ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.205.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 205

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
29 ta' Awwissu 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 205/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 193, 15.8.2009

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 205/02

Kawża C-511/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 — Archer Daniels Midland Co. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-aċidu ċitriku — Determinazzjoni tal-ammont tal-multa — Rwol ta’ mexxejja — Drittijiet tad-difiża — Elementi ta’ prova li jirriżultaw minn proċeduri ta’ stat terz — Definizzjoni tas-suq rilevanti — Ċirkustanzi attenwanti)

2

2009/C 205/03

Kawża C-319/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 — 3F, li qabel kien Specialarbejderforbundet i Danmark (SID) vs Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Renju tad-Danimarka, Ir-Renju tan-Norveġja (Appell — Miżuri ta’ tnaqqis fiskali li jikkonċernaw il-baħħara impjegati fuq bastimenti rreġistrati fir-reġistru internazzjonali Daniż — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet — Rikors għal annullament — Kunċett ta’ parti interessata — Sindakat ta’ ħaddiema — Ammissibbiltà tar-rikors)

3

2009/C 205/04

Kawża C-343/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte d’appello di Torino — L-Italja) — Bavaria NV, Bavaria Italia s.r.l. vs Bayerischer Brauerbund eV (Talba għal deċiżjoni preliminari — Evalwazzjoni tal-validità — Ammissibbiltà — Regolamenti (KEE) Nru 2081/92 u (KE) Nru 1347/2001 — Validità — Isem ġeneriku — Koeżistenza bejn trade mark u indikazzjoni ġeografika protetta)

3

2009/C 205/05

Kawża C-369/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Miżuri intiżi għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja — Artikolu 228 KE — Sanzjonijiet pekunjarji — Pagamenti ta’ penalità — Somma ta’ ħlas f’daqqa)

4

2009/C 205/06

Kawża C-397/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital — Kumpanniji kapitali — Direttiva 69/335/KEE — Artikoli 2(1), 2(3), 4(1) u 4(7) — Dazju kapitali — Eżenzjoni — Kundizzjonijiet — Trasferiment taċ-ċentru effettiv tal-amministrazzjoni jew tal-uffiċċju rreġistrat minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor — Dazju kapitali fuq il-kapital allokat għall-attivitajiet kummerċjali eżerċitati fi Stat Membru permezz ta’ fergħat jew ta’ stabbilimenti permanenti ta’ kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor)

4

2009/C 205/07

Kawża C-430/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — l-Olanda) — Exportslachterij J. Gosschalk & Zoon BV vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit (Deċiżjoni 2000/764/KE — Testijiet u sorveljanza epidemjoloġika tal-enċefalopatiji sponġiformi tal-annimali tal-ifrat — Regolament (KE) Nru 2777/2000 — Miżuri ta’ appoġġ għas-suq — Miżuri veterinarji — Miżata Komunitarja għall-finanzjament ta’ parti mill-ispejjeż tat-testijiet — Direttiva 85/73/KEE — Possibbiltà għall-Istati Membri sabiex jiffinanzjaw parti mill-ispejjeż akkarigu tal-Komunità permezz tal-ġbir ta’ miżati nazzjonali għall-ispezzjoni ta’ laħmijiet għall-ġlieda kontra l-mard epiżootiku)

5

2009/C 205/08

Kawża C-558/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Queen’s Bench Division) — L-Ingilterra) — The Queen, S.P.C.M. SA, C.H. Erbslöh KG, Lake Chemicals and Minerals Ltd, Hercules Inc. vs Secretary of State for the Environment, Food and Rural Affairs (Regolament (KE) Nru 1907/2006 — Sustanzi kimiċi — Reġistrazzjoni, valutazzjoni, awtorizzazzjoni ta’ dawn is-sustanzi u restrizzjonijiet applikabbli għalihom (REACH) — Kunċett ta’ sustanzi monomeriċi — Validità — Proporzjonalità — Trattament ugwali)

6

2009/C 205/09

Kawża C-7/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden — l-Olanda) — Har Vaessen Douane Service BV vs Staatssecretaris van Financiën (Eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni — Regolament (KEE) Nru 918/83 — Artikolu 27 — Merkanzija ta’ valur individwali negliġibbli mibgħuta bħala kunsinna kollettiva — Kunsinni mibgħuta direttament minn Stat terz lil kunsinnatarju fil-Komunità)

6

2009/C 205/10

Kawża C-14/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 5 de San Javier — Spanja) — Roda Golf & Beach Resort SL (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kunċett ta’ kawża — Regolament (KE) Nru 1348/2000 — Notifika ta’ atti extra-ġudizzjarji fin-nuqqas ta’ proċeduri legali — Att notarili)

7

2009/C 205/11

Kawża C-32/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Juzgado de lo Mercantil no 1 de Alicante y no 1 de Marca Comunitaria — Spanja) — Fundación Española para la Innovación de la Artesanía (FEIA) vs Cul de Sac Espacio Creativo SL, Acierta Product & Position SA (Regolament (KE) Nru 6/2002 — Disinji Komunitarji — Artikoli 14 u 88 — Pussessur tad-dritt għad-disinn Komunitarju — Disinn mhux irreġistrat — Disinn ikkummissjonat)

7

2009/C 205/12

Kawża C-111/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Högsta domstolen — L-Isveżja) — SCT Industri AB i likvidation vs Alpenblume AB (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi — Kamp ta’ applikazzjoni — Fallimenti)

8

2009/C 205/13

Kawża C-204/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Peter Rehder vs Air Baltic Corporation (Regolament (KE) Nru 44/2001 — It-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Artikoli 5(1)(ċ) u 7(1)(a) — Konvenzjoni ta’ Montreal — Artikolu 33(1) — Trasport bl-ajru — Talbiet għal kumpens minn passiġġieri kontra kumpanniji tal-ajru f’każ ta’ titjiriet ikkanċellati — Post ta’ eżekuzzjoni tas-servizz — Ġurisdizzjoni f’każ ta’ trasport bl-ajru minn Stat Membru lejn Stat Membru ieħor minn kumpannija tal-ajru stabbilita fi Stat Membru terz)

8

2009/C 205/14

Kawża C-272/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2004/83/KE — Dritt ta’ ażil — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

9

2009/C 205/15

Kawża C-302/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Finanzgericht München — Il-Ġermanja) — Zino Davidoff SA vs Bundesfinanzdirektion Südost (Trade marks — Reġistrazzjoni internazzjonali — Protokoll għall-Ftehim ta’ Madrid — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 146 — Identiċità tal-effetti fil-Komunità ta’ reġistrazzjoni internazzjonali u ta’ trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 1383/2003 — Artikolu 5(4) — Merkanzija suspettata li tikser trade mark — Azzjoni doganali — Proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja — Dritt li tinkiseb l-azzjoni wkoll fl-Istati Membri barra dak tat-talba għal azzjoni — Estensjoni għall-proprjetarju ta’ reġistrazzjoni internazzjonali)

9

2009/C 205/16

Kawża C-356/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Libertà ta’ stabbiliment — Moviment liberu tal-kapital — Liġi nazzjonali li timponi fuq it-tobba stabbiliti fit-territorju tal-Land ta’ Oberösterreich l-obbligu li jiftħu kont bankarju ma’ bank speċifiku)

10

2009/C 205/17

Kawża C-377/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — EGN BV — Filiale Italiana vs Agenzia delle Entrate — Ufficio di Roma 2 (Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 17(3)(a) — Tnaqqis u ħlas lura tal-VAT tal-input imħallsa — Servizzi ta’ telekomunikazzjoni — Provvista ta’ servizzi lil destinatarju stabbilit fi Stat Membru ieħor — Artikolu 9(2)(e) — Determinazzjoni tal-post fejn ġie pprovdut is-servizz)

10

2009/C 205/18

Kawża C-465/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2005/36/KE — Dritt ta’ stabbiliment — Rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali — Nuqqs ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

11

2009/C 205/19

Kawża C-469/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2005/36/KE — Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

11

2009/C 205/20

Kawża C-490/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2005/68/KE — Riassigurazzjoni — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previstt)

11

2009/C 205/21

Kawża C-556/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2005/36/KE — Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu preskritt)

12

2009/C 205/22

Kawża C-557/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2005/35/KE — Tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet għal ksur — Nuqqas ta’ traspożizzjoni)

12

2009/C 205/23

Kawża C-567/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2005/36/KE — Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

13

2009/C 205/24

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hof van beroep te Brussel u mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brugge — il-Belġju) — Belgische Staat vs KBC Bank SA (Kawżi magħanda C-439/07 u C-499/07) (L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Artikoli 43 KE u 56 KE — Direttiva 90/435/KEE — Artikolu 4(1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali intiża li tneħħi t-taxxa doppja mill-profitti mqassma — Tnaqqis tal-ammont ta’ dividendi riċevuti mill-bażi taxxabbli tal-kumpannija parent biss sa fejn din tkun għamlet profitti taxxabbli)

13

2009/C 205/25

Kawża C-146/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Marzu 2009 — Efkon AG vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Direttiva 2004/52/KE — Interoperabilità ta’ sistemi elettroniċi dwar it- taxxi tat-toroq fil-Komunità — Appell manifestament inammissibbli jew manifestament infondat)

14

2009/C 205/26

Kawża C-159/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Marzu 2009 — Isabella Scippacercola, Ioannis Terezakis vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti — Imposti allegatament eċċessivi applikati fuq l-utent tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Ateni — Ċaħda tal-ilment — Nuqqas ta’ interess Komunitarju)

15

2009/C 205/27

Kawża C-166/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Mejju 2009 (talba għal deċizjoni preliminari tal-Amtsgericht Büdingen — Il-Ġermanja) — proċeduri kriminali kontra Guido Weber (Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Direttiva 89/397/KEE — Kontroll uffiċjali ta’ oġġetti tal-ikel — Dritt ta’ dawk li huma suġġetti għal spezzjoni li jibbenefikaw minn tieni opinjoni — Kunċett ta’ dawk li huma suġġetti għal spezzjoni)

15

2009/C 205/28

Kawża C-355/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Mejju 2009 — WWF-UK vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell — Regolament (KE) Nru 2371/2002 — Konsultazzjoni tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali fir-rigward ta’ miżuri li jirregolaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u l-isfruttar sostenibbli ta’ attvitajiet tas-sajd — Regolament (KE) Nru 41/2007 — Iffissar tal-qabdiet totali permissibbli għall-2007 għas-sajd tal-marlozz — Membri ta’ Kunsill Konsultattiv Reġjonali li taw opinjoni diverġenti f’minoranza fir-rapport tal-imsemmi Kunsill dwar dawn it-totali ammissibbli tal-qabdiet — Rikors għal annullament kontra r-Regolament Nru 41/2007 ppreżentat minn tali membru — Inamissibbiltà — Appell manifestament infondat)

16

2009/C 205/29

Kawża C-372/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Mejju 2009 — Atlantic Dawn Ltd, Antarctic Fishing Co. Ltd, Atlantean Ltd, Killybegs Fishing Enterprises Ltd, Doyle Fishing Co. Ltd, Western Seaboard Fishing Co. Ltd, O'Shea Fishing Co. Ltd, Aine Fishing Co. Ltd, Brendelen Ltd, Cavankee Fishing Co. Ltd, Ocean Trawlers Ltd, Eileen Oglesby, Noel McGing, Mullglen Ltd, Bradan Fishing Co. Ltd, Larry Murphy, Pauric Conneely, Thomas Flaherty, Carmarose Trawling Co. Ltd, Colmcille Fishing Ltd vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u r-Renju ta’ Spanja (Appell — Regolament (KE) Nru 147/2007 — Tnaqqis tal-kwoti ta’ kavall allokati lill-Irlanda għas-snin 2007 sa 2012 — Rikors għall-annullament tar-Regolament Nru 147/2007 ippreżentat minn grupp ta’ sajjieda Irlandiżi magħmul minn 20 mit-23 detenturi ta’ liċenzja tal-flotta pelaġika tal-ilma tal-baħar imkessaħ — Inammissibbiltà — Appell manifestament infondat)

16

2009/C 205/30

Kawża C-387/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ April 2009 — VDH Projektentwicklung GmbH, Edeka Handelsgesellschaft Rhein-Ruhr mbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Erowpej (Appell — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Direttiva 89/665/KEE — Nuqqas ta’ implementazzjoni mill-Kummissjoni tal-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni previst fl-Artikolu 3(2) — Persuni fiżiċi u ġuridiċi — Interess dirett — Inammissibbiltà)

17

2009/C 205/31

Kawża C-519/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Monomeles Protodikeio Athinon — Il-Greċja) — Archontia Koukou vs Elliniko Dimosio (L-ewwel inċiż tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Klawżoli 5 u 8 tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss — Kuntratt ta’ impjieg għal żmien fiss fis-settur pubbliku — Kuntratti suċċessivi — Tnaqqis tal-livell ġenerali ta' protezzjoni għall-ħaddiema — Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-abbużi — Sanzjonijiet — Projbizzjoni assoluta tat-tibdil tal-kuntratti ta’ impjieg għal żmien fiss f’kuntratti ta’ impjieg permanenti fis-settur pubbliku — Konsegwenzi ta’ traspożizzjoni inkorretta ta’ direttiva — Interpretazzjoni konformi)

17

2009/C 205/32

Kawża C-349/08 P: Appell ta’ Hans Kronberger mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Mejju 2008 fil-Kawża T-18/07, Hans Kronberger vs Il-Parlament Ewropew, ippreżentat fl-1 ta’ Awissu 2008

19

2009/C 205/33

Kawża C-201/09 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2009 minn ArcelorMittal Luxembourg SA mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) mogħtija fil-31 ta’ Marzu 2009 fil-Kawża T-405/06, ArcelorMittal Luxembourg et vs Il-Kummissjoni

19

2009/C 205/34

Kawża C-205/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szombathelyi Városi Bíróság (l-Ungerija) fit-8 ta’ Ġunju 2009 — Proċeduri kriminali kontra Emil Eredics et

20

2009/C 205/35

Kawża C-207/09: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Slovakka

20

2009/C 205/36

Kawża C-210/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative d’appel de Nantes (Franza) fl-10 ta’ Ġunju 2009 — Scott SA, Kimberly Clark SNC, illum Kimberly Clark SAS vs Ville d’Orléans

21

2009/C 205/37

Kawża C-213/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Ġunju 2009 — Barsoum Chabo vs Hauptzollamt Hamburg-Hafen

21

2009/C 205/38

Kawża C-216/09 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2009 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) mogħtija fil-31 ta’ Marzu 2009 fil-Kawża T-405/06, ArcelorMittal Luxembourg et vs Il-Kummissjoni

22

2009/C 205/39

Kawża C-217/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Piemonte (l-Italja) fil-15 ta’ Ġunju 2009 — Maurizio Polisseni vs A.S.L. N. 14 V.C.O. Omegna

22

2009/C 205/40

Kawża C-219/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Milano (L-Italja) fis-16 ta’ Ġunju 2009 — Vitra Patente AG vs High Tech Srl

23

2009/C 205/41

Kawża C-221/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili (Ir-Repubblika ta’ Malta) fis-17 ta’ Ġunju 2009 — AJD Tuna Ltd vs Direttur tal-Agrikoltura u s-Sajd u Avukat Ġenerali

23

2009/C 205/42

Kawża C-224/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bolzano (L-Italja) fid-19 ta’ Ġunju 2009 — Proċeduri kriminali kontra Martha Nussbaumer

25

2009/C 205/43

Kawża C-225/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di Cortona (Italja) fid-19 ta’ Ġunju 2009 — Joanna Jakubowlka Edyta vs Alessandro Maneggia

25

2009/C 205/44

Kawża C-227/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Torino (L-Italja) fit-22 ta’ Ġunju 2009 — Antonino Accardo et vs Comune di Torino

26

2009/C 205/45

Kawża C-234/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (Id-Danimarka) fis-26 ta’ Ġunju 2009 — Skatteministeriet vs DSV Road A/S

27

2009/C 205/46

Kawża C-235/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fid-29 ta’ Ġunju 2009 — DHL Express France SAS vs Chronopost SA

27

2009/C 205/47

Kawża C-236/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fid-29 ta’ Ġunju 2009 — Association Belge des Consommateurs Test-Achats ASBL, Yann van Vugt, Charles Basselier vs Conseil des ministres

28

2009/C 205/48

Kawża C-241/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Bruxelles (Il-Belġju) fit-3 ta’ Lulju 2009 — Fluxys SA vs Commission de régulation de l’électricité et du gaz (Creg)

28

2009/C 205/49

Kawża C-252/09: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

28

2009/C 205/50

Kawża C-254/09 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2009 minn Calvin Klein Trademark Trust mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Mejju 2009, fil-Kawża T-185/07, Calvin Klein Trademark Trust vs UAMI u Zafra Marroquineros, S.L.

29

2009/C 205/51

Kawża C-255/09: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

29

2009/C 205/52

Kawża C-426/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru

30

2009/C 205/53

Kawża C-576/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Ġunju 2009 — People’s Mojahedin Organization of Iran vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Renju tal-Olanda

30

 

Il-Qorti tal-Prim' Istanza

2009/C 205/54

Kawża T-348/05 INTP: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Lulju 2009 — JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat vs Il-Kunsill (Proċedura — Interpretazzjoni ta’ sentenza)

31

2009/C 205/55

Kawża T-375/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Lulju 2009 — L-Italja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Garanzija — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Tabakk mhux ipproċessat — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999)

31

2009/C 205/56

Kawża T-450/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Lulju 2009 — Peugeot u Peugeot Nederland vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Distribuzzjoni ta’ vetturi awtomobilistiċi — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Limitazzjoni tal-esportazzjoni parallela mill-Olanda — Sistema ta’ remunerazzjoni tal-konċessjonarji u pressjonijiet — Ftehim li għandu għan antikompetittiv — Multi — Gravità u tul tal-ksur)

32

2009/C 205/57

Kawża T-33/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Zenab vs Il-Kummssjoni (Sostenn finanzjarju Komunitarju — Programm ta’ tħeġġiġ għall-iżvilupp, għat-tqassim u għall-promozzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA Plus) — Sejħa għal proposti — Ċaħda tal-proposta — Delegazzjoni illegali allegata ta’ kompetenzi mogħtija lill-Kummissjoni — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Aċċess għad-dokumenti — Rikors għal annullament u għad-danni)

32

2009/C 205/58

Kawża T-219/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — DSV Road vs Il-Kummissjoni (Unjoni doganali — Importazzjoni ta’ disketti mit-Tajlandja — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni — Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 239 tar-Regolament (KE) Nru 2913/92)

33

2009/C 205/59

Kawża T-230/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza 8 ta’ Lulju 2009 — Laboratorios Del Dr. Esteve vs UASI — Ester C (ESTER-E) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ESTER-E — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ESTEVE — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009])

33

2009/C 205/60

Kawża T-238/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Lulju 2009 — Ristic et vs Il-Kummissjoni (Politika dwar is-saħħa tal-annimali — Miżuri ta’ protezzjoni — Deċiżjoni 2007/362/KE — Rikors għal annullament — M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Rikors għad-danni — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettatitvi leġittimi — Obbligu ta’ premura — Dritt ta’ proprjetà u dritt għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika)

33

2009/C 205/61

Kawża T-28/08: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Mars vs UASI — Ludwig Schokolade (forma ta’ ċikkulata [chocolate bar]) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja tridimensjonali — Forma ta’ ċikkulata — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009] — Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009] — Dritt għal smigħ — Artikoli 73 u 74 tar-Regolament Nru 40/94 [li saru l-Artikoli 75 u 76 tar- Regolament Nru 207/2009])

34

2009/C 205/62

Kawża T-71/08: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Promat vs UASI — Prosima Comercial (PROSIMA PROSIMA COMERCIAL S.A.) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PROSIMA PROSIMA COMERCIAL S.A. — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti PROMINA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Nuqqas ta’ xebh bejn il-prodotti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009])

34

2009/C 205/63

Kawża T-182/08: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummssjoni vs Atlantic Energy (Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt ta’ għajnuna finanzjarja konkluż fil-kuntest ta’ programm speċifiku fil-qasam tal-enerġija mhux nukleari — Nuqqas ta’ osservanza tal-kuntratt — Rimbors ta’ somom imħallsa bil-quddiem — Tpaċija legali — Proċedura fil-kontumaċja)

35

2009/C 205/64

Kawża T-225/08: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel vs UASI — Schwarzbräu (ALASKA) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva ALASKA — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009])

35

2009/C 205/65

Kawża T-226/08: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel vs UASI — Schwarzbräu (Alaska) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali Alaska — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009])

36

2009/C 205/66

Kawża T-240/08: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Procter & Gamble vs UASI — Laboratorios Alcala Farma (oli) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja oli — Trade marks verbali Komunitarji preċedenti OLAY — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li issa sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009])

36

2009/C 205/67

Kawżi magħquda T-246/08 u T-332/08: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Lulju 2009 — Melli Bank vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Stħarriġ ġudizzjarju — Proporzjonalità — Trattament ugwali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007)

37

2009/C 205/68

Kawża T-257/08: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Lulju 2009 — Biotronik vs UASI (BioMonitor) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BioMonitor — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009])

37

2009/C 205/69

Kawża T-464/04: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Ġunju 2009 — Impala vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Konċentrazzjoni — Impriża komuni Sony BMG — Nuqqas ta’ suġġett tal-kawża — M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

37

2009/C 205/70

Kawża T-114/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-26 ta’ Ġunju 2009 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Terminu raġonevoli għall-preżentata ta’ talba għal kumpens — Dewmien — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

38

2009/C 205/71

Kawża T-285/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Ġunju 2009 — Securvita vs UASI (Natur-Aktien-Index) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja Natur-Aktien Index — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] — Talba għal riforma — Inammissibbiltà manifesta)

38

2009/C 205/72

Kawża T-246/09 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Lulju 2009 — Insula vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Noti ta’ debitu — Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni — Ksur tar-rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà)

39

2009/C 205/73

Kawża T-219/09: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2009 — Balfe et vs Il-Parlament

39

2009/C 205/74

Kawża T-224/09: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2009 — CEVA vs Il-Kummissjoni

40

2009/C 205/75

Kawża T-233/09: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2009 — Access Info Europe vs Il-Kunsill

40

2009/C 205/76

Kawża T-241/09: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2009 — Kalliópi Nikoláou vs Il-Qorti tal-Awdituri

41

2009/C 205/77

Kawża T-242/09: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2009 — Schräder vs CPVO — Hansson (Lemon Symphony)

42

2009/C 205/78

Kawża T-243/09: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2009 — Fedecom vs Il-Kummissjoni

43

2009/C 205/79

Kawża T-247/09: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2009 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

43

2009/C 205/80

Kawża T-253/09: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2009 — Wilo vs UASI (Forma ta’ kaxxa tal-krank [crankcase])

44

2009/C 205/81

Kawża T-254/09: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2009 — Wilo vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ kaxxa tal-krank [crankcase] ħadra)

44

2009/C 205/82

Kawża T-258/09: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2009 — i-content vs UASI (BETWIN)

45

2009/C 205/83

Kawża T-262/09: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2009 — Defense Technology vs UASI — DEF-TEC Defense Technology (FIRST DEFENSE AEROSOL PEPPER PROJECTOR)

45

2009/C 205/84

Kawża T-263/09: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2009 — Mannatech vs UASI (BOUNCEBACK)

46

2009/C 205/85

Kawża T-265/09: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2009 — Serrano Aranda vs UASI — Burg Groep (LE LANCIER)

46

2009/C 205/86

Kawża T-467/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ Lulju 2009 — Du Pont de Nemours (Franza) et vs Il-Kummissjoni

47

2009/C 205/87

Kawża T-487/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Lulju 2009 — Imperial Chemical Industries vs UASI (FACTORY FINISH)

47

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2009/C 205/88

Kawża F-48/09: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2009 — Schopphoven vs Il-Kummissjoni

48

2009/C 205/89

Kawża F-51/09: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2009 — Petrilli vs Il-Kummissjoni

48

2009/C 205/90

Kawża F-56/09: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2009 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

48

2009/C 205/91

Kawża F-59/09: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2009 — Carlo De Nicola vs BEI

49

2009/C 205/92

Kawża F-60/09: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2009 — Birkhoff vs Il-Kummissjoni

50

2009/C 205/93

Kawża F-63/09: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2009 — Donati vs BĊE

50

2009/C 205/94

Kawża F-66/09: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2009 — Saracco vs BĊE

51

 

Rettifika

2009/C 205/95

Rettifika għall-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-kawża T-159/09 (ĠU C 153, 4.7.2009, p. 44)

52

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/1


2009/C 205/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 193, 15.8.2009

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 180, 1.8.2009

ĠU C 167, 18.7.2009

ĠU C 153, 4.7.2009

ĠU C 141, 20.6.2009

ĠU C 129, 6.6.2009

ĠU C 113, 16.5.2009

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 — Archer Daniels Midland Co. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-511/06 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-aċidu ċitriku - Determinazzjoni tal-ammont tal-multa - Rwol ta’ mexxejja - Drittijiet tad-difiża - Elementi ta’ prova li jirriżultaw minn proċeduri ta’ stat terz - Definizzjoni tas-suq rilevanti - Ċirkustanzi attenwanti)

2009/C 205/02

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Archer Daniels Midland Co. (rappreżentanti: C. O. Lenz, avukat, L. Martin Alegi, Solicitor, E. Batchelor u M. Garcia, Solicitors)

Parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Bouquet u X. Lewis, aġenti)

Suġġett

Appell imressaq mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla Estiża) tas-27 ta’ Settembru 2006 Archer Daniels Midland Co. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (T-59/02), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2001)3923 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2001, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat (COMP/E-1/36.604 — Aċidu ċitriku), dwar akkordju fis-suq tal-aċidu ċitriku u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-27 ta’ Settembru 2006, Archer Daniels Midland vs Il-Kummissjoni (T-59/02), hija annullata billi tiċħad l-aggravju ta’ Archer Daniels Midland Co. dwar il-ksur tad-drittijiet tagħha ta’ difiża matul il-proċeduri amministrattivi li wasslu għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/742/KE, tal-5 ta’ Diċembru 2001, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E 1/36.604 — Aċidu ċitriku), sa fejn il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ma tathiex il-possibbiltà li ssostni d-drittijiet tagħha f’dak li jirrigwarda l-fatti li fuqhom hija bbażat sabiex tikkwalifika Archer Daniels Midland Co. bħala mexxej tal-akkordju.

