ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2013.304.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
2013/C 304/01 |
||
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja |
|
2013/C 304/02 |
||
2013/C 304/03 |
||
2013/C 304/04 |
||
2013/C 304/05 |
||
2013/C 304/06 |
||
2013/C 304/07 |
||
2013/C 304/08 |
||
2013/C 304/09 |
||
2013/C 304/10 |
||
2013/C 304/11 |
||
2013/C 304/12 |
||
2013/C 304/13 |
||
2013/C 304/14 |
||
2013/C 304/15 |
||
2013/C 304/16 |
||
|
Il-Qorti Ġenerali |
|
2013/C 304/17 |
||
2013/C 304/18 |
||
2013/C 304/19 |
||
2013/C 304/20 |
||
2013/C 304/21 |
||
2013/C 304/22 |
||
2013/C 304/23 |
||
2013/C 304/24 |
||
2013/C 304/25 |
||
2013/C 304/26 |
||
2013/C 304/27 |
||
2013/C 304/28 |
||
2013/C 304/29 |
||
2013/C 304/30 |
||
2013/C 304/31 |
||
2013/C 304/32 |
||
2013/C 304/33 |
||
2013/C 304/34 |
Kawża T-414/13: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awissu 2013 — Tsujimoto vs UASI (KENZO ESTATE) |
|
2013/C 304/35 |
||
2013/C 304/36 |
||
2013/C 304/37 |
Kawża T-435/13: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awissu 2013 — Triarii vs Il-Kummissjoni |
|
2013/C 304/38 |
||
2013/C 304/39 |
||
2013/C 304/40 |
||
2013/C 304/41 |
Kawża T-461/13: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni |
|
2013/C 304/42 |
||
2013/C 304/43 |
||
2013/C 304/44 |
Kawża T-464/13: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2013 — Retegal vs Il-Kummissjoni |
|
2013/C 304/45 |
||
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/1 |
2013/C 304/01
L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/2 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla Awla) tal-4 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Veliko Tarnovo — il-Bulgarija) — Menidzherski biznes reshenia OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
(Kawża C-572/11) (1)
(Direttiva 2006/112/KE - VAT - Dritt għal tnaqqis - Rifjut - Taxxa msemmija fuq fattura - Twettiq effettiv ta’ tranżazzjoni taxxabbli - Assenza - Prova - Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi)
2013/C 304/02
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Veliko Tarnovo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Menidzherski biznes reshenia OOD
Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad Veliko Tarnovo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 203 moqri flimkien mal-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Rifjut tad-dritt ta’ tnaqqis tal-VAT mid-destinatarju ta’ provvisti ta’ servizzi minħabba l-assenza ta’ provi ta’ kunsinni effettivi fir-rigward tal-fatturi — Verifika tal-istess fatturi fil-kuntest ta’ verifika fiskali min-naħa tal-fornitur li ma tat lok għal ebda aġġustament tal-VAT dovuta — Prinċipju ta’ newtralità fiskali
Dispożittiv
L-Artikoli 168(a) u 203 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u l-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li d-destinatarju ta’ fattura jiċċaħħad mid-dritt li titnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud imsemmija f’din il-fattura meta t-tranżazzjonijiet li jirrigwardaw din il-fattura fil-fatt ma twettqux, u dan anki jekk ma hemmx ir-riskju ta’ telf ta’ dħul fiskali peress li l-persuna li ħarġet l-imsemmija fattura ħallset it-taxxa fuq il-valur miżjud indikata fuqha. Hija l-qorti nazzjonali li għandha twettaq, skont ir-regoli nazzjonali dwar il-ġbir tax-xhieda, evalwazzjoni globali tal-elementi u taċ-ċirkustanzi fattwali kollha tal-kawża li tagħha hija adita sabiex tiddetermina jekk dan japplikax għall-każ tat-transazzjonijiet li l-fatturi inkwistjoni fil-kawża prinċipali jirreferu għalihom.
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/2 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Lulju 2013 — Regione Puglia vs Ir-Repubblika Taljana, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-586/11 P) (1)
(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - FEŻR - Deċiżjoni li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Entità reġjonali - Att li jikkonċerna lil din l-entità b’mod dirett - Inammissibbiltà)
2013/C 304/03
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Regione Puglia (rappreżentanti: F. Brunelli u A. Aloia, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Prete u A. Steiblytė, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla), tal-14 ta’ Settembru 2011, Regione Puglia vs Il-Kummissjoni (T-84/10), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10350, tat-22 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) mogħtija b’applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2000) 2349, tat-8 ta’ Awwissu 2000, li tapprova l-programm operattiv POR Puglia, għall-perijodu 2000-2006, taħt l-objettiv Nru 1 — Nuqqas ta’ proċedura orali — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Assenza ta’ interess dirett — Inammissibbiltà — Motivazzjoni insuffiċjenti
Dispożittiv
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
(2) |
Ir-Regione Puglia hija kkundannata għall-ispejjeż. |
(3) |
Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/3 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bacău — ir-Rumanija) — Elena Luca vs Casa de Asigurări de Sănătate Bacău
(Kawża C-430/12) (1)
(Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Sigurtà soċjali - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 22 - Assigurazzjoni għall-mard - Kura fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor - Awtorizzazzjoni minn qabel - Ammont irrimborsat lill-persuna assigurata)
2013/C 304/04
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Bacău
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Elena Luca
Konvenuta: Casa de Asigurări de Sănătate Bacău
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Bacau — Interpretazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE u tal-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35) kif emendat — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi awtorizzazzjoni minn qabel għar-rimbors tal-ammont totali ta’ spejjeż għal kura medika barra mill-pajjiż — Determinazzjoni tal-ammont ta’ rimbors ta’ spejjeż sostnuti fi Stat Membru ieħor, fl-assenza ta’ awtorizzazzjoni minn qabel, skont il-kriterji tal-Istat ta’ affiljazzjoni
Dispożittiv
(1) |
L-Artikolu 49 KE u l-Artikolu 22 Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71,tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 592/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 2008, ma jipprekludix, fil-prinċipju, leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta t-teħid tar-responsabbiltà sħiħa għall-kura fi sptarijiet mogħtija fi Stat Membru ieħor għal awtorizzazzjoni minn qabel. Għall-kuntrarju, dawn l-istess artikoli jipprekludu li din il-leġiżlazzjoni tiġi interpretata fis-sens li teskludi, fi kwalunkwe każ, it-teħid ta’ responsabbiltà, mill-istituzzjoni kompetenti, għal tali kura mogħtija mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel. |
(2) |
Meta r-rifjut tar-rimbors tal-ispejjeż, unikament minħabba l-assenza ta’ awtorizzazzjoni minn qabel, għall-kura pprovduta fi isptarijiet fi Stat Membru ieħor u mħallsin minn persuna assigurata ma jkunx, fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari, fondat,l-imsemmija spejjeż għall-kura għandhom jiġu rrimborsati lill-imsemmija persuna assigurata mill-istituzzjoni kompetenti sal-ammont iddeterminat mil-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru. Jekk dan l-ammont ikun inqas minn dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru ta’ residenza f’każ ta’ ospitalizzazzjoni f’dan tal-aħħar, l-istutuzzjoni kompetenti għandha, barra minn dan, tagħti rimbors addizzjonali li jikkorrispondi għad-differenza bejn dawn iż-żewġ ammonti, fil-limitu tal-ispejjeż realment sostnuti. |
(3) |
Meta dan ir-rifjut ikun fondat, il-persuna assigurata tista’ titlob, skont l-Artikolu 49 KE, rimbors tal-ispejjeż għall-kura fl-isptar biss sal-limitu tal-kopertura ggarantita mis-sistema ta’ assigurazzjoni għall-mard li fiha jkun affiljat. |
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/3 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Lulju 2013 — Diadikasia Symvouloi Epicheiriseon AE vs Il-Kummissjoni Ewropea, Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fit-Turkija, Central Finance & Contracts Unit (CFCU)
(Kawża C-520/12 P) (1)
(Appell - Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni - Kuntratt pubbliku - Proġett li jirrigwarda l-iżvilupp tan-netwerk Ewropew taċ-ċentri ta’ negozju fit-Turkija - Deċiżjoni li ma tallokax il-proġett - Talba għall-kumpens għad-danni allegatament imġarrba - Deċiżjoni nazzjonali - Assenza ta’ involviment tal-organi tal-Unjoni)
2013/C 304/05
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Diadikasia Symvouloi Epicheiriseon AE (rappreżentant: A. Krystallidis, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu u F. Erlbacher, aġenti), Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fit-Turkija, Central Finance & Contracts Unit (CFCU)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Settembru 2012 fil-Kawża T-369/11, Diadikasia Symbouloi Epicheiriseon AE vs Il-Kummissjoni Ewropea, Central Finance & Contracts Unit (CFCU) u d-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fit-Turkija li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għad-danni intiż li jikseb kumpens għad-danni allegatament imġarrba mill-appellanti minħabba d-deċiżjoni tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fit-Turkija li ma tallokax lill-appellanti l-kuntratt għat-twettiq tal-proġett “Enlargement of the European Turkish Business Centers Network to Sivas, Antakya, Batman and Van” (EuropeAid/128621/D/SER/TR) — Inammissibbiltà — Nuqqas ta’ kompetenza
Dispożittiv
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
(2) |
Diadikasia Symvouloi Epicheiriseon AE hija kkundannata għall-ispejjeż. |
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fl-20 ta’ Ġunju 2013 — Almos Agrárkülkereskedelmi Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-magyarországi Regionális Adó Főigazgatósága
(Kawża C-337/13)
2013/C 304/06
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Kúria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Almos Agrárkülkereskedelmi Kft.
Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-magyarországi Regionális Adó Főigazgatósága
Domandi preliminari
(1) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 77(1) u (2) tal-Liġi CXXVII tal-2007 dwar il-VAT, fil-verżjoni tagħhom fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2010, huma kompatibbli ma’ dawk tal-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva tal-VAT”), fis-sens li l-liġi Ungeriża dwar il-VAT tkopri l-possibbiltajiet kollha ta’ tnaqqis tal-valur taxxabbli elenkati f’din id-dispożizzjoni? |
(2) |
Jekk dan ma huwiex il-każ, persuna taxxabbli li, wara t-twettiq ta’ tranżazzjoni, ma kisbitx il-korrispettiv ta’ din tal-aħħar, tista’ titlob, fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali f’dan ir-rigward, tnaqqis tat-taxxa abbażi tal-prinċipji ta’ newtralità tat-taxxa u ta’ proporzjonalità, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-VAT? |
(3) |
Jekk l-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-VAT għandu effett dirett, il-possibbiltà li jiġi eżerċitat id-dritt għal tnaqqis fiskali hija għaldaqstant suġġetta għal liema kundizzjonijiet? Huwa biżżejjed li l-bejjiegħ ikun ħareġ fattura ta’ rettifika u li jkun bagħatha lix-xerrej jew huwa wkoll neċessarju li huwa jagħti prova li l-oġġett kien effettivament sar mill-ġdid proprjetà tiegħu, fis-sens li dan ikun materjalment ingħatalu lura? |
(4) |
Fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tielet domanda, l-Istat Membru huwa obbligat, abbażi tad-dritt Komunitarju, li jikkumpensa d-dannu li jirriżulta minn nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ armonizzazzjoni tiegħu li b’konsegwenza tiegħu l-persuna taxxabbli ġiet miċħuda mill-possibbiltà li tibbenefika minn tnaqqis fiskali? |
(5) |
L-Artikolu 90(2) tad-Direttiva tal-VAT jista’ jinftiehem fis-sens li l-Istati Membri jżommu d-dritt, fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali, li ma jagħtux tnaqqis tal-valur taxxabbli u, jekk iva, għal dan huwa neċessarju li dispożizzjoni legali nazzjonali tkun espressament eskludiet il-possibbiltà ta’ tali tnaqqis, jew jista’ jitqies li s-silenzju fuq dan il-punt fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tawtorizzahom ukoll jirrifjutaw it-tnaqqis inkwistjoni? |
(1) ĠU L 347, p. 1.
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fit-8 ta’ Lulju 2013 — UPC Magyarország Kft. vs Nemzeti Fogyasztóvédelmi Hatóság
(Kawża C-388/13)
2013/C 304/07
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Kúria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: UPC Magyarország Kft.
Konvenuta: Nemzeti Fogyasztóvédelmi Hatóság
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-każ ta’ prattiki li jqarrqu fis-sens tal-Artikolu 5(4) ta’ din id-direttiva, ma jistax ikun hemm eżami separat tal-kriterji tal-Artikolu 5(2)(a)? |
(2) |
Komunikazzjoni ta’ informazzjoni li ma tkunx tikkorrispondi għall-verità lil konsumatur wieħed biss għandha tiġi kkunsidrata bħala prattika kummerċjali fis-sens tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq? |
(1) Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 149, p. 22)
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mix-Schleswig-Holsteinisches Oberverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Lulju 2013 — Landesamt für Landwirtschaft, Umwelt und ländliche Räume des Landes Schleswig-Holstein vs Dr. med. vet. Uta Wree
(Kawża C-422/13)
2013/C 304/08
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Schleswig-Holsteinisches Oberverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Landesamt für Landwirtschaft, Umwelt und ländliche Räume des Landes Schleswig-Holstein
Konvenuta: Dr. med. vet. Uta Wree
Domandi preliminari
Erja, li, minkejja li tintuża għal finijiet agrikoli (mergħa għat-trobbija tan-nagħaġ), tifforma madankollu s-saff tal-wiċċ ta’ landfill imqiegħed fil-fażi ta’ ġestjoni wara l-għeluq tagħha, tikkostitwixxi wkoll erja agrikola fis-sens tal-Artikolu 34(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009 (1)?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003; ĠU L 30, p. 16.
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fil-25 ta’ Julju 2013 — UAB “Vilniaus energija” vs Lietuvos metrologijos inspekcijos Vilniaus apskrities skyrius
(Kawża C-423/13)
2013/C 304/09
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: UAB “Vilniaus energija”
Konvenut: Lietuvos metrologijos inspekcijos Vilniaus apskrities skyrius
Domandi preliminari
L-Artikolu 34 TFUE u/jew id-Direttiva 2004/22 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni u prassi nazzjonali, li jistabbilixxu li arloġġ tal-ilma sħun, li jissodisfa r-rekwiżiti kollha tad-Direttiva 2004/22, li jkun ikkomunikat ma’ apparat għat-trażmissjoni ta’ data b’distanza (telemetriku) huwa kkunsidrat bħala sistema ta’ kejl u, konsegwentement, dan l-arloġġ tal-ilma sħun ma jistax jintuża għall-iskopijiet oriġinali tiegħu sakemm ma jkunx ġie ssuġġettat, flimkien mal-apparat għat-trażmissjoni ta’ data b’distanza (telemetriku), għal verifika metroloġika bħala sistema ta’ kejl?
(1) Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, dwar l-istrumenti tal-kejl (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 149).
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/5 |
Appell ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2013 minn Erich Kastenholz mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-6 ta’ Ġunju 2013 fil-Kawża T-68/11 — Erich Kastenholz vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-435/13 P)
2013/C 304/10
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Erich Kastenholz (rappreżentant: L. Acker, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Qwatchme A/S
Talbiet tal-appellant
— |
tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali; |
— |
tilqa’ t-talba tiegħu għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża jew, sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi mill-ġdid; |
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż tar-rikorrent fil-proċeduri tal-ewwel istanza u tal-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellant jinvoka tliet aggravji insostenn tal-appell tiegħu:
— |
ksur tad-dispożizzjonijiet, ikkunsidrati flimkien, tal-Artikolu 5(1)(a) u tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 6/2002 (1). Dan l-aggravju huwa maqsum f’żewġ partijiet:
|
— |
ksur tad-dispożizzjonijiet, ikkunsidrati flimkien, tal-Artikolu 6(1)(b) u tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Nru 6/2002. Dan l-aggravju huwa maqsum fi tliet partijiet:
|
— |
ksur tal-Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament Nru 6/2002, kif ukoll tal-obbligu ta’ eżami previst fl-ewwel u fit-tieni sentenzi tal-Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002. Dan l-aggravju huwa maqsum f’erba’ partijiet:
|
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142).
