EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0387

Kawża C-387/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajowa Izba Odwoławcza (il-Polonja) f1-14 ta’ Awwissu 2014 – Esaprojekt sp. z o.o. vs Województwo Łódzkie

OJ C 431, 1.12.2014, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajowa Izba Odwoławcza (il-Polonja) f1-14 ta’ Awwissu 2014 – Esaprojekt sp. z o.o. vs Województwo Łódzkie

(Kawża C-387/14)

(2014/C 431/13)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Krajowa Izba Odwoławcza

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Esaprojekt sp. z o.o.

Konvenuta: Województwo Łódzkie.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 51, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u tal-prinċipju ta’ trasparenza, li jidhru fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (iktar ‘il quddiem id-“Direttiva 2004/18/KE”) (1), jippermetti li operatur ekonomiku jirreferi għal twettiq ieħor ta’ kuntratti sabiex jikkompleta jew jikkjarifika d-dokumenti (jiġifieri jirreferi għal kunsinni mwettqa) li jkunu jidhru fl-inventarju tal-kunsinni annessi mal-offerta u, b’mod partikolari, li jirreferi għal twettiq ta’ kuntratti ta’ entità oħra li tagħha ma jkunx indika l-użu tal-mezzi fl-offerta?

2)

Fid-dawl tas-sentenza tal-10 ta’ Ottubru 2013, Manova, C-336/12, li minnha jirriżulta li “l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li, wara l-iskadenza tat-terminu mogħti għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku, awtorità kontraenti titlob lil applikant jikkomunikalha dokumenti li jiddeskrivu s-sitwazzjoni ta’ dan l-applikant, bħalma hija l-karta tal-bilanċ ippubblikata, li l-eżistenza tagħhom qabel l-iskadenza tat-terminu stabbilit għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet tista’ tiġi vverifikata oġġettivament sakemm id-dokumenti tal-imsemmi kuntratt ma kinux jimponu espliċitament li fil-każ li ma jiġux ikkomunikati l-applikazzjoni tiġi eskluża”, l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2004/18/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jistgħu jiġu kkompletati biss id-dokumenti li l-eżistenza tagħhom, qabel l-iskadenza tat-terminu ffissat għas-sottomissjoni tal-offerta jew tat-talba għal parteċipazzjoni fil-proċedura, tkun tista’ oġġettivament tista’ tiġi vverifikata, jew il-Qorti tal-Ġustizzja indikat biss waħda mill-possibbiltajiet, u għaldaqstant id-dokumenti jistgħu jiġu kkompletati wkoll f’każijiet oħrajn, pereżempju billu jiġu annessi dokumenti li ma kinux jeżistu qabel l-imsemmi terminu, imma li jippermettu oġġettivament li jikkonfermaw li rekwiżit wieħed kien ġie sodisfatt?

3)

Jekk tingħata risposta lit-tieni domanda fis-sens li jistgħu wkoll jiġu kkompletati dokumenti oħra barra minn dawk indikati fis-sentenza C-336/12 Manova, jistgħu jiġu kkompletati dokumenti stabbiliti minn operatur ekonomiku, subofferent jew entitajiet oħra li tagħhom l-operatur ekonomiku jinvoka l-kapaċitajiet jekk dan id-dokumenti ma jkunux ġew annessi mal-offerta?

4)

L-Artikolu 44 moqri flimkien mal-Artikolu 48(2)(a), u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-operaturi ekonomiċi li jidhru fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18/CE, jippermettilhom jinvokaw il-mezzi ta’ entità oħra kif imsemmija fl-Artikolu 48(3), billi jaqqdu l-konoxxenzi u l-esperjenza ta’ żewġ entitajiet li, individwalment, ma jkunux jiddisponu mill-konoxxenzi u mill-esperjenza mitluba mill-awtorità kontraenti meta jkun hemm l-indiviżibbiltà ta’ din l-esperjenza (l-operatur ekonomiku għandu jissodisfa l-kundizzjoni kollha sabiex ikun kandidat) u tat-twettiq tal-kuntratt (li jikkostitwixxi ħaġa waħda)?

5)

L-Artikolu 44 moqri flimkien mal-Artikolu 48(2)(a), u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-operturi ekonomiċi li jidhru fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18/KE, jippermetti lil operatur ekonomiku, li jkun wettaq kuntratt bħala membru ta’ grupp ta’ operaturi ekonomiku, jinvoka l-esperjenza ta’ dan il-grupp, indipendentement min-natura tal-parteċipazzjoni tiegħu fit-twettiq tal-kuntratt, jew li jinvoka biss l-esperjenza li jkun verament kiseb waħdu meta jwettaq lott speċifiku ta’ kuntratt li jkun ġie attribwit lilu fil-grupp?

6)

L-Artikolu 45(2)(g) tad-Direttiva 2004/18/KE, li jgħid li kull operatur ekonomiku jista’ jiġi eskluż minn parteċipazzjoni f’kuntratt fejn dak l-operatur eknomiku jkun gravement ħati ta’ dikjarazzjonijiet foloz fl-għoti tal-informazzjoni [...] jew ma jkunx ta din l-informazzjoni, jista’ jiġi interpretat fis-sens li jista’ jiġi eskluż mill-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti kull operatur ekonomiku li jkun ta informazzjoni falza li tkun jew li tista’ jkollha effett fuq ir-riżultat tal-proċedura billi dan l-operatur ekonomiku jkun ħati ta’ dikjarazzjonijiet foloz bis-sempliċi fatt li jkun ittrażmetta lill-awtorità kontraenti informazzjoni mhux konformi mal-istat ta’ fatt li jkollha effett fuq id-deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li teskludi operatur ekonomiku (u tiċħad l-offerta tiegħu), indipendentement mill-fatt li jsir magħruf jekk l-operatur ikunx aġixxa xjentement u b’disinn jew mhux xjentement, b’imprudenza, negliġenza jew bi ksur tad-dmir ta’ diliġenza? Għandu jitqies li wieħed ma jkunx “[gravement] ħati ta’ [...] [dikjarazzjonijiet foloz fl-għoti tal-informazzjoni] […] jew [ta’ nuqqas mill jagħti] informazzjoni bħal din” meta l-operatur ekonomiku jippreżenta informazzjoni falza (mhux konformi mal-istat ta’ fatt) jew ukoll meta jippreżenta informazzjoni ċertament sinċiera, imma b’tali mod li tikkonvinċi lill-awtorità kontraenti li huwa jissodisfa r-rekwiżiti kollha li hija tkun stabbilixxiet, filwaqt li fil-verità huwa ma jkunx qed jissodisfahom?

7)

L-Artikolu 44 moqri flimkien mal-Artikolu 48(2)(a), u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-operaturi ekonomiċi li jidhru fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18/KE, jippermettu lil operatur ekonomiku jinvoka esperjenza billi jindika fl-istess ħin tnejn jew diversi kuntratti bħala kuntratt wieħed, minkejja li l-awtorità kontraenti ma tkunx indikat din il-possibbiltà, la fl-avviż ta’ kuntratt u lanqas fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.


Top