2)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-27 ta’ Settembru 2006, Archer Daniels Midland vs Il-Kummissjoni, hija annullata billi tiċħad bħala rrilevanti l-aggravju ta’ Archer Daniels Midland Co. dwar l-applikazzjoni żbaljata, mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tat-taqsima B(b) tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 1996 fuq in-nonimpożizzjoni jew it-tnaqqis ta’ multi fil-każijiet ta’ akkordji.

3)

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2002/742/KE huwa annullat billi jiffissa l-ammont tal-multa dovuta minn Archer Daniels Midland Co. għal EUR 39.69 miljun.

4)

L-ammont tal-multa dovuta minn Archer Daniels Midland Co. għall-ksur ikkonstatat tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2002/742/KE hekk kif parzjalment annullat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-27 ta’ Settembru 2006, Archer Daniels Midland vs Il-Kummissjoni (T-59/02), huwa ffissat għal EUR 29.4 miljun.

5)

Il-bqija tal-appell huwa miċħud.

6)

Archer Daniels Midland Co. hija kkundannata għal tliet kwarti tal-ispejjeż tagħha u għal dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej f’dak li jirrigwarda l-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll għal nofs tal-ispejjeż tagħha u għal dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej f’dak li jirrigwarda l-proċeduri tal-appell.

7)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għal kwart tal-ispejjeż ta’ Archer Daniels Midland Co. f’dak li jirrigwarda l-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll għal nofs tal-ispejjeż ta’ Archer Daniels Midland Co. f’dak li jirrigwarda l-proċeduri tal-appell.


(1)  ĠU C 56, 10.03.2007


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 — 3F, li qabel kien Specialarbejderforbundet i Danmark (SID) vs Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Renju tad-Danimarka, Ir-Renju tan-Norveġja

(Kawża C-319/07 P) (1)

(Appell - Miżuri ta’ tnaqqis fiskali li jikkonċernaw il-baħħara impjegati fuq bastimenti rreġistrati fir-reġistru internazzjonali Daniż - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament - Kunċett ta’ “parti interessata” - Sindakat ta’ ħaddiema - Ammissibbiltà tar-rikors)

2009/C 205/03

Lingwa tal-proċedura: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: 3F, li qabel kien Specialarbejderforbundet i Danmark (SID) (rappreżentanti: A. Bentley, QC, A. Worsøe, advokat)

Appellati: Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Khan u H. van Vliet, aġenti), Ir-Renju tad-Danimarka, Ir-Renju tan-Norveġja

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla Estiża) tat-23 ta’ April 2007 fil-Kawża T-30/03, SID vs Il-Kummissjoni, fejn il-Qorti tal-Prim’Istanza ddikjarat inammissibli rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2002) 4370 finali, tat-13 ta’ Novembru 2002, li tikkunsidra li l-miżuri ta’ tnaqqis fiskali li jikkonċernaw il-baħħara impjegati fuq bastimenti Daniżi jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq kommuni — Kunċett ta’ parti interessata — Sindakat ta’ ħaddiema

Dispożittiv

1)

Id-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-23 ta’ April 2007, SID vs Il-Kummissjoni (Kawża T-30/03), huwa parzjalment annullat inkwantu ma rrispondiex l-argumenti ta’ 3F dwar, minn naħa, il-pożizzjoni kompetittiva ta’ dan tal-aħħar fir-rigward ta’ sindakati oħra matul in-negozjati tal-ftehim kollettivi applikabbli għall-baħħara u, min-naħa l-oħra, dwar l-aspetti soċjali li jirriżultaw mill-miżuri fiskali relatati mal-baħħara impjegati fuq bastimenti rreġistrati fir-reġistru internazzjonali Daniż tal-bastimenti.

2)

L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej hija miċħuda.

3)

Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej sabiex tiddeċiedi dwar it-talbiet ta’ 3F għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2002) 4370 finali, tat-13 ta’ Novembru 2002, li ma tqajjimx oġġezzjonijiet fir-rigward tal-miżuri fiskali Daniżi applikabbli għall-baħħara impjegati fuq bastimenti rreġistrati fir-reġistru internazzjonali Daniż.

4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 211, 08.09.2007


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte d’appello di Torino — L-Italja) — Bavaria NV, Bavaria Italia s.r.l. vs Bayerischer Brauerbund eV

(Kawża C-343/07) (1)

(“Talba għal deċiżjoni preliminari - Evalwazzjoni tal-validità - Ammissibbiltà - Regolamenti (KEE) Nru 2081/92 u (KE) Nru 1347/2001 - Validità - Isem ġeneriku - Koeżistenza bejn trade mark u indikazzjoni ġeografika protetta”)

2009/C 205/04

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte d’appello di Torino.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bavaria NV, Bavaria Italia s.r.l.

Konvenuta: Bayerischer Brauerbund eV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte d’appello di Torino — Validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2001, tat-28 ta’ Ġunju 2001, li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 182, p. 3) — Fil-każ ta’ validità, eżistenza ta’ effetti negattivi, minħabba r-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Bayerisches Bier”, fuq il-validità u l-użu tat-trade marks preeżistenti ta’ terzi li jinkludu l-kelma “Bavaria”

Dispożittiv

1)

Mill-eżami tal-ewwel domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju ma jirriżulta xejn li jaffettwa l-validità tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1347/2001, tat-28 ta’ Ġunju 2001, li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92.

2)

Ir-Regolament Nru 1347/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jaffettwax il-validità u l-possibbiltà ta’ użu, li jikkorrispondi għal waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2081/92, tal-14 ta’ Lulju 1992, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel, tat-trade marks preeżistenti ta’ terzi li fihom ikun hemm il-kelma “Bavaria”, irreġistrati in bona fide qabel id-data li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Bayerisches Bier”, bil-kundizzjoni li dawn it-trade marks ma jkunux affettwati mir-raġunijiet ta’ invalidità jew ta’ revoka previsti fl-Artikolu 3(1)(ċ) u (ġ) kif ukoll fl-Artikolu 12(2)(b) tal-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks.


(1)  ĠU C 247, 20.10.2007.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-369/07) (1)

(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Miżuri intiżi għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 228 KE - Sanzjonijiet pekunjarji - Pagamenti ta’ penalità - Somma ta’ ħlas f’daqqa”)

2009/C 205/05

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Righini, I. Hadjiyiannis u D. Triantafyllou, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: A. Samoni-Rantou u P. Mylonopoulos, aġenti, V. Christianos u P. Anestis, dikigoroi)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 228 KE — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Mejju 2005 fil-Kawża C-415/03 — Ksur tal-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/372/KE, tal-11 ta’ Diċembru 2002, dwar l-għajnuna mogħtija mill-Greċja lil Olympic Airways (ĠU L 132, p.1) — Nuqqas ta’ adozzjoni tal-miżuri għall-irkupru ta’ għajnuna li hija inkompatibbli mat-Trattat kif ukoll għajnuna li ġiet mogħtija b’mod illegali — Talba sabiex jiġu stabbiliti pagamenti ta’ penalità

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx, fid-data li fiha skada t-terminu mogħti fl-opinjoni motivata, il-miżuri li jwasslu għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-12 ta’ Mejju 2005, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-415/03) li tikkonċerna r-rimbors tal-għajnuna kkunsidrata bħala illegali u inkompatibbli mas-suq komuni, skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/372/KE, tal-11 ta’ Diċembru 2002, dwar l-għajnuna mogħtija mill-Greċja lil Olympic Airways, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-deċiżjoni u taħt l-Artikolu 228(1) KE.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata li tħallas lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, fil-kont “Riżorsi propji tal-Komunità Ewropea”, pagamenti ta’ penalità għal ammont ta’ EUR 16 000 għal kull jum ta’ dewmien fl-implementazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tat-12 ta’ Mejju 2005, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, minn xahar wara li tingħata din is-sentenza sal-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-12 ta’ Mejju 2005.

3)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Komunità Ewropea”, somma ta’ ħlas f’daqqa ta’ EUR 2 miljun.

4)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-397/07) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital - Kumpanniji kapitali - Direttiva 69/335/KEE - Artikoli 2(1), 2(3), 4(1) u 4(7) - Dazju kapitali - Eżenzjoni - Kundizzjonijiet - Trasferiment taċ-ċentru effettiv tal-amministrazzjoni jew tal-uffiċċju rreġistrat minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor - Dazju kapitali fuq il-kapital allokat għall-attivitajiet kummerċjali eżerċitati fi Stat Membru permezz ta’ fergħat jew ta’ stabbilimenti permanenti ta’ kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor)

2009/C 205/06

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u M. Afonso, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: B. Plaza Cruz u M. Muñoz Pérez, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU L 249, p. 25) — Trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat ta’ kumpannija — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi taxxa fuq trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat sa fejn il-kumpannija kkonċernata mhijiex suġġetta għal dazju kapitali fl-Istat Membru ta’ oriġini — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet obbligatorji.

Dispożittiv

1)

Ir-Renju ta’ Spanja:

billi ssuġġetta għall-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 96 tat-tieni dispożizzjoni addizzjonali tal-verżjoni kkonsolidata tal-Liġi dwar it-taxxa tal-kumpanniji (Disposición Adicional Segunda del texto Refundido de la Ley del Impuesto sobre Sociedades), approvata bid-Digriet Leġiżlattiv Irjali Nru 4/2004, tal-5 ta’ Marzu 2004, l-eżenzjoni mid-dazju kapitali tal-operazzjonijiet previsti fl-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, kif emendata bid-Direttivi tal-Kunsill 73/79/KEE, tad-9 ta’ April 1973, 73/80/KEE, tad-9 ta’ April 1973, u 85/303/KEE, tal-10 ta’ Ġunju 1985,

billi ssuġġetta għad-dazju kapitali t-trasferiment, minn Stat Membru lejn Spanja, taċ-ċentru effettiv tal-amministrazzjoni jew tal-uffiċċju rreġistrat tal-kumpanniji kapitali li ma kinux suġġetti għal dazju simili fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom, u

billi ssuġġetta għad-dazju kapitali l-kapital allokat għall-attivitajiet kummerċjali eżerċitati fit-territorju Spanjol permezz tal-fergħat jew tal-istabbilimenti permanenti ta’ kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru li ma japplikax dazju simili,

naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva 69/335, kif emendata bid-Direttivi 73/99, 73/80 u 85/303.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — l-Olanda) — Exportslachterij J. Gosschalk & Zoon BV vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

(Kawża C-430/07) (1)

(Deċiżjoni 2000/764/KE - Testijiet u sorveljanza epidemjoloġika tal-enċefalopatiji sponġiformi tal-annimali tal-ifrat - Regolament (KE) Nru 2777/2000 - Miżuri ta’ appoġġ għas-suq - Miżuri veterinarji - Miżata Komunitarja għall-finanzjament ta’ parti mill-ispejjeż tat-testijiet - Direttiva 85/73/KEE - Possibbiltà għall-Istati Membri sabiex jiffinanzjaw parti mill-ispejjeż akkarigu tal-Komunità permezz tal-ġbir ta’ miżati nazzjonali għall-ispezzjoni ta’ laħmijiet għall-ġlieda kontra l-mard epiżootiku)

2009/C 205/07

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Exportslachterij J. Gosschalk & Zoon BV

Konvenuta: Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

Suġġett

Interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/764/KE tad-29 ta’ Novembru 2000 dwar l-ittestjar ta’ annimali bovini għall-preżenza tal-enċifalopatija sponġiformi bovina u li temenda d-Deċiżjoni 98/272/KE dwar is-sorveljanza epidemjoloġika għall-enċifalopatiji sponġiformi trażmissibbli (ĠU L 305, p. 35), tal-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2777/2000 tat-18 ta’ Diċembru 2000 li jadotta miżuri ta’ appoġġ eċċezzjonali favur is-suq tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (ĠU L 321, p. 47), ta’ l-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (ĠU L 160, p. 103), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (ĠU L 160, p. 21) u tal-aħħar sentenza ta’ l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/73/KEE tad-29 ta’ Jannar 1985 fuq l-iffinanzjament tal-ispezzjonijiet tas-saħħa u l-kontroll fuq il-laħam frisk u tat-tjur (ĠU L 32, p. 14), emendata u kkonsolidata mid-Direttiva tal-Kunsill 96/43/KE (ĠU L 162, p. 1) — Ittestjar għall-preżenza tal-ESB — Testijiet rapidi approvati — Finanzjament esklużiv min-naħa tal-Komunità jew kofinanzjament obbligatorju min-naħa tal-Istati Membri bl-ispejjeż jingħaddu għal fuq l-operaturi ekonomiċi permezz ta’ miżati — Sentenza fil-kawża C-239/01, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2777/2000 tat-18 ta’ Diċembru 2000 li jadotta miżuri ta’ appoġġ eċċezzjonali għas-suq taċ-ċanga, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 111/2001, tad-19 ta’ Jannar 2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li huma kkonċernati permezz ta’ din id-dispożizzjoni t-testijiet tal-iskrining tal-enċefalopatija sponġiformi bovina, b’mod vinkolanti prattikati fl-Olanda, matul ix-xhur ta’ Mejju u ta’ Ġunju 2001, fuq il-laħam kollu li ġej mill-ifrat ta’ iktar minn 30 xahar li tressqu għall-qatla għall-ikel mill-bniedem.

2)

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 2777/2000, kif emendat, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-projbizzjoni li jiġu kkumerċjalizzati l-laħmijiet tal-annimali tal-ifrat ta’ età ikbar minn 30 xahar li ma tawx riżultat negattiv għat-test tal-iskrining tal-enċefalopatija sponġiformi bovina, kif impost minnu mill-1 ta’ Jannar 2001, tikkostitwixxi miżura veterinarja, fis-sens tal-Artikolu 1(2)(d) tar-Regolament Nru 1258/1999, li hija inkluża fil-programmi ta’ qerda u ta’ sorveljanza tal-enċefalopatija sponġiformi bovina.

3)

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 2777/2000, kif emendat, u kif ukoll l-Artikolu 4 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/73/KEE tad-29 ta’ Jannar 1985 fuq il-finanzjament tal-ispezzjonijiet tas-saħħa u l-kontrolli veterinarji tal-annimali msemmija fid-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE, 90/675/KEE u 91/496/KEE, kif emendata u kkodifikata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 96/43/KE, tas-26 ta’ Ġunju 1996, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li l-Istati Membri milli jiġbru miżati nazzjonali intiżi sabiex jiffinanzjaw l-ispiża ta’ testijiet tal-iskrining tal-enċefalopatija sponġiformi bovina. L-ammont totali tal-miżati relatati mal-qatla tal-annimali tal-ifrat intiżi għall-ikel mill-bniedem għandu jiġi ffissat fl-osservanza tal-prinċipji applikati għall-miżati Komunitarji, li skonthom, minn naħa, dan l-ammont m’għandux jaqbeż l-ispejjeż imġarrba, li jkopru l-infiq ta’ salarji u l-infiq soċjali kif ukoll l-ispejjeż amministrattivi relatati mal-eżekuzzjoni ta’ testijiet tali, u, min-naħa l-oħra, kull restituzzjoni diretta jew indiretta ta’ miżata tali hija pprojbita.


(1)  ĠU C 297, 08.12.2007.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Queen’s Bench Division) — L-Ingilterra) — The Queen, S.P.C.M. SA, C.H. Erbslöh KG, Lake Chemicals and Minerals Ltd, Hercules Inc. vs Secretary of State for the Environment, Food and Rural Affairs

(Kawża C-558/07) (1)

(“Regolament (KE) Nru 1907/2006 - Sustanzi kimiċi - Reġistrazzjoni, valutazzjoni, awtorizzazzjoni ta’ dawn is-sustanzi u restrizzjonijiet applikabbli għalihom (REACH) - Kunċett ta’ “sustanzi monomeriċi” - Validità - Proporzjonalità - Trattament ugwali”)

2009/C 205/08

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Queen’s Bench Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Queen, S.P.C.M. SA, C.H. Erbslöh KG, Lake Chemicals and Minerals Ltd, Hercules Inc.

Konvenut: Secretary of State for the Environment, Food and Rural Affairs

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice Queen’s Bench Division — Interpretazzjoni u validità tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1) — Kunċett ta’ “sustanzi monomeriċi”

Dispożittiv

1)

Il-kunċett ta’ “sustanzi monomeriċi”, li jinsab fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni, jirrigwarda biss il-monomeri reaġiti magħquda mal-polimeri.

2)

L-analiżi tat-tieni domanda ma wriet l-ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru 1907/2006.


(1)  ĠU C 51, 23.02.2008


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden — l-Olanda) — Har Vaessen Douane Service BV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-7/08) (1)

(Eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni - Regolament (KEE) Nru 918/83 - Artikolu 27 - Merkanzija ta’ valur individwali negliġibbli mibgħuta bħala kunsinna kollettiva - Kunsinni mibgħuta direttament minn Stat terz lil kunsinnatarju fil-Komunità)

2009/C 205/09

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Har Vaessen Douane Service BV

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden Den Haag (l-Olanda) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83, tat-28 ta’ Marzu 1983, li jwaqqaf sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet minn dazju doganali, kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3357/91 (ĠU L 105, p. 1) — Kunsinni mibgħuta direttament minn Stat terz lil kunsinnatarju fil-Komunità u li kull waħda minnhom għandha valur negliġibbli iżda li saru fil-forma ta’ kunsinna kollettiva li għandha valur intrinsiku totali li jaqbeż il-valur massimu leġiżlattiv.

Dispożittiv

L-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83, tat-28 ta’ Marzu 1983, li jwaqqaf sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet minn dazju doganali, kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3357/91, tas-7 ta’ Novembru 1991, ma jipprekludix li kunsinni kollettivi ta’ merkanzija, li l-valur intrinsiku totali tagħhom jaqbeż il-limitu previst fl-imsemmi Artikolu 27, iżda li, ikkunsidrati separatament, għandhom valur negliġibbli, jingħataw eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni, bil-kundizzjoni li kull pakkett tal-kunsinna kollettiva jkun indirizzat individwalment lil kunsinnatarju li jinsab fil-Komunità Ewropea. F’dan ir-rigward, il-fatt li l-parti l-oħra fil-kuntratt ma’ dawn il-kunsinnatarji tkun hija stess stabbilita fil-Komunità Ewropea huwa irrilevanti meta l-merkanzija tintbagħat direttament minn Stat terz lill-imsemmija kunsinnatarji.


(1)  ĠU C 92, 12.04.2008


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 5 de San Javier — Spanja) — Roda Golf & Beach Resort SL

(Kawża C-14/08) (1)

(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kunċett ta’ “kawża” - Regolament (KE) Nru 1348/2000 - Notifika ta’ atti extra-ġudizzjarji fin-nuqqas ta’ proċeduri legali - Att notarili)

2009/C 205/10

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 5de San Javier

Parti fil-kawża prinċipali

Roda Golf & Beach Resort SL

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 5 de San Javier — Interpretazzjoni tal-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (ĠU L 160, p. 37) — Notifika ta’ dokumenti esklużivament extra-ġudizzjarji u bejn persuni privati permezz tar-riżorsi materjali u tal-persunal tal-qrati tal-Unjoni Ewropea fin-nuqqas ta’ proċeduri legali.

Dispożittiv

In-notifika, fin-nuqqas ta’ proċeduri legali, ta’ att notarili bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1348/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali.


(1)  ĠU C 92, 12.04.2008.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Juzgado de lo Mercantil no 1 de Alicante y no 1 de Marca Comunitaria — Spanja) — Fundación Española para la Innovación de la Artesanía (FEIA) vs Cul de Sac Espacio Creativo SL, Acierta Product & Position SA

(Kawża C-32/08) (1)

(Regolament (KE) Nru 6/2002 - Disinji Komunitarji - Artikoli 14 u 88 - Pussessur tad-dritt għad-disinn Komunitarju - Disinn mhux irreġistrat - Disinn ikkummissjonat)

2009/C 205/11

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil no 1 de Alicante y no 1 de Marca Comunitaria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fundación Española para la Innovación de la Artesanía (FEIA)

Konvenuta: Cul de Sac Espacio Creativo SL, Acierta Product & Position SA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Mercantil no 1 de Alicante y no 1 de Marca Comunitaria — Interpretazzjoni tal-Artikolu 14(1) u (3) u tal-Artikolu 88(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji (ĠU 2002 L 3, p. 1) — Pussessur ta’ drittijiet — Dritt li jappartjeni lil min iħaddem jew lid-disinjatur impjegat — Definizzjonijiet

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji, ma japplikax għad-disinn Komunitarju li ġie kkummissjonat.

