoka l-illegalità tad-deċiżjoni tat-18 ta’ Diċembru 2008 f’dan ir-rigward.

Ir-rikorrent iqis li l-BĊE kellu jinnewtralizza l-assenza tiegħu għal leave tal-mard, kif jirriżulta mil-deroga tiegħu mis-servizz għal Jannar u Frar 2015, meta kkalkola l-benefiċċju tiegħu taħt l-ASBR għall-attivitajiet tiegħu bħala membru tal-Kumitat Persunal permezz tal-formula tad-deċiżjoni tat-18 ta’ Diċembru 2008.

Fil-każ li d-deċiżjoni tat-18 ta’ Diċembru 2008 ma toffrix din il-possibbiltà, ir-rikorrent jikkontesta b’dan ir-rikors, sussidjarjament, il-legalità ta’ din id-deċiżjoni f’dan ir-rigward, peress li l-membri tal-Kumitat tal-Persunal, li l-dispensa mis-servizz tagħhom kellha tiġi assenjata għal raġunijiet ta’ assenza ta’ oriġini medika, għandhom żvantaġġ meta mqabbla mal-kollegi tagħhom li jaħdmu full time, minkejja prestazzjonijiet jew riżultati simili, u huma żvantaġġati minħabba l-involviment tagħhom fil-Kumitat tal-Persunal.

3.

It-tielet motiv ibbażat, dwar il-prattika tal-arrotondament, fuq il-ksur tad-deċiżjoni tal-BĊE tat-18 ta’ Diċembru 2008 sa fejn din id-deċiżjoni ma tippermettix l-arrotondament għall-membri tal-tal-Kumitat tal-Persunal. Sussidjarjament, jekk id-deċiżjoni tawtorizza l-arrotondament għall-membri tal-Kumitat tal-Persunal, hija ikun manifestament inġustifikata u mhux xierqa f’dan ir-rigward.

Fil-kuntest tat-tieni motiv, ir-rikorrent jikkontesta l-legalità tad-deċiżjoni tat-18 ta’ Diċembru 2008 fil-każ li din id-deċiżjoni ser tiġi tinterpreta fis-sens li ma tawtorizzax lill-BĊE sabiex jinnewtralizza l-leave tal-mard tar-rikorrent billi tapplika l-formola stabbilita għall-kalkolu tal-benefiċċji ASBR. F’dan il-motiv, huwa jikkontesta l-legalità ta’ din id-deċiżjoni f’dan ir-rigward biss. Barra minn hekk, il-BĊE uża prattika li tikkonsisti fl-arrotondament tar-riżultat tal-formula sabiex jikkonverti f’punti ta’ indiċi, u wara jikkonverti mill-ġdid dawn il-punti arrotondati f’perċentwali sabiex jiddetermina ż-żieda tas-salarju mogħtija lill-membru tal-persunal.

Ir-rikorrent jikkontesta din il-prattika li ma għandha ebda ġuridika fir-regoli applikabbli u, b’mod partikolari, fid-deċiżjoni tat-18 ta’ Diċembru 2008. Sussidjarjament, fil-każ li d-deċiżjoni tat-18 ta’ Diċembru 2008 tista' tiġi interpretata bħala li tawtorizza l-arrotondar tal-benefiċċji ASBR mogħtija lill-membri tal-Kumitat tal-Persunal, din id-deċiżjoni hija illegali f’dan ir-rigward għaliex hija manifestament mhux iġġustifikata u mhux xierqa.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/44


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novemrbu 2016 – Picard vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-769/16)