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/6 |
Appell ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2013 minn Elitaliana SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba Awla) fl-4 ta’ Ġunju 2013 fil-Kawża T-213/12, Elitaliana vs Eulex Kosovo
(Kawża C-439/13 P)
2013/C 304/11
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Elitaliana SpA (rappreżentant: R. Colagrande, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Eulex Kosovo
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla għal kollox id-digriet [tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2013, Kawża T-213/12, Elitaliana vs Eulex Kosovo;] |
— |
konsegwentement, jekk il-kawża hija fi stat li tiġi deċiża, tilqa’ b’mod definittiv ir-rikors tal-ewwel istanza a) billi tannulla l-miżuri meħuda minn Eulex — li l-appellanti ma hijiex mgħarrfa bil-kontenut u d-data tagħhom — dwar l-għoti tal-kuntratt msejjaħ “EuropeAid/131516/D/SER/XK — Appoġġ permezz ta’ ħelikopter għall-missjoni Eulex Kosovo (PROC/272/11)” lill-kumpannija Starlite Aviation Operations, innotifikata minn Eulex permezz ta’ ittra tad-29 ta’ Marzu 2012 kif ukoll ta’ kull att ieħor minn qabel, sussegwenti u/jew fi kwalunkwe każ konness, u b’mod partikolari, jekk ikun il-każ, tan-nota 2012-DAS-0392 tas-17 ta’ April 2012, li permezz tagħha Eulex ċaħdet lill-appellanti l-aċċess għall-fajls tas-sejħa għal offerti mitluba fit-2 ta’ April 2012; b) billi tikkundanna lil Eulex għall-kumpens tad-danni (in natura jew ekwivalenti) lill-appellanti sa fejn speċifikat fil-punti 37 et seq tar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali; ċ) tikkundanna lil Eulex għall-ispejjeż; |
— |
alternattivament, dejjem konsegwentement għall-imsemmi annullament,u jekk il-kawża hija fi stat li tiġi deċiża, tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex tiġi deċiża minn din tal-aħħar. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Qorti Ġenerali wetqet żball meta ma rrikonoxxietx, lil Eulex, il-kwalità ta’ organu u tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 263 TFUE, u billi ekwiparat lil Eulex mad-delegazzjonijiet. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali kellha tirrikonoxxi l-eżistenza ta’ żball skużabbli f’dan ir-rigward.
Minn dawn l-iżbalji ta’ liġi jitnissel ksur tal-prinċipju ta’ effettività tal-protezzjoni ġudizzjarja intiża bħala r-realizzazzjoni sħiħa tad-drittijiet tad-difiża, korollarji tal-prinċipju iktar ġenerali ta’ ugwaljanza.
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-7 ta’ Awwissu 2013 — Société Fonderie 2A vs Ministre de l’Économie et des Finances
(Kawża C-446/13)
2013/C 304/12
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Société Fonderie 2A
Konvenut: Ministre de l’Économie et des Finances
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tas-Sitt Direttiva [77/388/KEE] (1) li jippermettu li jiġi ddefinit il-post ta’ kunsinna intraKomunitarja għandhom iwasslu għall-kunsiderazzjoni li l-kunsinna ta’ oġġett lil klijent f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea, wara l-ipproċessar tal-oġġett, f’isem il-bejjiegħ, li sar fl-istabbiliment ta’ kumpannija oħra li tinsab fil-pajjiż tal-klijent, hija kunsinna bejn il-pajjiż tal-bejjiegħ u l-pajjiż tad-destinatarju finali jew kunsinna fil-pajjiż ta’ dan tal-aħħar, mill-istabbiliment fejn sar l-ipproċessar?
(1) Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/7 |
Appell ippreżentat fis-6 ta’ Awissu 2013 minn Riccardo Nencini mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-4 ta’ Ġunju 2013, fil-Kawża T-431/10, Necini vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża C-447/13 P)
2013/C 304/13
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Riccardo Nencini (rappreżentant: M. Chiti, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew
Talbiet tal-appellant
— |
tannulla, wara li tikkonstata, jekk dan ikun neċessarju, l-illegalità/invalidità tal-Artikolu 85b tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 (1), tat-23 ta’ Diċembru 2002, u tal-Artikolu 73a tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2), tal-25 ta’ Ġunju 2002, is-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-4 ta’ Ġunju 2013 fil-Kawżi magħquda T-431/10 u T-560/10, Nencini vs Il-Parlament Ewropew, u tiddeċiedi, filwaqt li tirriforma l-isemmija sentenza, billi tilqa’ t-talbiet li tqajmu quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, li l-atti kkontestati fl-ewwel istanza huma illegali; |
— |
sussidjarjament, fil-każ ikkontestat li l-kundanna ta’ Nencini għall-ħlas lura tal-ammonti inkwistjoni tiġi kkonfermata, tiddetermina mil-ġdid — wara l-annullament jew ir-riforma tas-sentenza appellata — b’mod ekwu l-ammonti inkwistjoni, jew li tibgħat lura l-proċess lis-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament għal determinazzjoni ġdida ekwa tal-ammont inkwistjoni. |
— |
tannulla s-sentenza fil-parti relatata mal-ispejjeż u, konsegwentement, tirriformaha billi tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż marbuta mal-Kawża T-431/10 u billi tikkundanna lill-Parlament jew tordna l-kumpens għall-ispejjeż marbuta mal-Kawża T-560/10; |
— |
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż marbuta mal-proċedura tal-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Fl-ewwel lok, l-appellant jinvoka ksur tar-regoli ta’ preskrizzjoni u tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ effettività u ta’ raġonevolezza. Il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talbiet tal-appellant billi kkunsidrat li t-termini ta’ preskrizzjoni jibdew jiddekorru min-notifika tad-deċiżjoni ta’ rkupru u ta’ debitu, jiġifieri mhux inqas minn ħdax-il sena wara l-waqfien mill-funzjonijiet parlamentari ta’ R. Nencini.
Fit-tieni lok, l-appellant jinvoka żball ta’ liġi fir-rigward tal-ksur tal-prinċipji ta’ kontradittorju u ta’ effettività tal-protezzjoni peress li l-elementi insostenn tad-deċiżjoni kienu parzjalment differenti minn dawk li kienu ġew ikkontestati.
Fit-tielet lok, qiegħda tiġi invokata l-applikazzjoni żbaljata tar-Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-membri tal-Parlament (ir-“regolamenti IAD”) kemm fir-rigward tal-ammonti kkontestati abbażi tar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar kif ukoll fir-rigward tal-ammonti kkontestati abbażi ta’ allowances tas-segretarjat. B’mod partikolari, qiegħed jiġi sostnut, minn naħa, li l-kunċett ta’ “domiċilju” ġie interpretat b’mod skorrett, peress li dan tal-aħħar ma jistax jiġi interpretat bħala li jikkoinċidi mal-kunċett ta’ “residenza” formali; u, min-naħa l-oħra, li l-abbuż huwa ineżistenti minn diversi perspettivi, u li huwa kontradittorju li tiġi kkunsidrata bħala sempliċi “irregolarità formali” l-assenza ta’ indikazzjoni ta’ ismijiet tal-benefiċċjarji kollha tal-allowance ta’ assistenza tas-segretarjat, iżda li din tiġi kkunsidrata bħala mhux sanzjonabbli fid-dawl tan-natura konfuża tar-regolamenti li kienu jeżistu f’dak il-mument.
Fir-raba’ lok, l-appell huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fid-determinazzjoni tal-ammont suġġett għall-irkupru. Il-kundanna għall-ħlas tal-ammont kollu miġbur tkun assurda.
Fl-aħħar, l-appellant jikkritika l-iżball imwettaq fid-determinazzjoni tal-ispejjeż imposti fuq Nencini. L-ispejjeż sostnuti għall-kontestazzjoni tal-ewwel deċiżjoni, li sussegwentement ġiet irrinunzjata, huma dovuti għal aġir żbaljat tal-kontroparti li barra minn hekk wettqet dik l-irregolarità billi pproċediet — wara n-notifika tal-ewwel rikors — bis-sostituzzjoni tad-deċiżjoni b’oħra bil-lingwa Taljana.
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002, tat-23 ta’ Diċembru 2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25, tal-25 ta’ Gunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74).