2)

Fiċ-ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 6/2002 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt għad-disinn Komunitarju għandu jagħti dritt legali lid-disinjatur, sakemm ma jkunx ġie ttrasferit permezz ta’ kuntratt lis-suċċessur tiegħu fit-titolu.


(1)  ĠU C 92, 12.04.2008


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Högsta domstolen — L-Isveżja) — SCT Industri AB i likvidation vs Alpenblume AB

(Kawża C-111/08) (1)

(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi - Kamp ta’ applikazzjoni - Fallimenti)

2009/C 205/12

Lingwa tal-kawża: L-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SCT Industri AB i likvidation

Konvenuta: Alpenblume AB

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Högsta domstolen — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU 2001 L 12, p. 1) — Sentenza ta’ Stat Membru A, li ddeċidiet l-inkompetenza ta’ kuratur ta’ procedimenti kollettivi li saru fl-Istat Membru B, sabiex jiġu ċeduti l-assi li kienu jinsabu fl-Istat Membru A — Azzjoni rivendikatorja magħmula mill-kumpannija ċessjonarja sabiex tirkupra l-ishma ta’ kumpannija li hija kienet akkwistat fil-kuntest tal-proċedimenti kollettivi, iżda li kienu ttieħdu lura mill-kumpannija ċedenti skont is-sentenza li annullat iċ-ċessjoni

Dispożittiv

L-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tapplika għal deċiżjoni mogħtija minn qorti ta’ Stat Membru A dwar ir-reġistrazzjoni ta’ proprjetà ta’ ishma f’kumpannija li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-Istat Membru A, li biha ċ-ċessjoni tal-imsemmija ishma, għandha tiġi kkunsidrata nulla peress li l-qorti tal-Istat Membru A ma tirrikonoxxix is-setgħat ta’ kuratur ta’ Stat Membru B fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ falliment applikati u magħluqa fl-Istat Membru B.


(1)  ĠU C 116, 09.05.2008


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Peter Rehder vs Air Baltic Corporation

(Kawża C-204/08) (1)

(Regolament (KE) Nru 44/2001 - It-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikoli 5(1)(ċ) u 7(1)(a) - Konvenzjoni ta’ Montreal - Artikolu 33(1) - Trasport bl-ajru - Talbiet għal kumpens minn passiġġieri kontra kumpanniji tal-ajru f’każ ta’ titjiriet ikkanċellati - Post ta’ eżekuzzjoni tas-servizz - Ġurisdizzjoni f’każ ta’ trasport bl-ajru minn Stat Membru lejn Stat Membru ieħor minn kumpannija tal-ajru stabbilita fi Stat Membru terz)

2009/C 205/13

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Peter Rehder

Konvenuta: Air Baltic Corporation

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tat-tieni inċiz tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU 2001, L 12, p. 1) — Kumpens abbażi tal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 mitlub minn passiġġier li huwa residenti fi Stat Membru mingħand trasportatur tal-ajru stabbilit fi Stat Membru ieħor wara l-kanċellazzjoni ta’ titjira bejn l-ewwel Stat Membru u Stat Membru terz — Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru fejn il-passiġġier għandu r-residenza tiegħu? — Determinazzjoni tal-“post fl-Istat Membru fejn, skond il-kuntratt, fejn ġew provduti jew suppost li kienu provduti servizzi”

Dispożittiv

It-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ ta’ trasport bl-ajru ta’ persuni minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru ieħor, magħmul abbażi ta’ kuntratt konkluż ma’ kumpannija waħda tal-ajru li hija t-trasportatriċi effettiva, il-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tisma’ t-talba għal kumpens ibbażata fuq dan il-kuntratt ta’ trasport u fuq ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 hija dik, skont l-għażla tar-rikorrent, li fil-ġurisdizzjoni territorjali tagħha jinsab il-post tat-tluq jew tal-wasla tal-ajruplan, kif dawn il-postijiet ikunu ġew miftiehma fl-imsemmi kuntratt.


(1)  ĠU C 197, 02.08.2008


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-272/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/83/KE - Dritt ta’ ażil - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2009/C 205/14

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Coundou-Durande u E. Adsera Ribera, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: B. Plaza Cruz, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet necessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 304, p. 12).

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 209, 15.08.2008


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Finanzgericht München — Il-Ġermanja) — Zino Davidoff SA vs Bundesfinanzdirektion Südost

(Kawża C-302/08) (1)

(Trade marks - Reġistrazzjoni internazzjonali - Protokoll għall-Ftehim ta’ Madrid - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 146 - Identiċità tal-effetti fil-Komunità ta’ reġistrazzjoni internazzjonali u ta’ trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 1383/2003 - Artikolu 5(4) - Merkanzija suspettata li tikser trade mark - Azzjoni doganali - Proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja - Dritt li tinkiseb l-azzjoni wkoll fl-Istati Membri barra dak tat-talba għal azzjoni - Estensjoni għall-proprjetarju ta’ reġistrazzjoni internazzjonali)

2009/C 205/15

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zino Davidoff SA

Konvenuta: Bundesfinanzdirektion Südost

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht München — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003, tat 22 ta’ Lulju 2003, li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (ĠU L 196, p. 7) — Dritt previst biss għall-proprjetarji tat-trade marks Komunitarji li ppreżentaw talba għal azzjoni doganali sabiex tinkiseb, barra l-azzjoni doganali tal-Istat Membru li fiha jkunu ppreżentaw it-talba tagħhom, azzjoni doganali ta’ Stat Membru ieħor jew diversi Stati Membri oħra — Estensjoni ta’ dan id-dritt għall-proprjetarji ta’ trade marks irreġistrati fuq livell internazzjonali skont l-Artikolu 146 tar-Regolament (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja — Effetti ġuridiċi tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll għall-Ftehim ta’ Madrid dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ marki

Dispożittiv

L-Artikolu 5(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003, tat-22 ta’ Lulju 2003, li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet, moqri fid-dawl tal-Artikolu 146 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1992/2003, tas-27 ta’ Ottubru 2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li proprjetarju ta’ trade mark li hija rreġistrata fuq livell internazzjonali jista’ jikseb, bħall-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja, l-azzjoni doganali ta’ Stat Membru jew diversi Stati Membri barra minn dak li fih ikun ippreżenta t-talba tiegħu


(1)  ĠU C 247, 27.09.2008


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-356/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Libertà ta’ stabbiliment - Moviment liberu tal-kapital - Liġi nazzjonali li timponi fuq it-tobba stabbiliti fit-territorju tal-Land ta’ Oberösterreich l-obbligu li jiftħu kont bankarju ma’ bank speċifiku)

2009/C 205/16

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Traversa, aġent, A. Böhlke, avukat)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 43 KE, 49 KE u 56 KE — Liġi nazzjonali li timponi fuq it-tobba stabbiliti fit-territorju tal-Land ta’ Oberösterreich l-obbligu li jiftħu kont bankarju mal-Oberösterreichische Landesbank

Dispożittiv

1)

Billi tobbliga lil kull tabib li jistabbilixxi ruħu fl-Oberösterreich li jiftaħ kont bankarju mal-Oberösterreichische Landesbank f’Linz, li fih għandhom jiġu ttrasferiti l-ħlasijiet ta’ benefiċċji in natura, irċevuti mill-fondi ta’ assigurazzjoni għall-mard, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-attività professjonali tiegħu, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 49 KE.

2)

Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 247, 27.09.2008


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — EGN BV — Filiale Italiana vs Agenzia delle Entrate — Ufficio di Roma 2

(Kawża C-377/08) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 17(3)(a) - Tnaqqis u ħlas lura tal-VAT tal-input imħallsa - Servizzi ta’ telekomunikazzjoni - Provvista ta’ servizzi lil destinatarju stabbilit fi Stat Membru ieħor - Artikolu 9(2)(e) - Determinazzjoni tal-post fejn ġie pprovdut is-servizz)

2009/C 205/17

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EGN BV — Filiale Italiana

Konvenuta: Agenzia delle Entrate — Ufficio di Roma 2

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte suprema di cassazione — Interpretazzjoni tal-Artikoli 9(2)(e) u 17(3)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1) — Provvista ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni transkonfinali — Dritt tal-fornitur ta’ tali servizzi li jnaqqas it-taxxa tal-input imħallsa, bħal fis-sistema interna.

Dispożittiv

L-Artikolu 17(3)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE tal-10 ta’ April 1995, għandu jiġi interpretat fis-sens li fornitur ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li huwa stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru, għandu d-dritt, taħt din id-dispożizzjoni, li jnaqqas jew li jikseb il-ħlas lura, f’dan l-Istat Membru, tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa fir-rigward ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni li ġew ipprovduti lil impriża li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru ieħor, sa fejn tali fornitur kien jibbenefika minn dan id-dritt li kieku s-servizzi inkwistjoni ġew ipprovduti f’dan l-ewwel Stat Membru.


(1)  ĠU C 285, 08.11.2008


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-465/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/36/KE - Dritt ta’ stabbiliment - Rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali - Nuqqs ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2009/C 205/18

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Karanasou Apostolopoulou u H. Støvlbæk, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professionali (ĠU L 19, p. 16)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 327, 20.12.2008


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-469/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/36/KE - Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2009/C 205/19

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u V. Peere, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: D. Haven, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, p. 22)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligu tiegħu taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 6, 10.01.2009


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-490/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/68/KE - Riassigurazzjoni - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previstt)

2009/C 205/20

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: N. Yerrell, aġent)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: D. Haven, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE (ĠU L 323, p. 1)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, regolamenti, u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE, ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligu tiegħu skont din id-direttiva.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 6, 10.01.2009.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-556/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/36/KE - Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu preskritt)

2009/C 205/21

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u A.A. Gilly, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: H. Walker, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, p22)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 63 ta’ din id-direttiva.

2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-557/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/35/KE - Tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet għal ksur - Nuqqas ta’ traspożizzjoni)

2009/C 205/22

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Lozano Palacios u A.A. Gilly, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: H. Walker, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet għal ksur

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet għal ksur, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-567/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/36/KE - Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2009/C 205/23

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u V. Peere, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, il-miżuri kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, p. 22)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hof van beroep te Brussel u mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brugge — il-Belġju) — Belgische Staat vs KBC Bank SA

(Kawżi magħanda C-439/07 u C-499/07) (1)

(L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Artikoli 43 KE u 56 KE - Direttiva 90/435/KEE - Artikolu 4(1) - Leġiżlazzjoni nazzjonali intiża li tneħħi t-taxxa doppja mill-profitti mqassma - Tnaqqis tal-ammont ta’ dividendi riċevuti mill-bażi taxxabbli tal-kumpannija parent biss sa fejn din tkun għamlet profitti taxxabbli)

2009/C 205/24

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż.

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Brussel, Rechtbank van eerste aanleg te Brugge

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Belgische Staat (C-439/07), Beleggen, Risicokapitaal, Beheer NV (C-499/07)

Konvenuti: KBC Bank NV (C-439/07), Belgische Staat (C-499/07)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van beroep te Brussel — Interpretazzjoni tal-Artikoli 43 KE u 56 KE u tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU L 225, p. 6) — Dispożizzjonijiet nazzjonali intiżi għat-tneħħija tat-tassazzjoni doppja fuq il-profitti mqassma — Sistema ta’ tnaqqis ta’ profitti li huma definittivament intaxxati

Dispożittiv

1)

L-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, li għall-finijiet tal-eżenzjoni tad-dividendi riċevuti minn kumpannija parent stabbilita f’dan l-Istat minn sussidjarja li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fi Stat Membru ieħor, tipprovdi li l-imsemmija dividendi huma inklużi fil-bażi taxxabbli tal-kumpannija parent, sabiex sussegwentement jitnaqqsu sa massimu ta’ 95 % sa fejn, għall-perijodu taxxabbli kkonċernat, ikun hemm profitt wara t-tnaqqis ta’ profitti eżenti oħra u li jkollha bħala effett li:

il-kumpannija parent hija taxxabbli f’perijodu taxxabbli ulterjuri fuq it-tqassim ta’ profitti li hija tkun irċeviet fil-każ fejn hija ma tkunx iġġenerat jew ma tkunx iġġenerat biżżejjed profitt taxxabbli matul il-perijodu taxxabbli li fih tqassmu l-profitti,

jew li

it-telf f’dan il-perijodu taxxabbli jinqata’ kontra t-tqassim tal-profitti u ma jistax jiġi ttrasferit fuq perijodu taxxabbli ulterjuri għall-ammont ta’ dan it-tqassim.

2)

L-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435 moqri flimkien mal-Artikolu 4(2) għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jobbligax lill-Istati Membru biex jippermettu neċessarjament li l-profitti mqassma lill-kumpannija parent stabbilita f’dan l-Istat mis-sussidjarja tagħha li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fi Stat Membru ieħor ikunu totalment deduċibbli mill-ammont ta’ profitti tas-sena fiskali tal-kumpannija parent u li t-telf li jirriżulta jkun jista’ jiġi ttrasferit fuq sena fiskali ulterjuri. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeterminaw, fid-dawl kemm tal-bżonnijiet tal-ordni ġuridika interna tagħhom kif ukoll tal-fakultà prevista fl-imsemmi Artikolu 4(2), il-modalitajiet li permezz tagħhom ir-riżultat imsemmi fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) jista’ jintlaħaq.

Madankollu, meta Stat Membru għażel is-sistema ta’ eżenzjoni prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435 u li, bħala prinċipju, il-leġiżlazzjoni tal-imsemmi Stat Membru taċċetta t-trasferiment ta’ telf għas-snin fiskali ulterjuri, l-imsemmija dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li jkollha bħala effett li tnaqqas it-telf tal-kumpannija parent li jista’ jibbenefika minn dan it-trasferiment sal-massimu tad-dividendi riċevuti.

3)

Meta leġiżlazzjoni nazzjonali tikkonforma, għas-soluzzjonijiet li tipprovdi għal sitwazzjonijiet purament interni, ma’ dawk miżmuma fid-dritt nazzjonali, hija l-qorti nazzjonali, fil-kuntest tad-diviżjoni tal-funzjonijiet ġudizzjarji bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, prevista fl-Artikolu 234 KE, li għandha tevalwa l-portata eżatta ta’ dan ir-rinviju għad-dritt Komunitarju, peress li t-teħid inkunsiderazzjoni tal-limiti li l-leġiżlatur nazzjonali seta’ stabbilixxa għall-applikazzjoni ta’ dan id-dritt għas-sitwazzjonijiet purament interni jaqa’ taħt id-dritt tal-Istat Membru kkonċernat u għaldaqstant, taħt il-kompetenza esklużiva tal-qrati ta’ dan tal-aħħar.

4)

Jekk, skont leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru, id-dividendi li ġejjin minn kumpannija stabbilita fi Stat terz jirċievu trattament inqas favorevoli minn dawk li ġejjin kumpannija li għandha l-uffiċċju prinċipali fl-imsemmi Stat Membru, hija l-qorti nazzjonali, fid-dawl kemm tal-għan tal-leġiżlazzjoni nazzjonali kif ukoll tal-fatti tal-kawża mressqa quddiemha, li għandha tivverifika jekk l-Artikolu 56 KE huwiex applikabbli u, jekk ikun il-każ, jekk dan jipprekludix tali trattament differenti.

5)

L-Artikolu 43 KE ma jipprekludix li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tipprovdi li kumpannija parent stabbilita fi Stat Membru u li tirċievi profitti mqassma mis-sussidjarja tagħha li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fi Stat Membru ieħor tista’ tnaqqas dawn mid-dħul taxxabbli tagħha biss sal-limitu tal-profitti tal-perijodu taxxabbli li matulu dawn il-profitti ġew mqassma, filwaqt li dawn tal-aħħar jistgħu jkunu kompletament eżenti kieku din il-kumpannija kienet ikkostitwixxiet stabbiliment stabbli f’dan l-Istat Membru ieħor, bil-kundizzjoni li t-trattament mogħti lill-profitti li ġejjin minn entitajiet stabbiliti fi Stat Membri oħra ma jkunx diskriminatorju fil-konfront ta’ dak mogħti lill-profitti li ġejjin minn entitajiet nazzjonali simili.


(1)  ĠU C 315, 22.12.2007

ĠU C 22, 26.01.2008.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Marzu 2009 — Efkon AG vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-146/08 P) (1)

(Appell - Direttiva 2004/52/KE - Interoperabilità ta’ sistemi elettroniċi dwar it- taxxi tat-toroq fil-Komunità - Appell manifestament inammissibbli jew manifestament infondat)

2009/C 205/25

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Efkon AG (rappreżentant: M. Novak, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċeduri: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: U. Rösslein u A. Neergaard, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u E. Karlsson, aġenti), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Yerrell u G. Braun, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Jannar 2008, Efkon vs Il-Parlament u Il-Kunsill (T-298/04), li bih il-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors intiż għall-annullament tad-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar l-interoperabilità ta’ sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità (ĠU L 166, p. 124) — Rekwiżit ta’ interess individwali fl-att ikkontestat — Dritt għal smigħ — Tul tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Efkon AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 171, 05.07.2008


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/15


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Marzu 2009 — Isabella Scippacercola, Ioannis Terezakis vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-159/08 P) (1)

(Appell - Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti - Imposti allegatament eċċessivi applikati fuq l-utent tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Ateni - Ċaħda tal-ilment - Nuqqas ta’ interess Komunitarju)

2009/C 205/26

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Isabella Scippacercola, Ioannis Terezakis (rappreżentant: B. Lombart, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Christoforou, V. Di Bucci u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Jannar 2008, Isabella Scippacercola u Ioannis Terezakis vs Il-Kummissjoni (T-306/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ Mejju 2005, li ma tiħux azzjoni fir-rigward tal-ilment imressaq mill-appellanti dwar allegat abbuż ta’ pożizzjoni dominanti min-naħa tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Ateni fi Spata (il-Greċja), li allegatament japplika imposti eċċessivi fuq l-utenti.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

I. Scippacercola u I. Terezakis huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  GU C 171, 05.07.2008.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/15


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Mejju 2009 (talba għal deċizjoni preliminari tal-Amtsgericht Büdingen — Il-Ġermanja) — proċeduri kriminali kontra Guido Weber

(Kawża C-166/08) (1)

(“Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 89/397/KEE - Kontroll uffiċjali ta’ oġġetti tal-ikel - Dritt ta’ dawk li huma suġġetti għal spezzjoni li jibbenefikaw minn tieni opinjoni - Kunċett ta’ dawk li huma suġġetti għal spezzjoni”)

2009/C 205/27

Lingwa tal-proċedura: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Büdingen

Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

Guido Weber

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Amtsgericht Büdingen — Interpretazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/397/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1989 dwar il-kontroll uffiċjali ta’ oġġetti tal-ikel (ĠU L 186, p. 23) — Dritt ta’ dawk li huma suġġetti għal spezzjoni li jibbenefikaw minn tieni opinjoni waqt kontroll uffiċjali tal-oġġett tal-ikel — Kwalità ta’ “dawk li huma soġġetti għal spezzjoni” tad-distributur li għandu r-responsabbiltà kriminali jew amministrattiva għall-istat u għall-ittikkettjar tal-oġġett tal-ikel

Dispożittiv

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/397/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1989 dwar il-kontroll uffiċjali ta’ oġġetti tal-ikel, għandu jiġi interpretat fis-sens li għandha titqies li hija waħda minn “dawk li huma soġġetti għal spezzjoni” fis-sens ta’ din id-direttiva, kumpannija li tkun importat imbagħad qiegħdet fis-suq prodott tal-ikel, u li l-amministratur tagħha jista’, abbażi ta’ analiżi ta’ kampjun ta’ dan il-prodott meħud f’ħanut tan-negozju għall-bejgħ bl-imnut, jinżamm responsabbli fi proċeduri amministrattivi jew kriminali għall-istat tal-imsemmi oġġett tal-ikel jew għall-ittikkettjar tiegħu.