(2017/C 014/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Maxime Picard (Hettange-Grande, Franza) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni li tiffissa minn qabel ċerti elementi tad-drittijiet għall-pensjoni tiegħu jew in-nuqqas li tiġi adottata tali deċiżjoni imposta mir-Regolamenti tal-Persunal b’riżultat tal-messaġġ mibgħut fl-4 ta’ Jannar 2016 lir-rikorrent minn persuna responsabbli għas-Settur 001 “Pensjonijiet” tal-Unità 4 tal-PMO li jinformah, b’risposta għat-talba tiegħu tal-istess jum, li d-drittijiet għall-pensjoni tiegħu kienu nbidlu b’riżultat tar-reklutaġġ tiegħu mill-ġdid fil-Grupp ta’ Funzjonijiet II b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2014, peress li l-età pensjonabbli tiegħu kienet saret 66 sena u r-rata ta’ akkumulazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni tiegħu kienet saret 1,8 % mill-1 ta’ Ġunju 2014;

tannulla, sa fejn ikun neċessarju, id-deċiżjoni tas-26 ta’ Lulju 2016 tad-Direttur tad-Direttorat E tad-Direttorat Ġenerali tar-riżorsi umani tal-Kummissjoni, sa fejn hija tiċħad bħala inammissibbli, minħabba nuqqas ta’ att li jikkawża preġudizzju u sussidjarjament bħala infondat, l-ilment tar-rikorrent tal-1 ta’ April 2016 kontra d-deċiżjoni jew l-assenza ta’ deċiżjoni li tirriżulta mill-messaġġ tal-4 ta’ Jannar 2016;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq żball ta’ liġi u fuq ksur tat-tieni u tal-ħames paragrafi tal-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 21 u tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tal-Anness XIII ta’ dawn ir-regolamenti, applikabbli bis-saħħa tal-Artikolu 109 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra (Kondizzjonijiet tal-impjieg), li bihom huwa vvizzjat il-messaġġ tal-4 ta’ Jannar 2016, sa fejn id-data ta’ dħul fis-servizz meħuda inkunsiderazzjoni għall-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal kienet dik tal-1 ta’ Ġunju 2014, id-data li fiha daħal fis-seħħ il-kuntratt li permezz tiegħu r-rikorrent daħal fil-Grupp ta’ Funzjonijiet II (“GF II”) b’applikazzjoni tal-Artikolu 87(4) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, meta din id-data messha kienet l-1 ta’ Lulju 2008, id-data li fiha huwa daħal inizjalment fis-servizz tal-Kummissjoni, bħala membru tal-persunal bil-kuntratt fil-Grupp ta’ Funzjonijiet I.

Dan il-motiv jinqasam f’żewġ partijiet:

L-ewwel parti, ibbażata fuq il-fatt li s-Settur 1 tal-Unità 4 tal-Uffiċċju għall-Amministrazzjoni u l-Ħlas tad-Drittijiet Individwali (“PMO”) u d-Direttur tad-Direttorat E tad-Direttorat Ġenerali tar-riżorsi umani tal-Kummissjoni (“DGHR”) żbaljaw meta qiesu, għar-raġuni li l-kuntratt tad-19 ta’ Mejju 2014 li permezz tiegħu r-rikorrent kien daħal fil-GF II kien ġdid u kien ta lok għal reklutaġġ ġdid, li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 21 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal ma kinux applikabbli għalih, b’mod li, min-naħa l-oħra, il-ħames u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal kienu applikabbli għalih, meta d-data ta’ dħul fis-servizz prevista mill-Artikoli 21 u 22 tal-Anness XIII hija dik tal-ewwel reklutaġġ.

It-tieni parti, ibbażata fuq l-iżball li s-Settur 1 tal-Unità tal-PMO u d-Direttur tad-Direttorat E tad-DGHR wettqu wkoll meta qiesu, għar-raġuni li l-kuntratt tad-19 ta’ Mejju 2014 li permezz tiegħu r-rikorrent kien daħal fil-GF II kien jikkostitwixxi qtugħ ta’ kontinwità fil-karriera tiegħu, li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 21 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal ma kinux applikabbli għalih, b’mod li, min-naħa l-oħra, il-ħames u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal kienu applikabbli għalih, meta dan il-kuntratt kien jifforma parti mill-kontinwità tal-karriera tiegħu peress li l-għan u l-effett tiegħu kienu li huwa jiġi kklassifikat mill-ġdid mingħajr ebda bdil fil-funzjonijiet tiegħu ħlief għal bdil formali.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/45


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2016 – Toontrack Music vs EUIPO (EZMIX)

