ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 57 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
2014/C 431/01 |
||
2014/C 431/02 |
||
2014/C 431/03 |
||
2014/C 431/04 |
||
2014/C 431/05 |
Listi għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti |
|
2014/C 431/06 |
||
2014/C 431/07 |
||
2014/C 431/08 |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2014/C 431/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/2 |
Teħid ta’ ġurament minn membru ġdid tal-Qorti tal-Ġustizzja
(2014/C 431/02)
Wara l-ħatra tiegħu bħala Mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja b’deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta’ Settembru 2014 (1), għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2014 sas-6 ta’ Ottubru 2018, C. Lycourgos ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fit-8 ta’ Ottubru 2014.
(1) ĠU L 179 tad-29.06.2013, p. 94.
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/2 |
Elezzjoni tal-presidenti tal-Awli bi tliet Imħallfin
(2014/C 431/03)
Fil-laqgħa tas-7 ta’ Ottubru 2014, l-Imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja eleġġew, skont l-Artikolu 12(2) tar-Regoli tal-Proċedura, lil A. Ó Caoimh, bħala President tat-Tmien Awla, lil J-C. Bonichot, bħala President tas-Seba’ Awla, lil C. Vajda, bħala President tal-Għaxar Awla, lil S. Rodin, bħala President tas-Sitt Awla, u lil K. Jürimäe, bħala President tad-Disa’ Awla, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2014 sas-6 ta’ Ottubru 2015.
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/2 |
Deċiżjonjiet adottati mill-Qorti tal-Ġustizzja waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tal-14 ta’ Ottubru 2014
(2014/C 431/04)
Waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tal-14 ta’ Ottubru 2014, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tassejna lil C. Lycourgos lit-Tieni u s-Seba’ Awli.
Konsegwentement, it-Tieni u s-Seba’ Awli huma komposti kif ġej:
It-Tieni Awla
R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla,
J-C. Bonichot, Arabadjiev, J. L. Da Cruz Vilaça u C. Lycourgos, Imħallfin.
Is-Seba’ Awla
J-C. Bonichot, President tal-Awla,
A. Arabadjiev, J. L. Da Cruz Vilaça u C. Lycourgos, Imħallfin.
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/3 |
Listi għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti
(2014/C 431/05)
Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet, waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tal-14 ta’ Ottubru 2014, il-lista għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-Awla Manja, kif ġej:
A. Rosas
C. Lycourgos
E. Juhász
K. Jürimäe
A. Borg Barthet
F. Biltgen
J. Malenovský
S. Rodin,
E. Levits,
C. Vajda,
A. Ó Caoimh,
J. L. Da Cruz Vilaça
J.-C. Bonichot
C.-G. Fernlund
A. Arabadjiev
E. Jarašiūnas
C. Toader
S. Prechal
M. Safjan
M. Berger
D. Šváby
Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet, waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tal-14 ta’ Ottubru 2014, il-lista għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tat-Tieni Awla b’ħames imħallfin kif ġej:
J.-C. Bonichot
C. Lycourgos
A. Arabadjiev
J. L. Da Cruz Vilaça
Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet, waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tal-14 ta’ Ottubru 2014, il-lista għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tas-Seba’ Awla bi tliet imħallfin kif ġej:
A. Arabadjiev
J. L. Da Cruz Vilaça
C. Lycourgos
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/4 |
Għażla tal-Awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 107 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja
(2014/C 431/06)
Il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-laqgħa ġenerali tagħha tas-7 ta’ Ottubru 2014, għażlet, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2014 sas-6 ta’ Ottubru 2015, lir-Raba’ Awla sabiex, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regoli tal-Proċedura, tkun l-awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 107 ta’ dawn ir-regoli.
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/4 |
Għażla tal-Awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 193 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja
(2014/C 431/07)
Il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-laqgħa ġenerali tagħha tas-7 ta’ Ottubru 2014, għażlet, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2014 sas-6 ta’ Ottubru 2015, lill-Ewwel Awla sabiex, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regoli tal-Proċedura, tkun l-awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 193 ta’ dawn ir-regoli.
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/4 |
Għażla tal-Ewwel Avukat Ġenerali
(2014/C 431/08)
Il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-laqgħa ġenerali tagħha tas-7 ta’ Ottubru 2014, għażlet lil M. Wathelet bħala l-Ewwel Avukat Ġenerali, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2014 sas-6 ta’ Ottubru 2015.
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/5 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okrazhen sad – Tagrovishte – il-Bulgarija) – “Parva Investitsionna Banka” AD, “UniKredit Bulbank” AD, “Siyk Faundeyshan” LLS vs “Ear Proparti Developmant – v nesastoyatelnost” AD, Sindik na “Ear Proparti Developmant – v nesastoyatelnost” AD
(Kawża C-488/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 1896/2006 - Kunċett ta’ “debiti pekunarji mhux ikkontestati” - Proċeduri ta’ insolvenza - Titolu extraġudizzjarju li jirrigwarda debitu kkontestat - Talba għal eżekuzzjoni mill-massa fallimentari, abbażi ta’ tali titolu - Sitwazzjoni li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1896/2006 - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))
(2014/C 431/09)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Okrazhen sad – Tagrovishte
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“Parva Investitsionna Banka” AD, “UniKredit Bulbank” AD, “Siyk Faundeyshan” LLS
Konvenuti:“Ear Proparti Developmant – v nesastoyatelnost” AD, Sindik na “Ear Proparti Developmant – v nesastoyatelnost” AD
fil-preżenza ta’: Natsionalna agentsia za prihodite, “Aset Menidzhmant” EAD, “Ol Siyz Balgaria” OOD, “Si Dzhi Ef – aktsionerna obshtnost” AD, “Silvar Biych” EAD, “Rudersdal” EOOD, “Kota Enerdzhi” EAD, Chavdar Angelov Angelov
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għad-domandi magħmula mill-Okrazhen sad – Targovishte (il-Bulgarija).
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/6 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 – Think Schuhwerk GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-521/13) (1)
((Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 7(1)(b) - Assenza ta’ karattru distintiv - Trufijiet ħomor ta’ lazzijiet taż-żraben - Artikolu 122 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat))
(2014/C 431/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Think Schuhwerk GmbH (rappreżentant: M. Gail, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
Think Schuhwerk GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/6 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság) – l-Ungerija – János Kárász vs Nyugdíjfolyósító Igazgatóság
(Kawża C-199/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Assenza - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta tal-Qorti tal-Ġustizzja))
(2014/C 431/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: János Kárász
Konvenut: Nyugdíjfolyósító Igazgatóság
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domanda magħmula mill-Fővárosi közigazgatási és munkaügyi bíróság (l-Ungerija), permezz tad-deċiżjoni tal-25 ta’ Marzu 2014.
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/7 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tatabányai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija – István Tivadar Szabó vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága
(Kawża C-204/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kumpannija li akkumulat dejn fiskali - Membru tal-management ta’ din il-kumpannija li ma jistax jiġi rreklutat sabiex jeżerċita funzjoni ta’ membru tal-management f’kumpannija oħra - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assenza ta’ applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li ntalbet l-interpretazzjoni tagħhom - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta tal-Qorti tal-Ġustizzja - Domandi ta’ natura ipotetika - Inammissibbiltà manifesta))
(2014/C 431/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Tatabányai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: István Tivadar Szabó
Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága
Dispożittiv
1) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għat-tielet domanda magħmula mit-Tatabányai közigazgatási és munkaügyi bíróság (l-Ungerija). |
2) |
Id-domandi l-oħra magħmula mill-imsemmija qorti huma manifestament inammissibbli. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajowa Izba Odwoławcza (il-Polonja) f1-14 ta’ Awwissu 2014 – Esaprojekt sp. z o.o. vs Województwo Łódzkie
(Kawża C-387/14)
(2014/C 431/13)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Krajowa Izba Odwoławcza
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Esaprojekt sp. z o.o.
Konvenuta: Województwo Łódzkie.
