ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 354

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
8 ta' Ottubru 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 354/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7371 — Nordic Capital / Lindorff) ( 1 )

1

2014/C 354/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7288 — Viacom/Channel 5 Broadcasting) ( 1 )

1

2014/C 354/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7282 — Liberty Global/Discovery/All3media) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 354/04

Rata tal-kambju tal-euro

3

2014/C 354/05

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet estrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu fis-17 ta’ Jannar 2014 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari marbut mal-Każ COMP/C.39801 Polyurethane Foam — Relatur: Il-Lussemburgu

4

2014/C 354/06

Ir-Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Il-Fowm tal-Poliuretan (AT.39801)

5

2014/C 354/07

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2014 (Il-Każ AT.39801 — Fowm tal-Poliuretan) (notifikata bid-dokument C(2014) 238 final)

6

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2014/C 354/08

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

10

2014/C 354/09

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

10

2014/C 354/10

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

11

2014/C 354/11

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

12

2014/C 354/12

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

13


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 354/13

Notifika tal-bidu ta’ proċedura antidumping li tikkonċerna importazzjonijiet ta’ ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw fir-Russja

14

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 354/14

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7418 — Bosch/ZF Lenksysteme) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

21


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

8.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7371 — Nordic Capital / Lindorff)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 354/01)

Fit-18 ta’ Settembru 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7371. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


8.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7288 — Viacom/Channel 5 Broadcasting)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 354/02)

Fid-9 ta’ Settembru 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7288. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


8.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7282 — Liberty Global/Discovery/All3media)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 354/03)

Fis-16 ta’ Settembru 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7282. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

8.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-7 ta’ Ottubru 2014

(2014/C 354/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2607

JPY

Yen Ġappuniż

136,90

DKK

Krona Daniża

7,4440

GBP

Lira Sterlina

0,78400

SEK

Krona Żvediża

9,0668

CHF

Frank Żvizzeru

1,2115

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,1650

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,470

HUF

Forint Ungeriż

307,92

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1840

RON

Leu Rumen

4,4060

TRY

Lira Turka

2,8657

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4329

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4054

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,7765

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6102

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6103

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 348,06

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,1425

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7406

HRK

Kuna Kroata

7,6440

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 425,28

MYR

Ringgit Malażjan

4,1158

PHP

Peso Filippin

56,472

RUB

Rouble Russu

50,3533

THB

Baht Tajlandiż

41,129

BRL

Real Brażiljan

3,0562

MXN

Peso Messikan

16,9022

INR

Rupi Indjan

77,4385


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


8.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/4


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet estrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu fis-17 ta’ Jannar 2014 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari marbut mal-Każ COMP/C.39801 Polyurethane Foam

Relatur: Il-Lussemburgu

(2014/C 354/05)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-komportament antikompetittiv kopert mill-abbozz tad-deċiżjoni jikkostitwixxi ftehim u/jew prattika miftiehma bejn l-impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 101 TFUE.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodotti u dak ġeografiku tal-ftehim u/jew il-prattiki miftiehma miġbura fl-abbozz ta’ deċiżjoni.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi konċernati bl-abbozz ta’ deċiżjoni pparteċipaw fi ksur waħdieni u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan tal-ftehim u/jew prattika miftiehma kien li jirrestrinġu l-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101 TFUE.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma kienu kapaċi jaffettwaw b’mod favorevoli l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni rigward it-tul tal-ksur.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-destinatarji.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għandha tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz tad-deċiżjoni.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu biex jiġu stabbiliti l-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi.

11.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mat-tul tal-perjodu stabbilit biex jiġu kkalkulati l-multi.

12.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemmx ċirkustanzi aggravanti u l-ebda ċirkustanzi mitiganti applikabbli f’dan il-każ.

13.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis tal-multi abbażi tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006.

14.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis tal-multi abbażi tan-Notifika ta’ Riżolviment tal-2008.

15.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fuq l-ammonti finali tal-multi.