(1)  ĠU C 183, 19.07.2008


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/16


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Mejju 2009 — WWF-UK vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-355/08 P) (1)

(Appell - Regolament (KE) Nru 2371/2002 - Konsultazzjoni tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali fir-rigward ta’ miżuri li jirregolaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u l-isfruttar sostenibbli ta’ attvitajiet tas-sajd - Regolament (KE) Nru 41/2007 - Iffissar tal-qabdiet totali permissibbli għall-2007 għas-sajd tal-marlozz - Membri ta’ Kunsill Konsultattiv Reġjonali li taw opinjoni diverġenti f’minoranza fir-rapport tal-imsemmi Kunsill dwar dawn it-totali ammissibbli tal-qabdiet - Rikors għal annullament kontra r-Regolament Nru 41/2007 ppreżentat minn tali membru - Inamissibbiltà - Appell manifestament infondat)

2009/C 205/28

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: WWF-UK (rappreżentanti: P. Sands u J. Simor, Barristers, R. Stein, Solicitor)

Appellati: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u A. De Gregorio Merino, aġenti), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Oliver, aġent)

Suġġett

Appell ippreżentat mid-Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2008, WWF-UK vs Il-Kunsill (T-91/07), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ddikkjarat inammissibbli talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007, tal-21 ta’ Diċembru 2006, li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (ĠU L 15, p. 1), sa fejn jiffissa l-“qabdiet totali permissibbli” (TAC), għas-sena 2007, għas-sajd tal-marlozz fl-ilmijiet koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2004 (ĠU L 70, p. 8) — Rekwiżit li jkun individwalment ikkonċernat mill-att ikkontestat

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

WWF-UK hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  GU C 260, 11.10.2008.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/16


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Mejju 2009 — Atlantic Dawn Ltd, Antarctic Fishing Co. Ltd, Atlantean Ltd, Killybegs Fishing Enterprises Ltd, Doyle Fishing Co. Ltd, Western Seaboard Fishing Co. Ltd, O'Shea Fishing Co. Ltd, Aine Fishing Co. Ltd, Brendelen Ltd, Cavankee Fishing Co. Ltd, Ocean Trawlers Ltd, Eileen Oglesby, Noel McGing, Mullglen Ltd, Bradan Fishing Co. Ltd, Larry Murphy, Pauric Conneely, Thomas Flaherty, Carmarose Trawling Co. Ltd, Colmcille Fishing Ltd vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u r-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-372/08 P) (1)

(Appell - Regolament (KE) Nru 147/2007 - Tnaqqis tal-kwoti ta’ kavall allokati lill-Irlanda għas-snin 2007 sa 2012 - Rikors għall-annullament tar-Regolament Nru 147/2007 ippreżentat minn grupp ta’ sajjieda Irlandiżi magħmul minn 20 mit-23 detenturi ta’ liċenzja tal-flotta pelaġika tal-ilma tal-baħar imkessaħ - Inammissibbiltà - Appell manifestament infondat)

2009/C 205/29

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Atlantic Dawn Ltd, Antarctic Fishing Co. Ltd, Atlantean Ltd, Killybegs Fishing Enterprises Ltd, Doyle Fishing Co. Ltd, Western Seaboard Fishing Co. Ltd, O'Shea Fishing Co. Ltd, Aine Fishing Co. Ltd, Brendelen Ltd, Cavankee Fishing Co. Ltd, Ocean Trawlers Ltd, Eileen Oglesby, Noel McGing, Mullglen Ltd, Bradan Fishing Co. Ltd, Larry Murphy, Pauric Conneely, Thomas Flaherty, Carmarose Trawling Co. Ltd, Colmcille Fishing Ltd (rappreżentanti: G. Hogan SC, N. Travers, BL, T. O'Sullivan, BL, D. Barry, Solicitor)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: K. Banks, aġent), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla), tat-2 ta’ Ġunju 2008, Atlantic Dawn Ltd et vs Il-Kummissjoni (T-172/07), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ddikjarat bħala inammissibbli talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 147/2007, tal-15 ta’ Frar 2007, li jadatta ċerti kwoti tas-sajd mill-2007 sal-2012 skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] — Rekwiżit li l-parti tkun direttament ikkonċernata mill-att ikkontestat

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Atlantic Dawn Ltd, Antarctic Fishing Co. Ltd, Atlantean Ltd, Killybegs Fishing Enterprises Ltd, Doyle Fishing Co. Ltd, Western Seaboard Fishing Co. Ltd, O'Shea Fishing Co. Ltd, Aine Fishing Co. Ltd, Brendelen Ltd, Cavankee Fishing Co. Ltd, Ocean Trawlers Ltd, Eileen Oglesby, Noel McGing, Mullglen Ltd, Bradan Fishing Co. Ltd, Larry Murphy, Pauric Conneely u Thomas Flaherty, Carmarose Trawling Co. Ltd kif ukoll Colmcille Fishing Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  GU C 285, 8.11.2008.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/17


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ April 2009 — VDH Projektentwicklung GmbH, Edeka Handelsgesellschaft Rhein-Ruhr mbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Erowpej

(Kawża C-387/08 P) (1)

(“Appell - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Direttiva 89/665/KEE - Nuqqas ta’ implementazzjoni mill-Kummissjoni tal-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni previst fl-Artikolu 3(2) - Persuni fiżiċi u ġuridiċi - Interess dirett - Inammissibbiltà”)

2009/C 205/30

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: VDH Projektentwicklung GmbH, Edeka Handelsgesellschaft Rhein-Ruhr mbH (rappreżentant: C. Antweiler, Rechtsanwalt)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Erowpej

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2008, VDH Projektentwicklung u Edeka Rhein-Ruhr vs Il-Kummissjoni (T-185/08), li permezz tiegħu il-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala manifestament inammissibbli r-rikors li kellu bħala suġġett rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni intiż sabiex jiġi kkonstatat in-nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni tal-Kummissjoni, minħabba li din, f’dak li jikkonċerna l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ xogħlijiet pubbliċi kif ukoll l-għoti ta’ kuntratt ġenerali ta’ turnkey, naqset milli timplementa mingħajr dewmien il-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni previst fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/665/KEE u milli tinnotifika lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja skont l-Artikolu 3(2) tal-imsemmija direttiva — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni minn persuni fiżiċi u ġuridiċi — Rekwiżit li r-rikorrent ikun direttament ikkonċernat mill-att li fir-rigward tiegħu jkun allegat in-nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni min-naħa tal-istituzzjoni inkwistjoni

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

VDH Projektentwicklung GmbH u Edeka Handelsgesellschaft Rhein-Ruhr mbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  GU C 141, 20.06.2009


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/17


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Monomeles Protodikeio Athinon — Il-Greċja) — Archontia Koukou vs Elliniko Dimosio

(Kawża C-519/08) (1)

(L-ewwel inċiż tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Klawżoli 5 u 8 tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss - Kuntratt ta’ impjieg għal żmien fiss fis-settur pubbliku - Kuntratti suċċessivi - Tnaqqis tal-livell ġenerali ta' protezzjoni għall-ħaddiema - Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-abbużi - Sanzjonijiet - Projbizzjoni assoluta tat-tibdil tal-kuntratti ta’ impjieg għal żmien fiss f’kuntratti ta’ impjieg permanenti fis-settur pubbliku - Konsegwenzi ta’ traspożizzjoni inkorretta ta’ direttiva - Interpretazzjoni konformi)

2009/C 205/31

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Monomeles Protodikeio Athinon

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Archontia Koukou

Konvenuta: Elliniko Dimosio

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Monomeles Protodikeio Athinon — Interpretazzjoni tal-klawżoli 5 u 3 tal-Anness tad-Direttiva 1999/70/KE tal-Kunsill, tat-28 ta’ Gunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU L 175, p. 43) — Raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw it-tiġdid indefinit ta’ kuntratti suċċessivi ta’ impjieg għal terminu fiss — Obbligu, impost mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, biex tali kuntratti jiġu konklużi — Projbizzjoni milli tiġi adottata leġiżlazzjoni għat-traspożizzjoni li tnaqqas il-livell ta’ protezzjoni għall-ħaddiema — Kunċett ta’ deterjorazzjoni

Dispożittiv

1)

Il-Klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999 u anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi l-użu ta’ kuntratti suċċessivi ta’ impjieg għal żmien fiss li huwa ġġustifikat biss mill-fatt li l-użu ta’ kuntratti suċċessivi ta’ impjieg għal żmien fiss huwa stabbiliti minn dispożizzjoni leġiżlattiva jew regolamentari ġenerali ta’ Stat Membru. Min-naħa l-oħra, il-kunċett ta’ “raġunijiet oġġettivi”, fis-sens tal-imsemmija klawżola, jeżiġi li l-użu għal din it-tip partikolari ta’ relazzjoni ta’ impjieg, kif stabbilit bir-regolament nazzjonali, jiġi ġġustifikat bl-eżistenza ta’ elementi konkreti li jirrigwardaw b’mod partikolari l-attività inkwistjoni u l-kundizzjonijiet tal-eżerċizzju tagħha.

2)

Il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix regolament nazzjonali kif inhu dak fil-kawża prinċipali li, għalkemm jimponi, fir-rispett tat-terminu massimu totali ta’ kuntratti suċċessivi, miżuri preventivi kontra l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ impjieg għal żmien fiss suċċessivi, jistabbilixxi, fir-rigward ta’ ċerti kategoriji ta’ ħaddiema, eċċezzjonijiet għal din l-aħħar limitazzjoni meta dawn il-ħaddiema jibbenefikaw tal-inqas minn waħda mill-miżuri preventivi stabbiliti fl-imsemmija klawżola.

3)

Il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix regolament nazzjonali kif inhu dak fil-kawża prinċipali li jistabbilixxi, abbażi ta’ miżuri li jipprojbixxu l-użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi ta’ impjieg għal żmien fiss, l-għoti ta’ pagi u l-ħlas ta’ kumpens kif ukoll sanzjonijiet kriminali u dixxiplinari, sa fejn, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni kif ukoll li l-implementazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali jikkostitwixxu miżura adegwata sabiex jiġi ssanzjonat l-użu abbużiv mill-amministrazzjoni pubblika ta’ kuntratti suċċessivi ta’ impjieg għal żmien fiss.

4)

Il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss għandha tiġi interpretata fis-sens li, sa fejn fis-sistema legali nazzjonali tal-Istat Membru ma hemmx, fis-settur pubbliku, miżuri oħra effettivi sabiex jiġi evitat u, jekk ikun il-każ, issanzjonat l-użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi ta’ impjieg għal żmien fiss, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, hija tipprekludi regolament nazzjonali, kif inhu dak fil-kawża prinċipali, meta huwa ma japplikax ratione temporis għall-kuntratti suċċessivi ta’ impjieg għal żmien fiss li jkunu ġew konklużi jew imġedda wara li t-terminu stabbilit mid-Direttiva 1999/70 għat-traspożizzjoni tagħha skada u li l-kuntratti ma kinux għadhom applikabbli fid-data ta’ meta dan ir-regolament ikun daħal fis-seħħ jew fi kwalunkwe mument matul it-terminu ta’ tliet xhur qabel din id-data.

5)

Fiċ-ċirkustanzi kif inhuma dawk fil-kawża prinċipali, il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss għandha tiġi interpretata fis-sens li, meta fis-sistema legali nazzjonali tal-Istat Membru inkwistjoni jkun hemm, fis-settur inkwistjoni, miżuri oħra effettivi sabiex jiġi evitat u, jekk ikun il-każ, issanzjonat l-użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi ta’ impjieg għal żmien fiss fl-istess sens ta’ punt 1, hija ma tipprekludix l-applikazzjoni ta’ regola fid-dritt nazzjonali li tipprojbixxi b’mod assolut, għas-settur pubbliku biss, il-bdil f’kuntratti ta’ impjieg permanenti ta’ kuntratti ta’ impjieg għal żmien fiss suċċessivi li, peress illi kellhom l-għan li jissodisfaw l-eżiġenzi permanenti u dewwiema ta’ min qiegħed jimpjega, għandhom jitqiesu abbużivi. Madankollu, il-qorti tar-rinviju għandha tevalwa sa fejn il-kundizzjonijiet applikabbli kif ukoll l-implementazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet rilevanti fid-dritt nazzjonali jikkostitwixxu miżura adegwata sabiex jiġi evitat u, jekk ikun il-każ, issanzjonat l-użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi ta’ impjieg għal żmien fiss mill-awtorità pubblika.

6)

Il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix, fil-prinċipju, li l-kawżi li jirrigwardaw l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ impjieg għal żmien fiss jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-qrati amministrattivi. Madankollu, il-qorti tar-rinviju għandha tiżgura, fid-dawl tar-rispett tal-prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza, li d-dritt ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva jiġi ggarantit.

7)

Il-Klawżola 8(3) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix regolament nazzjonali kif inhu dak fil-kawża preżenti li jistabbilixxi, għal finijiet li tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ impjieg għal żmien fiss, kundizzjonijiet supplimentari meta mqabbla ma’ dawk stabbiliti fid-dritt nazzjonali preċedenti, bħalma huwa, b’mod partikolari, l-Artikolu 8(3) tal-Liġi 2112/1920 dwar ix-xoljiment obbligatorju ta’ kuntratt ta’ impjieg ta’ ħaddiem fis-settur privat meta dawn il-kundizzjonijiet, li għandhom jiġu vverifikati mill-imsemmija qorti, jaffettwaw kategorija limitata ta’ ħaddiema li jkunu kkonkludew kuntratt ta’ impjieg għal żmien fiss jew ikunu kkumpensati permezz tal-adozzjoni ta’ miżuri li jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ impjieg għal żmien fiss fis-sens tal-Klawżola 5(1) tal-imsemmi Ftehim Qafas.

8)

Sa fejn huwa possibbli, il-qorti tar-rinviju għandha tagħti lid-dispożizzjonijiet rilevanti fid-dritt nazzjonali interpretazzjoni konformi mal-Klawżoli 5(1) u 8(3) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss, kif ukoll li tiddetermina, f’dan il-kuntest, jekk dispożizzjoni fid-dritt nazzjonali, bħall-Artikolu 8(3) tal-Liġi 2112/1920, għandhiex tiġi applikata fil-kawża preżenti minflok ċerti dispożizzjonijiet oħra f’dan id-dritt.


(1)  ĠU C 44, 21.2.2009


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/19


Appell ta’ Hans Kronberger mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Mejju 2008 fil-Kawża T-18/07, Hans Kronberger vs Il-Parlament Ewropew, ippreżentat fl-1 ta’ Awissu 2008

(Kawża C-349/08 P)

2009/C 205/32

Il-lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Hans Kronberger (rappreżentant: W. Weh, Rechtsanwalt)

Appellat: Il-Parlament Ewropew

Fl-1 ta’ Awwissu 2008, Hans Kronberger ippreżenta appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Mejju 2008 fil-Kawża T-18/07, Hans Kronberger vs Il-Parlament Ewropew. Ir-rappreżentant legali tal-appellant huwa l-avukat Wilfried Ludwig Weh, Wolfeggstraße 1, AT-6900 Bregenz

B’digriet tad-19 ta’ Mejju 2009, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (It-Tmien Awla) ċaħdet l-appell bl-ispejjeż kontra l-appellant.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/19


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2009 minn ArcelorMittal Luxembourg SA mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) mogħtija fil-31 ta’ Marzu 2009 fil-Kawża T-405/06, ArcelorMittal Luxembourg et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-201/09 P)

2009/C 205/33

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: ArcelorMittal Luxembourg SA, li qabel kienet Arcelor Luxembourg SA (rappreżentant: A. Vandencasteele, avukat)

Appellati: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ArcelorMittal Belval & Differdange, li qabel kienet Arcelor Profil Luxembourg SA, ArcelorMittal International, li qabel kienet Arcelor International SA

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Kawża T-405/06 sa fejn tikkonferma, fil-konfront ta’ ArcelorMittal Luxembourg SA, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 5342, tat-8 ta’ Novembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 65 [KEFA] dwar ftehim u prattiki miftiehma li jimplikaw lil produtturi Ewropej tat-travi (Każ COMP/F/38.907 — Travi tal-azzar);

tikkundanna lill-konvenuta fl-ewwel istanza għall-ispejjeż ta’ din l-istanza u ta’ dik quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tat-talbiet tagħha, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji.

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, li għandu żewġ partijiet, l-appellanti ssostni, minn naħa, li l-Qorti tal-Prim’Istanza kisret l-Artikolu 97 KEFA u wettqet abbuż ta’ poter meta applikat l-Artikolu 65 KEFA wara d-data tal-iskadenza tat-Trattat KEFA, it-23 ta’ Lulju 2002. Issa, l-obbligu għall-istituzzjonijiet li jiżviluppaw interpretazzjoni koerenti tad-diversi trattati fl-ebda każ ma jiġġustifika ż-żamma fis-sistema legali Komunitarja ta’ dispożizzjonijiet ta’ trattat lil hinn mit-tmiem tiegħu.

Fil-kuntest tat-tieni parti tal-istess aggravju, l-appellanti ssostni min-naħa l-oħra li l-Qorti tal-Prim’Istanza kisret ir-Regolament Nru 1/2003 (1) u wettqet abbuż ta’ poter meta bbażat il-kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tagħti deċiżjoni skont l-Artikolu 65 KEFA fuq regolament li jagħtiha biss setgħat għall-finijiet tal-implementazzjoni tal-Artikoli 81 u 82 KE. Adottat wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA abbażi tat-Trattat KE biss, l-isemmi regolament fil-fatt ma jista’ jagħti lill-Kummissjoni ebda kompetenza sabiex tissanzjona ksur tal-Artikolu 65 KEFA, mingħajr ma jinkisru kemm it-Trattat KEFA kif ukoll ir-regoli ta’ ġerarkija tar-regoli.

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, li għandu tliet partijiet, l-appellanti tinvoka l-ksur, mill-Qorti tal-Prim’Istanza, tal-prinċipju tal-individwalità tal-pieni u s-sanzjonijiet, tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-imputabbiltà, tar-res judicata, u tar-regola tal-ġerarkija tar-regoli, sa fejn dik il-qorti rrikonoxxiet li l-Kummissjoni għandha d-dritt li tattribwixxi lil kumpannija r-responsabbiltà għal prassi antikompetittiva ta’ kumpannija oħra tal-grupp, mingħajr ma l-ewwel waħda ma tkun involuta. La l-fatt li d-diversi kumpanniji inkwistjoni, li jappartjenu lill-istess grupp, jikkostitwixxu entità ekonomika waħda, la l-fatt li l-kumpannija parent tikkontrolla 100 % l-kumpannija sussidjarja tagħha li tkun wettqet ksur, u lanqas l-influwenza determinanti tal-kumpannija parent fuq il-kumpannja sussidjarja tagħha, mhuma suffiċjenti sabiex tingħata l-prova tal-involviment tal-appellanti fil-ksur u għalhekk ma jistgħux jiġġustifikaw l-imputabbiltà lill-kumpannija parent tal-aġir tal-kumpannija sussidjarja tagħha.

Permezz tat-tielet aggravju tagħha, l-appellanti tinvoka applikazzjoni żbaljata mill-Qorti tal-Prim’Istanza tar-regoli dwar il-preskrizzjoni ta’ proċeduri u l-ksur tal-prinċipju tar-res judicata, sa fejn il-Qorti tal-Prim’Istanza, fis-sentenza tagħha, żammet kontra tagħha l-atti li jinterrompu l-preskrizzjoni, filwaqt li jirriżulta b’mod ċar mid-deċiżjoni inizjali tal-Kummissjoni, adottata fl-1994, li l-appellanti hija espressament identifikata bħala li ma kinitx involuta fil-ksur.

Permezz tar-raba’ aggravju tagħha, fl-aħħar nett, l-appellanti ssostni li s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza kisret id-drittijiet tad-difiża tagħha peress li hija vvizzjata minn nuqqas ta’ motivazzjoni dwar it-tul partikolarment twil tal-proċeduri, li minħabba fih kien impossibbli għaliha li tkompli tressaq il-provi meħtieġa għall-qlib tal-preżunzjoni ta’ responsabbiltà miżmuma kontra tagħha. Barra minn hekk, is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tikser ir-res judicata akkwistata mis-sentenza tat-2 ta’ Ottubru 2003 (C-176/99 P, ARBED vs Il-Kummissjoni) li annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni sa fejn tikkonċerna lill-appellanti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat [KE] (ĠU 2003, L 1, p. 1).


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szombathelyi Városi Bíróság (l-Ungerija) fit-8 ta’ Ġunju 2009 — Proċeduri kriminali kontra Emil Eredics et

(Kawża C-205/09)

2009/C 205/34

Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szombathelyi Városi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Emil Eredics et

Domandi preliminari

1)

Il-qorti tar-rinviju tistaqsi fil-proċeduri kriminali mressqa quddiemha, jekk “persuna oħra minbarra persuna fiżika” taqax taħt il-kunċett ta’ “vittma” fis-sens tal-Artikolu 1(a) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2001/220/JHA, fid-dawl tal-obbligu ta’ promozzjoni tal-medjazzjoni bejn il-vittma u l-ħati tar-reat fil-kawżi kriminali, stabbilit fl-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Qafas, sabiex tispjega u tissupplimenta s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fit-28 ta’ Ġunju 2007 fil-Kawża C-467/05, Dell’Orto?

2)

Il-qorti tar-rinviju tistaqsi fir-rigward tal-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/JHA, li jipprovdi li “[k]ull Stat Membru għandu jfittex li jippromwovi il-medjazzjoni fil-każi kriminali għal dawk ir-reati li tqis addattati għal din it-tip ta’ miżura”, jekk il-kunċett ta’ “reati” jistax jiġi interpretat fis-sens li jirreferi għar-reati kollha li l-element materjali tagħhom definit mil-liġi huwa fil-mertu analogu.

3)

L-espressjoni “[k]ull Stat Membru għandu jfittex li jippromwovi il-medjazzjoni fil-każi kriminali …” fl-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2001/220/JHA tista’ tiġi interpretat fis-sens li huwa possibbli li l-kundizzjoni ta’ medjazzjoni, għal dak li jirrigwarda l-ħati u l-vittma, jiġu sodisfatti għall-inqas sal-mument meta tiġi adottata deċiżjoni tal-ewwel istanza, b’tali mod li r-rekwiżit ta’ ammissjoni tal-fatti waqt il-proċedura ġudizzjarja, wara li l-inkjesta tkun tlestiet, bil-kundizzjoni li l-kundizzjonijiet l-oħra meħtieġa jkunu sodisfatti, tkun konformi mal-obbligu ta’ promozzjoni tal-medjazzjoni?

4)

Fir-rigward tal-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2001/220/JHA, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-fatt jekk l-espressjoni li “[k]ull Stat Membru għandu jfittex li jippromwovi il-medjazzjoni fil-każi kriminali għal dawk ir-reati li tqis addattati għal din it-tip ta’ miżura” timplikax li għandu jiġi ggarantit aċċess ġenerali għall-possibbiltà ta’ medjazzjoni fil-kawżi kriminali, bil-kundizzjoni li l-kundizzjonijiet preliminari previsti fil-liġi jiġu sodisfatti, mingħajr possibbiltà ta’ interpretazzjoni? Jiġifieri, jekk hemm lok li r-risposta tingħata fl-affermattiv, l-eżistenza ta’ kundizzjoni li tipprovdi li fejn “fid-dawl tan-natura tar-reat, tal-metodi ta’ parteċipazzjoni għar-reat u tal-identità tal-persuna ssuspettata, il-proċedura ġudizzjarja tista’ ma ssirx jew hemm raġunijiet li wieħed jaħseb li l-qorti tista’ tikkunsidra l-indiema attiva meta tiddeċiedi l-piena” din hija konformi mad-dispożizzjonijiet (rekwiżiti) tal-Artikolu 10 iċċitat iktar ’il fuq?


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/20


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Slovakka

(Kawża C-207/09)

2009/C 205/35

Lingwa tal-kawża: Is-Slovakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Simonsson, A. Tokár, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka

Talbiet

tiddikjara li, billi ntużaw is-servizzi ta’ soċjetajiet li mhumiex rikonoxxuti, fis-sens tal-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva 94/57KE (1), għal spezzjonijiet u perizji stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dan l-Artikolu..

tikkundanna lir-Repubblika Slovakka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika Slovakka użat is-servizzi ta’ organizzazzjonijiet li mhumiex irrikonoxxuti bħala soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni skont id-Direttiva 94/57/KE u, skont l-informazzjoni li għandha l-Kummissjoni, naqset milli twaqqaf l-awtorizzazzjoni mogħtija lil dawn l-organizzazzjonijiet. Barra minn hekk, peress illi r-Repubblika Slovakka ma implementatx qafas leġiżlattiv li kapaċi jwaqqaf fil-futur l-eventwali awtorizzazzjoni ta’ soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni mhux irrikonoxxuti, jeżisti riskju li każijiet ta’ applikazzjoni żbaljata tad-Direttiva 94/57/KE, simili għal dak li huwa s-suġġett tar-rikors preżenti, jirrepetu ruħhom.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta’ Novembru 1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti tal-amministrazzjoniet marittimi (ĠU L 319, tat-12 ta’ Diċembru 1994, p. 20)


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative d’appel de Nantes (Franza) fl-10 ta’ Ġunju 2009 — Scott SA, Kimberly Clark SNC, illum Kimberly Clark SAS vs Ville d’Orléans

(Kawża C-210/09)

2009/C 205/36

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative d’appel de Nantes

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Scott SA, Kimberly Clark SNC, illum Kimberly Clark SAS

Konvenuta: Ville d’Orléans

Domanda preliminari

L-annullament eventwali, mill-qorti amministrattiva Franċiża, ta’ ordnijiet ta’ ġbir maħruġin għall-irkupru ta’ għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni fit-12 ta’ Lulju 2000 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1), minħabba l-ksur ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi dwar il-preżentazzjoni fiżika ta’ dawn l-ordnijiet, huwa ta’ tali natura li, fid-dawl tal-possibbiltà, għall-awtorità amministrattiva kompetenti, li tirrimedja d-difett li huma vvizzjati bih dawn id-deċiżjonijiet, jostakola l-eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tat-12 ta’ Lulju 2000, bi ksur tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (2)?