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 51, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u tal-prinċipju ta’ trasparenza, li jidhru fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (iktar ‘il quddiem id-“Direttiva 2004/18/KE”) (1), jippermetti li operatur ekonomiku jirreferi għal twettiq ieħor ta’ kuntratti sabiex jikkompleta jew jikkjarifika d-dokumenti (jiġifieri jirreferi għal kunsinni mwettqa) li jkunu jidhru fl-inventarju tal-kunsinni annessi mal-offerta u, b’mod partikolari, li jirreferi għal twettiq ta’ kuntratti ta’ entità oħra li tagħha ma jkunx indika l-użu tal-mezzi fl-offerta? |
2) |
Fid-dawl tas-sentenza tal-10 ta’ Ottubru 2013, Manova, C-336/12, li minnha jirriżulta li “l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li, wara l-iskadenza tat-terminu mogħti għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku, awtorità kontraenti titlob lil applikant jikkomunikalha dokumenti li jiddeskrivu s-sitwazzjoni ta’ dan l-applikant, bħalma hija l-karta tal-bilanċ ippubblikata, li l-eżistenza tagħhom qabel l-iskadenza tat-terminu stabbilit għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet tista’ tiġi vverifikata oġġettivament sakemm id-dokumenti tal-imsemmi kuntratt ma kinux jimponu espliċitament li fil-każ li ma jiġux ikkomunikati l-applikazzjoni tiġi eskluża”, l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2004/18/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jistgħu jiġu kkompletati biss id-dokumenti li l-eżistenza tagħhom, qabel l-iskadenza tat-terminu ffissat għas-sottomissjoni tal-offerta jew tat-talba għal parteċipazzjoni fil-proċedura, tkun tista’ oġġettivament tista’ tiġi vverifikata, jew il-Qorti tal-Ġustizzja indikat biss waħda mill-possibbiltajiet, u għaldaqstant id-dokumenti jistgħu jiġu kkompletati wkoll f’każijiet oħrajn, pereżempju billu jiġu annessi dokumenti li ma kinux jeżistu qabel l-imsemmi terminu, imma li jippermettu oġġettivament li jikkonfermaw li rekwiżit wieħed kien ġie sodisfatt? |
3) |
Jekk tingħata risposta lit-tieni domanda fis-sens li jistgħu wkoll jiġu kkompletati dokumenti oħra barra minn dawk indikati fis-sentenza C-336/12 Manova, jistgħu jiġu kkompletati dokumenti stabbiliti minn operatur ekonomiku, subofferent jew entitajiet oħra li tagħhom l-operatur ekonomiku jinvoka l-kapaċitajiet jekk dan id-dokumenti ma jkunux ġew annessi mal-offerta? |
4) |
L-Artikolu 44 moqri flimkien mal-Artikolu 48(2)(a), u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-operaturi ekonomiċi li jidhru fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18/CE, jippermettilhom jinvokaw il-mezzi ta’ entità oħra kif imsemmija fl-Artikolu 48(3), billi jaqqdu l-konoxxenzi u l-esperjenza ta’ żewġ entitajiet li, individwalment, ma jkunux jiddisponu mill-konoxxenzi u mill-esperjenza mitluba mill-awtorità kontraenti meta jkun hemm l-indiviżibbiltà ta’ din l-esperjenza (l-operatur ekonomiku għandu jissodisfa l-kundizzjoni kollha sabiex ikun kandidat) u tat-twettiq tal-kuntratt (li jikkostitwixxi ħaġa waħda)? |
5) |
L-Artikolu 44 moqri flimkien mal-Artikolu 48(2)(a), u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-operturi ekonomiċi li jidhru fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18/KE, jippermetti lil operatur ekonomiku, li jkun wettaq kuntratt bħala membru ta’ grupp ta’ operaturi ekonomiku, jinvoka l-esperjenza ta’ dan il-grupp, indipendentement min-natura tal-parteċipazzjoni tiegħu fit-twettiq tal-kuntratt, jew li jinvoka biss l-esperjenza li jkun verament kiseb waħdu meta jwettaq lott speċifiku ta’ kuntratt li jkun ġie attribwit lilu fil-grupp? |
6) |
L-Artikolu 45(2)(g) tad-Direttiva 2004/18/KE, li jgħid li kull operatur ekonomiku jista’ jiġi eskluż minn parteċipazzjoni f’kuntratt fejn dak l-operatur eknomiku jkun gravement ħati ta’ dikjarazzjonijiet foloz fl-għoti tal-informazzjoni [...] jew ma jkunx ta din l-informazzjoni, jista’ jiġi interpretat fis-sens li jista’ jiġi eskluż mill-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti kull operatur ekonomiku li jkun ta informazzjoni falza li tkun jew li tista’ jkollha effett fuq ir-riżultat tal-proċedura billi dan l-operatur ekonomiku jkun ħati ta’ dikjarazzjonijiet foloz bis-sempliċi fatt li jkun ittrażmetta lill-awtorità kontraenti informazzjoni mhux konformi mal-istat ta’ fatt li jkollha effett fuq id-deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li teskludi operatur ekonomiku (u tiċħad l-offerta tiegħu), indipendentement mill-fatt li jsir magħruf jekk l-operatur ikunx aġixxa xjentement u b’disinn jew mhux xjentement, b’imprudenza, negliġenza jew bi ksur tad-dmir ta’ diliġenza? Għandu jitqies li wieħed ma jkunx “[gravement] ħati ta’ [...] [dikjarazzjonijiet foloz fl-għoti tal-informazzjoni] […] jew [ta’ nuqqas mill jagħti] informazzjoni bħal din” meta l-operatur ekonomiku jippreżenta informazzjoni falza (mhux konformi mal-istat ta’ fatt) jew ukoll meta jippreżenta informazzjoni ċertament sinċiera, imma b’tali mod li tikkonvinċi lill-awtorità kontraenti li huwa jissodisfa r-rekwiżiti kollha li hija tkun stabbilixxiet, filwaqt li fil-verità huwa ma jkunx qed jissodisfahom? |
7) |
L-Artikolu 44 moqri flimkien mal-Artikolu 48(2)(a), u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-operaturi ekonomiċi li jidhru fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18/KE, jippermettu lil operatur ekonomiku jinvoka esperjenza billi jindika fl-istess ħin tnejn jew diversi kuntratti bħala kuntratt wieħed, minkejja li l-awtorità kontraenti ma tkunx indikat din il-possibbiltà, la fl-avviż ta’ kuntratt u lanqas fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fl-20 ta’ Awwissu 2014 – Polkomtel Sp. z o.o. vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej
(Kawża C-397/14)
(2014/C 431/14)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Najwyższy
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Polkomtel Sp. z o.o.
Konvenuta: Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej.
Intervenjenti: Telekomunikacja Polska S.A. (preżentement Orange Polska S.A.), li għandha s-sede tagħha f’Varsavja
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 28 tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali”), (1), fil-verżjoni inizjali tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-aċċess għan-numri mhux ġeografiċi għandu jiġi żgurat mhux biss għall-utenti finali ta’ Stati Membri oħra, iżda wkoll għal dawk tal-Istat Membru ta’ operatur ta’ netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni, bir-riżultat li l-evalwazzjoni mill-awtorità regolamentari nazzjonali dwar l-eżekuzzjoni ta’ dan l-obbligu hija suġġetta għar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju tal-effettività tad-dritt tal-Unjoni u mill-prinċipju tal-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni? |
2) |
F’każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2002/22, moqri flimkien mal-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jitwettaq l-obbligu previst fl-ewwel waħda mill-imsemmija dispożizzjonijiet, huwa possibbli li jsir rikors għall-proċedura prevista fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess)? (2) |
3) |
L-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2002/19, moqri flimkien mal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2002/22 u mal-Artikoli 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jew l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2002/19, moqri flimkien mal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2002/19 u mal-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex jiġi żgurat lill-utenti finali ta’ operatur nazzjonali ta’ netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni l-aċċess għas-servizzi bl-użu ta’ numri mhux ġeografiċi pprovduti fuq in-netwerk ta’ operatur nazzjonali ieħor, l-awtorità regolamentari nazzjonali tista’ tistabbilixxi regoli bejn operaturi skont l-oriġini ta’ telefonata billi tirrikorri għar-rati applikabbli għat-terminazzjoni ta’ telefonata li ġew stabbiliti fir-rigward ta’ wieħed minn dawn l-operaturi skont l-ispejjeż, abbażi tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/19, meta l-operatur ippropona l-applikazzjoni tal-imsemmija rati matul negozjati li saru b’eżekuzzjoni tal-obbligu stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/19 u li ma kellhomx eżitu pożittiv? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 323
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/9 |
Appell ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2014 minn Basic AG Lebensmittelhandel mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħtija fis-26 ta’ Ġunju 2014 fil-Kawża T-372/11 – Basic AG Lebensmittelhandel vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-400/14 P)
(2014/C 431/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Basic AG Lebensmittelhandel (rappreżentanti: D. Altenburg, T. Haug, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta’ Ġunju 2014 (Kawża T-372/11) u tirrinvija l-kawża għal smigħ mill-ġdid quddiem il-Qorti Ġenerali. |
— |
tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż tal-kawża. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tikkontesta l-interpretazzjoni mill-Qorti Ġenerali tad-definizzjoni ta’ “servizzi ta’ distribuzzjoni” li hija – legalment – element preliminari fl-evalwazzjoni tax-xebh ta’ servizzi. Konsegwentement, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali adottat fehma żbaljata bħala l-bażi legali għall-evalwazzjoni sussegwenti tagħha dwar il-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.
L-appellanti tinnota li l-funzjoni prinċipali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija dik li tipprovdi interpretazzjoni uniformi tal-kunċett u tal-iskop tas-servizzi rispettivi (C-418/02, punt 33 – Praktiker; Kawżi Magħquda C-414/99 sa C-416/99 Zino Davidoff u Levi Strauss, punti 42 u 43) u tas-sentenza “IP-Translator” (C-307/10, tad-19 ta’ Ġunju 2012) u b’hekk il-“prodotti u s-servizzi għandhom ikunu ddefiniti oġġettivament sabiex jissodisfaw il-funzjoni tat-trade mark bħala indikatur tal-oriġini” u titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti definizzjoni “preċiża u ċara biżżejjed” ta’ “servizzi ta’ distribuzzjoni”.
Fil-fehma tal-appellanti, is-servizz “distribuzzjoni” għandu firxa dejqa ħafna u jinkludi fih biss l-attivitajiet ta’ “trasport, ippakkjar u ħażna ta’ prodotti” iżda mhux servizzi “bl-imnut u bil-grossa”. L-appellanti tinnota wkoll li fis-sentenza “Praktiker”, il-Qorti tal-Ġustizzja kkjarifikat li l-għan ta’ “bl-imnut” (klassi 35) huwa – b’kuntrast mas-servizzi fil-klassi 39 – il-bejgħ ta’ prodotti lill-konsumaturi, filwaqt li dawn l-attivitajiet jikkonsistu, “inter alia, fl-għażla ta’ taħlita ta’ prodotti offruti għall-bejgħ u fl-offerta ta’ servizzi varji intiżi biex iwasslu lill-konsumatur biex jikkonkludi tranżazzjoni mal-kummerċjant inkwistjoni minflok ma’ kompetitur tiegħu”.
Fil-fehma tal-appellanti, il-klassifikazzjoni ġenerali ta’ “distribuzzjoni” fil-klassifikazzjoni ta’ Nice Nru 39 ma tistax tiġi injorata peress li l-Qorti tal-Ġustizzja espressament enfasizzat l-argumentazzjoni tagħha fis-sentenza tagħha Praktiker fid-dawl tan-Nota ta’ spjega tal-klassifikazzjoni ta’ Nice Nru 35 (C-418/02, punt 36).
Għalhekk, id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali għandha tiġi annullata u l-kawża għandha tiġi rrinvijata għal smigħ mill-ġdid.
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (Ir-Repubblika Ċeka) fil-25 ta’ Awwissu 2014 – Marie Matoušková vs Misha Martinus u Elisabeth Jekaterina Martinus, irrappreżentati minn David Sedlák, bħala tutur; Beno Jeriël Eljada Martinus
(Kawża C-404/14)
(2014/C 431/16)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší soud České republiky
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Marie Matoušková
Konvenuti: Misha Martinus u Elisabeth Jekaterina Martinus, irrappreżentati minn David Sedlák, bħala gwardjan; Beno Jeriël Eljada Martinus
Domandi preliminari
Meta t-tutur ta’ minuri jikkonkludi, f’isem il-minuri, ftehim ta’ suċċessjoni li jeħtieġ approvazzjoni ta’ qorti sabiex ikun validu, ikun hemm inkwistjoni, mill-perspettiva tal-qorti, miżura fis-sens tal-Artikolu 1(1)(b), jew miżura fis-sens tal-Artikolu 1(3)(f) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003 (1), tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243.
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Nejvyšší správní soud (Ir-Repubblika Ċeka) fil-25 ta’ Awwissu 2014 – PST CLC a.s. vs Generální ředitelství cel
(Kawża C-405/14)
(2014/C 431/17)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: PST CLC a.s.
Konvenut: Generální ředitelství cel
Domandi preliminari
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/2004, tal-1 ta’ Marzu 2004, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (1) kien validu fil-mument li kien fis-seħħ, mit-22 ta’ Marzu 2004 sat-22 ta’ Diċembru 2009, sa fejn jirrigwarda l-punt 2 tal-Anness tiegħu, fejn kien previst li l-prodotti li jikkonsistu f’sink tas-sħana “heat sink” u fann jaqgħu taħt is-subintestatura 8414 59 30 tan-NM, u dan ir-regolament kien għalhekk applikabbli għal din il-kawża?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 16, p. 60.