(Kawża T-771/16)

(2017/C 014/53)

Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż

Partijiet

Rikorrenti: Toontrack Music (Umeå, l-Iżvezja) (rappreżentant: L. E. Ström, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea “EZMIX” – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 13 945 423

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ April 2016 fil-Każ R 2436/2015-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata skont l-Artikoli 7(1)(b), 7(1)(c), 7(2), 43 u 65 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frer 2009 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea; u

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti kif ukoll għall-ispejjeż tagħha.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 7(1)(b), 7(1)(c), 7(2) u 43 tar-Regolament Nru 207/2009


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/45


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2016 – Isocell vs EUIPO – iCell (iCell.)

(Kawża T-776/16)

(2017/C 014/54)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Isocell GmbH (Neumarkt am Wallersee, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Thiele, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: iCell AB (Älvdalen, l-Isvezja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “iCell.” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 877 676

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 2496/2015-1

Talbiet

temenda d-deċiżjoni kkontestata billi tilqa’ l-oppożizzjoni b’mod sħiħ u tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12877676;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/46


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2016 – Isocell vs EUIPO – iCell (iCell. Insulation Technology Made in Sweden)

(Kawża T-777/16)

(2017/C 014/55)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Isocell GmbH (Neumarkt am Wallersee, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Thiele, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: iCell AB (Älvdalen, l-Isvezja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “iCell. Insulation Technology Made in Sweden” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 882 023

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 181/2016-1

Talbiet

temenda d-deċiżjoni kkontestata billi tilqa’ l-oppożizzjoni b’mod sħiħ u tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12882023;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/46


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2016 – Rühland vs EUIPO – 8 seasons design (Leuchten)

(Kawża T-779/16)

(2017/C 014/56)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Lothar Rühland (Wendeburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. P. Schrammek, C. Drzymalla, S. Risthaus u J. Engberding, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: 8 seasons design GmbH (Eschweiler, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrent

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn Komunitarju “Leuchten” Nru 1 402 341-0006

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 878/2015-3

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn Komunitarju Nru 001042341-0006;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) u tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/47


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2016 – Puma et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-781/16)

(2017/C 014/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) u 8 oħra (rappreżentat: E. Vermulst, lawyer)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1395, tat-18 ta’ Awwissu 2016, li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u magħmula minn Buckinghan Shoe Mfg Co., Ltd, Buildyet Shoes Mfg., DongGuan Elegant Top Shoes Co. Ltd, Dongguan Stella Footwear Co Ltd, Dongguan Taiway Sports Goods Limited, Foshan City Nanhai Qun Rui Footwear Co., Jianle Footwear Industrial, Sihui Kingo Rubber Shoes Factory, Synfort Shoes Co. Ltd, Taicang Kotoni Shoes Co. Ltd, Wei Hao Shoe Co. Ltd, Wei Hua Shoe Co. Ltd, Win Profile Industries Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 225, p. 52);

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1647, tat-13 ta’ Settembru 2016, li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fil-Vjetnam u li huma prodotti minn Best Royal Co. Ltd, Lac Cuong Footwear Co., Ltd, Lac Ty Co., Ltd, Saoviet Joint Stock Company (Megastar Joint Stock Company), VMC Royal Co. Ltd, Freetrend Industrial Ltd u l-kumpanija relatata magħha Freetrend Industrial A (Vietnam) Co., Ltd, Fulgent Sun Footwear Co., Ltd, General Shoes Ltd, Golden Star Co., Ltd, Golden Top Company Co., Ltd, Kingmaker Footwear Co. Ltd, Tripos Enterprise Inc., Vietnam Shoe Majesty Co., Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 245, p. 16);