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/8 |
Digriet tal-President tat-Tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-468/11) (1)
2013/C 304/14
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/8 |
Digriet tal-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Giurgiu — ir-Rumanija) — SC Volksbank România SA vs Comisariatul Județean pentru Protecția Consumatorilor
(Kawża C-123/12) (1)
2013/C 304/15
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/8 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour constitutionnelle — il-Belġju) — Guy Kleynen vs Conseil des ministres
(Kawża C-99/13) (1)
2013/C 304/16
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
Il-Qorti Ġenerali
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/9 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Bank Melli Iran vs Il-Kunsill
(Kawża T-35/10 u T-7/11) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Aspettattivi leġittimi - Eżami mill-ġdid tal-miżuri restrittivi adottati - Żball ta’ evalwazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Bażi legali - Forom proċedurali sostanzjali - Proporzjonalità)
2013/C 304/17
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Bank Melli Iran (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: fil-kawża T-35/10, L. Defalque u fil-kawża T-7/11, inizjalment L. Defalque u S. Woog, sussegwentement L. Defalque u C. Malherbe, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-kawża T-35/10, M. Bishop u R. Szostak u fil-kawża T-7/11, inizjalment M. Bishop u G. Marhic, sussegwentement M. Bishop u B. Driessen, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u É. Ranaivoson, aġenti); Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment S. Behzadi-Spencer, sussegwentement A. Robinson, u finalment A. Robinson u H. Walker, aġenti, assistiti minn S. Lee, barrister); Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-kawża T-35/10, S. Boelaert u M. Konstantinidis u, fil-kawża T-7/11, S. Boelaert, M. Konstantinidis u F. Erlbacher, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2009, tas-17 ta’ Novembru 2009, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar id-Deċiżjoni 2008/475/KE (ĠU L 303, p. 31), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 281, p. 81), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 319, p. 11), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament ta’ kull regolament futur jew ta’ kull deċiżjoni futura li jikkompleta jew jemenda wieħed mill-atti kkontestati li ser jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tingħalaq il-proċedura orali.
Dispożittiv
(1) |
Il-Kawżi T-35/10 u T-7/11 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza. |
(2) |
Ir-rikorsi huma miċħuda. |
(3) |
Bank Melli Iran għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(4) |
Ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/9 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2013 — L vs Il-Parlament
(Kawża T-317/10 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien indeterminat - Deċiżjoni ta’ tkeċċija - Obbligu ta’ motivazzjoni - Telf ta’ fiduċja)
2013/C 304/18
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Partijiet
Appellant: L (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment A. Sèbe u V. Sviderskis, sussegwentement A. Sèbe, avukati)
Appellat: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment S. Seyr, K. Zejdová u L. Mašalaitė-Chouteau, sussegwentement S. Seyr, K. Zejdová u S. Milius, u finalment S. Seyr u S. Alves, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea [kunfidenzjali] (2), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1) |
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea [kunfidenzjali], hija annullata sa fejn din naqset milli tagħti deċiżjoni dwar il-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ imparzjalità, sa fejn din ċaħdet il-motiv ibbażat fuq l-ineżattezza materjali u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, u sa fejn din qieset li r-rikorrent ma kienx talab li l-Parlament jiġi kkundannat għall-ispejjeż. |
(2) |
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud. |
(3) |
Il-kumplament tar-rikors ippreżentat minn L quddiem it-Tribunal għas-Servizz pubbliku fil-Kawża [kunfidenzjali] huwa miċħud. |
(4) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha relattivi kemm għall-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll għal dik tal-appell. |
(2) Informazzjoni kunfidenzjali moħbija.
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/10 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Persia International Bank vs Il-Kunsill
(Kawża T-493/10) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati kontra l-Iran bil-għan li tiġi prekluża l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball ta’ evalwazzjoni)
2013/C 304/19
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Persia International Bank (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment S. Gadhia, S. Ashley, solicitors, D. Anderson, QC, u R. Blakeley, barrister, sussegwentement S. Ashley, S. Jeffrey, A. Irvine, solicitors, D. Wyatt, QC, u R. Blakeley)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u A. Vitro, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u M. Konstantinidis, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), tar-Regolament ta’ eżekuzzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (ĠU L 281, p. 81), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (ĠU L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ eżekuzzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 319, p. 11), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà tal-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007, tad-19 ta’ April 2007, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 335M, 13.12.2008, p. 969), tal-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament Nru 961/2010 u tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 267/2012 għar-rikorrenti.
Dispożittiv
(1) |
Huma annullati, sa fejn dawn jikkonċernaw lil Persia International Bank plc:
|
(2) |
L-effetti tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644 u bid-Deċiżjoni 2011/783, għandhom jinżammu fis-seħħ fil-konfront ta’ Persia International Bank sal-implementazzjoni tal-annullament tar-Regolament Nru 267/2012. |
(3) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
(4) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Persia International Bank. |
(5) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/11 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Eurocool Logistik vs UASI — Lenger (EUROCOOL)
(Kawża T-599/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali EUROCOOL - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti EUROCOOL LOGISTICS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-servizzi - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Dritt għal smigħ)
2013/C 304/20
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Eurocool Logistik GmbH (Linz, l-Awstrija) (rappreżentanti: G. Secklehner u C. Ofner, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment R. Manea, sussegwentement K. Klüpfel, sussegwentement K. Klüpfel u A. Schifko, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Peter Lenger (Weinheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Pfefferkorn, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 451/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Eurocool Logistik GmbH u Peter Lenger
Dispożittiv
(1) |
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-14 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 451/2010-1) hija annullata sa fejn tikkonċerna s-servizzi, imsemmija fl-applikazzjoni għal trade mark, ta’ “żvilupp ta’ software għall-ħażna, il-kkummissjonar u t-trasport tal-merkanzija imkessħa u ffriżata”, li jaqgħu taħt il-klassi 42 skont il-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, u is-“servizz ta’ aġenziji tas-spedizzjoni”, li jaqgħu taħt il-klassi 39 tal-imsemmi ftehim, kopert bit-trade mark preċedenti. |
(2) |
L-oppożizzjoni hija miċħuda sa fejn tikkonċerna s-servizzi msemmija fil-punt 1. |
(3) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
(4) |
Eurocool Logistik GmbH, l-UASI u Peter Lenger għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom sostnuti matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali. |
(5) |
L-UASI għandu jbati nofs l-ispejjeż sostnuti minn Eurocool Logistik matul il-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell. |
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/11 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Export Development Bank of Iran vs Il-Kunsill
(Kawżi magħquda T-4/11 u T-5/11) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball ta’ evalwazzjoni)
2013/C 304/21
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Export Development Bank of Iran (Téhéran, l-Iran) (rappreżentant: J.-M. Thouvenin, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis u A. Bordes, aġenti)
Suġġett
L-ewwel nett, talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà għar-rikorrenti tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), it-tieni nett, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1263/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 (ĠU L 356, p. 34), kif ukoll ir-regolamenti kollha futuri li jikkumplimentaw jew jissostitwixxu dawn ir-regolamenti, sal-għoti tas-sentenza li ġġib fi tmiem il-kawża, sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrenti, it-tielet nett, talba għall-annulament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 281, p. 81), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temeda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 319, p. 11), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (ĠU L 356, p. 71), kif ukoll l-atti kollha futuri li jikkumplimentaw jew jissostitwixxu dawn l-atti, sal-għoti tas-sentenza li ttemm il-kawża, sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrenti, u, ir-raba’ nett, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jinsabu fl-ittri tat-28 ta’ Ottubru 2010 u tal-5 ta’ Diċembru 2011.