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie (il-Polonja) fis-27 ta’ Awwissu 2014 – Wrocław – Miasto na prawach powiatu vs Minister Infrastruktury i Rozwoju
(Kawża C-406/14)
(2014/C 431/18)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Wrocław – Miasto na prawach powiatu
Konvenut: Minister Infrastruktury i Rozwoju
Domandi preliminari
1) |
Fid-dawl tal-Artikolu 25 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (1) huwa permissibbli li awtorità kontraenti, fid-dokumenti tal-kuntratt, tistabbilixxi li l-kuntrattur għandu jwettaq minn tal-inqas 25 % tax-xogħlijiet koperti mill-kuntratt permezz tar-riżorsi tiegħu stess? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: l-applikazzjoni tar-rekwiżit deskritt fl-ewwel domanda fil-kuntest ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku twassal għal ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea ta’ natura li tiġġustifika l-applikazzjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 98 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (2)? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale di Mestre-Venezia (l-Italja) fit-3 ta’ Settembru 2014 – Fratelli De Pra SpA, SAIV SpA vs Agenzia Entrate – Direzione Provinciale Ufficio Controlli Belluno, Agenzia Entrate – Direzione Provinciale Ufficio Controlli Vicenza
(Kawża C-416/14)
(2014/C 431/19)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione Tributaria Regionale di Mestre-Venezia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fratelli De Pra SpA, SAIV SpA
Konvenuti: Agenzia Entrate – Direzione Provinciale Ufficio Controlli Belluno, Agenzia Entrate – Direzione Provinciale Ufficio Controlli Vicenza
Domandi preliminari
1) |
Fir-rigward tat-tagħmir terminali għall-komunikazzjoni bir-radju mobbli terrestri, il-leġiżlazzjoni nazzjonali kif tirriżulta mill-dispożizzjonijiet magħquda ta’:
u li, meta tassimila t-tagħmir terminali għall-istazzjonijiet tar-radju, timponi fuq l-utent obbligu sabiex jikseb awtorizzazzjoni ġenerali kif ukoll il-ħruġ ta’ “liċenzja speċifika ta’ stazzjon tar-radju, li jagħti lok għall-ħlas ta’ miżata, hija kompatibbli mad-dritt Komunitarju (id-Direttiva 1995/5/KE (1), kif ukoll id-Direttivi 2002/19/KE (2), 2002/20/KE (3), 2002/21/KE (4) u 2002/22/KE (5))? Konsegwentement, u sa fejn jirrigwarda speċifikatament l-użu ta’ tagħmir terminali, il-pretensjoni tal-Istat Taljan li jimnponi fuq l-utent il-ksib ta’ awtorizzazzjoni ġenwrali u ta’ liċenzja ta’ stazzjoni tar-radju, minkejja li t-tqegħid fis-suq, il-moviment liberu u t-tqegħid fis-servizz ta’ tagħmir terminali huma diġà rregolati kompletament mid-dritt Komunitarju (id-Direttiva 1999/5/KE), li ma jimponi ebda awtorizzazzjoni ġenerali u/jew liċenzja, hija kompatibbli mad-dritt Komunitarju? Dan meta huwa magħruf barra minn hekk li l-leġiżlazzjoni nazzjonali timponi awtorizzazzjoni ġenerali u liċenzja minkejja li:
|
2) |
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali kif tirriżulta mid-dispożizzjonijiet magħquda ta’:
li skontha
hija kompatibbli mad-dritt Komunitarja (id-Direttiva 1999/5/KE u d-Direttiva 2002/22/KE, b’mod partikolari l-Artikolu 20 tagħha)? |
3) |
Id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 2(4) tad-Digriet-Liġi Nru 4/2014, sussegwentement konvertit fil-Liġi 50/2014, kif ukoll l-Artikolu 160 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 259/2003 u tal-Artikolu 21 tat-tariffa mehmuża mad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 641/1972, li jipprovdu għall-obbligu ta’ awtorizzazzjoni ġenerali u wara tal-liċenzja ta’ stazzjon tar-radju li jirriżulta biss fir-rigward ta’ kategorija partikolari ta’ utenti, jiġifieri dawk li għamlu kuntratt imsejjaħ formalment abbonament, filwaqt li l-ebda awtorizzazzjoni ġenerali jew liċenza ma hija prevista għall-utenti ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi għall-motiv biss li l-kuntratt li għamlu jissejjaħ b’mod differenti (=servizz imħallas minn qabel jew servizz top-up) huma kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju imfakkra iktar 'il fuq? |
4) |
L-Artikolu 8 tad-Direttiva Ewropea 1999/5/KE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 2(4) tad-Digriet Liġi Nru 4/2014, sussegwentement ikkonvertit fil-Liġi Nru 50/2014 kif ukoll tal-Artikolu 160 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 259/2003, u tal-Artikolu 21 tat-tariffa mehmuża mad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 641/1972, u li jipprovdi:
sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jikkostitwixxu limitazzjoni għat-tqegħid fis-servizz, għall-użu u għall-moviment liberu ta’ tagħmir terminali? |
(1) Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-9 ta’ Marzu 1999, dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 23, p. 254)
(2) Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta’ l-Aċċess) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 323)
(3) Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337)
(4) Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349)
(5) Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet ta’ l-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367)
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana (l-Italja) fis-17 ta’ Settembru 2014 – Impresa Edilux srl, in qualità di mandatario di ATI, Società Italiana Costruzioni e Forniture srl (SICEF) vs Assessorato Beni Culturali e Identità Siciliana – Servizio Soprintendenza Provincia di Trapani, Assessorato ai Beni Culturali e dell’Identità Siciliana, UREGA – Sezione provinciale di Trapani, Assessorato delle Infrastrutture e della Mobilità della Regione Siciliana
(Kawża C-425/14)
(2014/C 431/20)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Impresa Edilux srl, in qualità di mandatario di ATI e Società Italiana Costruzioni e Forniture srl (SICEF)
Konvenuti: Assessorato Beni Culturali e Identità Siciliana – Servizio Sovrintendenza Provincia di Trapani, Assessorato ai Beni Culturali e dell’Identità Siciliana, UREGA – Sezione provinciale di Trapani, Assessorato delle Infrastrutture e della Mobilità della Regione Siciliana
Domandi preliminari
1) |
Id-dritt tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18/KE (1), jipprekludi dispożizzjoni, bħall-Artikolu 1(17) tal-Liġi Nru 190/2012, li tippermetti lill-awtoritajiet kontraenti jipprevedu li n-nuqqas ta’ aċċettazzjoni, jew in-nuqqas ta’ prova bil-miktub tal-aċċettazzjoni, mill-impriżi ċċitati iktar ’il fuq, tal-obbligi li jinsabu fil-“protokolli ta’ legalità” u, b’mod iktar ġenerali, fil-ftehimiet konklużi bejn l-awtoritajiet kontraenti u l-impriżi parteċipanti, intiżi sabiex tiġi miġġielda l-infiltrazzjoni tal-kriminalità organizzata fis-settur tal-kuntratti pubbliċi, jikkostitwixxu kawża leġittima ta’ esklużjoni ta’ impriżi milli jipparteċipaw f’sejħa għal offerti għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku? |
2) |
Fis-sens tal-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18/KE, id-dritt eventwali ta’ Stat Membru li jipprevedi, skont il-każ, is-setgħa ta’ esklużjoni deskritta fl-ewwel domanda, jista’ jitqies li huwa deroga mill-prinċipju ta’ tassattività tal-kawżi ta’ esklużjoni ġġustifikata mill-bżonn imperattiv tal-ġlieda kontra l-fenomenu tat-tentattivi ta’ infiltrazzjoni tal-kriminalità organizzata fil-proċedura għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi? |
(1) Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (L-Italja) fit-18 ta’ Setrembru 2014 – Heart Life Croce Amica Srl vs Regione Piemonte
(Kawża C-426/14)
(2014/C 431/21)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Heart Life Croce Amica Srl.
Konvenut: Regione Piemonte.
Domandi preliminari
1) |
Id-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi – f’dan il-każ, fir-rigward ta’ kuntratti esklużi, il-prinċipji ġenerali ta’ kompetizzjoni libera, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza u ta’ proporzjonalità – jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-għoti dirett tas-servizz ta’ trasport mediku lil assoċjazzjonijiet volontarji li l-organizzazzjoni tagħhom hija bbażata prinċipalment fuq provvisti ta’ xogħol mhux remunerati, meta jkun previst sempliċi rimbors tal-ispejjeż effettivament sostnuti? |
2) |
Fil-każ li jitqies li dan it-tip ta’ għoti huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, l-ispejjeż “indiretti u ġenerali” marbuta mal-attività eżerċitata b’mod stabbli mill-assoċjazzjoni volontarja – bħall-operazzjonijiet ta’ manteniment eċċezzjonali tal-mezzi użati għas-servizz, l-ikliet tal-operaturi, ir-remunerazzjonijiet tal-persunal amministrattiv u tal-koordinatur amministrattiv fir-rigward tas-servizzi pprovduti, il-komunikazzjoni bit-telefon u bir-radju neċessarja bejn iċ-ċentru tal-operat tas-servizzi ta’ trasport mediku u l-istazzjonijiet tal-assoċjazzjoni – jistgħu wkoll jiġu koperti b’“sempliċi rimbors tal-ispejjeż effettivament sostnuti”? |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil de prud’hommes de Paris (Franza) fit-22 ta’ Settembru 2014 – David Van der Vlist vs Bio Philippe Auguste SARL
(Kawża C-432/14)
(2014/C 431/22)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil de prud’hommes de Paris
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: David Van der Vlist.
Konvenuta: Bio Philippe Auguste SARL
Domanda preliminari
Il-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni minħabba l-età jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonli (l-Artikolu L. 1243-10 tal-Kodiċi tax-Xogħol Franċiż) li jeskludi liż-żgħażagħ li jaħdmu matul il-vaganzi skolastiċi jew universitarji tagħhom, milli jibbenefikaw minn kumpens għall-prekarjetà dovut f’każ ta’ impjieg f’forma ta’ kuntratt għal żmien determinat li ma jkunx segwit minn offerta għal impjieg għal żmien indeterminat?