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/14/KE, tat-12 ta’ Lulju 2000, dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija minn Franza favur Scott Paper SA/Kimberly-Clark (ĠU 2002, L 12, p. 1) [traduzzjoni mhux uffiċjali].

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, p. 1).


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Ġunju 2009 — Barsoum Chabo vs Hauptzollamt Hamburg-Hafen

(Kawża C-213/09)

2009/C 205/37

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Barsoum Chabo

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Hafen

Domanda preliminari  (1)

L-ammont supplementari ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramm nett ta’ prodott, li jirriżulta mir-rata tal-“pajjiżi terzi” u mir-rata ta’ tariffa preferenzjali, miġbura fuq l-importazzjoni ta’ faqqiegħ ippreservat tat-tip Agaricus (Subintestatura NM 2003 10 30), huwa null billi jmur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità?


(1)  Li tikkonċerna r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005, tas-27 ta’ Ottubru 2005, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 286, p. 1).


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/22


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2009 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) mogħtija fil-31 ta’ Marzu 2009 fil-Kawża T-405/06, ArcelorMittal Luxembourg et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-216/09 P)

2009/C 205/38

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u X. Lewis, aġenti)

Appellati: ArcelorMittal Luxembourg SA, li qabel kienet Arcelor Luxembourg SA, ArcelorMittal Belval & Differdange, li qabel kienet Arcelor Profil Luxembourg SA, ArcelorMittal International, li qabel kienet Arcelor International SA

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-31 ta’ Marzu 2009 mogħtija fil-Kawża T-405/06, ArcelorMittal Luxembourg et vs Il-Kummissjoni, sa fejn annullat il-multi imposti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2006) 5342 finali, tat-8 ta’ Novembru 2006 (1), fuq ArcelorMittal Belval & Differdange SA (li qabel kienet ProfilARBED) u fuq ArcelorMittal International SA (li qabel kienet TradeARBED),

tiċħad ir-rikors ta’ ArcelorMittal Belval & Differdange SA u ta’ ArcelorMittal International SA

tikkundanna lill-appellati għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tqajjem aggravju wieħed insostenn tal-appell tagħha bbażat fuq il-ksur, mill-Qorti tal-Prim’Istanza, tar-regoli dwar il-preskrizzjoni tal-proċeduri.

Skont il-Kummissjoni, is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza hija bbażata fuq interpretazzjoni letterali u eċċessivament restrittiva tad-Deċiżjoni 715/78/KEFA (2) u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 2(3) u tal-Artikolu 3 tagħha, sa fejn tagħmel distinzjoni bejn l-interruzzjoni tal-preskrizzjoni u s-sospensjoni tagħha. Fil-fatt, b’mod differenti mill-Artikolu 2(2) li jipprevedi espressament l-effett erga omnes tal-interruzzjoni tal-preskrizzjoni, l-Artikolu 3 ma jgħid xejn dwar il-kwistjoni tal-effetti tas-sospensjoni. Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza hija vvizzjata minn żball ta’ liġi sa fejn tikkonkludi li s-sospensjoni tal-preskrizzjoni li tirriżulta mill-fatt li parti tressaq proċeduri ġudizzjarji quddiem il-qorti Komunitarja tgħodd biss fir-rigward tal-impriża rikorrenti u tikkunsidra għalhekk li t-terminu tal-preskrizzjoni skada fir-rigward tal-partijiet l-oħra.

Il-Kummissjoni tirrileva li, kuntrarjament għal dak li ddeċidiet il-Qorti tal-Prim’Istanza, l-effett relattiv tas-sospensjoni ma jistax jiġi dedott mis-silenzju leġiżlattiv u l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 715/78/KEFA għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-għanijiet tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni, dwar il-possibbiltà, għall-Kummissjoni, li tipproċedi kontra u tissanzjona effettivament il-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 5342 finali, tat-8 ta’ Novembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 65 [KEFA] dwar ftehim u prattiki miftiehma li jimplikaw lil produtturi Ewropej tat-travi (Każ COMP/F/38.907 — Travi tal-azzar)

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 715/78/KEFA, tas-6 ta’ April 1978, dwar il-perijodi ta’ limitazzjoni fil-proċeduri u l-infurzar tas-sanzjonijiet taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (ĠU L 94, p. 22).


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Piemonte (l-Italja) fil-15 ta’ Ġunju 2009 — Maurizio Polisseni vs A.S.L. N. 14 V.C.O. Omegna

(Kawża C-217/09)

2009/C 205/39

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale del Piemonte

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Maurizio Polisseni

Konvenuta: A.S.L. N. 14 V.C.O. Omegna.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 43 tat-Trattat KE, jew id-dritt Komunitarju tal-kompetizzjoni jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik li hemm fl-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 475 tat-2 ta’ April 1968 u l-Artikolu 13 tad-d.p.r. tal- 21 ta’ Awwissu 1971 Nru 1275 sa fejn jissuġġettaw il-permess għat-trasferiment ta’ spiżerija minn post għal ieħor, anki jekk fil-kuntest taż-żona indikata, għall-osservanza ta’ distanza ta’ mhux inqas minn 200 metru mill-ispiżeriji l-oħra, imkejla bl-iqsar triq bil-mixi bejn għatba u għatba tal-ispiżeriji; b’mod partikolari, ir-retrizzjonijiet għall-libertà ta’ stabbiliment previżti mil-leġiżlazzjoni msemmija jikkonfliġġu mar-raġunijiet ta’ interess nazzjonali li dawn ir-restrizzjonijiet jistgħu jiġġustifikaw u fi kwalunkwe każ huma adatti sabiex jissodisfawhom?

2)

Fi kwalunkwe każ il-prinċipju ta’ proporzjonalità li għandu jiġi rrispettat f’kull restrizzjoni legittima tal-libertà ta’ stabbiliment u ta’ kompetizzjoni jipprekludi restrizzjoni tal-libertà ekonomika tal-ispiżjar li tirriżulta mill-leġiżazzjonijiet dwar il-limiti ta’ distanza msemmija fil-punt 1?

3)

L-Artikoli 152 u 153 tat-Trattat KE, li jimponu livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-konsumaturi, jipprekludu leġiżazzjoni nazzjonali bħal dik li hemm fl-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 475 tat-2 ta’ April 1968 u l-Artikolu 13 tad-d.p.r. tal-21 ta’ Awwissu 1971 Nru 1275 sa fejn jissuġġettaw il-permess għat-trasferiment tal-ispiżerija minn post għal ieħor, anki jekk fil-kuntest taż-żona indikata, għall-osservanza ta’ distanza ta’ mhux inqas minn 200 metru mill-ispiżeriji l-oħra, imkejla bl-iqsar triq bil-mixi bejn għatba u għatba tal-ispiżerij, mingħġajr ebda kunsiderazzjoni oħra dwar l-interessi tal-konsumaturi u r-rekwiżiti ta’ distribuzzjoni effiċjenti fit-territorju ta’ servizzi relatati mal-ħarsien tas-saħħa?


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Milano (L-Italja) fis-16 ta’ Ġunju 2009 — Vitra Patente AG vs High Tech Srl

(Kawża C-219/09)

2009/C 205/40

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Milano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vitra Patente AG

Konvenuta: High Tech Srl

Domandi preliminari

1)

Għandhom l-Artikoli 17 u 19 tad-Direttiva Nru 98/71/KE (1) jiġu interpretati fis-sens li — fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ liġi nazzjonali ta’ Stat Membru li tadatta l-ordinament intern għall-imsemmija direttiva — il-fakultà mogħtija lil tali Stat Membru sabiex jiddetermina b’mod awtonomu l-estent tal-protezzjoni u l-kundizzjonijiet li għalihom din hija suġġetta tista’ tinkludi wkoll l-esklużjoni tal-protezzjoni stess għal disinni u mudelli li — anke jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-protezzjoni tad-dritt tal-awtur — kellhom jiġu kkunsidrati bħala li jaqgħu fid-dominju pubbliku qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ adattament, inkwantu dawn ma kienu qatt ġew irreġistrati bħala disinni jew mudelli jew inkwantu r-reġistrazzjoni relattiva kienet diġà skadiet fit-tali data?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, għandhom l-Artikoli 17 u 19 tad-Direttiva Nru 98/71/KE jiġu interpretati fis-sens li l-fakultà mogħtija lill-Istat Membru sabiex jiddetermina b’mod awtonomu l-estent tal-protezzjoni u l-kundizzjonijiet li għalihom din hija suġġetta tista’ tinkludi l-esklużjoni tal-protezzjoni stess fil-każ li persuna terza — mhux awtorizzata mill-proprjetarju tad-dritt tal-awtur fuq disinni u mudelli — tkun diġà pproduċiet u kkumerċjalizzat fl-Istat Membru prodotti magħmula b’konformità ma’ tali disinni u mudelli fid-dominju pubbliku qabel id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ adattament?

3)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel u għat-tieni domanda, għandhom l-Artikoli 17 u 19 tad-Direttiva Nru 98/71/KE jiġu interpretati fis-sens li l-fakultà mogħtija lill-Istat Membru sabiex jiddetermina b’mod awtonomu l-estent tal-protezzjoni u l-kundizzjonijiet li għalihom din hija suġġetta tista’ tinkludi l-esklużjoni tal-protezzjoni stess fil-każ li persuna terza — mhux awtorizzata mill-proprjetarju tad-dritt tal-awtur fuq disinni u mudelli — tkun diġà pproduċiet u kkumerċjalizzat fl-Istat Membru prodotti magħmula b’konformità ma’ tali disinni u mudelli, fejn tali esklużjoni tkun stabbilita għal perijodu sostanzjali (ekwivalenti għal għaxar snin)?


(1)  ĠU L 289, p. 28


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili (Ir-Repubblika ta’ Malta) fis-17 ta’ Ġunju 2009 — AJD Tuna Ltd vs Direttur tal-Agrikoltura u s-Sajd u Avukat Ġenerali

(Kawża C-221/09)

2009/C 205/41

Lingwa tal-kawża: Il-Malti

Qorti tar-rinviju

Prim’Awla tal-Qorti Ċivili

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AJD Tuna Ltd

Konvenuti: Direttur tal-Agrikoltura u s-Sajd, Avukat Ġenerali

Domandi preliminari

1)

Jekk ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 530/2008, inkwantu ma jiġġustifikax suffiċjentement ir-raġunijiet għat-teħid tal-miżuri ta’ emerġenza adottati permezz tal-Artikoli 1, 2 u 3 tal-istess Regolament u ma jagħtix stampa ċara biżżejjed tal-motivazzjoni ta’ tali miżuri, huwiex invalidu peress illi jivvjola l-Artikolu 253 tat-Trattat;

2)

Jekk ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 530/2008, inkwantu fil-Premessi tiegħu ma jindikax adekwatament (i) l-eżistenza ta’ theddida serja għall-konservazzjoni ta’ riżorsi akwatiċi ħajjin jew għall-ekosistema tal-baħar b’riżultat ta’ attivitajiet tas-sajd u (ii) il-bżonn li tittieħed azzjoni immedjata, huwiex invalidu peress illi jivvjola l-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 2371/2002;

3)

Jekk ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 530/2008 huwiex invalidu inkwantu l-miżuri li ttieħdu jċaħħdu lil operaturi Komunitarji bħas-soċjetà rikorrenti mill-aspettativi leġittimi tagħhom mibnija fuq il-bażi tal-Ewwel Artikolu tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 446/2008 tat-22 ta’ Mejju 2008 u tat-Tieni Artikolu tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 2371/2002 tal-20 ta’ Dicembru 2002;

4)

Jekk l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 530/2008 huwiex invalidu minħabba li jivvjola l-prinċipju tal-proporzjonalità inkwantu jfisser illi (i) ebda operatur Komunitarju ma jista’ jġestixxi attività ta’ ħatt fl-art jew tqegħid f’gaġeġ ta’ tonn bl-iskop li jkabbar u jsemmen l-istess anke rispettivament għal tonn maqbud preċedentement u għalhekk perfettament f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 530/2008; u (ii) ebda operatur Komunitarju ma jista’ jisvolġi dawn l-attivitajiet rispettivament għal tonn maqbud minn sajjieda li l-bastimenti tagħhom ma jtajrux il-bandiera ta’ xi wieħed mill-Istati Membri elenkati fl-Ewwel Artikolu tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 530/2008 anke jekk dan it-tonn ikun ġie maqbud konformement mal-kwoti stabiliti taħt l-International Convention for the Conservation of Atlantic Tunas (ICCAT);

5)

Jekk ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 530/2008 huwiex invalidu minħabba li jivvjola l-prinċipju tal-proporzjonalità inkwantu l-Kummissjoni naqset milli turi illi l-miżura li kienet sejra tieħu kienet sejra tikkontribwixxi għat-tkabbir mill-ġdid tal-ħażna tat-tonn;

6)

Jekk ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 530/2008, inkwantu jagħmel distinzjoni bejn purse seiners taħt il-bandiera Spanjola u dawk taħt il-bnadar tal-Greċja, l-ltalja, Franza, Ċipru u Malta, u inkwantu jagħmel distinzjoni bejn dawn is-sitt Stati Membri u Stati Membri oħra, huwiex invalidu minħabba li l-miżuri adottati huma irraġonevoli u diskriminatorji fuq il-bażi tan-nazzjonalità kontra l-Artikolu 12 tat-Trattat li Jistabilixxi l-Komunità Ewropea;

7)

Jekk ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 530/2008, inkwantu l-partijiet interessati u l-Istati Membri ma ngħataw ebda ċans li jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom qabel it-teħid tad-deċiżjoni, huwiex invalidu minħabba li l-prinċipji tal-ġustizzja kif protetti permezz tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ma ġewx rispettati;

8)

Jekk ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 530/2008, inkwantu l-partijiet interessati u l-Istati Membri ma ngħataw ebda ċans li jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom qabel it-teħid tad-deċiżjoni, huwiex invalidu minħabba li l-prinċipju tal-kuntradittorju (audi alteram partem) bħala prinċipju ġenerali tad-Dritt Komunitarju ma ġiex rispettat;

9)

Jekk l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 2371/2008 huwiex invalidu minħabba li l-prinċipju tal-kuntradittorju (audi alteram partem) bħala prinċipju ġenerali tad-Dritt Komunitarju u/jew il-prinċipji tal-ġustizzja kif protetti permezz tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ma ġewx rispettati, u konsegwentement jekk ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 530/2008, minħabba li huwa ibbażat fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 2371/2008, huwiex invalidu;

10)

Jekk, kemm-il darba jiġi deċiż mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 530/2008 huwa validu, dan ir-Regolament għandux jiġi interpretat fis-sens illi l-miżuri stabbiliti permezz tal-Artikolu 3 tal-istess Regolament jipprojbixxu ukoll li operaturi Komunitarji jaċċettaw il-ħatt l-art, it-tqegħid f’gaġeġ għat-tismin jew għat-trobbija, jew it-trażbordi f’ilmijiet jew f’portijiet tal-Komunità ta’ tonn maqbud fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran minn bastimenti li jtajru bandiera ta’ xi Stat extra-Komunitarju u li jistadu bil-purse seines.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bolzano (L-Italja) fid-19 ta’ Ġunju 2009 — Proċeduri kriminali kontra Martha Nussbaumer

(Kawża C-224/09)

2009/C 205/42

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Bolzano.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Martha Nussbaumer.

Domandi preliminari

1)

Il-liġi nazzjonali stabbilita skont id-Digriet Leġiżlattiv Nru 81, tad-9 ta’ April 2008, b’mod partikolari fir-rigward tar-regola introdotta fl-Artikolu 90(11), fil-parti fejn tistabbilixxi deroga għall-postijiet ta’ kostruzzjoni fejn huma preżenti iktar minn impriża waħda, mill-obbligu, min-naħa tal-klijent jew tal-persuna li tissorvelja l-proġett, milli jinħatar koordinatur għall-proġett skont il-paragrafu 3 tal-istess dispożizzjoni, f’każ ta’ xogħlijiet privati mhux suġġetti għal permess tal-bini, abbażi tal-evalwazzjoni tan-natura tax-xogħlijiet u tar-riskji partikolari kif elenkati mill-Anness II tad-direttiva, tikser ir-regola stabbilita mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/57/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1992 (1)?

2)

Il-liġi nazzjonali stabbilita mid-Digriet Leġiżlattiv Nru 81, tad-9 ta’ April 2008, b’mod partikolari fir-rigward tar-regola introdotta fl-Artikolu 90(11), tikser ir-regola stabbilita mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/57/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1992 fir-rigward tal-obbligu tal-klijent jew tal-persuna li tissorvelja l-proġett li f’kull każ jinħatar koordinatur matul it-twettiq tax-xogħol fil-postijiet ta’ kostruzzjoni, indipendentement mit-tip ta’ xogħlijiet, u għalhekk anki fil-każ ta’ xogħlijiet privati li mhumiex suġġetti għal permess tal-bini, li jistgħu jkunu jinvolvu r-riskji elenkati fl-Anness II tad-direttiva?

3)

Id-dispożizzjoni stabbilita permezz tal-Artikolu 90(11) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 81, tad-9 ta’ April 2008, fil-parti fejn tipprevedi l-obbligu min-naħa tal-koordinatur tal-eżekuzzjoni li jfassal pjan ta’ sigurtà biss fil-każ fejn, f’każ ta’ xogħlijiet privati mhux suġġetti għal permess tal-bini, jintervjenu impriżi oħra minbarra l-ewwel impriża li ġiet inizjalment inkarigata mix-xogħlijiet, tikser l-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/57/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1992, li jimponi f’kull każ l-obbligu li jinħatar koordinatur tal-eżekuzzjoni skont it-tip ta’ xogħlijiet u li jeskludi d-deroga mill-obbligu li jiġi mfassal pjan tas-sigurtà u tas-saħħa kemm-il darba x-xogħlijiet ikunu tali li jinvolvu riskji partikolari bħal dawk elenkati fl-Anness II tad-direttiva?


(1)  ĠU L 245, p. 6


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di Cortona (Italja) fid-19 ta’ Ġunju 2009 — Joanna Jakubowlka Edyta vs Alessandro Maneggia

(Kawża C-225/09)

2009/C 205/43

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Guidice di pace di Cortona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Joanna Jakubowlka Edyta

Konvenut: Alessandro Maneggia

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 3(g), 4, 10, 81 u 98 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħalma hija dik li tirriżulta mill-Artikoli 1 u 2 tal-Liġi Nru 339 tal-25 ta’ Novembru 2003, li jerġgħu jdaħħlu l-inkompatibbiltà tal-eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat min-naħa ta’ impjegati pubbliċi part-time u jċaħħdu lil dawn tal-aħħar, minkejja li dawn ikunu awtorizzati jeżerċitaw il-professjoni ta’ avukat, milli jeżerċitaw l-imsemmija professjoni billi jipprovdu għall-kanċellazzjoni mir-reġistru tal-avukati permezz ta’ deċiżjoni tal-kumitat għall-avukati kompetenti, ħlief jekk l-impjegat pubbliku jagħżel li jtemm ir-relazzjoni tal-impjieg?

2)

L-Artikoli 3(g), 4, 10 u 98 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħalma hija dik li tirriżulta mill-Artikoli 1 u 2 tal-Liġi Nru 339 tal-25 ta’ Novembru 2003, li jerġgħu jdaħħlu l-inkompatibbiltà tal-eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat min-naħa ta’ impjegati pubbliċi part-time u jċaħħdu lil dawn tal-aħħar, minkejja li dawn ikunu awtorizzati jeżerċitaw il-professjoni ta’ avukat, milli jeżerċitaw l-imsemmija professjoni billi jipprovdu għall-kanċellazzjoni mir-reġistru tal-avukati permezz ta’ deċiżjoni tal-kumitat għall-avukati kompetenti, ħlief jekk l-impjegat pubbliku jagħżel li jtemm ir-relazzjoni tal-impjieg?

3)

L-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill, tat-22 ta’ Marzu 1977, biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (77/249/KEE) (1), fejn jipprovdi li “Kull Stat Membru jista’ jeskludi avukati li huma fl-impjieg salarjat ta’ impriża pubblika jew privata mit-twettiq ta’ attivitajiet relatati mar-rappreżentazzjoni ta’ dik l-impriża fi proċeduri legali sa fejn avukati stabbiliti f’dak l-Istat m’għandhomx permess iwettqu dawk l-attivitajiet”, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħalma hija dik li tirriżulta mill-Artikoli 1 u 2 tal-Liġi Nru 339 tal-25 ta’ Novembru 2003, li jerġgħu jdaħħlu l-inkompatibbiltà tal-eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat min-naħa ta’ impjegati pubbliċi part-time u jċaħħdu lil dawn tal-aħħar, minkejja li dawn ikunu awtorizzati jeżerċitaw il-professjoni ta’ avukat, milli jeżerċitaw l-imsemmija professjoni billi jipprovdu għall-kanċellazzjoni mir-reġistru tal-avukati permezz ta’ deċiżjoni tal-kumitat għall-avukati kompetenti, ħlief jekk l-impjegat pubbliku jagħżel li jtemm ir-relazzjoni tal-impjieg, fil-każ fejn tali leġiżlazzjoni nazzjonali tapplika wkoll għall-avukati impjegati li jeżerċitaw l-attività ta’ avukat abbażi tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi?

4)

L-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/5/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, fejn jipprovdi li “Avukat irreġistrat fi Stat Membru ospitanti taħt it-titolu professjonali ta’ pajjiżu jista’ jipprattika bħala avukat b’salarju f’impjieg ma’ avukat ieħor, assoċjazzjoni jew azjenda ta’ avukati, jew impriża pubblika jew privata jekk kemm-il darba l-Istat Membru ospitanti jippermetti dan għal avukati rreġistrati taħt it-titolu professjonali użat f’dak l-Istat”, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma japplikax għal avukat li jkun impjegat pubbliku part-time?

5)

Il-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet kweżiti jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħalma hija dik li tirriżulta mill-Artikoli 1 u 2 tal-Liġi Nru 339 tal-25 ta’ Novembru 2003, li jdaħħlu l-inkompatibbiltà tal-eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat min-naħa ta’ impjegati pubbliċi part-time u li japplikaw ukoll għall-avukati li diġà kienu rreġistrati fir-reġistri tal-avukati fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-imsemmija Liġi Nru 339 tal-2003, fejn fl-Artikolu 2 tipprovdi biss terminu “moratorju” qasir sabiex issir l-għażla obbligatorja bejn l-impjieġ u l-eżerċizzju tal-professjoni tal-avukat?