Dispożittiv
(1) |
Dawn li ġejjin huma annullati sa fejn jirrigwardaw lil Export Development Bank of Iran:
|
(2) |
L-effetti tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644 sussegwentement bid-Deċiżjoni 2011/783, fir-rigward tal-Export Development Bank of Iran jibqgħu validi sakemm jibdew japplikaw l-effetti tal-annullament tal-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012, sa fejn dan jirrigwarda lil Export Development Bank of Iran. |
(3) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba intiża li tiddikjara li d-Deċiżjoni 2010/413 ma tapplikax għall-Export Development Bank of Iran. |
(4) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
(5) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta’ Export Development Bank of Iran. |
(6) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/12 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Iran Insurance vs Il-Kunsill
(Kawża T-12/11) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fil-konfront tal-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar tal-fondi - Bażi legali - Ksur tad-dritt internazzjonali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament - Nondiskriminazzjoni)
2013/C 304/22
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Iran Insurance Company (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: D. Luff, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u G. Marhic, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-parti konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u M. Konstantinidis, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament, fl-ewwel lok, tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 281, p. 81), u tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), sa fejn dawn tal-aħħar jikkonċernaw lir-rikorrenti, fit-tieni lok, tad-deċiżjoni fir-rigward tar-rikorrenti “inkluża f’” ittra tat-28 ta’ Ottubru 2010, fit-tielet lok, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 319, p. 71), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament Nru 961/2010 (ĠU L 319, p. 11), sa fejn dawn tal-aħħar jistgħu jinċidu fuq is-sitwazzjoni tar-rikorrenti, fir-raba lok, tad-deċiżjoni fir-rigward tar-rikorrenti “inkluża f’” ittra tal-5 ta’ Diċembru 2011, fil-ħames lok, tal-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti, u, fis-sitt lok, ta’ kull regolament futur jew ta’ kull deċiżjoni futura tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni li tikkompleta jew li temenda wieħed mill-atti kkontestati fil-kuntest ta’ dan ir-rikors u, min-naħa l-oħra, talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà, fir-rigward tar-rikorrenti, tal-Artikolu 12 u tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/413, tal-Artikolu 16(2) u tal-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 961/2010, tal-Artikolu 1(7) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK, tat-23 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 19, p. 22), u tal-Artikolu 23(2) u tal-Artikolu 35 tar-Regolament Nru 267/2012, tal-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 282, p. 58), tal-Artikolu 1(11) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1263/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jemenda r-Regolament Nru 267/2012 (ĠU L 356, p. 34), kif ukoll tal-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 356, p. 71)
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa inammissibbli, safejn dan jitlob l-annullament ta’ kull regolament futur jew ta’ kull deċiżjoni futura tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni li tikkompleta jew li temenda wieħed mill-atti kkontestati fil-kuntest ta’ dan ir-rikors. |
(2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni la fuq it-talbiet għal annullament tad-deċiżjonijiet fil-konfront tal-Iran Insurance Company “inklużi f’” l-ittri tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 2010 u tal-5 ta’ Diċembru 2011 u lanqas fuq l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà invokata mill-Kunsill, sostnut mill-Kummissjoni, fil-konfront biss tat-talbiet għal annullament tad-deċiżjoni fil-konfront tal-Iran Insurance Company “inkluża f’” l-ittra tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 2010. |
(3) |
L-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, l-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament Nru 961/2010 u l-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament Nru 961/2010, huma annullati, sa fejn dawn jikkonċernaw lil Iran Insurance Company. |
(4) |
L-effetti tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644, u sussegwentement bid-Deċiżjoni 2011/783, fir-rigward tal-Iran Insurance Company għandhom jinżammu sad-dħul fis-seħħ tal-annullament tal-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012, sa fejn dan jikkonċerna lill-Iran Insurance Company. |
(5) |
Il-Kunsill għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Iran Insurance Company. |
(6) |
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/13 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Post Bank Iran vs Il-Kunsill
(Kawża T-13/11) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Bażi legali - Ksur tad-dritt internazzjonali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament - Nondiskriminazzjoni)
2013/C 304/23
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Post Bank Iran (Téhéran, l-Iran) (rappreżentant: D. Luff, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u A. Vitro, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u M. Konstantinidis, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament, l-ewwel nett, tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 281, p. 81), u tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), sa fejn dawn jirrigwardaw lir-rikorrenti, it-tieni nett, id-deċiżjoni li tirrigwarda lir-rikorrenti “li tinsab” f’ittra tad-29 ta’ Ottubru 2010, it-tielet nett, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 319, p. 71), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 319, p. 11), sa fejn dawn jistgħu jinfluwenzaw is-sitwazzjoni tar-rikorrenti, ir-raba’ nett, id-deċiżjoni li tirrigwarda lir-rikorrenti “li tinsab” f’ittra tal-5 ta’ Diċembru 2011, il-ħames nett, l-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrenti, u, is-sitt nett, ta’ kull leġiżlazzjoni futura jew ta’ kull deċiżjoni futura tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni li tikkumplimenta jew li temenda waħda mill-atti kkontestati fil-kuntest ta’ dan ir-rikors u, min-naħa l-oħra, talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà, fir-rigward tar-rikorrenti, tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/413, tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 961/2010, tal-Artikolu 1(7) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK, tat-23 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 19, p. 22), tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 267/2012, tal-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda lid-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 282, p. 58), tal-Artikolu 1(11) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1263/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jemenda r-Regolament Nru 267/2012 (ĠU L 356, p. 34), kif ukoll tal-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 356, p. 71).
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa inammissibbli, sa fejn huwa intiż għall-annullament ta’ kull leġiżlazzjoni futura jew ta’ kull deċiżjoni futura tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew tal-Kummissjoni Ewropea li tikkumplimenta jew temenda wieħed mill-atti kkontestati fil-kuntest ta’ dan ir-rikors. |
(2) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni la dwar it-talbiet għall-annullament tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-Post Bank Iran “li jinsabu” fl-ittri tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 2010 u tal-5 ta’ Diċembru 2011 u lanqas dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajjma mill-Kunsill, sostnut mill-Kummissjoni, biss kontra talbiet għall-annullament tad-deċiżjoni fir-rigward tal-Post Bank Iran “li jinsabu” fl-ittra tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 2010. |
(3) |
L-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, l-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010, u l-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010, huma annullati, sa fejn dawn jirrigwardaw lil Post Bank Iran. |
(4) |
L-effetti tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644, sussegwentement bid-Deċiżjoni 2011/783, fir-rigward tal-Post Bank Iran jibqgħu validi sakemm jibdew japplikaw l-effetti tal-annullament tal-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012, sa fejn dan jirrigwarda l-Post Bank Iran. |
(5) |
Il-Kunsill għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta’ Post Bank Iran. |
(6) |
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/14 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill
(Kawża T-24/11) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)
2013/C 304/24
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bank Refah Kargaran (Téhéran, l-Iran) (rappreżentant: J.-M. Thouvenin, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Erlbacher u M. Konstantinidis, sussegwentement A. Bordes u M. Konstantinidis, aġenti)
Suġġett
L-ewwel nett, talba għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ applikabbiltà fir-rigward tar-rikorrent tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), it-tieni nett, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1263/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran (ĠU L 356, p. 34), kif ukoll ta’ kull regolament futur li ser jikkompleta jew jissostitwixxi dawn ir-regolamenti, sad-data li fiha tinqata’ din is-sentenza, sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent, it-tielet nett, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 281, p. 81), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 319, p. 11), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 356, p. 71), kif ukoll ta’ kull att futur li ser jikkompleta jew jissostitwixxi dawn l-atti, sad-data li fiha tinqata’ din is-sentenza, sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent, u, ir-raba’ nett, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jinsabu fl-ittri tat-28 ta’ Ottubru 2010 u tal-5 ta’ Diċembru 2011,
Dispożittiv
(1) |
Huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lill-Bank Refah Kargaran:
|
(2) |
L-effetti tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644 u wara bid-Deċiżjoni 2011/783, fir-rigward tal-Bank Refah Kargaran għandhom jinżammu sakemm jidħol fis-seħħ l-annullament tal-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012, sa fejn dan jikkonċerna lill-Bank Refah Kargaran. |
(3) |
Ma għadx hemm lok li tittieħed deċiżjoni dwar it-talba intiża biex jiġi ddikjarat li d-Deċiżjoni 2010/413 ma hijiex applikabbli għall-Bank Refah Kargaran. |
(4) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
(5) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Bank Refah Kargaran. |
(6) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/15 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Deutsche Bahn et vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-289/11, T-290/11 u T-521/11) (1)
(Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni li tordna spezzjoni - Setgħat ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni - Drittijiet tad-difiża - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2013/C 304/25
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Bahn AG (Berlin, il-Ġermanja); DB Mobility Logistics AG (Berlin); DB Energie GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja); DB Netz AG (Frankfurt am Main); DB Schenker Rail GmbH (Mainz, il-Ġermanja); DB Schenker Rail Deutschland AG (Mainz); Deutsche Umschlaggesellschaft Schiene-Straße mbH (DUSS) (Bodenheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Deselaers, O. Mross u J. Brückner, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Malferrari, N. von Lingen u R. Sauer, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment, fil-Kawżi T-289/11 u T-290/11, M. Muñoz Pérez, sussegwentement, fil-Kawżi T-289/11, T-290/11 u T-521/11, S. Centeno Huerta, abogados del Estado); Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Simm u F. Florindo Gijón, aġenti); u L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA (rappreżenanti: X. A. Lewis, M. Schneider u M. Moustakali, aġenti)
Suġġett
Talbiet għall-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2011) 1774, tal-14 ta’ Marzu 2011, C(2011) 2365, tat-30 ta’ Marzu 2011, u C(2011) 5230, tal-14 ta’ Lulju 2011, li jordnaw spezzjonijiet skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-konfront ta’ Deutsche Bahn AG kif ukoll tas-sussidjarji kollha tagħha (Każijiet COMP/39.678 u COMP/39.731).