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/16 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru
(Kawża C-386/13) (1)
(2014/C 431/23)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/16 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Navarra – Spanja) – Miguel Angel Zurbano Belaza, Antonia Artieda Soria/Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA
(Kawża C-93/14) (1)
(2014/C 431/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/16 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-130/14) (1)
(2014/C 431/25)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/16 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hannover – il-Ġermanja) – Catharina Smets, Franciscus Vereijken vs TUIfly GmbH
(Kawża C-279/14) (1)
(2014/C 431/26)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/17 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Rüsselsheim – il-Ġernanja) – Marc Hußock, Ute Hußock, Michelle Hußock, Florian Hußock vs Condor Flugdienst GmbH
(Kawża C-316/14) (1)
(2014/C 431/27)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/17 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Rüsselsheim – il-Ġermanja) – Elvira Mandl, Helmut Mandl vs Condor Flugdienst GmbH
(Kawża C-337/14) (1)
(2014/C 431/28)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/17 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Rüsselsheim – il-Ġermanja) – Annette Lorch, Kurt Lorch vs Condor Flugdienst GmbH
(Kawża C-364/14) (1)
(2014/C 431/29)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/17 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Rüsselsheim – il-Ġermanja) – Brunhilde Liebler, Helmut Liebler vs Condor Flugdienst GmbH
(Kawża C-365/14) (1)
(2014/C 431/30)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
Il-Qorti Ġenerali
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/18 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2014 – Szajner vs UASI – Forge de Laguiole (LAGUIOLE)
(Kawża T-453/11) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali LAGUIOLE - Isem ta’ kumpannija Franċiża preċedenti Forge de Laguiole - Artikolu 53(1)(c) u Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2014/C 431/31)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Gilbert Szajner (Niort, Franza) (rappreżentanti A. Lakits-Josse, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Forge de Laguiole SARL (Laguiole, Franza) (rappreżentant: F. Fajgenbaum, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 181/2007-1), rigward proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn il-Forge de Laguiole SARL u Gilbert Szajner.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-1 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 181/2007-1), hija annullata sa fejn hija tiddikjara l-invalidità tat-trade mark Komunitarja verbali LAGUIOLE, għall-prodotti minbarra l-“għodda tal-idejn u implimenti (imħaddma bl-idejn); mgħaref; segi, mwies tal-leħja, xfafar għat-tqaxxir; kaxxetti b’tagħmir għat-tqaxxir; limi u tnalji tad-dwiefer, qattiegħa tad-dwiefer, settijiet tal-manikjur”, fil-klassi 8, l-“oġġetti li jaqtgħu l-karti”, fil-klassi 16, it-“trabixù; fettieħa tal-fliexken” u l-“pniezel tal-leħja, kaxxi fejn jitpoġġew l-oġġetti tat-twaletta”, fil-klassi 21, u l-“għodda għall-qtugħ ta’ truf tas-sigarri” u l-“ixkupilji li jnaddfu l-pipi tat-tabakk”, fil-klassi 34. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Il-Forge de Laguiole SARL għandha tbati kwart tal-ispejjeż tar-rikorrent, kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż tagħha stess. |
4) |
Gilbert Szajner għandu jbati kwart tal-ispejjeż tal-Forge de Laguiole u kwart tal-ispejjeż tal-UASI, kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż tiegħu stess. |
5) |
L-UASI għandu jbati tliet kwarti tal-ispejjeż tiegħu stess. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/19 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-268/13) (1)
((“Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Pagamenti ta’ penalità - Deċiżjoni ta’ kalkolu tal-pagament ta’ penalità - Obbligu tal-irkupru - Impriżi li huma s-suġġett ta’ proċeduri ta’ falliment - Suġġett tal-proċeduri ta’ falliment inkwistjoni - Diliġenza neċessarja - Oneru tal-prova”))
(2014/C 431/32)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, G. Conte u B. Stromsky, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 1264 finali, tas-7 ta’ Marzu 2013, li tordna lir-Repubblika Taljana li tħallas fuq il-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea” is-somma ta’ EUR 1 6 5 33 000 bħala pagament ta’ penalità.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/19 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2014 – Justice & Environment vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-405/10) (1)
((“Approssimazzjoni tal-liġijiet - Rilaxx intenzjonat ta’ OMĠ fl-ambjent - Proċedura ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq - Talba għal reviżjoni interna - Annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati jew ikkonċernati - Kawża fejn ma għadx hemm is-suġġett - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2014/C 431/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Association/Vereniging Justice & Environment (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: P. Černý, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Oliver u D. Bianchi, sussegwentement D. Bianchi, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/135/UE, tat-2 ta’ Marzu 2010, dwar it-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta’ prodott tal-patata (Solanum tuberosum L. linja EH92 527 1) modifikat ġenetikament għal kontenut miżjud tal-komponent amylopectin tal-lamtu (ĠU L 53, p. 11), u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/136/UE, tat-2 ta’ Marzu 2010, li tawtorizza t tqegħid fis-suq ta’ għalf magħmul mill-patata modifikata ġenetikament EH92-527-1 (BPS-25271-9) u traċċi tekniċi li ma jistgħux jiġu evitati jew aċċidentali tal-patata fl-ikel u prodotti oħra tal-għalf taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 53, p. 15) kif ukoll id-deċiżjoni allegata kontenut fl-ittra tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Lulju 2010 li tiċħad it-talba għal reviżjoni interna ta’ dawn id-deċiżjonijiet.
Dispożittiv
1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors. |
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għanda tbati, barra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Assoċjazzjoni/Vereniging Justice & Environment. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/20 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Settembru 2014 – Afepadi et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-354/12) (1)
([“Rikors għal annullament - Indikazzjonijiet dwar is-saħħa użati fl-ittikkettjar u r-riklamar tal-prodotti tal-ikel - Regolament (UE) Nru 432/2012 - Premessi 11, 14 u 17 - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”])
(2014/C 431/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Asociación Española de Fabricantes de Preparados alimenticios especiales, dietéticos y plantas medicinales (Afepadi) (Barcelona, Spanja); Elaborados Dietéticos, SA (Palma de Cervelló, Spanja); Nova Diet, SA (Burgos, Spanja); Laboratorios Vendrell, SA (Barcelona); u Ynsadiet, SA (Leganés, Spanja) (rappreżentanti: P. Velázquez González, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Grünheid u P. Němečková, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u S. Menez, aġenti)
Suġġett
B’mod partikolari, talba għall-annullament ta’ premessi 11, 14 u 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012, tas-16 ta’ Mejju 2012, li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 136, p. 1)
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Asociación Española de Fabricantes de Preparados alimenticios especiales, dietéticos y plantas medicinales (Afepadi), Elaborados Dietéticos, SA Nova Diet, SA, Laboratorios Vendrell, SA u Ynsadiet, SA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/20 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2014 – BT vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-59/13 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt - Artikolu 76 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku”))
(2014/C 431/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: BT (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentanti: N. Visan u G. Coca, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u A.-C. Simon, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2012, BT vs Il-Kummissjoni (F-45/12, ĠabraSP, EU:F:2012:168), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
BT għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanża. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/21 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2014 – BS vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-83/13 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Leġiżlazzjoni dwar l-assigurazzjoni tar-riskji ta’ inċident u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol - Prinċipju ta’ kolleġġjalità - Natura legali tal-kawża - Rata ta’ preġudizzju għall-integrità fiżika u psikika - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”))
(2014/C 431/36)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: BS (Messina, l-Italja) (rappreżentant: C. Pollicino, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall u V. Joris, sussegwentement minn J. Currall, aġenti, assistiti minn D. Gullo, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2012, BS vs Il-Kummissjoni (F-90/11, ĠabraSP, EU:F:2012:188), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
BS għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/22 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta Ottubru 2014 – HTC Sweden vs UASI – Vermop Salmon (TWISTER)
(Kawża T-230/13) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2014/C 431/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: HTC Sweden AB (Söderköping, l-Isvezja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u D. Kipping, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vermop Salmon GmbH (Gilching, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Ring u W. von der Osten-Sacken, avukati)
Suġġett
Recours formé contre la décision de la première chambre de recours de l’OHMI du 31 janvier 2013 (affaires jointes R 1873/2011-1 et R 1881/2011-1), relative à une procédure en nullité entre Vermop Salmon GmbH et HTC Sweden AB.
Dispożittiv
1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors. |
2) |
Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom, kif ukoll, kull wieħed, għal nofs l-ispejjeż sostnuti mill-konvenut. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/22 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2014 – Boston Scientific Neuromodulation vs UASI (PRECISION SPECTRA)
(Kawża T-497/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PRECISION SPECTRA - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”])
(2014/C 431/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Boston Scientific Neuromodulation Corp. (Valencia, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Rath u W. Festl-Wietek, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Mejju 2013 (Każ R 2099/2012-5), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PRECISION SPECTRA bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Boston Scientific Neuromodulation Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/23 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2014 – Shire Pharmaceutical Contracts vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-583/13) (1)
([“Rikors għal annullament - Prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku - Regolament (KE) Nru 1901/2006 - Artikolu 37 - Proroga tal-perijodu tal-esklużività kummerċjali tal-prodotti mediċinali orfni li ma għandhomx privattiva - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”])
(2014/C 431/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Shire Pharmaceutical Contracts Ltd (Hampshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Bacon, barrister, M. Utges Manley u M. Vickers, solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sipos u V. Walsh, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni indirizzata lir-rikorrenti fit-2 ta’ Settembru 2013, kif ikkonfermata sussegwentement permezz tal-ittra tat-18 ta’ Ottubru 2013, għal dak li jikkonċerna l-eliġibbiltà tal-prodott mediċinali Xagrid għall-inċentiv previst fl-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (ĠU L 378, p. 1).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Shire Pharmaceutical Contracts Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/23 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Röchling Oertl Kunststofftechnik vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-286/14 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris”))
(2014/C 431/40)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Röchling Oertl Kunststofftechnik GmbH (Brensbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz u B. Wißmann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti:T. Maxian u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.
Dispożittiv
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/24 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Schaeffler Technologies vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-287/14 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris”))
(2014/C 431/41)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Schaeffler Technologies GmbH & Co. KG (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz u B. Wißmann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti:T. Maxian u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.
Dispożittiv
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/24 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Energiewerke Nord vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-288/14 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris”))
(2014/C 431/42)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Energiewerke Nord GmbH (Rubenowchaeffler, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz u B. Wißmann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.
Dispożittiv
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/25 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Klemme vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-294/14 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris”))
(2014/C 431/43)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Klemme AG (Lutherstadt Eisleben, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz u B. Wißmann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.
Dispożittiv
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/25 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Autoneum Germany vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-295/14 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris”))
(2014/C 431/44)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Autoneum Germany GmbH (Roßdorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz u B. Wißmann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.
Dispożittiv
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/26 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Erbslöh vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-296/14 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris”))
(2014/C 431/45)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Erbslöh AG (Velbert, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz u B. Wißmann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.
Dispożittiv
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/26 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Walter Klein vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-297/14 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris”))
(2014/C 431/46)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Walter Klein GmbH & Co. KG (Wuppertal, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz u B. Wißmann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.
Dispożittiv
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/27 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Erbslöh Aluminium vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-298/14 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris”))
(2014/C 431/47)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Erbslöh Aluminium GmbH (Velbert, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz u B. Wißmann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.
Dispożittiv
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/27 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Fricopan Back vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-300/14 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris”))
(2014/C 431/48)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Fricopan Back GmbH Immekath (Klötze, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz u B. Wißmann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti:T. Maxian u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.
Dispożittiv
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/28 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Michelin Reifenwerke vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-301/14 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris”))
(2014/C 431/49)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Michelin Reifenwerke AG & Co. KGaA (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz u B. Wißmann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.
Dispożittiv
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/28 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2014 – L-Isvezja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-521/14)
(2014/C 431/50)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u K. Sparrman, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tikkonstata li, billi naqset milli tadotta atti delegati sabiex tispeċifika kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali, il-Kummissjoni Ewropea kisret l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament dwar il-Bijoċidi (1), il-Kummissjoni għandha tadotta, sa mhux iktar tard mit-13 ta’ Diċembru 2013, atti delegati sabiex tispeċifika kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali. Ir-rikorrenti ssostni li billi ma adottatx dawn l-atti delegati, il-Kummissjoni naqset milli tadotta l-miżuri li hija legalment marbuta li tadotta. Ir-rikorrenti stiednet lill-Kummissjoni tadotta l-atti delegati previsti fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Bijoċidi, iżda, skont ir-rikorrenti, ir-risposta tal-Kummissjoni ma tikkostitwixxix teħid ta’ pożizzjoni dwar din l-istedina fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 265 TFUE. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni lanqas ma ħadet miżuri, sa meta ġie ppreżentat ir-rikors, li jimplikaw li n-nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni ntemm. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni għandha d-data sabiex tispeċifika l-kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali u l-kriterji previsti fit-tieni u fit-tielet subparagrafi tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament dwar il-Bijoċidi għandhom japplikaw sa meta l-Kummissjoni tadotta atti delegati li jinkludu l-kriterji dwar is-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali.