16.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


8.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/5


Ir-Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Il-Fowm tal-Poliuretan

(AT.39801)

(2014/C 354/06)

Fil-15 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni Ewropea bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (2) kontra Carpenter Co., Carpenter S.A.S., Carpenter GmbH, Carpenter Belgium NV u Carpenter Limited (“Carpenter”), Vita Cayman Limited, Caligen Europe BV, Draka Interfoam B.V., ICOA France S.A.S., Koepp Schaum GmbH, Metzeler Schaum GmbH, Tramico S.A.S., UAB Vita Baltic International, Vita Polymers Poland Sp. z o.o., Veenendaal Schaumstoffwerk GmbH, Vita Cellular Foams (UK) Limited u Vita Industrial (UK) Limited (“Vita”), Eurofoam GmbH, Eurofoam Deutschland GmbH Schaumstoffe, Eurofoam KFM GmbH, Eurofoam Hungary Kft, Eurofoam Polska Sp. z.o.o. u S.C. Eurofoam S.r.l. (“Eurofoam”), Recticel N.V./S.A., Recticel s.a.s., Recticel OÜ, Recticel Limited, Recticel Verwaltung GmbH & Co. KG u Recticel B.V. (“Recticel”), u Greiner Holding AG (“Greiner”), (konġuntement “il-partijiet”).

Wara diskussjonijiet u sottomissjonijiet sabiex jintlaħaq ftehim u skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (3), fit-23 ta’ Ottubru 2013 il-Kummissjoni Ewropea adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”), indirizzata lill-partijiet, li tgħid li huma kienu pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Il-ksur kien dwar kartell marbut mal-bejgħ ta’ tipi speċifiċi ta’ fowm tal-poliuretan flessibbli, u kopra għaxar Stati Membri. L-iskop tiegħu kien li ż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima jgħaddihom fuq il-klijenti finali u biex jevita l-kompetizzjoni aggressiva fil-prezzijiet ta’ bejn il-produtturi tal-fowm tal-poliuretan billi jbatuha l-klijenti. Il-kartell dam minn Ottubru 2005 sa Lulju 2010.

It-tweġibiet rispettivi tal-partijiet għad-DO kkonfermaw li d-DO indirizzata lilhom kienet tirrifletti l-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom għar-riżolviment.

Skont l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, jien eżaminajt jekk l-abbozz tad-deċiżjoni jindirizzax biss l-oġġezzjonijiet rigward liema partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom, u jien wasalt għal konklużjoni pożittiva.

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, u waqt li nieħu inkonsiderazzjoni li l-partijiet ma bagħtuli l-ebda talba jew ilment (4), inqis li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet kollha f’dan il-każ ġew irrispettati.

Brussell, is-17 ta’ Jannar 2014.

Wouter WILS


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli minn 81 sa 82 tat-Trattat KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).

(4)  Skont l-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, il-partijiet tal-proċedimenti f’każijiet ta’ kartell li jieħdu sehem f’diskussjonijiet ta’ riżolviment, skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 jistgħu jirrikorru għall-uffiċjal tas-seduta fi kwalunkwe stadju tal-proċedura ta’ riżolviment sabiex ikun żgurat il-ħarsien effettiv tad-drittijiet proċedurali tagħhom. Ara wkoll il-paragrafu 18 tal-Avviż tal-Kummissjoni 2008/C 167/01 dwar kif jitmexxew il-proċedimenti ta’ riżolviment bl-għan li jiġu adottati d-Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 għall-każijiet ta’ kartell (ĠU C 167, 2.7.2008, p. 1).


8.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/6


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta’ Jannar 2014

(Il-Każ AT.39801 — Fowm tal-Poliuretan)

(notifikata bid-dokument C(2014) 238 final)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2014/C 354/07)

Fid-29 ta’ Jannar 2014, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-Deċiżjoni, inklużi kull penalità imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Id-Deċiżjoni tikkonċerna ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-Trattat fis-settur tal-fowm tal-poliuretan flessibbli. Il-fowm tal-poliuretan flessibbli jista’ jiġi suddiviż skont żewġ tipi ta’ applikazzjonijiet: applikazzjonijiet tal-fowm ta’ kumdità (fowm li jintuża pereżempju f’għamara tappizzata, sodod, saqqijiet, imħaded u twapet) u applikazzjonijiet tal-fowm tekniċi (fowm li jintuża pereżempju fl-industriji tal-karozzi, tal-avjazzjoni u tal-prodotti mediċinali). L-imġiba antikompetittiva identifikata f’dan il-każ tkopri, fuq naħa waħda, il-fowm tal-poliuretan ta’ kumdità u, min-naħa l-oħra, l-fowm tal-poliuretan tekniku bażiku fornut f’forma ta’ rombli u blokki. Id-Deċiżjoni hija indirizzata lil tletin entità tal-erba’ impriżi li ġejjin: (i) Carpenter (2); (ii) Vita (3); (iii) Recticel (4) u (iv) Greiner (5) kif ukoll (v) Eurofoam (6), impriża konġunta 50/50 ta’ Recticel u Greiner.