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikorsi huma miċħuda. |
(2) |
Deutsche Bahn AG, DB Mobility Logistics AG, DB Energie GmbH, DB Netz AG, DB Schenker Rail GmbH, DB Schenker Rail Deutschland AG u Deutsche Umschlaggesellsschaft Schiene-Straße mbH (DUSS) għandhom ibatu l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll l-ispejjeż tagħhom. |
(3) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, l-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/16 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Europäisch-Iranische Handelsbank vs Il-Kunsill
(Kawża T-434/11) (1)
(Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bl-għan li tiġi prekluża l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità)
2013/C 304/26
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Europäisch-Iranische Handelsbank AG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment S. Ashley, S. Gadhia, solicitors, H. Hohmann, avukat, D. Wyatt, QC, u R. Blakeley, barrister, sussegwentement S. Ashley, H. Hohmann, D. Wyatt, R. Blakeley, S. Jeffrey u A. Irvine, solicitors)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)
Partijiet konvenuti in sostenn tal-parti konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment E. Paasivirta u S. Boelaert, sussegwentement E. Paasivirta u M. Konstantinidis, aġenti), u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Behzadi-Spencer, A. Robinson u C. Murrell, aġenti, assistiti minn J. Swift, QC, u R. Palmer, barrister)
Suġġett
Talba għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 136, p. 65), it-tieni nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 503/2011, tat-23 ta’ Mejju 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 136, p. 26), it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), ir-raba’ nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), u, il-ħames nett, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 503/2011, tat-23 ta’ Mejju 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, huma annullati sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lil Europäisch-Iranische Handelsbank AG. |
(2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
(3) |
Europäisch-Iranische Handelsbank għandha tbati, minbarra tlieta minn ħames partijiet tal-ispejjeż tagħha, it-tlieta minn ħames partijiet tal-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(4) |
Il-Kunsill għandu jbati, minbarra tnejn minn ħames partijiet tal-ispejjeż tiegħu, it-tnejn minn ħames partijiet tal-ispejjeż sostnuti minn Europäisch-Iranische Handelsbank. |
(5) |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/16 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Globula vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-465/11) (1)
(Suq intern tal-gass naturali - Direttiva 2003/55/KE - Obbligu tal-impriżi tal-gass naturali li jorganizzaw sistema ta’ aċċess innegozjat għal terzi għall-faċilitajiet ta’ ħażna tal-gass - Deċiżjoni tal-awtoritajiet Ċeki li tagħti lir-rikorrenti deroga temporanja għall-faċilitajiet futuri tagħha ta’ ħażna tal-gass taħt l-art f’Dambořice - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna lir-Repubblika Ċeka li tirtira d-deċiżjoni ta’ deroga - Applikazzjoni ratione temporis tad-Direttiva 2003/55)
2013/C 304/27
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Globula a.s. (Hodonín, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: M. Petite, D. Paemen, A. Tomtsis, D. Koláček u P. Zákoucký, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u T. Scharf, aġenti)
Parti konvenuta insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Očková u T. Müller, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 4509, tas-27 ta’ Ġunju 2011, dwar id-deroga fir-rigward tal-faċilità ta’ ħażna tal-gass taħt l-art f’Dambořice fid-dawl tar- regoli tas-suq intern rigward l-aċċess għal terzi.
Dispożittiv
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 4509, tas-27 ta’ Ġunju 2011, dwar id-deroga fir-rigward tal-faċilità ta’ ħażna tal-gass taħt l-art f’Dambořice fid-dawl tar-regoli tas-suq intern rigward l-aċċess għal terzi, hija annullata. |
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk ta’ Globula a.s. |
(3) |
Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/17 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Sepro Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-483/11) (1)
(Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva flurprimidol - Nuqqas ta’ inklużjoni tal-flurprimidol fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE - Regolament (KE) Nru 33/2008 - Proċedura mħaffa ta’ evalwazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2013/C 304/28
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sepro Europe Ltd (Harrogate, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Ondrůšek u G. von Rintelen, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/328/UE, tal-1 ta’ Ġunju 2011, dwar l-esklużjoni ta’ flurprimidol fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE (ĠU L 153, p. 192)
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Sepro Europe Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/17 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Godrej Industries u VVF vs Il-Kunsill
(Kawża T-6/12) (1)
(Dumping - Importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja - Aġġustament mitlub abbażi tal-konverżjoni tal-muniti - Oneru tal-prova - Dannu - Dazju antidumping definittiv)
2013/C 304/29
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Godrej Industries Ltd (Mumbai, l-Indja); u VVF Ltd (Mumbai) (rappreżentant: B. Servais, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. -P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch u A. Servais, avukati)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Sasol Olefins & Surfactants GmbH (Hambourg, il-Ġermanja); Sasol Germany GmbH (Hambourg) (rappreżentanti: V. Akritidis, avukat, u J. Beck, solicitor); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)
Suġġett
L-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1138/2011, tat-8 ta’ Novembru 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja (ĠU L 293, p. 1).
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Godrej Industries Ltd u VVF Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kif ukoll dawk ta’ Sasol Olefins & Surfactants GmbH u ta’ Sasol Germany GmbH, kif ukoll l-ispejjeż tagħhom. |
(3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/18 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Bateni vs Il-Kunsill
(Kawżi T-42/12 u T-181/12) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)
2013/C 304/30
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Naser Bateni (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Kienzle, M. Schingmann u F. Lautenschlager, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop, J.-P. Hix u Z. Kupčová, aġenti)
Suġġett
Fil-Kawża T-42/12, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), sa fejn hija ssemmi lir-rikorrent fil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif ukoll tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), sa fejn isemmi lir-rikorrent fl-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), u, fil-Kawża T-181/12, talba għall-annullament tal-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn l-isem tar-rikorrent jinżamm fuq il-lista tal-persuni, entitajiet u organi li l-assi tagħhom huma ffriżati.
Dispożittiv
(1) |
Il-Kawżi T-42/12 u T-181/12 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza. |
(2) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fil-Kawża T-42/12 dwar it-talba intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, fir-rigward ta’ N. Bateni. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, hija annullata sa fejn issemmi lil N. Bateni fl-Anness II tal-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK. |
(4) |
L-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 huwa annullat, sa fejn jirrigwarda lil N. Bateni. |
(5) |
L-effetti tad-Deċiżjoni 2010/413, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/783, jibqgħu validi fir-rigward ta’ N. Bateni, mid-dħul fis-seħħ tagħha, l-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sad-dħul fis-seħħ tal-annullament parzjali tar-Regolament Nru 267/2012. |
(6) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta’ N. Bateni. |
(7) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/18 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Good Luck Shipping vs Il-Kunsill
(Kawża T-57/12) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)
2013/C 304/31
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Good Luck Shipping LLC (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: F. Randolph, QC, M. Lester, barrister, u M. Taher, solicitor)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u B. Driessen, aġenti)
Suġġett
Talba intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), it-tieni nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), u, it-tielet nett, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u […] li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dawn il-miżuri jew dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1) |
Għandhom jiġu annullati, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lil Good Luck Shipping LLC:
|
(2) |
L-effetti tad-Deċiżjoni 2011/783 għandhom jinżammu f’dak li jirrigwarda lil Good Luck Shipping sakemm isir effettiv l-annullament tar-Regolament Nru 267/2012. |
(3) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Good Luck Shipping. |
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/19 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Iranian Offshore Engineering & Construction vs Il-Kunsill
(Kawża T-110/12) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Terminu għall-aġġustament tat-talbiet - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)
2013/C 304/32
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Iranian Offshore Engineering & Construction Co. (Teheran,l-Iran) (rappreżentanti: J. Viñals Camallonga, L. Barriola Urruticoechea u J. Iriarte Ángel, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Plaza García, V. Piessevaux u G. Ramos Ruano, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), kif ukoll r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1) |
Id- Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, hija annullata sa fejn hija elenkat l-isem ta’ Iranian Offshore Engineering & Construction Co. fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK. |
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran huwa annullat, sa fejn huwa elenka l-isem ta’ Iranian Offshore Engineering & Constructions fl-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007. |
(3) |
L-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010, huwa annullat, sa fejn jikkonċerna Iranian Offshore Engineering & Construction. |
(4) |
L-effetti tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/783, għandhom jinżammu fir-rigward ta’ Iranian Offshore Engineering & Construction, mid-dħul tagħha fis-seħħ, fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sad-dħul fis-seħħ tal-annullament parzjali tar-Regolament Nru 267/2012. |
(5) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn Iranian Offshore Engineering & Construction, fil-kuntest ta’ din l-istanza u tal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/19 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Leiner vs UASI — Recaro (REVARO)
(Kawża T-349/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva REVARO - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti RECARO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 304/33
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Rudolf Leiner GmbH (Sankt Pölten, l-Awstrija) (rappreżentanti: W. Emberger, I. Rudnay u L. Emberger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Recaro Holding GmbH, li kienet Recaro Beteiligungs-GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Weiser, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Mejju 2012 (Każ R 482/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Recaro Beteiligungs-GmbH u Rudolf Leiner GmbH.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Rudolf Leiner GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/20 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awissu 2013 — Tsujimoto vs UASI (KENZO ESTATE)
(Kawża T-414/13)
2013/C 304/34
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Kenzo Tsujimoto (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentant: A. Wenninger-Lenz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kenzo (Pariġi, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mogħtija fit-22 ta’ Mejju 2013 fil-Każ R 333/2012-2 |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Kenzo Tsujimoto
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali KENZO ESTATE għal prodotti fil-klassi 33 — applikazzjoni għat-trade mark internazzjonali Nru 953373
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Kenzo, SA
Trade mark jew sinjal invokat: trade mark Komunitarja verbali Nru 720 706, KENZO, għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u annullament tad-deċiżjoni appellata
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (1).