(1) Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, p. 1).
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/29 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2014 – JP Divver Holding Company vs UASI (EQUIPMENT FOR LIFE)
(Kawża T-642/14)
(2014/C 431/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: JP Divver Holding Company Ltd (Newry, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. Franke, E. Bertram, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark li tinkludi l-element verbali “EQUIPMENT FOR LIFE”
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Ġunju 2014 fil-Każ R 64/2014-2
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/29 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2014 – SV Capital vs EBA
(Kawża T-660/14)
(2014/C 431/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: SV Capital OÜ (Tallinn, l-Estonja) (rappreżentant: M. Greinoman, avukat)
Konvenuta: L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA)
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni Nru EBA C 2013 002 tal-EBA, tal-21 ta’ Frar 2014, kollha kemm hi; |
— |
tannulla d-Deċiżjoni Nru BoA 2014-CI-02 tal-Bord tal-Appell tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej sa fejn tiċħad l-appell; |
— |
tirrinvija l-każ quddiem il-korp kompetenti tal-EBA sabiex jiġi eżaminat il-mertu tal-ilment ta’ SV Capital OÜ datat 24 ta’ Ottubru 2012 (kif issupplimentat); |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti għall-eżekuzzjoni tas-sentenza jew tad-digriet tal-Qorti Ġenerali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ fatt, sa fejn id-deċiżjoni Nru EBA C 2013 002 tiddikjara li “la [RR] u lanqas [OP] ma kienu kapijiet tal-fergħa ta’ Nordea Bank Finland jew detenturi ta’ funzjoni ewlenija fis-sens tal-Linji gwida tal-EBA”, minkejja li l-Bord tal-Appell aċċetta l-prova kuntrarja tar-rikorrenti. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta naqset milli teżerċita diskrezzjoni billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt i) li Nordea tinsab fuq il-lista ta’ 29 istituzzjonijiet finanzjarji ta’ importanza sistematika mondjali stabbilita mill-Bord ta’ Stabbiltà Finanzjarja, ii) li hija konglomerat finanzjarju, iii) li l-fergħa Estonjana tagħha hija fergħa sostanzjali u iv_ li l-ksur allegat huwa ta’ natura gravi. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 39(1) tar-Regolament EBA (1) u tal-Artikolu 16 tal-Kodiċi ta’ kondotta amministrattiva tajba tal-EBA (2), sa fejn ir-rikorrenti ma ngħatatx l-opportunità li tesprimi l-fehmiet tagħha dwar ir-raġunament u d-dikjarazzjonijiet ta’ fatt tal-konvenuta qabel ma ttieħdet id-Deċiżjoni kkontestata Nru EBA C 2013 002, billi l-konvenuta ma informatx lir-rikorrenti bl-intenzjoni tagħha li ma tibdiex l-investigazzjoni mitluba ta’ Nordea Bank Finland u ma pprovdietx ir-raġunijiet għal dan. |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 3(3), (4) u (5) tar-Regoli interni tal-EBA (3), sa fejn il-President supplenti tal-EBA ma ġiex informat abbażi ta’ informazzjoni anonimizzata dwar id-deċiżjoni prevista li ma tinbediex investigazzjoni. |
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter u aġir mhux raġonevoli tal-EBA, sa fejn il-konvenuta aġixxiet b’mod parzjali u, fid-dawl taż-żmien u tal-isforzi ddedikati mill-konvenuta għall-ilment u għall-ammissibbiltà tiegħu, ma kien hemm ebda raġuni għalfejn il-każ kellu jingħalaq mingħajr ma ttieħdet deċiżjoni mmotivata fuq il-mertu tiegħu. |
(1) Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Novembru 2010, li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, p. 12).
(2) Deċiżjoni DC 006 tal-Bord Maniġerjali, tat-12 ta’ Jannar 2011, dwar il-Kodiċi ta’ kondotta amministrattiva tajba tal-EBA.
(3) Deċiżjoni DC 054 tal-Bord tas-Superviżuri, tal-5 ta’ Lulju 2012, dwar ir-Regoli interni għat-trattament tal-investigazzjonijiet dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni.
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/30 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – Milchindustrie-Verband und Deutscher Raiffeisenverband vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-670/14)
(2014/C 431/53)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Milchindustrie-Verband e.V. (Berlin, il-Ġermanja), Deutscher Raiffeisenverband e.V. (Berlin) (rappreżentanti: I. Zenke u T. Heymann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2014/C 200/01, tat-28 ta’ Ġunju 2014, li tikkonċerna l-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014–2020, sa fejn l-industrija tal-ħalib (NACE 10.51) ma tissemmiex fl-Anness 3 minkejja li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fis-sezzjoni 3.7.2 ta’ dawn il-linji gwida; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq użu ħażin ta’ poter minħabba żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-għażla tal-perijodu ta’ referenza
|
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq użu ħażin ta’ poter minħabba eżami insuffiċjenti tal-fatti
|
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali
|
(1) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014–2020 (ĠU C 200, p. 1).
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/31 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2014 – El-Qaddafi vs Il-Kunsill
(Kawża T-681/14)
(2014/C 431/54)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aisha Muammer Mohamed El-Qaddafi (Muskat, l-Oman) (rappreżentant: J. Jones, barrister)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tadotta miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura bis-saħħa tal-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, billi tobbliga lill-Kunsill jiżvela l-informazzjoni kollha ta’ sostenn għall-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista relatata mal-miżuri kontenzjużi; |
— |
tannulla totalment jew parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK, tat-28 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/380/PESK, tat-23 ta’ Ġunju 2014, sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti; |
— |
tannulla totalment jew parzjalment ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2010, tat-2 ta’ Marzu 2011, implementat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 689/2014, tat-23 ta’ Ġunju 2014, li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali għandha l-ġurisdizzjoni li tistħarreġ il-legalità ta’ miżuri restrittivi meħuda kontra r-rikorrenti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea sabiex tiġi implementata s-sistema ta’ sanzjonijiet imposta mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti b’relazzjoni mal-Libja. Ir-rikorrenti ssostni li l-miżuri tal-Unjoni li jimplementaw miżuri restrittivi adottati fuq livell internazzjonali ma jgawdu minn ebda immunità ta’ ġurisdizzjoni minħabba li huma intiżi li japplikaw riżoluzzjonijiet adottati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti taħt il-Kapitolu VII tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-ġurisdizzjoni li twettaq stħarriġ komplet u fuq il-mertu tal-legalità tal-miżuri kontenzjużi tal-Unjoni li jimplementaw ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li jimponu miżuri restrittivi fuq ir-rikorrenti. Dan l-istħarriġ jirrigwarda, speċifikament, il-kwistjoni dwar jekk il-motivi invokati mill-Kunsill insostenn tad-deċiżjoni tagħha li tikkonferma l-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista humiex fondati u suffiċjentement iddettaljati u preċiżi. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-miżuri kontenzjużi tal-Unjoni jiksru d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti kif ukoll id-dritt tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill naqas milli jagħtiha l-motivi jew xi prova preċiża li jiġġustifikaw iż-żamma tagħha fil-lista. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-miżuri kontenzjużi tal-Unjoni jiksru l-prinċipju ta’ proporzjonalità kif ukoll id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, inkluż id-dritt tagħha għall-proprjetà u d-dritt tagħha għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista hija infondata, mhux preċiża, mhux iġġustifikata u insuffiċjentement iddettaljata fid-dawl tal-fatt li r-rikorrenti ma tikkostitwixxi l-ebda theddida għall-paċi u għas-siġurtà internazzjonali. Ir-rikorrenti ssostni li ż-żamma tagħha fil-lista minħabba biss ir-rabta familjari mal-mexxej mejjet tar-reġim ta’ Gaddafi li llum ma għadux jeżisti tikser id-dritt tal-Unjoni. Ir-rikorrenti tallega, barra minn hekk, li hija ma kienet involuta f’ebda avveniment fil-Libja li jikkostitwixxi theddida għall-paċi u għas-siġurtà internazzjonali. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/32 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – Mylan Laboratories and Mylan vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-682/14)
(2014/C 431/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mylan Laboratories Ltd (Hyderabad, l-Indja) u Mylan, Inc. (Canonsburg, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Kon, C. Firth u C. Humpe, Solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla l-Artikoli 2, 7 u 8 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali tad-9 ta’ Lulju 2014 fil-Każ Perindopril (Servier) sa fejn jikkonċernaw ir-rikorrenti; jew |
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali tad-9 ta’ Lulju 2014 fil-Każ AT.39612 Perindopril (Servier) sa fejn jimponi multa fuq ir-rikorrenti; jew |
— |
b’mod iktar sussidjarju, tnaqqas il-multa imposta fur ir-rikorrenti skont l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali tad-9 ta’ Lulju 2014 fil-Każ AT.39612 Perindopril (Servier); jew |
— |
kif ukoll b’mod iktar sussidjarju, tannulla l-Artikoli 2, 7 u 8 tad-Deċiżjoni tal-Kummssjoni C(2014) 4955 finali fil-Każ AT.39612 Perindopril (Servier) dsa fejn jikkonċernaw Mylan Inc.; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi.