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1731, tat-28 ta’ Settembru 2016, li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam u ffabbrikati minn General Footwear Ltd (iċ-Ċina), Diamond Vietnam Co Ltd u TY Hung Footgearmex/Footwear Co. Ltd u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 262, p. 4); u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza ġuridika tal-Kummissjoni sabiex qabel kollox tadotta r-regolamenti kontenzjużi.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ indikazzjoni mill-Kummissjoni, tal-bażi legali preċiża għall-adozzjoni tar-regolamenti kontenzjużi, bi ksur tal-Artikolu 296 TFUE u fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrenti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-ftuħ mill-ġdid tal-proċeduri marbuta maż-żraben u l-impożizzjoni retroattiva tad-dazju antidumping li skada għall-fornituri tar-rikorrenti i) huma neqsin minn bażi legali, huma bbażati fuq żball manifest fl-applikazzjoni tal-Artikolu 226 TFUE u tar-Regolament Bażiku u jiskru l-aħħar regolament, ii) huma kuntrarji għall-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali u ta’ nuqqas ta’ retroattività; u iii) huma kuntrarji għall-Artikolu 266 TFUE, jiksru l-Artikolu 5(4) TFUE u jistrieħu fuq użu ħażin ta’ poter mill-Kummissjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq diskriminazzjoni fil-konfront tar-rikorrenti dovuta għall-impożizzjoni retroattiva tad-dazju permezz tat-tliet regolamenti kontenzjużi.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq diskriminazzjoni u użu ħażin ta’ poter mill-Kummissjoni minħabba l-mod li bih evalwat l-ekonomija tas-suq u l-ipproċessar tat-talbiet individwali tal-fornituri tar-rikorrenti.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/48


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2016 – Timberland Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-782/16)

(2017/C 014/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Timberland Europe BV (Enschede, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: E. Vermulst, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1395, tat-18 ta’ Awwissu 2016, li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u magħmula minn Buckinghan Shoe Mfg Co., Ltd, Buildyet Shoes Mfg., DongGuan Elegant Top Shoes Co. Ltd, Dongguan Stella Footwear Co Ltd, Dongguan Taiway Sports Goods Limited, Foshan City Nanhai Qun Rui Footwear Co., Jianle Footwear Industrial, Sihui Kingo Rubber Shoes Factory, Synfort Shoes Co. Ltd, Taicang Kotoni Shoes Co. Ltd, Wei Hao Shoe Co. Ltd, Wei Hua Shoe Co. Ltd, Win Profile Industries Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 225, p. 52);

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1647, tat-13 ta’ Settembru 2016, li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fil-Vjetnam u li huma prodotti minn Best Royal Co. Ltd, Lac Cuong Footwear Co., Ltd, Lac Ty Co., Ltd, Saoviet Joint Stock Company (Megastar Joint Stock Company), VMC Royal Co. Ltd, Freetrend Industrial Ltd u l-kumpanija relatata magħha Freetrend Industrial A (Vietnam) Co., Ltd, Fulgent Sun Footwear Co., Ltd, General Shoes Ltd, Golden Star Co., Ltd, Golden Top Company Co., Ltd, Kingmaker Footwear Co. Ltd, Tripos Enterprise Inc., Vietnam Shoe Majesty Co., Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 245, p. 16);

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1731, tat-28 ta’ Settembru 2016, li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam u ffabbrikati minn General Footwear Ltd (iċ-Ċina), Diamond Vietnam Co Ltd u TY Hung Footgearmex/Footwear Co. Ltd u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 262, p. 4)

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza legali tal-Kummissjoni mill-bidu nett għall-adozzjoni tar-regolamenti kkontestati.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi l-bażi legali preċiża għall-adozzjoni tar-regolamenti kkontestati bi ksur tal-Artikolu 296 TFUE u kisret id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrenti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-ftuħ mill-ġdid tal-proċeduri konklużi ta’ lbies għar-riġlejn u l-impożizzjoni retroattiva tad-dazju antidumping skadut fuq il-fornituri tar-rikorrenti (i) ma għandhomx bażi legali, huma bbażati fuq żball manifest fl-applikazzjoni tal-Artikolu 266 TFUE u r-Regolament Bażiku u kisru dan tal-aħħar, (ii) ma humiex konformi mal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ċertezza legali u nuqqas ta’ retroattività; u (iii) ma humiex konformi mal-Artikolu 266 TFUE, kisru l-Artikolu 5(4) u huma bbażati fuq użu ħażin ta’ poteri mill-Kummissjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-impożizzjoni retroattiva tad-dazju fit-tliet regolamenti kkontestati hija diskriminatorja fir-rigward tar-rikorrenti.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-mod ta’ evalwazzjoni tal-ekonomija tas-suq u t-talbiet ta’ trattament individwali tal-fornituri tar-rikorrenti kienu diskriminatorji u bbażati fuq użu ħażin ta’ poter mill-Kummissjoni.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/49