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Proċedura

(2)

Il-każ infetaħ fuq il-bażi ta’ applikazzjoni għall-immunità minn Vita fit-30 ta’ April 2010.

(3)

Wara l-informazzjoni pprovduta, bejn is-27 u l-31 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet għall-għarrieda fil-binjiet ta’ Eurofoam, Recticel, Carpenter u impriża oħra. Spezzjoni oħra mhux imħabbra twettqet f’April 2011.

(4)

Fl-1 ta’ Awwissu 2010, wara l-ispezzjonijiet, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għall-klemenza konġunta minn Recticel, Greiner u Eurofoam.

(5)

Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni wkoll bagħtet diversi talbiet għal informazzjoni skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

(6)

Fil-15 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 kontra d-destinatarji tad-Deċiżjoni bil-għan li tipparteċipa f’diskussjonijiet dwar riżolviment magħhom. Saru laqgħat ta’ riżolviment bejn […] u […]. Bejn […] u […], il-partijiet issottomettew it-talba formali ta’ riżolviment tagħhom lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (7).

Fit-23 ta’ Ottubru 2013, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet u l-partijiet kollha kkonfermaw li kienet tirrifletti l-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom u li għalhekk huma baqgħu impenjati li jsegwu l-proċedura tar-riżolviment. Il-Kumitat Konsultattiv fil-Qasam tal-Prattiki Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fis-17 ta’ Jannar 2014 u l-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni fid-29 ta’ Jannar 2014.

2.2.   Destinatarji u dewmien

(7)

Tmienja u għoxrin mid-destinatarji tad-Deċiżjoni pparteċipaw f’akkordju, u għalhekk kisru l-Artikolu 101 tat-Trattat, matul il-perjodi indikati hawn taħt:

Entità

Tul ta’ żmien

Carpenter S.A.S.

Carpenter GmbH

Carpenter Limited

Carpenter Belgium NV

is-26 ta’ Ottubru 2005 – is-27 ta’ Lulju 2010

Vita Cayman Limited

Caligen Europe BV

Draka Interfoam B.V.

ICOA France S.A.S.

Koepp Schaum GmbH

Metzeler Schaum GmbH

Tramico S.A.S.

Vita Polymers Poland Sp. z o.o.

Veenendaal Schaumstoffwerk GmbH

Vita Cellular Foams (UK) Limited

Vita Industrial (UK) Limited

Is-26 ta’ Ottubru 2005 – it-30 ta’ April 2010

(bl-eċċezzjoni ta’ bejgħ minn dawn l-entitajiet lir-Rumanija, li għalih it-tul ta’ żmien huwa l-1 ta’ Jannar 2007 – it-30 ta’ April 2010)

Vita Baltic International

id-9 ta’ Lulju 2007 – it-30 ta’ April 2010

Eurofoam GmbH

Eurofoam Deutschland GmbH Schaumstoffe

Eurofoam KFM GmbH

Eurofoam Hungary Kft

Eurofoam Polska Sp. z o. o.

S.C. Eurofoam S.r.l.

is-26 ta’ Ottubru 2005 – is-27 ta’ Lulju 2010

(bl-eċċezzjoni ta’ bejgħ minn dawn l-entitajiet lir-Rumanija, li għalih it-tul ta’ żmien huwa l-1 ta’ Jannar 2007 – is-27 ta’ Lulju 2010)

Recticel N.V./S.A.

Recticel S.A.S.

Recticel Limited

Recticel Verwaltung GmbH & Co. KG

Recticel B.V.

is-26 ta’ Ottubru 2005 – is-27 ta’ Lulju 2010

Recticel OÜ

id-9 ta’ Lulju 2007 – is-27 ta’ Lulju 2010

(8)

Barra minn hekk, Carpenter Co. hija responsabbli in solidum bħala kumpanija prinċipali għall-parteċipazzjoni tal-entitajiet sussidjarji tagħha mis-26 ta’ Ottubru 2005 sas-27 ta’ Lulju 2010, bl-eċċezzjoni ta’ Carpenter Belgium NV, li għaliha Carpenter Co. hija responsabbli in solidum mid-9 ta’ Lulju 2007 sas-27 ta’ Lulju 2010.