(1)  ĠU L 78, p. 17

(2)  ĠU L 77, p. 36


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Torino (L-Italja) fit-22 ta’ Ġunju 2009 — Antonino Accardo et vs Comune di Torino

(Kawża C-227/09)

2009/C 205/44

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Torino.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Antonino Accardo, Viola Acella, Antonio Acuto, Domenico Ambrisi, Paolo Battaglino, Riccardo Bevilacqua, Fabrizio Bolla, Daniela Bottazzi, Roberto Brossa, Luigi Calabro’, Roberto Cammardella, Michelangelo Capaldi, Giorgio Castellaro, Davide Cauda, Tatiana Chiampo, Alessia Ciaravino, Alessandro Cicero, Paolo Curtabbi, Paolo Dabbene, Mauro D'Angelo, Giancarlo Destefanis, Mario Di Brita, Bianca Di Capua, Michele Di Chio, Marina Ferrero, Gino Forlani, Giovanni Galvagno, Sonia Genisio, Laura Dora Genovese, Sonia Gili, Maria Gualtieri, Gaetano La Spina, Maurizio Loggia, Giovanni Lucchetta, Sandra Magoga, Manuela Manfredi, Fabrizio Maschio, Sonia Mignone, Daniela Minissale, Domenico Mondello, Veronnica Mossa, Plinio Paduano, Barbaro Pallavidino, Monica Palumbo, Michele Paschetto, Frederica, Peinetti, Nadia Pizzimenti, Gianluca Ponzo, Enrico Pozzato, Gaetano Puccio, Danilo Ranzani, Pergianni Risso, Luisa Rossi, Paola Sabia, Renzo Sangiano, Davide Scagno, Paola Settia, Raffaella Sottoriva, Rossana Trancuccio, Fulvia Varotto, Giampiero Zucca, Fabrizio Lacognata, Guido Mandia, Luigi Rigon, Daniele Sgavetti

Konvenut: Comune di Torino

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 5, 17 u 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE (1) tat-23 ta’ Novembru 1993 dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jistgħu jiġu applikati direttament fl-ordinament legali ta’ Stat Membru, irrispettivament minn jekk tkunx saret traspożizzjoni formali jew irrispettivament minn regoli tad-dritt nazzjonali li jillimitawlhom l-applikabbilità għal ċerti gruppi professjonali, f’kawża fejn l-imsieħba soċjali ffirmaw ftehim kollettiv li huwa conformi ma’ din id-direttiva?

2)

Irrispettivament mill-kwistjoni jekk id-direttiva inkwistjoni għandhiex effett dirett, il-qrati ta’ Stat Membru għandhom l-obbligu, fi kwalunkew każ, li japplikaw direttiva li għadha mhijiex trasposta fl-ordinament legali nazzjonali jew li l-applikabbilità tagħha, wara li tiġi trasposta, tidher li hija prekluża mir-regoli tal-imsemmi dritt nazzjonali bħala mezz ta’ interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali u konsegwentement, li jibbażaw ruħhom fuq din id-direttiva sabiex isolvu ċerti dubji fir-rigward tal-interpretazzjoni?

3)

Il-qrati tal-Istat Membru huma preklużi milli jiddikjaraw aġir bħala illegali, u konsegwentement li jagħtu kumpens għal danni li jirriżultaw minn fatt inġust u illegali, meta tali aġir jidher li kien awtorizzat mill-imsieħba soċjali u tali awtorizzazzjoni hija konformi mad-dritt Komunitarju, għalkemm taħt il-forma ta’ direttiva mhux trasposta fid-dritt nazzjonali?

4)

L-Artikolu 17(3) tad-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza b’mod awtonomu, u konsegwentement b’mod kompletament indipendenti mill-paragrafu 2 u mil-lista ta’ attivitajiet u professjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu, l-intervent tal-imsieħba soċjali u r-regoli li jintroduċu dwar derogi fir-rigward tal-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa?


(1)  ĠU L 307, p. 18


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (Id-Danimarka) fis-26 ta’ Ġunju 2009 — Skatteministeriet vs DSV Road A/S

(Kawża C-234/09)

2009/C 205/45

Lingwa tal-kawża: Id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skatteministeriet

Konvenuta: DSV Road A/S

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 204(1)(a), b’referenza għall-Artikoli 92 u 96 flimkien mal-Artikolu 1 u l-Artikolu 4(9) u (10) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

a)

jiġi inkors dejn doganali jekk proċedura ta’ tranżitu għal merkanzija li ma teżistix fiżikament tinbeda bi żball fis-Sistema Ġdida ta’ Tranżitu Kompjuterizzata (NCTS) minn kunsinnatur awtorizzat, bil-konsegwenza li sussegwentement, il-proċedura ta’ tranżitu ma tkunx tista’ tiġi konkluża skont ir-regoli, jew li

b)

ma jiġix inkors dejn doganali peress li huwa preżunt li l-proċedura ta’ tranżitu tapplika biss għal merkanzija li teżisti fiżikament, b’mod illi l-ġenerazzjoni żbaljata ta’ tranżitu fis-sistema NCTS għal merkanzija li ma teżistix fiżikament ma twassalx għall-impożizzjoni ta’ dazji doganali?

2)

Jekk ir-risposta għad-domanda 1(a) tkun fil-pożittiv, il-kunċett ta’ “importazzjoni ta’ merkanzija” fl-Artikolu 4(10) flimkien mal-kunċett ta’ “merkanziji” fl-Artikolu 204(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kunċett ikopri kemm merkanzija li teżisti fiżikament kif ukoll merkanzija li ma teżistix fiżikament?


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fid-29 ta’ Ġunju 2009 — DHL Express France SAS vs Chronopost SA

(Kawża C-235/09)

2009/C 205/46

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DHL Express France SAS

Konvenuta: Chronopost SA

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 98 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-projbizzjoni ddikjarata minn qorti tat-trade marks Komunitarji għandha effett awtomatiku fit-territorju kollu tal-Komunità?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva, il-qorti għandha d-dritt li testendi din il-projbizzjoni speċifikament fit-territorju ta’ Stati oħra li fihom il-vjolazzjonijiet huma mwettqa, jew li hemm il-periklu li jitwettqu?

3)

F’wieħed minn dawn il-każijiet, il-miżuri b’saħħa koerċitiva li l-qorti, b’applikazzjoni tad-dritt nazzjonali tagħha, ikkwalifikat bil-projbizzjoni li hija tiddeċiedi japplikaw fit-territorju tal-Istati Membri li fihom din il-projbizzjoni tipproduċi l-effett tagħha?

4)

Fil-każ kuntrarju, il-qorti tista’ tiddeċiedi miżura b’saħħa koerċitiva tali, simili jew differenti minn dik li hija tadotta skont id-dritt nazzjonali tagħha, b’applikazzjoni tad-dritt nazzjonali tal-Istati li fihom din il-projbizzjoni għandha effett?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fid-29 ta’ Ġunju 2009 — Association Belge des Consommateurs Test-Achats ASBL, Yann van Vugt, Charles Basselier vs Conseil des ministres

(Kawża C-236/09)

2009/C 205/47

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Association Belge des Consommateurs Test-Achats ASBL, Yann van Vugt, Charles Basselier

Konvenut: Conseil des ministres

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2004, li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi (1) huwa kompatibbli mal-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod iktar speċifiku mal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni ggarantit mill-istess dispożizzjoni?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, huwa l-istess Artikolu 5(2) tad-Direttiva inkompattibbli wkoll mal-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jekk l-applikazzjoni tiegħu hija limitata biss għall-kuntratti ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja?


(1)  ĠU L 373, p. 37.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Bruxelles (Il-Belġju) fit-3 ta’ Lulju 2009 — Fluxys SA vs Commission de régulation de l’électricité et du gaz (Creg)

(Kawża C-241/09)

2009/C 205/48

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fluxys SA

Konvenuta: Commission de régulation de l’électricité et du gaz (Creg)

Domandi preliminari

L-Artikoli 1, 2 u 18 tad-Direttiva 2003/55/KE (1) u l-Artikolu 3 tar-Regolament 1775/2005/KE (2) jipprekludu lil-liġijiet nazzjonali milli jistabbilixxu sistema ta’ tariffi speċifika għall-attività ta’ tranżitu, li tidderoga mir-regoli li jirregolaw l-attività tat-trasport, filwaqt li joħolqu fi ħdan l-attività tat-trasport, distinzjoni bejn “trasport” u “tranżitu”?


(1)  Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU L 176, p.57)

(2)  Regolament (KE) Nru 1775/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Settembru 2005, dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta’ trasmissjoni tal-gass naturali (ĠU L 289, p.1)


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/28


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-252/09)

2009/C 205/49

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Zavvos u G. Braga da Cruz, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni (1), tad-19 ta’ Marzu 2007, li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) rigward il-kjarifika ta’ ċerti definizzjonijiet, jew f’kull każ, billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-imsemmija direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fit-23 ta’ Marzu 2008.


(1)  ĠU L 79, p. 11


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/29


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2009 minn Calvin Klein Trademark Trust mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Mejju 2009, fil-Kawża T-185/07, Calvin Klein Trademark Trust vs UAMI u Zafra Marroquineros, S.L.

(Kawża C-254/09 P)

2009/C 205/50

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Calvin Klein Trademark Trust (rappreżentant: T. Andrade Boué, avukat)

Appellat: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (UAMI) u Zafra Marroquineros, S.L.

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Mejju 2009 fil-Kawża T-185/07;

tikkundanna lill-UASI u lil Zafra Marroquineros, S.L għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ksur tal-ġurisprudenza dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 40/94 (1) dwar it-trade mark Komunitarja, rigward il-ħtieġa li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatturi kollha li jikkaratteriżżaw każ speċifiku: il-Qorti tal-Prim’Istanza naqset milli tagħti importanza ġuridika xierqa lill-fatt li l-applikant tat-trade mark Komunitarja uża din it-trade mark biex jikkopja it-trade marks magħrufa cK, u mill-azzjoni tiegħu stess jirriżulta mingħajr ebda dubju li l-ittri CK jikkostitwixxu l-parti l-iktar distintiva tat-trade mark Komunitarja inkwistjoni.

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94 peress li l-Qorti tal-Prim’Istanza naqset li tevalwa r-reputazzjoni tat-trade marks kunfliġġenti fil-kuntest ta’ dan l-Artikolu.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/29


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-255/09)

2009/C 205/51

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Traversa u M. França, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li, billi ma pprovdietx, fid-Digriet-Liġi Nru 177/92, tat-13 ta’ Awwissu 1992, li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għar-rimbors tal-ispejjeż mediċi sostnuti barra mill-pajjiż, jew f’dispożizzjonijiet oħra tad-dritt nazzjonali, għall-possibbiltà ta’ rimbors tal-ispejjeż mediċi għal kura mhux fl-isptar sostnuti fi Stat Membru ieħor, ħlief fiċ-ċirkustanzi previsti fir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (1), jew fil-każ li l-imsemmi digriet-liġi jippermetti l-possibbiltà għar-rimbors tal-ispejjeż mediċi għal kura mhux fl-isptar sostnuti fi Stat Membru ieħor, billi jissuġġetta dan ir-rimbors għal awtorizzazzjoni minn qabel, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 KE.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li r-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 KE, hekk kif interpretat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li l-Artikolu 49 KE japplika għas-sitwazzjoni ta’ pazjent li jirċievi servizzi mediċi mħallsa fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat tar-residenza tiegħu.

Fil-Portugall, id-Digriet-Liġi Nru 177/92, li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għar-rimbors tal-ispejjeż mediċi sostnuti barra mill-pajjiż, ma jipprovdix espressament għar-rimbors tal-ispejjeż mediċi għal kura mhux fl-isptar sostnuti fi Stat Membru ieħor, ħlief fiċ-ċirkustanzi previsti fir-Regolament Nru 1408/71, jew skont l-interpretazzjoni proposta mill-awtoritajiet Portugiżi, jissuġġetta r-rimbors ta’ dawn l-ispejjeż mediċi għal kura mhux fl-isptar għal awtorizzazzjoni minn qabel, taħt kundizzjonijiet restrittivi.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU L 149, p. 2)


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/30


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru

(Kawża C-426/08) (1)

2009/C 205/52

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 285, 08.11.2008


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/30


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Ġunju 2009 — People’s Mojahedin Organization of Iran vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Renju tal-Olanda

(Kawża C-576/08) (1)

2009/C 205/53

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tal-Qorti ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2008


Il-Qorti tal-Prim' Istanza

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/31


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Lulju 2009 — JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat vs Il-Kunsill

(Kawża T-348/05 INTP)

(Proċedura - Interpretazzjoni ta’ sentenza)

2009/C 205/54

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat (Kirovo-Chepetsk, ir-Russja) (rappreżentant: B. Evtimov, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch, avukat)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Talabér-Ritz u H. van Vliet, aġenti)

Suġġett

Talba għall-interpretazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Settembru 2008 (T-348/05).

Dispożittiv

1)

Il-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Settembru 2008, JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat vs Il-Kunsill (T-348/05) għandu jiġi interpretat fis-sens li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 945/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 658/2002 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja u r-Regolament (KE) Nru 132/2001 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina, inter alia, mill-Ukraina, wara r-reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, huwa annullat sa fejn jikkonċerna lil JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat.

2)

JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

3)

L-oriġinal ta’ din is-sentenza għandu jiġi anness mal-oriġinal tas-sentenza li ġiet interpretata, u fil-marġni tagħha għandha ssir referenza għas-sentenza preżenti.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/31


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Lulju 2009 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-375/05) (1)

(“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Tabakk mhux ipproċessat - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999”)

2009/C 205/55

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: G. Carraro, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u L. Visaggio, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/579/KE, tal-20 ta’ Lulju 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 199, p. 84), sa fejn din teskludi ċertu nfiq magħmul mir-Repubblika Taljana fis-settur tat-tabakk mhux ipproċessat.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 296, 26.11.2005.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/32


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Lulju 2009 — Peugeot u Peugeot Nederland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-450/05) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Distribuzzjoni ta’ vetturi awtomobilistiċi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Limitazzjoni tal-esportazzjoni parallela mill-Olanda - Sistema ta’ remunerazzjoni tal-konċessjonarji u pressjonijiet - Ftehim li għandu għan antikompetittiv - Multi - Gravità u tul tal-ksur”)

2009/C 205/56

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Automobiles Peugeot SA (Pariġi, Franza); u Peugeot Nederland NV (Utrecht, l-Olanda) (rappreżentanti: O. d’Ormesson u N. Zacharie, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment A. Bouquet, F. Arbault u A. Whelan, sussegwentement A. Bouquet u M. Kellerbauer, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 3683 finali tal-5 ta’ Ottubru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każijiet F-2/36.623/36.820/37.275 — SEP et vs Automobiles Peugeot SA) u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa mogħtija lir-rikorrenti minn din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

L-ammont tal-multa mogħtija lil Automobiles Peugeot SA u lil Peugeot Nederland NV skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 3683 finali tal-5 ta’ Ottubru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każijiet F-2/36.623/36.820/37.275 — SEP et vs Automobiles Peugeot SA) huwa ffissat għal EUR 44 550 000.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Automobiles Peugeot u Peugeot Nederland huma kkundannati għal 90 % tal-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal 90 % tal-ispejjeż tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

4)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għal 10 % tal-ispejjeż tagħha kif ukoll għal 10 % tal-ispejjeż ta’ Automobiles Peugeot u Peugeot Nederland.


(1)  ĠU C 74, 25.03.2006.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/32


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Zenab vs Il-Kummssjoni

(Kawża T-33/06) (1)

(“Sostenn finanzjarju Komunitarju - Programm ta’ tħeġġiġ għall-iżvilupp, għat-tqassim u għall-promozzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA Plus) - Sejħa għal proposti - Ċaħda tal-proposta - Delegazzjoni illegali allegata ta’ kompetenzi mogħtija lill-Kummissjoni - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Aċċess għad-dokumenti - Rikors għal annullament u għad-danni”)

2009/C 205/57

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Zenab SPRL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Wndey u P. De Bandt, avukati)

Konvenuta: Il-Kummssjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u L. Pignataro-Nolin, aġenti)

Suġġett

Fl-ewwel lok, annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 648599 tad-9 ta’ Novembru 2005, u, fit-tieni lok, konstatazzjoni tar-reponsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità Ewropea u l-kundanna tal-Kummissjoni li tħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 37 807 bħala danni għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tas-sejħa għal proposti, l-ammont tad-danni morali minħabba l-ħsara għar-reputazzjoni u l-ammont tad-danni materjali minħabba d-dewmin fl-eżekuzzjoni tal-proġett EuroVOD kif ukoll il-ħatra ta’ espert sabiex jiġu evalwati dawn id-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud

2)

Zenab SPRL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 74, 25.3.2006.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/33


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — DSV Road vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-219/07) (1)

(“Unjoni doganali - Importazzjoni ta’ disketti mit-Tajlandja - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 239 tar-Regolament (KE) Nru 2913/92”)

2009/C 205/58

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: DSV Road NV (Puurs, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Poelmans, A. Calewaert u R. de Wit, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Konstantinidis u S. Schønberg, aġenti, assistiti minn F. Tuytschaever, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ April 2007, li tindika lill-awtoritajiet Belġjani li t-teħid inkunsiderazzjoni a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni fuq disketti mit-Tajlandja huwa ġġustifikat u li l-għoti ta’ remissjoni fuq dawn id-dazji mhuwiex iġġustifikat (fajl REC 05/02)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

DSV Road NV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 08.09.2007.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/33


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza 8 ta’ Lulju 2009 — Laboratorios Del Dr. Esteve vs UASI — Ester C (ESTER-E)

(Kawża T-230/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ESTER-E - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ESTEVE - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)

2009/C 205/59

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratorios Del Dr. Esteve, SA (Barċellona, Spanja) (rappreżentant: K. Manhaeve, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: The Esther C Company (Prescott, Arizona, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment R. Bird, solicitor u sussegwentement, H. Wistam, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ April 2007 (Każ R 737/2006-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Del Dr. Esteve, SA u The Ester C Company.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Laboratorios Del Dr. Esteve, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 199, 25.8.2007.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/33


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Lulju 2009 — Ristic et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-238/07) (1)

(“Politika dwar is-saħħa tal-annimali - Miżuri ta’ protezzjoni - Deċiżjoni 2007/362/KE - Rikors għal annullament - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għad-danni - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettatitvi leġittimi - Obbligu ta’ premura - Dritt ta’ proprjetà u dritt għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika”)

2009/C 205/60

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ristic AG (Burgthann, il-Ġermanja); Piratic Meeresfrüchte Import GmbH (Burgthann, il-Ġermanja); Prime Catch Seafood GmbH (Burgthann, il-Ġermanja); u Rainbow Export Processing, SA (rappreżentant: H. Schmidt, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Erlbacher u A. Szmytkowska, aġenti)

Suġġett

Min-naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/362/KE, tas-16 ta’ Mejju 2007, li temenda d-Deċiżjoni 2004/432/KE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi sottomessi minn pajjiżi terzi skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 138, p. 18), u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal annullament.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ristic AG, Piratic Meeresfrüchte Import GmbH, Prime Catch Seafood, u Rainbow Export Processing, SA huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/34


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Mars vs UASI — Ludwig Schokolade (forma ta’ ċikkulata [chocolate bar])

(Kawża T-28/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ ċikkulata - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009] - Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009] - Dritt għal smigħ - Artikoli 73 u 74 tar-Regolament Nru 40/94 [li saru l-Artikoli 75 u 76 tar- Regolament Nru 207/2009]”)

2009/C 205/61

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mars, Inc. (McLean, Virginia, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Bryson, barrister, u G. Mills, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Ludwig Schokolade GmbH & Co. KG (Bergisch Gladbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Knitter u R. Jacobs, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Ottubru 2007, (Każ R 1325/2006-2) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Ludwig Schokolade GmbH & Co. KG u Mars, Inc.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mars, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 92, 12.4.2008.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/34


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Promat vs UASI — Prosima Comercial (PROSIMA PROSIMA COMERCIAL S.A.)

(Kawża T-71/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PROSIMA PROSIMA COMERCIAL S.A. - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti PROMINA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh bejn il-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009]”)

2009/C 205/62

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Promat GmbH (Ratingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment S. Beckmann, sussegwentement H. Alt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment A. Poch, sussegwentement G. Schneider, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Prosima Comercial, SA (Barċellona, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Novembru 2007 (Każ R 574/2007-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Promat GmbH u Prosima Comercial, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Promat GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 92, 12.04.2008.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/35


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummssjoni vs Atlantic Energy

(Kawża T-182/08) (1)

(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt ta’ għajnuna finanzjarja konkluż fil-kuntest ta’ programm speċifiku fil-qasam tal-enerġija mhux nukleari - Nuqqas ta’ osservanza tal-kuntratt - Rimbors ta’ somom imħallsa bil-quddiem - Tpaċija legali - Proċedura fil-kontumaċja”)

2009/C 205/63

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummssjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment A.-M. Rouchaud-Joët u S. Lejeune, sussegwentement A.-M. Rouchaud-Joët u F. Mirza, aġenti, assistiti minn M. Jarvis, barrister)

Konvenuta: Atlantic Energy Ltd (Truro, Cornwall, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 238 KE sabiex tinkiseb il-kundanna tal-konvenuta għar-rimbors ta’ ħlas bil-quddiem min-naħa tal-Komunità Ewropea, flimkien mal-interessi, fil-kuntest tal-kuntratt BU 183/95 UK/AT.

Dispożittiv

1)

Atlantic Energy Ltd hija kkundannata sabiex tirrimborsa lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej is-somma ta’ EUR 226 010, flimkien mal-interessi previsti fl-Artikolu 23.1 tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt BU 183/95 UK/AT għall-perijodi inklużi, minn naħa, bejn l-1 ta’ Ġunju 1996 u t-28 ta’ Frar 2002 u, min-naħa l-oħra, bejn is-16 ta’ Lulju 2002 u l-31 ta’ Mejju 2008, u mnaqqsa mis-somma ta’ EUR 3 610,53, fejn din is-somma finali nnifisha kienet tinkludi l-interessi previsti fl-Artikolu 23.1 tal-kundizzjonijiet ġenerali ċċitati iktar ’il fuq mill-1 ta’ Ġunju 2008 sal-ħlas komplet tad-dejn.