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2016 – De Geoffroy et vs Il-Parlament

(Kawża T-788/16)

(2017/C 014/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Dominique De Geoffroy (Brussell, il-Belġju) u 14-il parti oħra (rappreżentanti: N. de Montigny u J. N. Louis, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

taqta’ u tiddeċiedi li:

il-Linji gwida tal-Parlament dwar il-leave (“Guidelines on leave”), ippubblikati fil-21 ta’ Marzu 2016, huma annullati;

id-deċiżjoni tat-13 ta’ Ġunju 2016 li tirrifjuta l-leave mitlub minn Stéphane Grosjean hija annullata;

id-deċiżjoni tat-12 ta’ April 2016 li tilqa’ t-talba għal leave ta’ Françoise Joostens iżda li tintegra l-ġranet ta’ leave mitluba fil-kwota ta’ 3.5 ġranet hija annullata;

id-deċiżjoni tat-2 ta’ Ġunju 2016 li tirrifjuta l-leave mitlub minn Françoise Joostens hija annullata;

fi kwalunkwe każ, il-konvenut huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-assenza totali ta’ motivazzjoni min-naħa tal-konvenut fid-dawl tal-assenza ta’ tweġiba għall-ilmenti mressqa mir-rikorrenti kontra l-Linji gwida tal-Parlament dwar il-leave, ippubblikati fil-21 ta’ Marzu 2016 (iktar ’il quddiem “il-Linji gwida kontenzjużi”).

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità li skont ir-rikorrenti twettqet permezz tal-adozzjoni tal-Linji gwida kontenzjużi mill-Parlament, minħabba ksur tar-Regolamenti tal-Persunal u tad-drittijiet irrikonoxxuti mir-regoli interni dwar l-amministrazzjoni tal-leave, kif ukoll minħabba ksur tad-drittijiet kweżiti tar-rikorrenti.

B’hekk, iż-żewġ rikorrenti li huma d-destinatarji tat-tliet deċiżjonijiet individwali kkontestati, tat-2 ta’ Ġunju 2016, tat-13 ta’ Ġunju 2016 u tat-12 ta’ April 2016 rispettivament, fejn l-ewwel żewġ deċiżjonijiet jirrifjutaw il-leave li kien intalab filwaqt li l-aħħar waħda tilqa’ t-talba għal leave ta’ waħda minnhom iżda tintegra l-ġranet tal-leave mitluba fil-kwota ta’ 3,5 ġranet, iqisu li l-imsemmija deċiżjonijiet individwali jinvokaw l-istess motiv għall-finijiet tal-annullament ta’ dawn id-deċiżjonijiet.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-assenza ta’ konsultazzjoni tal-membri tal-persunal tal-Parlament meta ġew adottati l-Linji gwida kontenzjużi minn dan tal-aħħar, li twassal għal ksur tal-Artikolu 27 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-assenza ta’ bbilanċjar tal-interessi tal-istituzzjoni ma’ dawk tal-interpreti, fuq nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, fuq abbuż ta’ dritt, fuq żball ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ premura, li skont ir-rikorrenti twettqu mill-istituzzjoni konvenuta meta adottat il-Linji gwida kontenzjużi.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq id-diskriminazzjoni maħluqa bl-adozzjoni tal-Linji gwida kontenzjużi bejn, minn naħa, l-interpreti u, min-naħa l-oħra, l-uffiċjali u l-membri l-oħra tal-persunal.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni, fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ prevedibbiltà fir-rigward tal-eċċezzjonijiet u tal-każijiet speċjali previsti permezz tal-imsemmija Linji gwida.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/50