(1) ĠU L 78, p. 1.
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/20 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awissu 2013 — Unión de Almacenistas de Hierros de España vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-419/13)
2013/C 304/35
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Unión de Almacenistas de Hierros de España (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: A. Creus Carreras, A. Valiente Martin, C. Maldonado Márquez, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Ġunju 2013; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura; |
— |
il-Qorti Ġenerali qed tintalab ukoll, bħala miżura ta’ organizazzjoni tal-proċedura, tordna lill-Kummissjoni tipproduċi d-dokumenti li għalihom hija rrifjutat l-aċċess, sabiex il-Qorti Ġenerali tkun tista’ tanalizzahom u tivverifika l-eżattezza tal-argumenti esposti fir-rikors. |
Motivi u argumenti prinċipali
Fi Frar tal-2013, l-Unión de Almacenistas de Hierro de España (UAHE) talbet li tingħata aċċess għal ċerti dokumenti tal-fajl li jinsab għand il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205). Konkretament, ir-rikorrenti talbet li tingħta aċċess għad-dokumenti u għall-ittri kollha skambjati bejn id-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni u l-awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali fir-rigward tal-proċeduri sanzjonatorji S-106/08, Almacenes de Hierro u S-254/10 Hierros Extremadura.
Wara l-ewwel estensjoni tat-terminu, sal-11 ta’ April 2013, il-Kummissjoni bagħtet lir-rikorrenti ittra li permezz tagħha:
(a) |
tat aċċess għall-irċevuti li jikkonfermaw il-kunsinna ta’ ittri mibgħuta lill-awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali fir-rigward ta’ żewġ proċeduri sanzjonatorji; |
(b) |
informat lir-rikorrenti bil-fatt li hija ma kellha l-ebda informazzjoni dwar dawn il-proċeduri u li l-informazzjoni fil-fajl li jinsab għandha kienet koperta mill-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331). |
L-UAHE ikkonfermat it-talba tagħha u, wara l-ewwel estensjoni tat-terminu bi ħmistax il-ġurnata, il-Kummissjoni bagħtet ittra ġdida fit-18 ta’ Ġunju, fejn informat lir-rikorrenti li kienet qed testendi b’mod illimitat it-terminu ta’ risposta għat-talbiet ta’ aċċess għad-dokumenti.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001, sa fejn il-Kummissjoni ma wettqitx analiżi konkreta u individwali tal-applikabbiltà tal-eċċezzjonijiet previsti fl-imsemmija dispożizzjoni għat-talbiet ta’ aċċess li huma s-suġġett ta’ din il-proċedura. |
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li l-informazzjoni mitluba ma tinkludix elementi li jistgħu jippreġudikaw l-interessi kummerċjali ta’ terzi. L-informazzjoni kummerċjali inkwistjoni tista’ taffettwa, jekk ikun il-każ, l-interessi tar-rikorrenti nnifisha. |
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li l-kunċett ta’ investigazzjoni jirreferi biss għal investigazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet jew entitajiet Komunitarji, u fl-ebda każ għal investigazzjonijiet nazzjonali. Bara minn hekk, il-punti ta’ fatt li huma s-suġġett taż-żewġ proċeduri huma preskritti. |
(4) |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, sa fejn, fir-rigward tad-dokumenti mitluba, il-Kummissjoni ma adottat ebda deċiżjoni, peress li l-atitudni tagħha hija purament passiva jew tikkonsisti fir-reċezzjoni ta’ dokumenti jew fil-formulazzjoni ta’ osservazzjonijiet. Min-naħa l-oħra, u f’kull każ, l-eċċezzjoni invokata ma tgħoddx fir-rigward ta’ dokumenti interni. |
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/21 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awissu 2013 — L’Oréal vs UASI — Cosmetica Cabinas (AINHOA)
(Kawża T-426/13)
2013/C 304/36
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: L’Oréal SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. Granado Carpenter u M. Polo Carreño, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cosmetica Cabinas, SL (El Masnou, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Ġunju 2013 fil-Każ R 1642/2012-1; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż sostnuti f’dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: It-trade mark verbali “AINHOA” għal prodotti u servizzi fil-Klassijiet 3, 35 u 39 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 720 811
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: revoka tad-drittijiet tal-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja fir-rigward tas-servizzi fil-Klassijiet 35 u 39 u ċaħda tat-talba għal revoka fir-rigward ta’ “prodotti kożmetiċi” fil-Klassi 3
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (1)
(1) ĠU L 78, p. 1
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/21 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awissu 2013 — Triarii vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-435/13)
2013/C 304/37
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Triarii BV (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: G. Verhellen, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (Re.: ENER B 1/IMMR(2013) ENER.B.1.2638778), tal-20 ta’ Ġunju 2013, sabiex tinkludi l-offerta tar-rikorrenti fis-sejħa għall-offerti; |
— |
fil-każ li d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, kif mitluba, tittieħed wara li l-kuntratt jingħata lil offerent:
|
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali hija kompetenti sabiex tieħu deċiżjoni dwar din il-kawża, skont l-Artikolu 263 TFUE. |
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li, permezz tal-imġiba tagħha, il-Kummissjoni Ewropea ħolqot aspettattiva leġittima li l-offerta kienet ġiet sottomessa lilha fil-ħin. |
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/22 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awissu 2013 — Bora Creations vs UASI — Beauté Prestige International (essenza)
(Kawża T-448/13)
2013/C 304/38
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bora Creations, SL (Ceuta, Spanja) (rappreżentanti: R. Lange, G. Hild u C. Pape, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Beauté Prestige International SA (Pariġi, Franza)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Ġunju 2013 mogħtija fil-Każ R 1085/2012-5; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “essence” għal prodotti fil-klassijiet 3, 4, 8, 14, 16, 21, 25 u 26 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6 816 144
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: raġunijiet assoluti għal rifjut skont l-Artikolu 52(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (iktar il quddiem ir-“RTMK”) (1), sa fejn it-trade mark Komunitarja kienet irreġistrata bi ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-RTMK
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u trade mark Komunitarja ddikjarata parzjalment invalida
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-RTMK
(1) ĠU L 78, p. 1
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/22 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awissu 2013 — CEDC International vs UASI — Fabryka Wódek Polmos Łańcut (WISENT)
(Kawża T-449/13)
2013/C 304/39
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CEDC International sp. z o.o. (Oborniki Wielkopolskie, il-Polonja) (rappreżentant: M. Siciarek, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fabryka Wódek Polmos Łańcut S.A. (Łańcut, il-Polonja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ Ġunju 2013 fil-Każ R 33/2012-4; |
— |
tikkundanna għall-ispejjeż lill-konvenut u lill-parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark figurattiva bil-kuluri aħdar, aħmar u deheb, li tirrapreżenta x-xbieha ta’ annimal bovin u li tinkludi l-element verbali “WISENT” għal prodotti fil-klassijiet 32 u 33 — reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5 142 039
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: ir-raġunijiet kienu dawk ipprovduti fl-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (1)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: it-trade mark Komunitarja kkontestata ddikjarata invalida
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: annulla d-deċiżjoni kkontestata
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 53(1)(a), 8(1)(b), 8(5) flimkien mal-Artikoli 76(1), 75, 76(1) u (2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
(1) ĠU L 78, p. 1
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/23 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2013 — CEDC International vs UASI — Fabryka Wódek Polmos Łańcut (WISENT VODKA)
(Kawża T-450/13)
2013/C 304/40
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CEDC International sp. z o.o. (Oborniki Wielkopolskie, il-Polonja) (rappreżentant: M. Siciarek, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fabryka Wódek Polmos Łańcut S.A. (Łańcut, il-Polonja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ Ġinju 2013 fil-Każ R 1734/2011-4; |
— |
tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għal trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kuluri aħmar, aħdar, dehbi u iswed, li tirrapreżenta x-xbieha ta’ annimal tal-ifrat u li tinkludi l-element verbali “WISENT VODKA” għal prodotti fil-klassi 33 — Applikazzjoni għal Trade mark Komunitarja Nru 7 044 472
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks Pollakki Nri 86 410, 80 990, 80 991, 46 050, 208 988, 125 911, 189 866, 208 090, 62 081 irreġistrati għal “xorb alkoħoliku” fil-klassi 33, it-trade mark Komunitarja Nru 5 585 138 għat-trade mark figurattiva bil-kuluri iswed u abjad li tinkludi l-element verbali “ŻUBRÓWKA” u t-trade mark Komunitarja Nru 6 215 719 għat-trade mark tridimensjonali bil-kuluri iswed u abjad li tinkludi l-element verbali “ŻUBRÓWKA”, irreġistrati għal “xorb alkoħoliku (ħlief birer)” fil-klassi 33
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata u oppożizzjoni miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (1).
