EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TB0602

Kawża T-602/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2016 – Jenkinson vs Il-Kunsill et (“Klawżola ta’ arbitraġġ — Persunal tal-missjonijiet internazzjonali tal-Unjoni — Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi — Talba għad-danni — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni — Inammissibbiltà manifesta”)

OJ C 14, 16.1.2017, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2016 – Jenkinson vs Il-Kunsill et

(Kawża T-602/15) (1)

((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Persunal tal-missjonijiet internazzjonali tal-Unjoni - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi - Talba għad-danni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni - Inammissibbiltà manifesta”))

(2017/C 014/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Liam Jenkinson (Killarney, l-Irlanda) (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u M. Bishop, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u S. Bartelt, aġenti), Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt, E. Chaboureau u G. Pasqualetti, aġenti), Eulex Kosovo (rappreżentanti: D. Fouquet u E. Raoult, avukati)

Suġġett

Prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE intiża, minn naħa, sabiex ir-relazzjoni kuntrattwali tar-rikorrent tiġi kklassifikata mill-ġdid f’kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat u sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li ġarrab ir-rikorrent minħabba l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ xogħol suċċessivi għal żmien determinat u tkeċċija inġusta u, min-naħa l-oħra, sabiex jiġi ddikjarat li l-Kunsill, il-Kummissjoni u s-SEAE ittrattaw lir-rikorrent b’ mod diskriminatorju u sabiex konsegwentement jiġu kkundannati għall-kumpens u, sussidjarjament, talba bbażata fuq ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-istituzzjonijiet Ewropej.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Liam Jenkinson huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 90, 7.3.2016.


Top