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2016 – InvoiceAuction B2B vs EUIPO (INVOICE AUCTION)

(Kawża T-789/16)

(2017/C 014/60)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: InvoiceAuction B2B (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Jonas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “INVOICE AUCTION” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 821 095

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Awwissu 2016 fil-Każ R 2201/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/51


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2016 – C & J Clark International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-790/16)

(2017/C 014/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: C & J Clark International Ltd (Somerset, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Willems u S. De Knop, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1395, tat-18 ta’ Awwissu 2016, li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u magħmula minn Buckinghan Shoe Mfg Co., Ltd, Buildyet Shoes Mfg., DongGuan Elegant Top Shoes Co. Ltd, Dongguan Stella Footwear Co Ltd, Dongguan Taiway Sports Goods Limited, Foshan City Nanhai Qun Rui Footwear Co., Jianle Footwear Industrial, Sihui Kingo Rubber Shoes Factory, Synfort Shoes Co. Ltd, Taicang Kotoni Shoes Co. Ltd, Wei Hao Shoe Co. Ltd, Wei Hua Shoe Co. Ltd, Win Profile Industries Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li, billi aġixxiet mingħajr bażi legali valida, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ attribuzzjoni taħt l-Artikolu 5(1) u (2) TFUE.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li, billi naqset li tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Frar 2016, C & J Clark International, C-659/13 u C-34/14, EU:C:2016:74, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 266 TFUE.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li, bl-impożizzjoni ta’ dazju antidumping fuq l-importazzjoni ta’ żraben “li seħħu matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tar-[regolamenti invalidati]”, il-Kummissjoni kisret l-Artikoli 1(1) u 10(1) tar-regolament bażiku (1) u l-prinċipju ta’ ċertezza legali (nuqqas ta’ retroattività);

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li, billi imponiet dazju antidumping mingħajr ma għamlet evalwazzjoni ġdida tal-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 21 tar-regolament bażiku; fi kwalunkwe każ, kien ikun manifestament żbaljat li jiġi konkluż li l-impożizzjoni tad-dazju antidumping kien fl-interess tal-Unjoni;

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-fatt li, billi adottat att li jeċċedi dak li huwa meħtieġ sabiex jitwettaq l-għan tiegħu, il-Kummissjoni kisret l-Artikoli 5(1) u 5(4) TUE.


(1)  Regolament (UE) 2016/1036, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2016, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 176, p. 21).


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/52


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2016 – Real Madrid Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-791/16)

(2017/C 014/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Real Madrid Club de Fútbol (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Pérez-Bustamante u F. Löwhagen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali togħġobha:

Tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;

Tannulla, kollha kemm hi, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Lulju 2016 fil-Każ SA.33754 (2013/C) (ex 2013/NN).

Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża qieset li t-trasferiment ta’ artijiet bejn ir-Real Madrid u l-Komun ta’ Madrid, sa fejn l-artijiet interessati f’din it-tranżazzjoni ġew eċċessivament stimati għall-valur ta’ EUR 18,4 miljuni, huwa għajnuna mill-istat.

Din id-deċiżjoni toriġina min-nuqqas ta’ twettiq, min-naħa tal-komun ta’ Madrid, tal-ftehim eżekuttiv tal-1998, li bih huwa impenja ruħu li jittrasferixxi lir-Real Madrid il-porzjon B-32 ġewwa Las Tablas. Il-Komun ta’ Madrid u r-Real Madrid irregolarizzaw din is-sitwazzjoni bil-ftehim tal-2011, li bih ġie mogħti kumpens lir-Real Madrid CF, li jikkonsisti fit-trasferiment tal-artijiet hawn fuq imsemmija.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Qed jiġi affermat f’dan ir-rigward li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti hija u tasal għall-konklużjoni li l-ftehim tal-2011 wassal għal vantaġġ ekonomiku u, konsegwentement, huwa għajnuna mill-istat favur ir-rikorrenti. Permezz tal-ftehim tal-2011, il-Komun ta’ Madrid sempliċement irrikonoxxa r-responsabbiltà tiegħu għan-nuqqas ta’ twettiq tal-ftehim tal-1998. Barra minn hekk, il-Kummissjoni naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni, fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ operatur f’ekonomija tas-suq, il-fatt li l-alternattivi għall-ftehim tal-2011, bħal, pereżempju, azzjoni ġudizzjarja, kienu jkunu ħafna iktar għaljin għall-komun.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, kif ukoll tal-priniċipju ġenerali ta’ amministrazzjoni tajba.