2)

Atlantic Energy hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 171, 05.07.2008.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/35


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel vs UASI — Schwarzbräu (ALASKA)

(Kawża T-225/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva ALASKA - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)

2009/C 205/64

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH (Ebersburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Wadenbach, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Schwarzbräu GmbH (Zusmarshausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Schlarmann, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ April 2008 (Każ R 877/2004-4) fir-rigward ta’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH u Schwarzbräu GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

3)

Schwarzbräu GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 223, 30.8.2008.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/36


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel vs UASI — Schwarzbräu (Alaska)

(Kawża T-226/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali Alaska - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)

2009/C 205/65

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH (Ebersburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Wadenbach, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Schwarzbräu GmbH (Zusmarshausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Schlarmann, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ April 2008 (Każ R 1124/2004-4) fir-rigward ta’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH u Schwarzbräu GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

3)

Schwarzbräu GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 223, 30.8.2008.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/36


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Procter & Gamble vs UASI — Laboratorios Alcala Farma (oli)

(Kawża T-240/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja oli - Trade marks verbali Komunitarji preċedenti OLAY - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li issa sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)

2009/C 205/66

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Procter & Gamble Company (Cincinnati, Ohio, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Scourfield, N. Beckett, solicitors, u A. Speck, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliar-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Laboratorios Alcala Farma SL (Madrid, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ April 2008 (Każ R 1481/2007-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Procter & Gamble Company u Laboratorios Alcala Farma, SL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

The Procter & Gamble Company hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 209 15.8.2008.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/37


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Lulju 2009 — Melli Bank vs Il-Kunsill

(Kawżi magħquda T-246/08 u T-332/08) (1)

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Stħarriġ ġudizzjarju - Proporzjonalità - Trattament ugwali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007”)

2009/C 205/67

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Melli Bank plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment R. Gordon, QC, J. Stratford u M. Hoskins, barristers, R. Gwynne u T. Din, solicitors, sussegwentement D. Anderson, QC, M. Hoskins, S. Gadhia, D. Murray u M. Din, solicitors)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja (rappreżentanti: M. Bishop u E. Finnegan, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, E. Belliard u L. Butel, aġenti); Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: V. Jackson, aġent, assistit minn S. Lee, barrister); u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Boelaert u P. Aalto, aġenti):

Suġġett

Fil-Kawżi T-246/08 u T-332/08, l-annullament tal-punt 4 tat-Tabella B tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/475/CE, tat-23 Ġunju 2008, li timplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 163, p. 29), sa fejn dan jikkonċerna lil Melli Bank plc, u, fil-Kawża T-332/08, eventwalment, dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà tal-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007, tad-19 ta’ April 2007, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 103, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Melli Bank plc għandu jbati, barra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq, ir-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 197, 2.8.2008.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/37


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Lulju 2009 — Biotronik vs UASI (BioMonitor)

(Kawża T-257/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BioMonitor - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)

2009/C 205/68

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Biotronik GmbH & Co. KG (Berlin, il-Ġermanja)(rappreżentanti: inizjalment U. Sander u R. Böhm, sussegwentement R. Böhm, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ April 2008 (Każ R 466/2007-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BioMonitor bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Biotronik GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 223, 30.8.2008.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/37


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Ġunju 2009 — Impala vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-464/04) (1)

(“Kompetizzjoni - Konċentrazzjoni - Impriża komuni Sony BMG - Nuqqas ta’ suġġett tal-kawża - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

2009/C 205/69

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Independent Music Publishers and Labels Association (Impala, association internationale) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Crosby u J. Golding, solicitors, u I. Wekstein, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: X. Lewis u K. Mojzesowicz, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Bertelsmann AG (Gütersloh, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Chappatte u J. Boyce, solicitors); Sony BMG Music Entertainment BV (Vianen, l-Olanda); u Sony Corporation of America (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: N. Levy, barrister, R. Snelders u T. Graf, avukati)

Suġġett

L-annullament tad-Deċiżjoni 2005/188/KE tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Lulju 2004, li tiddikjara konċentrazzjoni bħala kompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/M.3333 — Sony/BMG) (ĠU 2005, L 62, p. 30).

Dispożittiv

1)

M’hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha, quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza u kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  ĠU C 6, 8.1.2005.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/38


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-26 ta’ Ġunju 2009 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-114/08 P) (1)

(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Terminu raġonevoli għall-preżentata ta’ talba għal kumpens - Dewmien - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”)

2009/C 205/70

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Novembru 2007, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-21/07, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u li huwa intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 107, 26.4.2008.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/38


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Ġunju 2009 — Securvita vs UASI (Natur-Aktien-Index)

(Kawża T-285/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja Natur-Aktien Index - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Talba għal riforma - Inammissibbiltà manifesta”)

2009/C 205/71

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Securvita — Gesellschaft zur Entwicklung alternativer Versicherungskonzepte mbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. van Eendenburg, C. Uhlig u J. Nabert, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Mejju 2008 (Każ R 525/2007-4), li tikkonċerna applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Natur-Aktien-Index bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Securvita Gesellschaft zur Entwicklung alternativer Versicherungskonzepte mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 247, 27.09.2008.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/39


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Lulju 2009 — Insula vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-246/09 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Noti ta’ debitu - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”)

2009/C 205/72

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Conseil scientifique international pour le développement des îles (Insula) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Marsal u J.-D. Simonet, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni ta’ żewġ noti ta’ debitu li jimponu r-rimbors ta’ somom ta’ flus mogħtija lir-rikorrent fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ sussidju.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/39


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2009 — Balfe et vs Il-Parlament

(Kawża T-219/09)

2009/C 205/73

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Richard Balfe (Newmarket, ir-Renju Unit), C (Milan, l-Italja), C (Madrid, Spanja), C (Lancashire, ir-Renju Unit), C (Gnobkummerfeld, il-Ġermanja), C (Longré, Franza), C (Saint-Martin de Crau, Franza), C (Bregenz, l-Awstrija), C (West Yorkshire, ir-Renju Unit), C (Marsilja, Franza), C (Rudsebheim, il-Ġermanja), C (Devon, ir-Renju Unit), C (Barċellona, Spanja), C (Pariġi, Franza), C (Wexford, l-Irlanda), C (Bozen, l-Italja), C (Madrid), C (Porto, il-Portugall), C (Iaf Nennhau, ir-Renju Unit), C (Milan), C (Limonest, Franza), C (Colares-Sintra, il-Portugall), C (Benfica do Ribatejo, il-Portugall), C (Saint-Étienne, Franza), C (Cournon-d’Auvergne, Franza), C (Lutterworth Leics, ir-Renju Unit), C (Cumbria, ir-Renju Unit), C (Oxfordshire, ir-Renju Unit), C (Bratislava, is-Slovakkja), C (il-Polonja), C (Varsavja, il-Polonja), C (Radom, il-Polonja), C (Boulogne-Billancourt, Franza), C (Helsinki, il-Finlandja), C (Lyon, Franza), C (Ateni, il-Greċja), C (Funchal, il-Portugall), C (Londra, ir-Renju Unit), C (Le Val-d’Ajol, Franza), C (Tallinn, l-Estonja), C (Glasgow, r-Renju Unit), C (Riom, Franza), C (Hampshire, ir-Renju Unit), C (Coventry, ir-Renju Unit), C (Helsinki), C (Krakovja, il-Polonja), C (Pamplona, Spanja), C (l-Iskozja, ir-Renju Unit), C (Liżbona, il-Portugall), C (Liżbona), C (Pariġi), C (Budapest, l-Ungerija), C (Maia, il-Portugall), C (Bielsko-Biała, il-Polonja), C (Wetherby, ir-Renju Unit), C (La Possession, Franza), C (Cornwall, ir-Renju Unit), C (Epernay, Franza), C (Bolton, ir-Renju Unit), C (Kępno, il-Polonja), C (Amsterdam, l-Olanda), C (Palermo, l-Italja), C (Kent, ir-Renju Unit), C (Bedforshire, ir-Renju Unit), C (Varsavja), Fondi tal-pensjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrenti

id-deċiżjonijiet meħuda mill-Bureau tal-Parlament fid-9 ta’ Marzu u t-3 ta’ April 2009 li jemendaw is-sistema ta’ pensjoni addizzjonali volontarja tal-membri tal-Parlament Ewropew, huma annullati;

il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu u tat-3 ta’ April 2009 li jemendaw is-sistema ta’ pensjoni addizzjonali (volontarja) li tinsab fl-Anness VIII tar-regoli dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-membri tal-Parlament Ewropew. L-emendi essenzjalment jirrigwardaw it-tneħħija tal-possibbiltà ta’ irtirar kmieni mix-xogħol, mill-età ta’ 50 sena ’l fuq, u l-possibbiltà li wieħed ikun jista’ jgawdi l-pensjoni taħt forma ta’ kapital, kif ukoll iż-żieda tal-età tal-pensjoni minn 60 għal 63 sena.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw fil-merti erba’ motivi bbażati fuq:

inkompetenza tal-Parlament li jemenda unilateralment it-termini tal-kuntratt ta’ adeżjoni għas-sistema ta’ pensjoni addizzjonali volontarja;

ksur ta’ drittijiet akkwistati kif ukoll ta’ prinċipji ta’ trattament ugwali, ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali peress li ġew injorati, b’mod partikolari, it-termini ċari tal-Istatut tal-membri tal-Parlament Ewropew u peress li ma ġiet prevista ebda miżura tranżitorja;

żbalji dwar il-kawżi u l-motivi li jinsabu fil-motivazzjoni tal-atti kkontestati, kemm f’dak li jikkonċerna s-sistema legali ta’ din it-tip ta’ sistema ta’ pensjoni speċifika, addizzjonali u fakultattiva kif ukoll f’dak li jikkonċerna l-ġestjoni u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-fondi tal-pensjoni;

ksur tal-prinċipji ta’ eżekuzzjoni in bona fide u nullità ta’ klawżoli purament diskrezzjonali peress li ġew emendati unilateralment u retroattivament it-termini tal-ingaġġ u peress li ma ġiet prevista ebda allowance.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/40


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2009 — CEVA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-224/09)

2009/C 205/74

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Centre d’étude et de valorisation des algues SA (CEVA) (Pleubian, Franza) (rappreżentant: J.-M. Peyrical, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

prinċipalment, tikkonstata l-ineżistenza ta’ rabtiet kuntrattwali bejn il-Kummissjoni Ewropea u ċ-CEVA u, konsegwentement,

tannulla t-titolu eżekuttiv Nru 3230900440 tal-Kummissjoni Ewropea datat is-6 ta’ April 2009;

sussidjarjament, tikkonstata n-nuqqas ta’ motivazzjoni tat-titolu eżekuttiv Nru 3230900440 tal-Kummissjoni Ewropea datat is-6 ta’ April 2009;

tikkonstata r-riskju ta’ arrikkiment indebitu tal-Kummissjoni fil-każ tar-rimbors miċ-CEVA tas-somma ta’ EUR 179 896 flimkien mal-interessi għal arretrati;

konsegwentement, tannulla t-titolu eżekuttiv Nru 3230900440 tal-Kummissjoni Ewropea datat is-6 ta’ April 2009.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrent jitlob l-annullament tat-titolu eżekuttiv li permezz tiegħu l-Kummissjoni talbet ir-rimbors tas-somom kollha mħallsa bil-quddiem lir-rikorrent fil-kuntest tal-kuntratt PROTOP Nru EVK3-CT-2002-30004 dwar proġett ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent iressaq tliet motivi:

ta’ inammissibbiltà tat-titolu eżekuttiv fin-nuqqas ta’ rabta kuntrattwali bejn ir-rikorrent u l-Kummissjoni;

ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti, sa fejn il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq allegat ksur tal-obbligi kuntrattwali minn naħa tar-rikorrent mingħajr madankollu ma tesponi r-raġunijiet tad-dritt u ta’ fatt insostenn ta’ din l-allegazzjoni;

ta’ ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ arrikkiment indebitu, ir-rimbors sħiħ tas-somma mitluba mill-Kummissjoni li għandha bħala konsegwenza li din tinsab arrikkita b’mod indebitu, sa fejn jkunu sarulha xogħolijiet u studji mwettqa mir-rikorrent mingħajr madankollu ma tkun ħallset għalihom.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/40


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2009 — Access Info Europe vs Il-Kunsill

(Kawża T-233/09)

2009/C 205/75

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Access Info Europe (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: O. Brouwer u J. Blockx, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-Kunsill iħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, inklużi l-ispejjeż ta’ eventwali intervenjenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob, abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1), l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li rrifjutat l-aċċess sħiħ għad-Dokument 16338/08, nota mis-Segretarjat Ġenerali lill-Grupp ta’ Ħidma fuq l-Informazzjoni dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Il-Kunsill allegatament ipprovda lir-rikorrenti biss b’aċċess għal verżjoni mqassra ta’ dan id-dokument, u eskluda dawk il-partijiet li jagħmluha possibbli li jiġu identifikati d-delegazzjonijiet li jipproponu emendi.

Ir-rikorrenti ssosnti li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata abbażi tal-motivi segwenti:

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill kiser l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 billi

(a)

naqas milli juri kif l-iżvelar tal-ismijiet tad-delegazzjonijiet seta’ jkun ta’ dannu serju għall-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-istituzzjoni;

(b)

la ta prova tar-riskju li l-opinjonijiet tad-delegazzjonijiet ma jibqgħux jiġu ppreżentati bil-miktub u lanqas kif dan seta’ jkun ta’ dannu serju għall-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-istituzzjoni; u

(ċ)

naqas milli jqis l-interess imperattiv pubbliku fl-iżvelar tal-identità tad-delegazzjonijiet nazzjoniali.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssosnti li l-Kunsill kiser l-obbligu ta’ motivazzjoni kif stabbilit mill-Artikolu 253 KE u mill-Artikoli 7(1) u 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/41


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2009 — Kalliópi Nikoláou vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-241/09)

2009/C 205/76

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Kalliópi Nikoláou (Ateni) (rappreżentant: V. Christianós)

Konvenut: Il-Qorti tal-Awdituri

Talbiet tar-rikorrent

tikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri tikkumpensa d-dannu morali subit minn K. Nikoláou permezz tas-segwenti miżuri:

il-ħruġ ta’ komunikazzjoni formali, flimkien ma’ K. Nikoláou fir-rigward tal-kontenut tagħha — li għandha tintbagħt ukoll lil din tal-aħħar — indirizzata lill-awtoritajiet Komunitarji kollha, u b’mod partikolari, lill-Parlament Europew, lill-Kummissjoni Europea, u lill-bqija tal-istituzzjonijiet u korpi Kommunitarji, fir-rigward tal-iskolpar ta’ K. Nikoláou mill-akkużi mressqa kontriha.

il-pubblikazzjoni uffiċjali fl-istess ġurnali Lussemburgiżi, Ġermaniżi, Griegi, Franċiżi, Spanjoli u Belġjani li ppubblikaw artikoli sfavorevoli fir-rigward ta’ K. Nikoláou, li kienu jiċċittaw lill-Qorti tal-Awdituri bħala sors, kif ukoll fil-“European Voice”, fir-rigward tal-iskolpar tar-rikorrenti mill-akkużi mressqa kontriha

sussidjarjament, jekk il-Qorti tal-Awdituri ma ssewwix l-immaġni pubblika ta’ K. Nikoláou permezz tal-mezzi indikati iktar ’il fuq, tikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri tħallas lil K. Nikoláou, bħala kumpens għad-dannu morali, is-somma ta’ mitt elf Euro (EUR 100 000), flimkien mal-interessi li jibdew jiddekorru minn meta din irċeviet ir-“Request for compensation” tal-14 ta’ April 2009 sal-ħlas ta’ din is-somma, li K. Nikoláou timpenja ruħa li tuża sabiex twettaq il-pubblikazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet indikati iktar ’il fuq.

tikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri tħallas lill-K. Nikoláou, bħala kumpens għad-dannu morali subit minnha minħabba l-proċeduri quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji Lussemburgiżi, is-somma ta’ erbgħin elf Euro (EUR 40 000), flimkien mal-interessi li jibdew jiddekorru minn meta irċeviet ir-“Request for compensation” tal-14 ta’ April 2009 sal-ħlas ta’ din is-somma.

tikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri tħallas lil K. Nikoláou, bħala kumpens għad-dannu materjali sostnut minnha minħabba l-proċeduri quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji Lussemburgiżi, u b’mod partikolari quddiem il-“Juge d’instruction” u t-“Tribunal d’arrondissement de Luxembourg”, is-somma ta’ seba’ u ħamsin elf seba’ mija u wieħed u sebgħin Euro u erbgħin ċenteżmu (EUR 57 771,40), bħala miżati tal-avukat Maître Hoss għar-rappreżentazzjoni tiegħu quddiem l-entitajiet imsemmija iktar ’il fuq, u s-somma ta’ erbat elef Euro (EUR 4 000) bħala spejjeż ta’ trasport lejn il-Lussemburgu sabiex tidher quddiem l-entitajiet imsemmija iktar ’il fuq, u b’mod partikolari s-somma ta’ elf u ħames mitt Ewro (EUR 1 500) sabiex tidher quddiem il-“Juge d’instruction” u EUR 2 500 sabiex tidher quddiem it-“Tribunal d’arrondissement de Luxembourg”, dawn kollha flimkien mal-interessi li jibdew jiddekorru minn meta l-Qorti tal-Awdituri rċeviet ir-“Request for compensation” tal-14 ta’ April 2009 sal-ħlas ta’ dawn is-sommom.

tikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri għall-ispejjeż sostnuti minn K. Nikoláou fil-kuntest ta’ dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti tal-Awdituri, b’mod flagranti, kisret kemm id-dispożizzjonijiet speċifiċi li jagħtu drittijiet lill-individwi kif ukoll drittijiet fundamentali, li hija għandha l-obbligu li tirrispetta fit-twettiq tal-kompetenzi tagħha.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti tal-Awdituri, b’mod flagranti, kisret l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 (1) u l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri 99/50 u li naqset mill-obbligu ta’ assistenza tagħha, minħabba li hija ppermettiet li terzi jsiru jafu b’akkużi magħmulin fil-konfront ta’ K. Nikoláou qabel ma nfetħet investigazzjoni uffiċjali. Skont ir-rikorrenti, il-Qorti tal-Awdituri m’għamlet xejn sabiex timpedixxi li dawn l-akkużi jinxterdu u, iktar minn hekk, sussegwentement hija fl-ebda mument ma pproċediet sabiex terġa’ tivverifika dawn l-akkużi u tirtirhom, minkejja li r-rikorrenti batiet dannu morali gravi b’riżultat ta’ dan.

It-tieni nett, meta hija bdiet l-investigazzjoni fil-konfront tar-rikorrenti, il-Qorti tal-Awdituri, b’mod flagranti, kisret l-Artikoli 2 u 4 tad-Deċiżjoni 99/50, id-dritt tad-difiża tar-rikorrenti u l-prinċipju ta’ imparzjalità ta’ investigazzjoni, flimkien mal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. Dan l-aġir kellu l-konsegwenza li jikkawża mhux biss dannu morali lir-rikorrenti iżda wkoll dannu materjali gravi, peress li, abbażi tal-informazzjoni tal-investigazzjoni, r-rikorrenti ġiet irrinvijata quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji Lussemburgiżi u kellha ssostni spejjeż għoljin.

It-tielet nett, il-Qorti tal-Awdituri, b’mod flagranti, kisret l-obbligu tagħha ta’ assistenza u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, minħabba li hija ma bagħtitx l-informazzjoni li hija kellha u li kienet ta’ importanza determinanti sabiex ir-rikorrenti tiġi skolpata mill-akkużi mressqa kontriha lill-awtoritajiet ġudizzjarji Lussemburgiżi. Ir-rikorrenti ssostni, sussegwentement, li din l-informazzjoni kienet tikkonċerna l-kwistjoni tal-leave tal-persunal tal-Qorti tal-Awdituri u, li tali informazzjoni, kieku intbagħtet mill-Qorti tal-Awdituri, kienet tipprekludi li r-rikorrenti tiġi msejħa quddiem il-maġistrati inkwirenti u quddiem il-qorti kriminali Lussemburgiża u din kienet twassal sabiex jiġu rripristinati l-unur u r-reputazzjoni tagħha.

Ir-raba’ nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti tal-Awdituri, b’mod flagranti, kisret il-prinċipju ta’ imparzjalità u ta’ amministrazzjoni tajba meta tat deċiżjoni dwar ir-rinviju tal-kawża tar-rikorrenti quddiem il-qorti. Dan l-aġir ikkawża dannu morali saħansitra ikbar lir-rikorrenti.

Il-ħanes nett, skont id-dikjarazzjonijiet tar-rikorrenti, il-Qorti tal-Awdituri, b’mod flagranti, naqset milli twettaq l-obbligu tagħha ta’ assistenza billi ma adottatx deċiżjoni li tiskolpaha uffiċjalment u billi naqset milli tirripristina l-unur tagħha wara li din ġiet skolpata. Dan in-nuqqas kellu bħala konsegwenza li baqgħu dubji dwar l-innoċenza ta’ K. Nikoláou u kkawżala dannu morali addizzjonali.


(1)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/42


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2009 — Schräder vs CPVO — Hansson (Lemon Symphony)

(Kawża T-242/09)

2009/C 205/77

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Ralf Schräder (Lüdinghausen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Leidereiter u W.-A. Schmidt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Komunità tal-Varjetajiet ta’ Pjanti

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jørn Hansson (Søndersø, id-Danimarka)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-konvenut tat-23 ta’ Jannar 2009, u

tikkundanna lis-CPVO għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għall-protezzjoni Komunitarja tal-varjetajiet ta’ pjanti kkonċernati: Lemon Symphony

Proprjetarju tal-protezzjoni Komuntarja tal-varjetajiet ta’ pjanti: Jørn Hansson

Deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Komunità tal-Varjetajiet ta’ Pjanti kkontestata quddiem il-Bord tal-Appell: rifjut tal-annullament tal-protezzjoni Komunitarja tal-varjetajiet ta’ pjanti li tkopri Lemon Symphony skont l-Artikolu 20(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 (1).

Awtur tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell:ir-rikorrent

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 u tal-prinċipji ta’ proċedura ġeneralment rikonoxxuti fis-sens tal-Artikolu 81 tar-Regolament Nru 2100/94 sa fejn il-Bord tal-Appell iddeċieda fid-deċiżjoni kkontestata mingħajr ma investiga suffiċjentement il-fatti li għandhom jiġu evalwati;

ksur tal-Artikolu 20(1)(a) u tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2100/94 sa fejn il-Bord tal-Appell iqis, milli jidher b’mod żbaljat, li r-rikorrent ma setax juri li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2091)(a) ġew sodisfatti u, minħabba f’hekk, injora l-portata ta’ din id-dispożizzjoni;

ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 2100/94 sa fejn il-Bord tal-Appell ibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq motivi li fir-rigward tagħhom ir-rikorrent ma setax jesprimi fehmtu qabel id-deċiżjoni;

ksur tal-Artikolu 63(1) u (2) tar-Regolament Nru 1239/95 (2) sa fejn ma tteħdux minuti konformi tal-proċedimenti orali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, tas-27 ta’ Lulju 1994, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1239/95, tal-31 ta’ Mejju 1995, li jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 rigward il-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (ĠU L 121, p. 37).


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/43


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2009 — Fedecom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-243/09)

2009/C 205/78

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Fédération de l’Organisation Economique Fruits et Légumes (Fedecom) (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Galvez, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata abbażi tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 tat-Trattat KE;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni C (2009) 203 finali tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Jannar 2009 (1), li permezz tagħha l-Kummissjoni ddikjarat għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Franċiża lill-produtturi ta’ frott u ħaxix fil-kuntest ta’ “pjanijiet ta’ kontinġenza” intiżi sabiex iħaffu l-kummerċ ta’ prodotti agrikoli maħsuda u miġbura fi Franza, bħala inkompatibbli mas-suq komuni u ordnat lir-Repubblika Franċiża sabiex tirkupra l-għajnuna inkwistjoni.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi bbażati fuq:

ksur tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, sa fejn il-Kummissjoni kkunsidrat li dawn il-kontribuzzjonijiet volontarji mħallsa mill-produtturi fil-kuntest ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza (kontribuzzjonijiet settorjali) jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat;

ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 87(3) KE, sa fejn il-Kummissjoni kkunsidrat li l-miżuri implementati fil-kuntest tal-pjanijet ta’ kontinġenza ma kinux kompatibbli mas-suq komuni mingħajr ma wettqet analiżi fil-fond ta’ kull wieħed mill-pjan ta’ kontinġenza;

ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi sa fejn in-nuqqas ta’ azzjoni mill-Kummissjoni għal matul għaxar snin, minkejja li hija kienet neċessarjament informata bl-eżistenza ta’ pjanijiet ta’ kontinġenża, seta’ ħoloq aspettattivi għall-produtturi rigward ir-regolarità tal-pjanijiet ta’ kontinġenza.