(9)

Barra minn hekk, Greiner Holding AG hija responsabbli in solidum bħala kumpanija prinċipali konġunta għall-parteċipazzjoni tal-entitajiet Eurofoam mis-26 ta’ Ottubru 2005 sas-27 ta’ Lulju 2010.

2.3.   Sommarju tal-ksur

(10)

Id-deċiżjoni tikkonċerna kartell, li l-għan aħħari tiegħu kien li jgħaddi ż-żidiet fil-prezz tal-materja prima lill-klijenti tagħhom u biex jevita kompetizzjoni aggressiva fil-prezzijiet bejniethom fir-rigward ta’ klijenti. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, kien fis-seħħ ftehim globali madwar l-Ewropa bejn il-parteċipanti fil-kartell. Fil-qafas ta’ dan il fehim ġenerali il-parteċipanti fil-kartell kienu involuti f’imġiba antikompetittiva f’diversi livelli amministrattivi li wasslu għal koordinazzjoni tal-prezzijiet f’total ta’ 10 Stati Membri.

(11)

Sabiex jintlaħaq l-għan ġenerali tat-trasferiment taż-żidiet fil-prezz tal-materja prima lill-klijenti u l-evitar tal-kompetizzjoni aggressiva fil-prezzijiet, il-parteċipanti fil-kartell wettqu prattiċi antikompetittivi f’koordinazzjoni diretta u indiretta tal-prezzijiet. Dawn kienu jkopru b’mod partikolari:

(a)

il-koordinazzjoni ta’:

l-għażla taż-żmien u l-kobor ta’ żidiet fil-prezzijiet fil-mira, u

il-prezzijiet li jitħallsu minn ċerti klijenti speċifiċi; kif ukoll

(b)

fi żminijiet l-astjenenza mill-użurpazzjoni tal-klijenti ta’ xulxin matul perjodi ta’ żidiet fil-prezzijiet.

(12)

Fi ħdan dan il-qafas ġenerali Ewropew, iż-żidiet fil-prezzijiet ġew diskussi prinċipalment fil-marġini tal-laqgħat tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ tagħhom kemm bejn il-maniġers għolja Ewropej kif ukoll bejn il-maniġers reġjonali u nazzjonali.

L-ambitu ġeografiku globali tal-ksur ikkonċerna 10 Stati Membri tal-UE, li huma Franza, il-Belġju, il-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju Unit, il-Ġermanja, l-Awstrija, l-Ungerija, ir-Rumanija, il-Polonja u l-Estonja. Filwaqt li kull impriża kienet involuta fil-kuntatti tal-kartell fuq livell Ewropew, mhux kollha kellhom preżenza individwali fl-10 Stati Membri affettwati.

2.4.   Rimedji

(13)

Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida tal-2006 dwar il-Multi (8). Bl-eċċezzjoni ta’ Vita, id-Deċiżjoni timponi multi fuq l-entitajiet kollha tal-kumpaniji elenkati fil-punti (8) sa (10) hawn fuq.

2.4.1.   Ammont bażiku tal-multa

(14)

Fil-kalkolu tal-multi, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-bejgħ tal-entitajiet parteċipanti fis-swieq ikkonċernati fl-aħħar sena qabel it-tmiem tal-kartell, il-fatt li l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet huma fost ir-restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni l-iktar serji, it-tul tal-kartell u ammont addizzjonali sabiex l-impriżi jiġu skoraġġuti milli jidħlu fi prattiki ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet.

2.4.2.   Aġġustamenti tal-ammont bażiku

(15)

Il-Kummissjoni ma applikat ebda ċirkustanza aggravanti jew mitiganti f’dan il-każ.

2.4.3.   Applikazzjoni tal-limitu massimu tal-10 % tal-fatturat

(16)

Fejn l-ammont tal-multa kien jaqbeż l-ammont massimu legali ta’ 10 % tal-fatturat totali tal-impriża fl-aħħar sena li għaliha l-figuri kienu disponibbli, ġie mnaqqas għal dan il-livell.

(17)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni teżerċita l-marġini ta’ apprezzament tagħha, kif rifless fil-punt 37 tal-Linji Gwida dwar il-multi, biex tnaqqas il-livell ta’ dik il-parti tal-multa li għaliha waħda mill-entitajiet ta’ Carpenter kienet unikament responsabbli għal 10 % tal-fatturat tagħha.