Qed jiġi affermat, f’dan ir-rigward, li l-Kummissjoni wettqet żbalji serji ta’ evalwazzjoni, billi bbażat il-konklużjoni tagħha fuq perizja ta’ ebda valur probatorju u billi ċaħdet l-istimi l-oħra tal-porzjon B-32 li jinsabu fl-inkartament, mingħajr ma talbet il-parir tal-perit tagħha jew ta’ perit ieħor bi kwalifiki rilevanti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 107(1) u 296 TFUE, kif ukoll tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, fid-determinazzjoni tal-valur tal-kumpens mogħti lir-Real Madrid bis-saħħa tal-ftehim tal-2011.

Qed jiġi affermat f’dan ir-rigward li l-Kummissjoni ma stmatx il-valur tal-proprjetajiet immobbli ttrasferiti lir-rikorrenti bis-saħħa tal-ftehim tal-2011 bħala kumpens, imma applikat mingħajr ebda motivazzjoni, u mingħajr ma rrispondiet għall-argumenti ddettaljati tar-rikorrenti f’dan ir-rigward, il-valur mogħti lilhom mill-komun, minkejja li l-istess Kummissjoni rrifjutat stimi oħra (bħal dawk tal-porzjon B-32) imwettqa mill-komun abbażi tal-istess metodu.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/53


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2016 – Agricola J.M. vs EUIPO – Torres (CLOS DE LA TORRE)

(Kawża T-806/16)

(2017/C 014/63)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Agricola J.M., SL (Girona, Spanja) (rappreżentant: J. Clos Creus, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Miguel Torres, SA (Vilafranca del Penedés, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “CLOS DE LA TORRE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 029 533

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28/07/2016 fil-Każ R 2099/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Lulju 2016;

tannulla d-deċiżjoni tas-7 ta’ Awwissu 2015 mogħtija mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, li permezz tagħha laqgħet l-oppożizzjoni mressqa għall-prodotti kollha fil-klassi 33: Xorb alkoħoliku, minbarra l-birra, filwaqt li ċaħdet ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja għall-prodotti kollha kkontestati;

tbiddel id-deċiżjonijiet preċedenti billi tilqa’ t-talba għar-reġistrazzjoni tat-trade mark imressqa mir-rikorrenti għall-prodotti kollha fil-klassi 33;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ din il-kawża

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 u tal-ġurisprudenza stabbilita f’każijiet simili għal dan.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/54


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2016 – Jean Patou World vs EUIPO – Emboga (HISPANITAS JOY IS A CHOICE)

(Kawża T-808/16)

(2017/C 014/64)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Jean Patou Worldwide Ltd (Watford, ir-Renju Unit) (rappreżentati minn: S. Baran, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Emboga, SA (Petrel, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “HISPANITAS JOY IS A CHOICE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 789 971

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 235/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti quddiem l-EUIPO

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/55


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2016 – For Tune vs EUIPO – Simplicity trade (opus AETERNATUM)

(Kawża T-815/16)

(2017/C 014/65)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: For Tune sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: K. Popławska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Simplicity trade GmbH (Oelde, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “opus AETERNATUM” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 024 296

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14/09/2016 fil-Każ R 152/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u l-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/55


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ottubru 2016 – Axium vs Il-Parlament

(Kawża T-392/16) (1)

(2017/C 014/66)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 326, 5.9.2016.


16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/55


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2016 – Maubert vs Il-Kunsill

(Kawża T-565/16) (1)

(2017/C 014/67)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti Ġenerali ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 27, 25.1.2016 (inizjalment il-kawża ġiet irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-137/15 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016.