(1)  ĠU L 127, p. 11.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/43


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2009 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-247/09)

2009/C 205/79

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti, fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti AO 10186 għall-“Produzzjoni u tixrid tas-Suppliment għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea: TED (sit internet), ĠU S (DVD-ROM) u sostenn online u offline relatat” (ĠU 2009/S 2-001445), ikkomunikata mir-rikorrenti permezz ta’ ittra tas-7 ta’ April 2009, kif ukoll deċiżjonijiet ulterjuri tal-Kummissjoni inkluża dik li jingħata l-kuntratt lill-kuntrattur magħżul;

tordna lill-Kummissjoni tħallas id-danni tar-rikorrenti subiti minħabba l-proċedura ta’ sejħa għal offerti inkwistjoni, li jammontaw għal EUR 1 490 215,58;

tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti marbuta ma’ dan ir-rikors, anki jekk dan ir-rikors jiġi miċħud.

Motivi u argumenti prinċipali

F’din il-kawża ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tiċħad l-offerta tagħha fil-kuntest ta’ sejħa miftuħa għal offerti għal servizzi ta’ produzzjoni u tixrid tas-Suppliment għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea: TED (sit internet), ĠU S (DVD-ROM) kif ukoll tas-sostenn online u offline relatat (AO 10186) kif ukoll li tagħti l-kuntratt lill-kuntrattur magħżul. Ir-rikorrenti titlob ulterjorment il-kumpens għad-danni allegatament sostnuti minħabba l-proċedura ta’ sejħa għal offerti.

Insostenn ta’ dawn it-talbiet, ir-rikorrenti tressaq dawn il-motivi.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta wettqet diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u li rrifjutat li tipprovdi ġustifikazzjoni jew spjegazzjoni lir-rikorrenti bi ksur tar-regolament finanzjarju (1) u r-regoli li jimplementawh kif ukoll bi ksur tad-Direttiva 2004/18 (2) u tal-Artikolu 253 KE. Hija ssostni li qatt ma ngħatat informazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-merti tal-offerent li ntgħażel kif kellha l-obbligu li tagħmel minkejja t-talba bil-miktub mir-rikorrenti. Fl-opinjoni tar-rikorrenti, il-kummenti mogħtija mill-Kummissjoni ma kinux ċari, ma ġewx issostanzjati u kienu qosra u ma jikkostitwixxux motivazzjoni raġonevoli. Ir-rikorrenti ssostni ulterjorment li l-Kummissjoni kkoreġiet ex-post il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata wara l-kumitat ta’ evalwazzjoni rreveda r-rapport tagħha u ddeċieda li jħassar kumment li jikkonċerna l-offerenti li ntgħażel.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret l-Artikoli 106 u 107 tar-regolament finanzjarju kif ukoll il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni billi ma eskludietx offerenti li kienu jiddependu fuq xogħol imwettaq f’pajjiżi li ma jiffurmawx parti mill-WTO/GPA; jekk tħalli lil dawn l-offerenti jipparteċipaw, ir-rikorrenti ssostni li għandha timxi b’mod ġust, trasparenti u nondiskriminatorju, billi tiċċara l-kriterji ta’ għażla li tuża biex teskludi jew taċċetta ċerti kumpanniji.

It-tielet nett, ir-rikorrenti ssosnti li l-konvenuta wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-offerta tar-rikorrenti meta pparagunata ma’ offerenti oħra filwaqt li naqset milli tagħti motivazzjoni peress li l-kunsiderazzjonijiet negattivi tal-kumitat ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-offerta tar-rikorrenti ma kinux ċari u ma ġewx issostanzjati.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU 2002 L 248, p. 1)

(2)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU 2004 L 134, p. 114)


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/44


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2009 — Wilo vs UASI (Forma ta’ kaxxa tal-krank [crankcase])

(Kawża T-253/09)

2009/C 205/80

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wilo SE (Dortmund, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Braun, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni R 1184/2008-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta’ Marzu 2009;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark tridimensjonali, li tirrappreżenta kaxxa tal-krank [crankcase] ta’ pompa tat-tisħin, għal prodotti fil-klassijiet 7 u 11 (Applikazzjoni Nru 5 805 692)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li issa sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1)), peress li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha l-karattru distintiv minimu mitlub.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/44


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2009 — Wilo vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ kaxxa tal-krank [crankcase] ħadra)

(Kawża T-254/09)

2009/C 205/81

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wilo SE (Dortmund, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Braun, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta’ Marzu 2009 fil-Każ R 1196/2008-1 u;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva, li tirrappreżenta kaxxa tal-krank [crankcase] ħadra għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 11 (Applikazzjoni Nru 5 620 001)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li issa sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1)), peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha l-karattru distintiv minimu meħtieġ.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/45


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2009 — i-content vs UASI (BETWIN)

(Kawża T-258/09)

2009/C 205/82

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: i-content Ltd Zweigniederlassung Deutschland (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-4 ta’ Mejju 2009, fil-Każ R 1528/2008-4 rigward l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja BETWIN Nru 006849641, u d-deċiżjoni preċedenti tad-dipartiment tal-UASI (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Settembru 2008, rigward l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja BETWIN Nru 0068496641;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “BETWIN” għal servizzi fil-klassijiet 35, 38 u 41 (Applikazzjoni Nru 6 849 641)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandha l-karattru distintiv meħtieġ u peress li ma jeżisti l-ebda rekwiżit ta’ disponibbiltà, ksur tal-Artikolu 79 tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-prinċipju tat-trattament ugwali kif ukoll tal-Artikoli 6 u 14 KEDB u ksur tal-Artikolu 49 KE.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/45


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2009 — Defense Technology vs UASI — DEF-TEC Defense Technology (FIRST DEFENSE AEROSOL PEPPER PROJECTOR)

(Kawża T-262/09)

2009/C 205/83

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Defense Technology Corporation of America (Jacksonville, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Kunze, avukat u solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DEF-TEC Defense Technology GmbH (Frankfurt-am-Main, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta’ Mejju 2009 fil-Każ R 493/2002-4 (II); u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva “FIRST DEFENSE AEROSOL PEPPER PROJECTOR” għal prodotti fil-klassijiet 5, 8 u 13 — Applikazzjoni Nru 643 668

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni, bħala trade mark tal-Istati Uniti, tat-trade mark verbali “FIRST DEFENSE” għal prodotti fil-klassi 13; Żewġ reġistrazzjonijiet, bħala trade marks tal-Istati Uniti, ta’ trade marks figurattivi għal prodotti fil-klassi 13; Trade mark preċedenti magħrufa fil-Belġju, fil-Ġermanja u fi Franza “FIRST DEFENSE”; Trade mark preċedenti magħrufa fil-Belġju, fil-Ġermanja u fi Franza “FIRST DEFENSE AND DESIGN”; Trade mark preċedenti mhux irreġistrata “FIRST DEFENSE” protetta fil-Ġermanja u fi Franza; Trade mark preċedenti mhux irreġistrata fil-Belġju, fil-Ġermanja u fi Franza “FIRST DEFENSE AND DESIGN”; Trade mark “FIRST DEFENSE” protetta fil-Ġermanja

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u l-oppożizzjoni rrifjutata

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell ma applikax l-imsemmija dispożizzjoni b’mod xieraq u, barra minn hekk, peress li bbaża d-deċiżjoni tiegħu żbaljatament fuq fehim inkorrett tal-fatti ppreżentati; Ksur tal-Artikoli 65, 75 u 76 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jeżegwixxi s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-6 ta’ Settembru 2006 fil-Kawża T-6/05 DEF-TEC Defense Technology vs UASI — Defense Technology (FIRST DEFENSE AEROSOL PEPPER PROJECTOR)


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/46


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2009 — Mannatech vs UASI (BOUNCEBACK)

(Kawża T-263/09)

2009/C 205/84

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mannatech, Inc. (Coppell, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Niebel u C. Steuer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta’ Marzu 2009 fil-Każ R 100/2009-1; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “BOUNCEBACK” għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Trade mark tar-rikorrenti rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (2) tal-Regolament tal-Kunsill 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell żbalja fl-applikazzjoni tal-prinċipji legali stabbiliti fl-imsemmija dispożizzjonijiet.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/46


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2009 — Serrano Aranda vs UASI — Burg Groep (LE LANCIER)

(Kawża T-265/09)

2009/C 205/85

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Enrique Serrano Aranda (Murcia, Spanja) (rappreżentanti: J. Calderón Chavero, abogado u T. Villate Consonni, abogada)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Burg Groep BV (Bergen, l-Olanda)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Marzu 2009 fil-Każ R-366/2008-1.

fid-dawl tal-annullament preċedenti, tilqa’ l-oppożizzjoni bil-konsegwenzi legali korrispondenti u tiċħad fit-totalità tagħha l-applikazzjoni għat-trade mark 3343365.

tikkundanna lill-UASI, u lill-partijiet intervenenti l-oħra għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri jekk jiġu kkontestati, u tiċħad it-talbiet tagħhom.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Burg Groep B.V.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva li fiha l-element verbali “LE LANCIER” (Applikazzjoni għal registrazzjoni Nru 3 343 365), għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrent.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali Spanjola “EL LANCERO” Nru 838 740 għal prodotti fil-klassi 30; trade mark figurattiva Spanjola Nru 941 979, li fiha l-element verbali “EL LANCERO”, għal prodotti fil-klassi 30; trade mark verbali Spanjola Nru 943 767“EL LANCERO”, għal prodotti fil-klassi 31, u trade mark verbali Spanjola Nru 1 806 835“EL LANCERO”, għal prodotti fil-klassi 29.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/47


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ Lulju 2009 — Du Pont de Nemours (Franza) et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-467/07) (1)

2009/C 205/86

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 51, 23.02.2008.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/47


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Lulju 2009 — Imperial Chemical Industries vs UASI (FACTORY FINISH)

(Kawża T-487/07) (1)

2009/C 205/87

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 51, 23.2.2008.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/48


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2009 — Schopphoven vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-48/09)

2009/C 205/88

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Nikolaus Schopphoven (Zemmer, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Rodrigues, C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li ma jinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/117/08.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) li ma jniżżilx isem ir-rikorrent fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/117/08 u, sa fejn hu meħtieġ, id-deċiżjonijiet tal-EPSO li rrifjutaw it-talbiet għal rieżami magħmula mir-rikorrent;

tannulla l-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/117/08;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/48


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2009 — Petrilli vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-51/09)

2009/C 205/89

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alessandro Petrilli (Grottammare) (rappreżentanti: J.-L. Lodomez, J. Lodomez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra dwar l-iffisar tar-residenza prinċipali tar-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tad-19 ta’ Frar 2009 li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet l-iffisar tar-residenza prinċipali tar-rikorrent fl-Italja;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas, fuq l-ammonti dovuti abbażi tal-applikazzjoni retroattiva tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni l-Italja fuq il-pensjoni tiegħu, l-allowance ta’ installazzjoni mill-ġdid u l-irdoppjar tal-allowance tal-familja, mill-1 ta’ Lulju 2007, interessi bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, applikabbli fil-perijodu kkonċernat, b’żieda ta’ żewġ punti;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/48


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2009 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-56/09)

2009/C 205/90

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent li għandha bħala suġġett, minn naħa waħda, il-kumpens għad-danni subiti minħabba li membri tal-persunal tal-Kummissjoni allegatament daħlu fir-residenza pprovduta lilu minn min kien jimpjegah f’Luanda fit-8 ta’ April 2002 u, min-naħa l-oħra, in-notifika tal-kopji tar-ritratti meħuda f’dik l-okkażjoni u l-qerda tad-dokumentazzjoni kollha relatata ma’ dan l-avveniment.

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara l-ineżistenza ex lege, jew sussidjarjament, tannulla, id-deċiżjoni li tiċħad it-talba tal-24 ta’ April 2008;

sa fejn neċessarju, tiddikjara l-ineżistenza ex lege, jew sussidjarjament, tannulla, in-nota tal-11 ta’ Settembru 2008;

sa fejn neċessarju, tiddikjara l-ineżistenza ex lege, jew sussidjarjament, tannulla, l-att li jiċħad l-ilment tat-3 ta’ Novembru 2008;

tikkonstata l-fatt li fit-8 ta’ April 2002 membri tal-persunal tal-Kummissjoni daħlu fir-residenza tar-rikorrent ipprovduta lilu minn min kien jimpjegah, ħadu xi ritratti u ħadu nota ta’ xi oġġetti u tikkonstata u tiddikjara l-illegalità ta’ dan il-fatt;

tordna lill-Kummissjoni tikkomunika bil-miktub lir-rikorrent kull element tad-dokumentazzjoni relatat ma’ dan il-fatt;

tordna lill-Kummissjoni tinnotifika bil-miktub lir-rikorrent b’din id-dokumentazzjoni, inklużi r-ritratti;

tordna lill-Kummissjoni tiżgura li d-dokumentazzjoni tinqered u tipprovdi notifika ta’ tali qerda materjali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas, lir-rikorrent, bħala kumpens għad-danni, tas-somma ta’ EUR 225 000, jew dik is-somma ikbar jew iżgħar li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis li hija ekwa u ġusta, jiġifieri: (a) EUR 100 000 għad-danni li jirriżultaw mid-dħul illegali; (b) EUR 100 000 għad-danni li jirriżultaw mit-teħid illegali tar-ritratti; (c) EUR 25 000 għad-danni li jirriżultaw mill-fatt li ttieħdet nota ta’ diversi oġġetti personali tar-rikorrent;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas, lir-rikorrent tal-interessi fuq is-somma msemmija, li jibdew jiddekorru mill-għada tal-ġurnata li fih it-talba tal- 24 ta’ April 2008 waslet għand il-Kummissjoni sad-data tal-pagament effettiv, tas-somma ta’ EUR 225 000, bir-rata ta’ 10 % fis-sena u bil-kapitalizzazzjoni annwali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas, lir-rikorrent, bħala kumpens għad-danni subiti minħabba n-nuqqas ta’ tfassil tal-lista tad-dokumentazzjoni, minn l-għada sa dik il-ġurnata meta d-dokumentazzjoni tkun innotifikata lir-rikorrent, tas-somma ta’ EUR 100 kuljum, jew dik is-somma ikbar jew iżgħar li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis li hija ekwa u ġusta, li għandha titħallas fl-ewwel ġurnata tax-xahar ta’ wara li fih tingħata s-sentenza fil-kawża inkwistjoni inkwantu tirrigwarda l-ammonti diġà dovuti fil-ġranet bejn l-għada u l-aħħar ġurnata tax-xahar li fih tingħata s-sentenza fil-kawża inkwistjoni, u fl-ewwel ġurnata ta’ kull xahar wara dak li fih tingħata s-sentenza fil-kawża inkwistjoni fir-rigward tad-drittijiet, f’dan il-kuntest, dovuti f’dak preċedenti.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas lir-rikorrenti, bħala kumpens għad-danni subiti minn dan tal-aħħar minħabba n-nuqqas ta’ qerda materjali, minn l-għada sa dik il-ġurnata li jsir hekk, tas-somma ta’ EUR 100 kuljum, jew dik is-somma ikbar jew iżgħar li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis li hija ekwa u ġusta, li għandha titħallas fl-ewwel ġurnata tax-xahar ta’ wara li fih tingħata s-sentenza fil-kawża inkwistjoni inkwantu tirrigwarda ammonti diġà dovuti fil-ġranet bejn l-għada u l-aħħar ġurnata tax-xahar li fih tingħata s-sentenza fil-kawża inkwistjoni, u fl-ewwel ġurnata ta’ kull xahar wara dak li fih tingħata s-sentenza fil-kawża inkwistjoni fir-rigward tad-drittijiet, f’dan il-kuntest, dovuti f’dak preċedenti.

tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tirrifondi lir-rikorrent l-ispejjeż kollha tal-kawża, inklużi dawk relatati mar-redazzjoni tal-perizja ex parte;

tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tħallas l-ispejjeż relatati mal-eventwali redazzjoni tal-perizja ex officio.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/49


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2009 — Carlo De Nicola vs BEI

(Kawża F-59/09)

2009/C 205/91

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell adottata fl-14 ta’ Novembru 2008 jew il-korrezzjoni tagħha sa fejn tattribwixxi lir-rikorrent, minflok li lill-avukat tiegħu, ir-rikuża tat-tliet membri tal-Kumitat. Min-naħa l-oħra, l-annullament tal-promozzjonijiet deċiżi fid-29 ta’ April 2008 mingħajr ma kienet ikkunsidrata l-pożizzjoni tar-rikorrent, kif ukoll tal-atti kollha relatati magħhom. Fl-aħħar nett, il-kontestazzjoni tal-attività ta’ mobbing fil-konfront tar-rikorrent u l-kundanna tal-konvenut sabiex iwaqqaf l-imsemmija attività.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell u, fi kwalunkwe każ, tikkoreġiha fil-parti fejn tattribwixxi li C. De Nicola (minflok li lill-avukat tiegħu) ir-rikuża tat-tliet membri tiegħu u fil-parti fejn tikkunsidra l-motiv tar-rikuża bħala “pura u sempliċi konstatazzjoni tad-deċiżjoni tal-14.12.2007”, minflok bħala l-konsegwenza tal-ammissjonijiet u tar-rinunzji li dawn l-istess tliet membri kienu inġustament attribwew lil C. De Nicola;

tannulla l-promozzjonijiet tad-29.04.08 peress li kienu ġew deċiżi mingħajr ma kienet ġiet ikkunsidrata l-pożizzjoni tar-rikorrent, kif ukoll l-atti relatati, derivati u preċedenti, fosthom l-evalwazzjoni tal-2007, jekk ikun il-każ, taħt dikjarazzjoni tal-illegalità tal-limitazzjonijiet stabbiliti mill-istruzzjonijiet mogħtija mid-Direttorat HR;

tikkonstata l-attività ta’ mobbing li saret fil-konfront tar-rikorrent u, għalhekk

tikkundanna lill-BEI jwaqqaf l-imsemmija attività ta’ mobbing u li jikkumpensa d-danni fiżiċi, morali u materjali konsegwenti li sofra r-rikorrent, kif ukoll għall-ħlas tal-ispejjeż tal-kawża, l-interessi u għar-rievalwazzjoni monetarja fuq il-kreditu rikonoxxut.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/50


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2009 — Birkhoff vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-60/09)

2009/C 205/92

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Gerhard Birkhoff (Weitnau, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Inzillo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża li jikseb proroga tal-applikazzjoni tal-ħames paragrafu tal-Artikolu 2 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal favur binthu mill-1 ta’ Jannar 2009, u kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallas is-somom dovuti abbażi ta’ dan mill-1 ta’ Jannar 2009.

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara li hija illegali u, konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tat-2 ta’ April 2009, inkwantu illegali u manifestament infondata fil-fatt u fid-dritt, kif ukoll kull att u/jew deċiżjoni adottati qabel din id-deċiżjoni, relatati u konsegwenti, u b’mod partikolari dik tal-14 ta’ Novembru 2008, maħruġa mill-PMO4;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas is-somom dovuti lir-rikorrent mill-1/1/2009, flimkien mal-interessi sad-data tal-ħlas;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/50


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2009 — Donati vs BĊE

(Kawża F-63/09)

2009/C 205/93

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Paola Donati (Frankfurt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi, M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li ma tkomplix teżamina l-allegazzjonijiet dwar l-allegat fastidju morali li r-rikorrenti sofriet, kif ukoll li ma tkomplix teżamina l-kumpens għad-dannu sofrut.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tad-Direttorat, tas-16 ta’ Diċembru 2008, inkwantu hija tinkludi theddida u tentattiv ta’ intimidazzjoni fil-konfront tar-rikorrenti;

tannulla d-deċiżjoni tad-Direttorat, tas-16 ta’ Diċembru 2008, inkwantu hija ma għandhiex deċiżjoni dwar il-kwistjoni tal-investigazzjoni amministrattiva u dwar l-eżitu tal-ilment tar-rikorrent; sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tad-Direttorat, tas-16 ta’ Diċembru 2008, inkwantu ma għandhiex deċiżjoni “impliċita” li l-ilment tar-rikorrenti jiġi arkivjat definitivament u li ma jiġux adottati miżuri oħra, b’mod partikolari li ma tinfetaħx proċedura dixxiplinari;

tannulla, sa fejn huwa meħtieġ, id-deċiżjoni tas-16 ta’ April li ċaħdet ir-rikors speċjali tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut iħallas kumpens għad-dannu morali sofrut, valutat ex aequo et bono għal EUR 10 000;

tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż.


29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/51


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2009 — Saracco vs BĊE

(Kawża F-66/09)

2009/C 205/94

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Roberta Saracco (Arona, l-Italja) (rappreżentant: F. Parrat, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li tiċħad lir-rikorrenti t-tiġdid ta’ leave għal raġunijiet personali.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni li tirrifjuta lir-rikorrenti leave għal raġunijiet personali mill-1 ta’ Novembru 2008;

sa fejn hu meħtieġ, tannulla d-deċiżjonijiet ta’ rifjut tar-reviżjoni u ta’ ċaħda tal-ilment;

tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż.


Rettifika

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/52


Rettifika għall-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-kawża T-159/09

( Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 153 tal-4 ta’ Lulju 2009, p. 44 )

2009/C 205/95

L-avviż fil-ĠU fil-kawża T-159/09, Biofrescos vs Il Kummissjoni, għandu jinqara kif ġej:

“Rikors ippreżentat fil-21 ta’ April 2009 — Biofrescos — Comércio de Produtos Alimentares, Lda vs Il-Kummissjoni tal-Komuniatjiet Ewropej

(Kawża T-159/09)

2009/C 193/67

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Biofrescos — Comércio de Produtos Alimentares, Lda (Linda-a-Velha, il-Portugall) (rappreżentanti: A. Magalhães u Menezes, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 72 finali tas-16 ta’ Jannar 2009, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti għall-eżenzjoni mill-ħlas tad-dazji fuq l-importazzjoni, li jammontaw għal EUR 41 271,09, u li tordna l-irkupru tagħhom a posteriori.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti importat, bejn Settembru tal-2003 u Frar tal-2005, diversi kunsinni ta’ gambli tal-friża mill-Indoneżja, li għalihom talbet l-eżenzjoni mill-ħlas ta’ dazji fuq l-importazzjoni skont l-Artikoli 220(2)(b), 236 u 239(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1).

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret, minn tal-inqas, id-dispożizzjonijiet imsemmija, safejn: fl-ewwel lok, ma tatx deċiżjoni fir-rigward tal-argumenti kollha invokati mir-rikorrenti fit-talba tagħha għall-eżenzjoni mill-ħlas ta’ dazji fuq l-importazzjoni; fit-tieni lok, il-motivazzjoni kienet nieqsa, żbaljata u ma tinftiehemx; fit-tielet lok, interpretat b’mod żbaljat l-iżball tal-awtoritajiet Indoneżjani nfushom; u, fir-raba’ u l-aħħar lok, ippreżentat bħala provi ċerti fatti li fil-verità ma jeżistux u li fir-rigward tagħhom l-oneru tal-prova kellu jaqa’, suċċessivament, fuq l-awtoritajiet intervenjenti fil-kawża u mhux fuq ir-rikorrenti.


(1)  ĠU L 97, p. 38.”