(18)

Fir-rigward tal-impatt tal-limitu ta’ 10 % tal-fatturat fuq Eurofoam u l-kumpaniji prinċipali konġunti tagħha Greiner u Recticel, kif ukoll il-multa separata għall-parteċipazzjoni ta’ Recticel, il-Kummissjoni użat il-marġini ta’ diskrezzjoni tagħha li jillimita l-multi massimi għal-livell ta’ 10 % tal-fatturat totali rispettiv tagħhom fl-aħħar sena li għaliha l-figuri kienu disponibbli.

2.4.4.   Applikazzjoni tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006: tnaqqis tal-multi.

(19)

Il-Kummissjoni tat immunità sħiħa mill-multa lil Vita u tnaqqis ta’ 50 % tal-multa għal kooperazzjoni lil Recticel, Greiner u Eurofoam.

2.4.5.   Applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment

(20)

B’riżultat tal-applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment, l-ammont tal-multa li għandha tiġi imposta fuq Carpenter, Recticel, Greiner u Eurofoam tnaqqas b’10 %. Dan it-tnaqqis sar flimkien mat-tnaqqis mogħti għal klemenza lil Recticel, Greiner u Eurofoam.

3.   KONKLUŻJONI

(21)

Il-multi li ġejjin kienu imposti skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

(a)

Vita Cayman Limited, Caligen Europe BV, Draka Interfoam B.V., ICOA France S.A.S., Koepp Schaum GmbH, Metzeler Schaum GmbH, Tramico S.A.S., Vita Polymers Poland Sp. z o.o., Veenendaal Schaumstoffwerk GmbH, Vita Cellular Foams (UK) Limited, Vita Industrial (UK) Limited u UAB Vita Baltic International responsabbli in solidum għal EUR 0

(b)

Carpenter Co., Carpenter S.A.S., Carpenter GmbH, Carpenter Belgium NV u Carpenter Limited responsabbli in solidum għal EUR 71 800 000

(c)

Carpenter Belgium NV responsabbli għal EUR 3 209 000

(d)

Eurofoam GmbH, Eurofoam Deutschland GmbH Schaumstoffe, Eurofoam KFM GmbH, Eurofoam Hungary Kft, Eurofoam Polska Sp. z o.o. u S.C. Eurofoam S.r.l. responsabbli in solidum ma’ Recticel N.V./S.A., Recticel Verwaltung GmbH & Co. KG u Greiner Holding AG għal EUR 14 819 000

(e)

Recticel, N.V./S.A. Recticel Verwaltung GmbH & Co. KG u Greiner Holding AG responsabbli in solidum għal EUR 9 364 000

(f)

Recticel u N.V./S.A. Recticel Verwaltung GmbH & Co. KG responsabbli in solidum għal EUR 7 443 000

(g)

Recticel, N.V./S.A. Recticel s.a.s., Recticel Limited u Recticel B.V. responsabbli in solidum għal EUR 7 116 000

(h)

Recticel N.V./S.A. u Recticel OÜ responsabbli in solidum għal EUR 326 000.


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  Carpenter Co. u s-sussidjarji rilevanti.

(3)  Vita Cayman Limited u s-sussidjarji rilevanti

(4)  Recticel N.V./S.A. u s-sussidjarji rilevanti.

(5)  Greiner Holding AG.

(6)  Eurofoam GmbH u entitajiet ta’ Eurofoam assoċjati.

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).

(8)  ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

8.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/10


Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2014/C 354/08)

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

10.9.2014

Tul ta’ żmien

10.9.2014–31.12.2014

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

PLE/7HJK.

Speċi

Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa)

Żona

VIIh, VIIj u VIIk

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

38/TQ43


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


8.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/10


Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2014/C 354/09)

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

10.9.2014

Tul ta’ żmien

10.9.2014–31.12.2014

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

LEZ/2AC4-C

Speċi

Megrim (Lepidorhombus spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

39/TQ43


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


8.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/11


Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2014/C 354/10)

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

10.9.2014

Tul ta’ żmien

10.9.2014–31.12.2014

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

MAC/2A34.

Speċi

Kavalli (Scomber scombrus)

Żona

Iż-żoni IIIa u IV; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa, IIIb, IIIc u s-Subdiviżjonijiet 22–32

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

40/TQ43


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


8.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/12


Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(2014/C 354/11)

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi b’dan qed javża li rċieva applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tiftix għall-idrokarburi fil-blokk E7 kif indikata fuq il-mappa mehmuża bħala l-Anness 3 tar-Regolament tal-Minjieri (Mijnbouwregeling) (Gazzetta tal-Gvern (Staatscourant) 2002, Nru 245).