1. |
L-ewwel motiv, li jipprovdi li d-deċiżjoni kkontestata tinkludi żbalji ta’ fatt u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-analiżi tagħha tal-kuntest fattwali, legali u ekonomiku li fih il-ftehim bonarju li jirrigwarda privattiva ġie konkluż bejn Mylan Laboratories (li qabel kienet magħrufa taħt l-isem ta’ Matrix Laboratories) u Servier. |
2. |
It-tieni motiv, li jipprovdi li d-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata fid-dritt u fil-fatt inkwantu tqis li Matrix kienet kompetitriċi potenzjali għal Servier. |
3. |
It-tielet motiv, li jipprovdi li d-deċiżjoni kkontestata ma tistabblixxix b’mod suffiċjenti skont il-liġi li l-ftehim bonarju li jirrigwarda privatttiva kellu għan li jirrestrinġi l-kompetizzjoni bi ksur tal-Artikolu 101 TFUE. |
4. |
Ir-raba’ motiv, li jipprovdi li d-deċiżjoni kkontestata ma tistabblixxix b’mod suffiċjenti skont il-liġi li l-ftehim bonarju li jirrigwarda privatttiva kellu għan li jirrestrinġi l-kompetizzjoni bi ksur tal-Artikolu 101 TFUE. |
5. |
Il-ħames motiv, imqajjem sussidjarjament u li jipprovdi li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 (1) kif ukoll il-prinċipji ta’ proporżjonalità, nullum crimen nulla poena sine lege u ta’ ċertezza legali meta timponi multa fuq ir-rikorrenti. |
6. |
Is-sitt motiv, imqajjem b’mod iktar sussidjarju u li jipprovdi li l-Kummissjoni imponiet multa li hija manifestament sproporzjonata meta mqabbla mal-gravità tal-allegat ksur. |
7. |
Is-seba’ motiv, li jipprovdi li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża ta’ Mylan Inc. meta fformulat mill-ġdid, mingħajr ma għamlet dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet addizjonanli, il-bażi li fuqha tibbaża r-responsabbiltà imputata lil Mylan Inc.b’mod differenti minn mill-bażi li fuqha din ir-responsabbiltà kienet ġiet imposta fuq bażi preliminari fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. |
8. |
Ir-raba’ motiv, li jipprovdi li l-Kummissjoni (i) kisret il-prinċipju tar-responsabbiltà personali u tal-preżunzjoni ta’ innoċenza meta qieset lil Mylan Inc. responsabbli għall-ksur allegatament imwettaq minn Matrix; u (ii) wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta qieset li Mylan Inc. kienet eżerċitat influwenza determinanti fuq l-aġir ta’ Matrix matul il-perijodu kkonċernat. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 TFUE] u [102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu Chapter 08 Volume 02 P. 205
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/33 |
Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2014 minn Rhys Morgan mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-8 ta' Lulju 2014 fil-Kawża F-26/13, Morgan vs UASI
(Kawża T-683/14 P)
(2014/C 431/56)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Rhys Morgan (Alicante, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
— |
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża F-26/13; |
— |
tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni maħruġ lill-appellant fir-rigward tal-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011; |
— |
tordna lill-UASI jħallas kumpens xieraq fid-diskrezzjoni tal-Qorti Ġenerali – li ma jkunx inqas mill-ammont ta’ EUR 500 – lill-appellant għad-danni morali u mhux materjali mġarrba mill-appellant b’riżultat tal-imsemmi rapport ta’ evalwazzjoni; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka ħames aggravji.
1. |
L-ewwel aggravju, ibbażat fuq il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku żbalja meta naqas li jirrikonoxxi li evalwazzjoni ġenerali għandha tkun ibbażata fuq il-prestazzjoni tal-uffiċjal matul il-perijodu ta’ evalwazzjoni kollu kemm hu. |
2. |
It-tieni aggravju, ibbażat fuq il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku żbalja meta naqas li jirrikonoxxi l-gravità tal-ksur proċedurali mwettaq mill-UASI. |
3. |
It-tielet aggravju, ibbażat fuq il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball meta evalwa l-motiv dwar allegat ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. |
4. |
Ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żbalji meta evalwa l-motiv dwar allegat ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. |
5. |
Il-ħames aggravju, ibbażat fuq il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku naqas li jevalwa sewwa, jew saħansitra li jeżamina, l-provi li jirrigwardaw il-motiv dwar l-użu ħażin ta’ poter. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/34 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – Krka vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-684/14)
(2014/C 431/57)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Krka Tovarna Zdravil d.d. (Novo Mesto, is-Slovenja) (rappreżentanti: T. Ilešič u M. Kocmut, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014 fil-Każ AT.39612 – Perindopril (Servier), innotifikata lir-rikorrenti fil-11 ta’ Lulju 2014, sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti, b’mod partikolari l-Artikoli 4, 7(4)(a), 8 u 9; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti u għal spejjeż oħra relatati ma’ din il-kawża; u |
— |
tordna kull miżura oħra ġuridikament meħtieġa. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas tal-Kummissjoni li tanaliżża b’mod xieraq il-kuntest legali, fattwali u ekonomiku tas-sitwazzjoni tar-rikorrenti. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-konklużjoni żbaljata tal-Kummissjoni li r-rikorrenti u Servier kienu kompetituri effettivi u potenzjali skont l-Artikolu 101 TFEU. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konklużjoni żbaljata tal-Kummissjoni li l-ftehim dwar il-brevett konkluż bejn ir-rikorrenti u Servier kien jirrestrinġi, permezz tal-għan tiegħu, il-kompetizzjoni skont l-Artikolu 101(1) TFEU hija bbażata fuq analiżi fattwali u legali żbaljata kif ukoll fuq applikazzjoni żbaljata tal-prinċipji stabbiliti dwar ir-restrizzjonijiet permezz tal-għan. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur mill-Kummissjoni tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti billi eżaminat b’mod inkonsistenti l-kuntratt ta’ ċessjoni u liċenzja u żbaljat meta kkonkludiet li dan il-ftehim kien jikkostitwixxi restizzjoni, permezz tal-għan tiegħu, tal-kompetizzjoni skont l-Artikolu 101(1) TFEU. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-konklużjoni żbaljata tal-Kummissjoni li l-ftehimiet konklużi bejn ir-rikorrenti u Servier kienu jirrestrinġu, permezz tal-effett tagħhom, il-kompetizzjoni skont l-Artikolu 101(1) TFEU. |
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq in-nuqqas tal-Kummissjoni li tevalwa b’mod preċiż l-argumenti mqajma mir-rikorrenti skont l-Artkolu 101(3) TFEU. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/35 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2014 – EEB vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-685/14)
(2014/C 431/58)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: European Environmental Bureau (EEB) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Podskalská, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni Ares tal-Kummissjoni (2014) 2317513, tal-11 ta’ Lulju 2014, li tiddikjara inammissibbli t-talba għal stħarriġ intern, imressqa mir-rikorrent, dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/2002 finali, tal-31 ta’ Marzu 2014, fuq in-notifika mir-Repubblika tal-Bulgarija ta’ pjan nazzjonali transitorju msemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali. |
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/2002 finali, tal-31 ta’ Marzu 2014, fuq in-notifika mir-Repubblika tal-Bulgarija ta’ pjan nazzjonali transitorju msemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali. |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni Ares tal-Kummissjoni (2014) 2317513, tal-11 ta’ Lulju 2014, tikser l-Artikolu 17 tat-Trattat Dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 2(1)(g) u 10 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006, il-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (il-“Konvenzjoni UNECE”), flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni UNECE (2005/370/KE). |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C 2014/2002 finali, tal-31 ta’ Marzu 2014, tikser l-Artikolu 17 tat-Trattat Dwar l-Unjoni Ewropea, id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, il-Konvenzjoni UNECE, flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni UNECE (2005/370/KE), id-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, u d-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/36 |
Appell ippreżentat fit-12 ta’ Settembru mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-2 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża F-63/13, Psarras vs ENISA
(Kawża T-689/14 P)
(2014/C 431/59)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) (rappreżentant: P: Empadinhas u C. Meidanis, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Aristidis Psarras (Heraklion, il-Greċja)
Talbiet
— |
tannulla fl-intier tagħha s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-2 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża F-63/13; |
— |
tiċħad fl-intier tagħhom it-talbiet magħmula mir-rikorrenti fl-ewwel istanza fil-Kawża F-63/13 u |
— |
tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż kollha legali tal-proċeduri, kemm quddiem il-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka ħames aggravji.
1. |
L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żnaturament tal-fatti fir-rigward tal-avvenimenti tal-4 ta’ Mejju 2012 u l-perijodu sussegwenti, kif ukoll fuq żball ta’ liġi rigward l-Artikolu 41 (2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 47 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea (flimkien mal-Artikolu 59 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea). |
2. |
It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fir-rigward tal-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta, sa fejn ġie deċiż, minn naħa, li l-konstatazzjoni tal-ksur ta’ din id-dispożizzjoni tinvolvi ipso jure u awtomatikament l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, li ma mxietx mal-ġurisprudenza li tgħid li r-rikorrent kellu juri wkoll li, fl-assenza ta’ ksur, il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata seta’ kien differenti, u, min-naħa l-oħra, abbażi tal-interpretazzjoni l-ġdida ta’ din il-konstatazzjoni, il-ġurisprudenza preċedenti hija “definittivament mingħajr ebda sens”. |
3. |
It-tielet aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu tat-Tribunal għas-Servizz Ċivili li jiddeċiedi dwar l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà mqajma mill-konvenuta fl-ewwel istanza u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, kif ukoll fuq il-ksur tal-obbligu li li tiġi osservata l-fażi prekontenzjuża dwar talba għad-danni. |
4. |
Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tal-ġurisprudenza li tgħid li l-annullament tal-att ikkontestat fih innifsu jikkostitwixxi kumpens adegwat, fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, u fuq il-fatt li l-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda ultra vires, kif ukoll fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni |
5. |
Il-ħames aggravju huwa bbażat fuq suspetti ta’ nuqqas ta’ imparzjalità min-naħa tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/37 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – Sony Computer Entertainment Europe vs UASI – Marpefa (Vieta)
(Kawża T-690/14)
(2014/C 431/60)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sony Computer Entertainment Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Marpefa, SL (Barcelona, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja Nru 1 7 90 674
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Lulju 2014 fil-Każ R 2100/2013-2
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 51(2) tar-Regolament Nru 207/2009. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/38 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2014 – Niche Generics vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-701/14)
(2014/C 431/61)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Niche Generics Ltd (Hitchin, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: E. Batchelor, M. Healy, Solicitors, u F. Carlin, Barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni; |
— |
tannulla jew fi kwalunkwe każ tnaqqas l-ammont tal-multa; u |
— |
tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mir-rikorrenti f’dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, fil-Każ AT.39612 – Perindopril (Servier).