(1) ĠU L 78, p. 1.
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/23 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-461/13)
2013/C 304/41
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa ppreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 (C 23/2010) (ex NN 36/010, ex CP 163/2009) mogħtija mir-Renju ta’ Spanja għall-iżvilupp tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (ħlief f’Castilla-La Mancha). Din id-deċiżjoni qieset li din l-għajnuna kienet parzjalment inkompatibbli mas-suq intern, u għaldaqstant ordnat l-irkupru tagħha.
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, minħabba l-ineżistenza, fil-każ inkwistjoni, ta’ xi vantaġġ ekonomiku favur entitajiet li jeżerċitaw attività ekonomika, kif ukoll minħabba n-nuqqas ta’ selettività tal-miżura u n-nuqqas ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni. |
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 106(2) u 107(3)(ċ) TFUE, peress li ma huwiex stabbilit li kien hemm ksur tal-prinċipju ta’ newtralità teknoloġika. |
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-proċedura fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fid-dawl, f’dan il-każ, tat-tul eċċessiv tagħha, tan-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-provi prodotti, kif ukoll tan-nuqqas ta’ koerenza u ta’ oġġettività matul l-investigazzjoni. |
(4) |
Ir-raba’ motiv, invokat sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, ta’ ugwaljanza, ta’ proporzjonalità u ta’ sussidjarjetà, kif ukoll fuq l-assenza ta’ obbligu ta’ rkupru tal-għajnuna, sa fejn l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339), ma jobbligax li jsir dan l-irkupru fil-każ ta’ ksur ta’ prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. |
(5) |
Il-ħames motiv, ukoll invokat sussidjarjament, u bbażat fuq ksur tad-dritt għal informazzjoni, stabbilit mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u n-nuqqas konsegwenti ta’ obbligu ta’ rkupru. |
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/24 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2013 — Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-462/13)
2013/C 304/42
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Comunidad Autónoma del País Vasco (Spanja) u Itelazpi, SA (Bizkaia, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, A. Lamadrid de Pablo, M. Muñoz de Juan, u N. Ruiz García, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara l-motivi għal annullament invokati insostenn ta’ dan ir-rikors bħala ammissibbli u fondati; |
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, b’mod partikolari l-Artikolu 1 tagħha, sa fejn din tiddikjara l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern; |
— |
tannulla, għaldaqstant, l-ordnijiet ta’ rkupru previsti fl-Artikoli 3 u 4 tad-deċiżjoni; u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess bħal dik fil-Kawża T-461/13, Spanja vs Il-Kummissjoni.
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi fil-klassifikazzjoni tal-proċess ta’ diġitalizzazzjoni bħala għajnuna mill-Istat.
|
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-analiżi tal-kompatibbiltà tal-għajnuna
|
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-analiżi tal-għajnuna eżistenti
|
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/25 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2013 — Comunidad Autónoma de Galicia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-463/13)
2013/C 304/43
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Comunidad Autónoma de Galicia (Santiago de Compostela, Spanja) (rappreżentanti: M. Lorenzo Outón, P. Egerique Mosquera, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fis-sens li tiddikjara li fil-każ tal-Komunità Awtonoma ta’ Galicia l-miżuri implementati ma kkostitwixxewx għajnuna mill-Istat illegali; |
— |
sussidjarjament, fil-każ li t-talba preċedenti ma tintlaqax, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sabiex jiġi ddikjarat li RETEGAL ma bbenefikatx direttament jew indirettament minn għajnuna mill-Istat illegali; u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata f’dan il-każ hija l-istess bħal dik fil-Kawżi T-461/13, Spanja vs Il-Kummissjoni, u T-462/13, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk imressqa f’dawn il-kawżi.
Huwa b’mod partikolari allegat li:
(1) |
Il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ddikjarat li kien hemm għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
(2) |
Il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 106(2) TFUE, meta qieset li l-miżuri inkwistjoni huma inkompatibbli mas-suq intern. |
(3) |
Il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata, filwaqt li tirrikonoxxi li fis-settur pubbliku inkwistjoni jeżisti nuqqas strutturali u li l-intervent pubbliku kkontestat għandu għan ta’ interess ġenerali, tikklassifika l-għajnuna mill-Istat bħala inkompatibbli mas-suq intern minħabba ksur tal-kriterju tan-newtralità teknoloġika. |
(4) |
Il-Kummissjoni wettqet żball ta’ evalwazzjoni billi qieset li għajnuna mill-Istat illegali kienet tħallset lil RETEGAL, impriża tat-telekomunikazzjoni instrumentali tal-Komunità Awtonoma ta’ Galicia, sa fejn din l-impriża llimitat ruħha għall-akkwist u għall-installazzjoni ta’ tagħmir iffinanzjat mill-fondi pubbliċi inkwistjoni, li l-użu tiegħu sussegwentement ġie ċedut lill-komuni sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jiżguraw is-servizz pubbliku ta’ xandir televiżiv fiż-żoni rurali u remoti u għaldaqstant ikopru n-nuqqas fis-suq li kien jeżisti f’dawn iż-żoni. |
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/25 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2013 — Retegal vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-464/13)
2013/C 304/44
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Redes de Telecomunicación Galegas Retegal, SA (Santiago de Compostela, Spanja) (rappreżentanti: F. García Martínez u B. Pérez Conde, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fis-sens li tiddikjara li fil-każ tal-Komunità Awtonoma ta’ Galicia l-miżuri implementati ma kkostitwixxewx għajnuna mill-Istat illegali; |
— |
sussidjarjament, fil-każ li t-talba preċedenti ma tintlaqax, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sabiex jiġi ddikjarat li RETEGAL ma bbenefikatx direttament jew indirettament minn għajnuna mill-Istat illegali; u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-463/13, Comunidad Autónoma de Galicia vs Il-Kummissjoni.
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/26 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2013 — Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-465/13)
2013/C 304/45
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Comunidad Autónoma de Cataluña (Cataluña, Spanja) u Centre de Telecomunicacions i Tecnologies de la Informació de la Generalitat de Catalunya (Cataluña, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, N. Ruiz García, M. Muñoz de Juan u M. Reverter Baquer, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara l-motivi għal annullament invokati insostenn ta’ dan ir-rikors bħala ammissibbli u fondati; |
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, b’mod partikolari l-Artikolu 1 tagħha, sa fejn din tiddikjara l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern; |
— |
tannulla, għaldaqstant, l-ordnijiet ta’ rkupru previsti fl-Artikoli 3 u 4 tad-deċiżjoni; u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess bħal dik fil-Kawża T-462/13, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni.
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw l-istess motivi bħal dawk invokati fl-imsemmija kawża.