B’referenza għad-Direttiva msemmija fl-introduzzjoni u l-Artikolu 15 tal-Att tal-Minjieri (Mijnbouwwet) (Bulettin tal-Atti u d-Digrieti (Staatsblad) 2002, Nru 542), il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi b’dan jistieden lill-partijiet interessati jippreżentaw applikazzjoni kompetittiva għal awtorizzazzjoni għall-prospettar għall-idrokarburi fil-blokka E7 tal-blata kontinentali Olandiża.

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stabbiliti fl-Att dwar il-Minjieri (il-Bulettin tal-Atti u d-Digrieti 2002, Nru 542).

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu għal 13-il ġimgħa mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jiġu indirizzati lil:

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi

attn.: Is-Sur P. Jongerius, Direttorat tas-Suq tal-Enerġija

Bezuidenhoutseweg 73

Postbus 20401

2500 EK Den Haag

NEDERLAND

L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.

Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-iskadenza ta' dan il-perjodu.

Aktar informazzjoni tista' tinkiseb billi ċċempel lis-Sur E. J. Hoppel fuq in-numru tat-telefown li ġej: +31 703797762.


8.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/13


Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(2014/C 354/12)

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi b’dan qed javża li rċieva applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tiftix għall-idrokarburi fil-blokka D9 kif indikata fuq il-mappa mehmuża bħala l-Anness 3 tar-Regolament Minerarju (Mijnbouwregeling) (Gazzetta tal-Gvern (Staatscourant) 2002, Nru 245).

B’referenza għad-Direttiva msemmija fl-introduzzjoni u l-Artikolu 15 tal-Att tal-Minjieri (Mijnbouwwet) (Bullettin tal-Atti u d-Digrieti (Staatsblad) 2002, Nru 542), il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi b’dan jistieden lill-partijiet interessati jippreżentaw applikazzjoni kompetittiva għal awtorizzazzjoni għall-prospettar għall-idrokarburi fil-blokka D9 tal-blata kontinentali Olandiża.

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stabbiliti fl-Att dwar il-Minjieri (il-Bullettin tal-Atti u d-Digrieti 2002, Nru 542).

L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi matul it-13-il ġimgħa ta’ wara l-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jiġu indirizzati lil:

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi

attn.: Is-Sur P. Jongerius, Direttorat tas-Suq tal-Enerġija

Bezuidenhoutseweg 73

Postbus 20401

2500 EK Den Haag

NEDERLAND

L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.

Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-iskadenza ta' dan il-perjodu.

Aktar informazzjoni tista' tinkiseb billi ċċempel lis-Sur E. J. Hoppel fuq in-numru tat-telefown li ġej: +31 703797762.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

8.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/14


Notifika tal-bidu ta’ proċedura antidumping li tikkonċerna importazzjonijiet ta’ ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw fir-Russja

(2014/C 354/13)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta’ ċerti fojls tal-aluminju, li joriġinaw fir-Russja, qegħdin ikunu l-oġġett ta’ dumping u b’hekk qegħdin jikkawżaw ħsara sostanzjali lill-industrija tal-Unjoni.

1.   Ilment

L-ilment kien ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2014 minn AFM Aluminiumfolie Merseburg GmbH, Alcomet AD, Eurofoil Lussemburgu S.A., Hydro Aluminium Rolled Products GmbH u Impold.o.o. (“il-kwerelanti”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ folji tal-aluminju li huma soġġetti għal din l-investigazzjoni.

2.   Il-prodott investigat

Il-prodott li huwa soġġett għal din l-investigazzjoni huwa fojl tal-aluminju bi ħxuna ta’ mhux anqas minn 0,008 mm u mhux aktar minn 0,018 mm, mingħajr appoġġ, mhux maħduma aktar milli rrumblati, f’rollijiet ta’ wisa li ma taqbiżx is-650 mm u b’piż jaqbeż l-10 kg (“il-prodott li qiegħed jiġi investigat”).

3.   L-allegazzjoni ta’ dumping

Il-prodott li allegatament qed ikun oġġett ta’ dumping huwa l-prodott li qed jiġi investigat, li joriġina mir-Russja (“il-pajjiż ikkonċernat”) u li fil-preżent għandu l-kodiċi NM ex 7607 11 19. Dan il-kodiċi NM qed jingħata biss għall-informazzjoni.

