EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014XX1008(01)

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet estrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu fis- 17 ta’ Jannar 2014 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari marbut mal-Każ COMP/C.39801 Polyurethane Foam — Relatur: Il-Lussemburgu

OJ C 354, 8.10.2014, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/4


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet estrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu fis-17 ta’ Jannar 2014 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari marbut mal-Każ COMP/C.39801 Polyurethane Foam

Relatur: Il-Lussemburgu

(2014/C 354/05)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-komportament antikompetittiv kopert mill-abbozz tad-deċiżjoni jikkostitwixxi ftehim u/jew prattika miftiehma bejn l-impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 101 TFUE.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodotti u dak ġeografiku tal-ftehim u/jew il-prattiki miftiehma miġbura fl-abbozz ta’ deċiżjoni.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi konċernati bl-abbozz ta’ deċiżjoni pparteċipaw fi ksur waħdieni u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan tal-ftehim u/jew prattika miftiehma kien li jirrestrinġu l-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101 TFUE.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma kienu kapaċi jaffettwaw b’mod favorevoli l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni rigward it-tul tal-ksur.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-destinatarji.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għandha tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz tad-deċiżjoni.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu biex jiġu stabbiliti l-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi.

11.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mat-tul tal-perjodu stabbilit biex jiġu kkalkulati l-multi.

12.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemmx ċirkustanzi aggravanti u l-ebda ċirkustanzi mitiganti applikabbli f’dan il-każ.

13.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis tal-multi abbażi tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006.

14.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis tal-multi abbażi tan-Notifika ta’ Riżolviment tal-2008.

15.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fuq l-ammonti finali tal-multi.

16.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


Top