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħdax-il motiv.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tapplika t-test ġuridiku korrett tan-“neċessità oġġettiva” sabiex tiddetermina jekk il-ftehim dwar il-privattiva bejn ir-rikorrenti u Servier jaqax taħt l-Artikolu 101(1) TFUE. |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ trattament ugwali meta ma applikatx il-Linji Gwida tar-Regolament ta’ Eżenzjoni Ġenerali tat-Trasferiment ta’ Teknoloġija għall-ftehim tar-rikorrenti. |
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta kklassifikat il-ftehim bħala ksur “permezz tal-għan” tal-Artikolu 101(1) TFUE. |
4. |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni applikat ħażin it-test ġuridiku tagħha stess “ksur permezz tal-għan” għall-fatti speċifiċi marbuta mar-rikorrenti. |
5. |
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-ftehim kellu effetti antikompetittivi. |
6. |
Is-sitt motiv huwa bbażat sussidjarjament fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi billi ma rrikonoxxietx li l-ftehim jissodisfa l-kriterji ta’ eżenzjoni skont l-Artikolu 101(3) TFEU. |
7. |
Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrenti u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba billi aġixxiet b’mod oppressiv fl-investigazzjoni tagħha fir-rigward ta’ dokumenti koperti minn privileġġ legali. |
8. |
It-tmien motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ trattament ugwali fil-kalkolu tagħha tal-multa billi ttrattat lir-rikorrenti b’mod differenti minn Servier mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva. |
9. |
Id-disa’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-linji gwida tagħha dwar l-impożizzjoni ta’ multi u l-prattika tagħha stabbilita preċedentement meta imponiet multa fuq ir-rikorrenti. |
10. |
L-għaxar motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 (1) billi eċċediet il-massimu ta’ 10 % limitu tal-multi. |
11. |
Il-ħdax-il motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296 TFUE fir-rigward tal-kalkolu tagħha tal-multa u l-evalwazzjoni tagħha tal-gravità tal-ksur tar-rikorrenti. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 TFEU] u [102 TFEU] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/39 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2014 – IPSO vs BĊE
(Kawża T-713/14)
(2014/C 431/62)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Organizzazzjoni tal-impjegati mal-istituzzjonijiet Ewropej u internazzjonali fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (IPSO) (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-BĊE tat-30 ta’ Mejju 2014, ippubblikata fis-16 ta’ Lulju 2014, li tiffissa għal sentejn it-tul massimu ta’ ċerti kuntratti ta’ membri tal-persunal temporanju inkarigati b’funzjonijiet ta’ natura segretarjali u amministrattiva; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-kumpens għad-dannu morali stmat ex aequo et bono għal EUR 15 000; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat, minn naħa, fuq il-ksur tad-dritt għall-informazzjoni u għall-konsultazzjoni tar-rikorrenti kif stabbilit fl-Artikolu 27 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewopea u fid-Direttiva 2002/14 (1) u ppreċiżat u implementat permezz tal-ftehim qafas dwar ir-rikonoxximent, it-tqassim ta’ informazzjoni u l-konsultazzjoni u l-ftehim ad hoc ta’ Jannar 2014 li jistabbilixxi l-grupp ta’ ħidma dwar il-ħaddiema temporanji, konkluż bejn il-BĊE u l-IPSO, u, min-naħa l-oħra, il-ksur tal-imsemmija ftehimiet. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u, b’mod partikolari, tad-dritt għal smigħ u tad-dritt ta’ aċċess għal informazzjoni, drittijiet proċedurali stabbiliti fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fndamentali tal-Unjoni Ewropea. |
(1) Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2003 [2002], li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati fil-Komunità Ewropea – Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fuq ir-rappreżentanza tal-ħaddiema (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 219).
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/40 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2014 – Bonney vs UASI – Bruno (ATHEIST)
(Kawża T-714/14)
(2014/C 431/63)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: David Bonney (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: D. Farnsworth, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vanessa Bruno (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: Trade mark Komunitarja verbali “ATHEIST” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 0 0 34 874
Proċedimenti quddiem l-UASI: Proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Awwissu 2014 fil-Każ R 803/2013-4
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tiċħad l-oppożizzjoni sa fejn tikkonċerna prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 35; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/40 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2014 – NK Rosneft a.o. vs Il-Kunsill
(Kawża T-715/14)
(2014/C 431/64)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: NK Rosneft OAO (Moska, ir-Russja); RN-Shelf-Arctic OOO (Moska); RN-Shelf-Dalniy Vostok ZAO (Yuzhniy Sakhalin, ir-Russja); RN-Exploration OOO (Moska); u Tagulskoe OOO (Krasnoyarsk, ir-Russja) (rappreżentant: T. Beazley, QC)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla l-Artikoli 1(2)(b), (c) u (d) u (3), u l-Anness III tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina, kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/659/PESK tat-8 ta’ Settembru 2014; |
— |
tannulla l-Artikoli 3, 3a, 4(3) u (4), l-Anness II, l-Artikolu 5(2)(b), (c), (d) u (3) u l-Anness VI, u l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 960/2014 tat-8 ta’ Settembru 2014; |
— |
barra minn hekk jew sussidjarjament, tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK sa fejn dawn japplikaw għar-rikorrenti; |
— |
tordna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw disa’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, li jallega li l-Kunsill naqas milli jipprovdi raġunijiet suffiċjenti biex jippermetti reviżjoni sħiħa tal-legalità kemm sostantiva kif ukoll proċedurali tad-dispożizzjonijiet li r-rikorrenti jitolbu l-annullament tagħhom (iktar ’il quddiem id-“dispożizzjonijiet inkwistjoni”), u kiser id-drittijiet tad-difiża u d-drittijiet għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrenti fir-rigward tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni. |
2. |
It-tieni motiv, li jallega li ma kien hemm ebda prova mressqa mill-Kunsill li tiġġustifika jew li tista’ tiġġustifika li d-dispożizzjonijiet inkwistjoni għandhom għan leġittimu jew legali. |
3. |
It-tielet motiv, li jallega li d-dispożizzjonijiet inkwistjoni jiksru l-obbligi taħt il-liġi internazzjonali tal-UE skont il-Ftehim ta’ Sħubija u ta’ Kooperazzjoni mar-Russja u/jew il-GATT. |
4. |
Ir-raba’ motiv, li jallega li l-Kunsill ma kienx kompetenti biex jadotta d-dispożizzjonijiet inkwistjoni, jew dawk il-miżuri huma illegali, għaliex ebda rabta razzjonali ma hija evidenti jew ipprovduta bħala raġuni bejn l-għan iddikjarat tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK u l-mezzi magħżula biex dan jitwettaq. |
5. |
Il-ħames motiv, li jallega li r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 ma jimplementax b’mod tajjeb id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK, peress li l-Kunsill ma kienx kompetenti biex jadotta jew, jekk kien kompetenti, ma setax legalment jadotta l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 peress li (għall-inqas) prima facie, dan jinsab f’kunflitt mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK, b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha. |
6. |
Is-sitt motiv, li jallega li l-Kunsill ma kienx kompetenti biex jadotta, jew ma setax legalment jadotta d-dispożizzjonijiet inkwistjoni għaliex dawn jiksru l-prinċipju fundamentali ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ assenza ta’ natura arbitrarja. |
7. |
Is-seba’ motiv, li jallega li l-Kunsill ma kienx kompetenti biex jadotta, jew ma setax legalment jadotta d-dispożizzjonijiet inkwistjoni għaliex dawn ma humiex proporzjonati ma’, jew ma ġiex ipprovat li dawn huma proporzjonati għall-għan imfittex mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK. Barra minn hekk, bħala konsegwenza tan-nuqqas ta’ proporzjonalità tagħhom, id-dispożizzjonijiet (a) jiksru l-kompetenzi leġiżlattivi tal-Unjoni taħt il-PKK (Politika Kummerċjali Komuni) u (b) jikkostitwixxu interferenza mhux permessa mad-dritt fundamentali tal-proprjetà tar-rikorrenti u/jew il-libertà tagħhom li jeżerċitaw il-kummerċ. |
8. |
It-tmien motiv, li jallega li, partikolarment fin-nuqqas ta’ kull spjegazzjoni għad-dispożizzjonijiet inkwistjoni u għan-natura tagħhom, għall-inqas parti mill-iskop tad-dispożizzjoni kkontestata seta’ kien biex tfittex għan differenti minn dak imsemmi, u li minn lat separat ieħor, il-poter mogħti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK ġie użat ħażin. |
9. |
Id-disa’ motiv, li jallega ksur tal-garanzija kostituzzjonali ta’ ċertezza legali, inkluż fin-nuqqas ta’ kjarezza ta’ termini prinċipali fid-dispożizzjonijiet inkwistjoni. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/41 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2014 – Hong Kong Group vs UASI – WE Brand (W E)
(Kawża T-718/14)
(2014/C 431/65)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hong Kong Group (Vantaa, il-Finlandja) (rappreżentant: J. Spåre, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: WE Brand Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “W E” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 0 7 63 795
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Awwissu 2014 fil-Każ R 2305/2013-2
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tilqa’ l-applikazzjoni għal trade mark irreġistrata ppreżentata mir-rikorrent. |
— |
tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra fil-proċediuri għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/42 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2014 – Il-Belgju vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-721/14)
(2014/C 431/66)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju tal-Belgju (rappreżentanti: L. Van den Broeck u M. Jacobs, aġenti, sostnuti minn P. Vlaemminck u B. Van Vooren, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni
Talbiet
— |
tannulla r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2014/478/UE, tal-14 ta’ Lulju 2014, dwar prinċipji għall-protezzjoni tal-konsumaturi u l-ġugaturi ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn u għall-protezzjoni tal-minorenni mil-logħob tal-azzard onlajn. |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ kompetenzi attribwiti fis-sens tal-Artikolu 5 TUE, sa fejn ma hijiex identifikata l-bażi legali fit-Trattati li tattribwixxi kompetenza lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-miżura kkontestata. |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ kompetenzi attribwiti, sa fejn it-Trattati ma jawtorizzawx lill-Kummissjoni tadotta miżura ta’ armonizzazzjoni fis-settur tal-logħob tal-ażżard. |
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzoni leali fis-sens tal-Artikolu 4(3) TUE u tal-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali fis-sens tal-Artikolu 13(2) TUE, sa fejn il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Diċembru 2010“Qafas applikabbli għal-logħob u għal-logħob tal-ażżard fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea” (Dokument Nru 16884/10). |
4. |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali fis-sens tal-Artikolu4(3) TUE fir-rigward tal-Istati Membri. |
5. |
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 13(2) TUE, 288 TFUE u 289 TFUE, sa fejn il-miżura kkontestata fil-verità tikkostitwixxi direttiva moħbija. Ir-rikorrent jallega wkoll ksur tal-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea sa fejn il-Kummissjoni ma hijiex qiegħda tuża liġi sabiex tillimita l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/43 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2014 – Aalberts Industries vs Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropej
(Kawża T-725/14)
(2014/C 431/67)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Aalberts Industries (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. Wesseling u M. Tuurenhout, avukati)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropej
Talbiet
— |
tikkundanna lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja jew mill-Kummissjoni Ewropea, tikkumpensa d-dannu subit minn Aalberts fil-ksur tad-drittijiet tagħha, li għandu jinqasam f’EUR 1 0 41 863 bħala danni materjali u EUR 5 0 40 000 bħala danni morali jew għal ammont li l-Qorti Ġenerali se tiddetermina bħala ekwu, u dan kollu għandu jiżdied bl-interessi kumpensatorji mit-13 ta’ Jannar 2010 sad-data li fiha tingħata s-sentenza f’dan ir-rikors li għandha tiġi kkalkolata bir-rata ffissata mill-BĊE fl-operazzjonijiet prinċipali tagħha ta’ finanzjament mill-ġdid fis-seħħ f’dan il-perijodu miżjuda b’żewġ punti jew bir-rata li l-Qorti Ġenerali għandha tiffissa b’mod ekwu; |
— |
tikkundanna lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja jew mill-Kummissjoni Ewropea, għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti sostniet li l-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tagħha li tara l-kawża tagħha ttrattata fi żmien raġonevoli fir-rikors T-385/06, Aalberts Industries NV et vs Il-Kummissjoni li r-rikorrenti ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 – Attrezzaturi).
Ir-rikorrenti tippreċiża li l-proċedura damet erba’ snin u tliet xhur, meta t-trattament tar-rikors tiegħu mill-Qorti Ġenerali ma setgħax idum iktar minn tliet snin, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża. Ir-rikorrenti tafferma li l-Qorti Ġenerali aġixxiet bi ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta li jobbliga lill-qrati tal-Unjoni li jiddeċiedu fi żmien raġonevoli fil-kawżi mressqa quddiemhom u tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, li jagħti lill-individwi d-dritt li l-kawża tagħhom tiġi trattata fi żmien raġonevoli.