L-allegazzjoni ta’ dumping mir-Russja hija bbażata fuq tqabbil tal-prezz domestiku mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ qabel jidħol fis-suq) tal-prodott investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

L-allegazzjoni ta’ dumping hi msejsa wkoll fuq tqabbil ta’ valur normali kostrutt (kostijiet ta’ manifattura, bejgħ, kostijiet ġenerali u amministrattivi – SG&A – u profitt) mal-prezzijiet ta’ esportazzjoni (fil-livell ex-works) tal-prodott investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Abbażi ta’ dawn, il-marġnijiet ta’ dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiż ikkonċernat.

4.   L-allegazzjoni tal-ħsara u l-kawżalità

L-ilmenti pprovdew evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b’mod ġenerali f’termini assoluti u żdiedu f’termini ta’ sehem mis-suq.

L-evidenza prima facie li pprovdew il-kwerelanti turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat li qed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa, fuq il-livell tal-prezzijiet mitluba u fuq is-sehem fis-suq miżmum mill-industrija tal-Unjoni, li rriżultaw f’effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali u l-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

5.   Proċedura

Wara li ddeterminat, b’konsultazzjoni mal-Istati Membri, li l-ilment tressaq mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha u li hemm biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċediment, il-Kummissjoni b’dan qiegħda tagħti bidu għal investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott li qed jiġi investigat u li joriġina fil-pajjiż kkonċernat hux qiegħed ikun oġġett ta’ dumping u jekk dawn l-importazzjonijiet ta’ dumping ikkawżawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Jekk il-konklużjonijiet ikunu fl-affermattiv, l-investigazzjoni se teżamina jekk l-impożizzjoni ta’ miżuri tkunx tmur kontra l-interess tal-Unjoni.

5.1.    Il-proċedura għad-determinazzjoni tad-dumping

Il-produtturi esportaturi (2) tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.1.1.   L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat

Il-produtturi esportaturi kollha u l-assoċjazzjonijiet kollha tal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat huma mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih, preferibbilment bil-posta elettronika, iżda sa mhux iktar tard minn 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, sabiex jidentifikaw ruħhom u jitolbu l-kwestjonarju. Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lil produtturi esportaturi magħrufa fil-pajjiż ikkonċernat, lil kull assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet ta’ dak il-pajjiż.

Il-produtturi esportaturi, u fejn applikabbli, l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi, iridu jippreżentaw il-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.1.2.   L-investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati  (3)  (4)

Importaturi mhux relatati tal-prodott li qiegħed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat mal-Unjoni huma mistiedna li jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.

Minħabba li jidher li hemm għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi li mhumiex relatati, li huma involuti f’dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-importaturi li mhumiex relatati u li jridu jiġu investigati, għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha li mhumiex relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b’dan jintalbu li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/kumpaniji tagħhom, kif mitlub fl-Anness ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ fl-Unjoni tal-prodott investigat, li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta’ importaturi kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula li se jkunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hi meħtieġa fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.2.    Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-ħsara u l-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Id-determinazzjoni tal-ħsara tissejjes fuq evidenza pożittiva u tinvolvi eżaminazzjoni oġġettiva tal-volum tal-importazzjonijiet li jkunu oġġett ta’ dumping, l-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u konsegwentement l-impatt ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx ħsara, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott investigat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-produtturi tal-Unjoni li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “it-teħid tal-kampjuni”). It-teħid tal-kampjuni jsir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li huwa għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (biex jagħmlu dan iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni billi jużaw id-dettalji ta’ kuntatt mogħtija fit-taqsima 5.6 hawn taħt). Produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn għandhom jiġu inklużi fil-kampjun, għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-produtturi tal-Unjoni u/jew l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar liema kumpaniji jkunu finalment intgħażlu biex jiġu inklużi fil-kampjun.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.3.    Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dumping u ta’ ħsara kkawżata minnu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri tal-anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur iridu juru, fil-limitu tal-istess skadenza, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.

Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom qabel il-limitu ta’ żmien ta’ hawn fuq jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tingħata jew f’format ħieles jew inkella billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. F’kull każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 se titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.

5.4.    Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna biex juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.5.    Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għaliex tkun qiegħda ssir. Għas-seduti dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba għandha tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikażzzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, sabiex tinstema’ t-talba trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.6.    Istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza.

Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali jkunu mmarkati bħala “Ristretti” (5).

Il-partijiet interessati li jagħtu tagħrif “Ristrett” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tiegħu skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li se jkunu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn is-sommarji għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u tal-kwalità mitluba, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti skennjati ta’ prokuri u dokumenti ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li għandhom jiġu sottomessi fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta’ ittra reġistrata. Permezz tal-posta elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” (korrispondenza mal-Kummissjoni Ewropea f’każijiet relatati mad-difiża kummerċjali) ippubblikat fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz tal-posta elettronika validu u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut huwa indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali li jaħdem u li jiġi kkonsultat kuljum. Ladarba d-dettalji ta’ kuntatt ikunu stabbiliti, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, sakemm ma jintalabx espliċitament li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu ta’ posta rreġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

Il-Kummissjoni Ewropea

Directorate-General for Trade

Directorate H

Uffiċċju: CHAR 04/039

1040 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku għal kwistjonijiet ta’ dumping: TRADE-ALUFOIL-AD610-DUMPING@ec.europa.eu

Indirizz elettroniku għal kwistjonijiet ta’ ħsara: TRADE-ALUFOIL-AD610-INJURY@ec.europa.eu

6.   In-nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti tal-iskadenzi, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jintlaħqu konklużjonijiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Jekk jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata, u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss, u r-riżultati huma għalhekk imsejsa fuq fatti disponibbli konformi mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

In-nuqqas ta’ tweġiba kompjuterizzata ma jitqiesx bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, bil-kundizzjoni li l-parti interessata tindika li jekk tippreżenta t-tweġiba kif mitlub jinħoloq piż żejjed mhux raġonevoli jew kostijiet żejda mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tikkuntattja l-Kummissjoni immedjatament.

7.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jaġixxi bħala medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu kompletament.

Talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għas-seduti dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba għandha tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikażzzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limiti ta’ żmien speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta se jipprovdi wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost affarijiet oħra, id-dumping, il-ħsara, ir-rabta ta’ kawżalità u l-interess tal-Unjoni. Seduta bħal din, bħala regola, issir mhux aktar tard minn tmiem ir-raba’ ġimgħa wara d-divulgazzjoni tal-konklużjonijiet provviżorji.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni elettroniċi tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit elettroniku tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/degucht/contact/hearing-officer/

8.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni se tintemm, skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri provviżorji jistgħu jiġu imposti mhux aktar tard minn disa’ xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   Trattament tad-dejta personali:

Kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ din id-dejta (6).


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż(i) kkonċernati li tipproduċi u tesporta l-prodott li qed jiġi investigat lejn is-suq tal-Unjoni, jew direttament inkella permezz ta’ parti terza, inkluża kull kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat.

(3)  Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew Anness tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. B’konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni jitqiesu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta’ xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala sħab fin-negozju; (c) ikunu min jimpjega u impjegat; (d) kull persuna li direttament jew indirettament għandha s-sjieda, tikkontrolla jew ikollha 5 % jew aktar tal-istokk jew tal-ishma bid-dritt għall-vot tat-tnejn li huma; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament, jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma jinsabu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien, direttament jew indirettament, jikkontrollaw terza persuna; jew (h) ikunu membri tal-istess familja. Persuni jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja fil-każ biss li jkollhom waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk ulied tal-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nanniet u neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur u wlied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F’dan il-kuntest “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.

(4)  Id-dejta mogħtija minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll biex jiġu eżaminati aspetti ta’ din l-investigazzjoni, apparti d-determinazzjoni tad-dumping.

(5)  Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Antidumping). Dan huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(6)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS

Image Image

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

8.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/21


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7418 — Bosch/ZF Lenksysteme)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 354/14)

1.

Fl-1 ta’ Ottubru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Robert Bosch GmbH (tal-Ġermanja) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża ZF Lenksysteme GmbH kollha kemm hi (tal-Ġermanja) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Robert Bosch GmbH: fornitur attiv globalment għall-industrija tal-karozzi, fornitur ta’ oġġetti tal-konsumatur (għodda tal-elettriku) u attiv fl-oqsma tal-enerġija, il-bini, it-termo, is-sikurezza, l-industrija, u fit-teknoloġija tal-isteering u tal-ippakkjar;

—   għal ZF Lenksysteme GmbH: joint venture mwaqqfa fl-1999 bejn Robert Bosch GmbH u ZF Friedrichshafen AG, li hija attiva fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ sistemi tal-isteering, kolonni u pompi għal vetturi tal-passiġġieri u kummerċjali fuq skala globali.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7418 — Bosch/ZF Lenksysteme, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.