Ir-rikorrenti sofriet dannu reali u ċert minħabba l-fatt li l-Qorti Ġenerali ma ddeċidietx ir-rikors fi żmien tliet snin. Dan id-dannu jikkonsisti fl-ispejjeż sostnuta minnha għall-iffinanzjar mill-ġdid ta’ garanzija bankarja meta t-trattament tar-rikors jaqbeż it-tliet snin.
Ir-rikorrenti sostniet dannu morali billi hija kienet meqjusa bħala parti għal ftehim illegali għal tul ta’ żmien twil li ma huwiex normali minħabba t-tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali. Ir-rikorrenti tikkunsidra li kumpens fl-ammont ta’ 5 % tal-multa inizjalment imposta tikkorrispondi għal kumpens li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis adatt f’kawżi simili fejn it-terminu għall-eżami tal-multi għall-akkordju jinqabeż sostanzjalment.
Ir-rikorrenti tafferma li dak kollu msemmi iktar ’il fuq jikkonferma l-eżistenza ta’ rabta kawżali diretta bejn id-dannu mitlub u d-dispożizzjoni legali miksura mill-Unjoni intiża sabiex tagħti drittijiet lill-individwi. Ir-rikorrenti tqis li huma sodisfatti l-kundizzjonijiet tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 340 TFUE.
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/44 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2014 – Universal Protein Supplements Corp. d/b/a Universal Nutrition vs UASI – H. Young Holdings (animal)
(Kawża T-727/14)
(2014/C 431/68)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Universal Protein Supplements Corp. d/b/a Universal Nutrition (New Brunswick, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: H. Young Holdings plc (Newbury, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark inkwistjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark inkwistjoni: it-trade mark figurattiva Komunitarja li tinkludi l-element verbali “animal” – Trade mark Komunitarja Nru 2 8 22 807
Proċedura quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Lulju 2014 fil-Każ R 2054/2013-1
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tordna lill-UASI u lill-parti l-oħra jbatu l-ispejjeż tagħhom u dawk tar-rikorrenti |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 37(b)(ii) tar-Regolament Nru 2868/95. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/44 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2014 – Universal Protein Supplements Corp. d/b/a Universal Nutrition vs UASI – H. Young Holdings (animal)
(Kawża T-728/14)
(2014/C 431/69)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Universal Protein Supplements Corp. d/b/a Universal Nutrition (New Brunswick, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: H. Young Holdings plc (Newbury, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “animal” – Trade mark Komunitarja Nru 2 8 24 548
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Lulju 2014 fil-Każ R 2058/2013-1
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tagħhom u għal dawk tar-rikorrenti. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 8(4) Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 37(b)(ii) tar-Regolament Nru 2868/95. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/45 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2014 – Ratioparts-Ersatzteile vs UASI – Norwood Industries (NORTHWOOD professional forest equipment)
(Kawża T-592/13) (1)
(2014/C 431/70)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/45 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2014 – Ratioparts-Ersatzteile vs UASI – Norwood Promotional Products Europe (NORTHWOOD professional forest equipment)
(Kawża T-622/13) (1)
(2014/C 431/71)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/46 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ottubru 2014 – Tui Deutschland vs UASI – Infinity Real Estate & Project Development (Sensimar)
(Kawża T-706/13) (1)
(2014/C 431/72)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/46 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Settembru 2014 – Petropars et vs Il-Kunsill
(Kawża T-370/14) (1)
(2014/C 431/73)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/47 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-15 ta’ Ottubru 2014 – AY vs Il-Kunsill
(Kawża F-23/11) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rinviju għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku qabel l-annullament - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2010 - Eżami komparattiv tal-merti - Deċiżjoni li ma jiġix promoss ir-rikorrent))
(2014/C 431/74)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: AY (rappreżentanti: É. Boigelot, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. F. Jensen, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ uffiċjali promossi fil-grad AST 9 skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2010 u għall-kumpens għad-dannu morali subi. réparation du préjudice moral subi. Kawża T-167/12 P irrinvijata mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara kassazzjoni.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
AY ibati l-ispejjeż tiegħu esposti fil-Kawżi F-23/11, T-167/12 P u F-23/11 RENV rispettivament kif ukoll l-ispejjeż esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża F 23/11. |
3) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ibati l-ispejjeż tiegħu esposti fil-Kawżi T-167/12 P u F-23/11 RENV. |
(1) ĠU C 226, 30/07/2011, p. 31.
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/47 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2014 – van de Water vs Il-Parlament
(Kawża F-86/13) (1)
((Servizz pubbliku - Drittijiet u obbligi tal-uffiċjal - Dikjarazzjoni ta’ intenzjoni li titwettaq attività professjonali wara t-tmiem tas-servizz - Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal - Kompatibbiltà mal-interessi leġittimi tal-istituzzjoni - Projbizzjoni))
(2014/C 431/75)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Robert van de Water (Grimbergen, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Bentley QC u R. Bäuerle, avikati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Chemaï u M. Dean, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tipprojbixxi lir-rikorrent milli jaċċetta l-post ta’ konsulent tal-Prim Ministru tal-Ukrajna matul perijodu ta’ sentejn wara d-data ta’ tmiem tal-funzjonijiet tiegħu fil-Parlament Ewropew.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Robert van der Water għandu jbati l-ispejjeż proprji tiegħu u huwa kundannat li jbati l-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew. |
(1) ĠU C 336, 16.11.2013, p. 31.
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/48 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża F-59/14)
(2014/C 431/76)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: H. Mannes, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Servizz pubbliku – Talba għall-kumpens għad-danni materjali u immaterjali sostnuti mir-rikorrent, flimkien mal-interessi moratorji, minħabba t-telf ta’ opportunità tar-rikorrent għal impjieg fl-UE, ibbażata fuq is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29.09.2010 fil-Kawża F-5/08 Brune vs Il-Kummissjoni.
Talbiet
— |
jikkundanna lill-konvenuta għad-danni materjali u immaterjali li r-rikorrent ġarrab, flimkien mal-interessi moratorji, minħabba l-esklużjoni illegali tiegħu mill-kompetizzjoni EPSO/AD/26/05; |
— |
jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża; |
— |
sussidjarjament, jagħti deċiżjoni fil-kontumaċja. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/48 |
Rikors ippreżentat fit-31 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Impriża Konġunta ECSEL
(Kawża F-75/14)
(2014/C 431/77)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: V. A. Christianos, avukat)
Konvenuta: Impriża Konġunta ECSEL
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent stabbilit għas-sena 2012.
Talbiet tar-rikorrent
— |
jannulla d-deċiżjoni kkontestata li biha ARTEMIS ċaħdet it-talba tar-rikorrent u annullat l-att ikkontestat adottat fil-15 ta’ Novembru 2013 mill-evalwatur ta’ appell dwar ir-rifjut motivat tar-rikorrent li jaċċetta l-kontenut tar-rapport ta’ evalwazzjoni għas-sena 2012; |
— |
jikkundanna lil Impriża Konġunta ECSEL għall-ispejjeż. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/49 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs Il-Kunsill
(Kawża F-87/14)
(2014/C 431/78)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rimbors tal-ispejjeż ta’ kura medika fi sptar tar-rikorrenti u l-kundanna tal-Kunsill, minn naħa, għall-ħlas tal-interessi moratorji kumpensatorji, u, min-naħa l-oħra, għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni morali allegatament subiti.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
jannulla parzjalment id-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju responsabbli għall-ħlasijiet ta’ Brussell, hekk kif jirriżultaw mill-kont dettaljat Nru 55 tas-27 ta’ Settembru 2013, dwar it-talba tat-12 ta’ Lulju 2012 għar-rimbors tal-ispejjeż ta’ kura medika fi sptar tar-rikorrenti; |
— |
jiddikjara nulli l-ittri tad-19 ta’ Novembru 2013 tal-Kap tal-Uffiċċju responsabbli għall-ħlasijiet li jirrigwardaw ir-riżultat mhux favorevoli ta’ allegata talba għal awtorizzazzjoni bil-quddiem tat-12 ta’ Lulju 2012, jew sussidjarjament, jannullhom; |
— |
jannulla, sa fejn hemm bżonn, id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-22 ta’ Mejju 2014 li tiċħad l-ilmenti mressqa mir-rikorrenti fis-27 ta’ Diċembru 2013 u fit-18 ta’ Frar 2014; |
— |
jikkundanna lill-Kunsill għall-ħlas tal-interessi moratorji u kumpensatorji mid-data li fiha kienu dovuti s-somom mitluba, kif ukoll għall-kumpens għad-danni morali subiti mir-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/50 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs Il-Kunsill
(Kawża F-98/14)
(2014/C 431/79)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett
Annullament parzjali ta’ żewġ avviżi lill-persunal tal-Kunsill sa fejn dawn jorbtu l-benefiċċju tar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-post ta’ assenjazzjoni għall-post ta’ oriġini u tal-leave għal raġuni ta’ distanza mal-allowance tar-residenza barra mill-pajjiż u tal-espatrijazzjoni u talba sabiex il-konvenut jiġi kkundannat għall-ħlas tad-danni għad-danni morali u materjali allegantament sostnuti.
Talbiet tar-rikorrent
— |
jannulla skont l-Artikolu 270 TFUE id-deċiżjoni li tinsab fl-Avviż lill-Persunal (“AP”) 13/14 (Deċiżjoni Nru 2/2014), tad-9 ta’ Jannar 2014, li emenda s-sistema applikabbli għal-leave għal raġuni ta’ distanza, wara l-applikabbiltà sa mill-1 ta’ Jannar 2014 tad-dispożizzjoni li tinsab fl-Artikolu 7 tal-Anness V tar-Regolamenti tal-Persunali kif ukoll fl-Avviż lill-Persunal (“AP”) 9/14 (Deċiżjoni Nru 12/2014), li emendat is-sistema tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar wara l-applikabbiltà sa mill-1 ta’ Jannar 2014 tad-dispożizzjoni li tinsab fl-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolament tal-Persunal, emendati bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali Nru L 287, tad-29 ta’ Ottubru 2013. It-talba għal annullament hija limitata għall-parti ta’ dawn l-AP li torbot id-dritt għall-ispejjeż tal-ivjaġġar u d-dritt għal-leave għal raġuni ta’ distanza mal-allowance tar-residenza barra mill-pajjiż jew tal-espatrijazzjoni kif ukoll mal-Artikolu 6 tal-KP9/14, li introduċa kriterji ġodda għad-determinazzjoni tal-post ta’ oriġini. |
— |
jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas, lir-rikorrent, ta’ ammont ta’ EUR 1 65 596,42 għad-dannu materjali sostnut kif ukoll ammont ta’ EUR 40 000 għad-dannu morali; |
— |
jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni u intressi moratorji u kumpensatorji bir-rata ta’ 6,75 għad-dannu morali u materjali sostnut; |
— |
jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |