EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0302

Kawża C-302/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat- 2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Finanzgericht München — Il-Ġermanja) — Zino Davidoff SA vs Bundesfinanzdirektion Südost (Trade marks — Reġistrazzjoni internazzjonali — Protokoll għall-Ftehim ta’ Madrid — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 146 — Identiċità tal-effetti fil-Komunità ta’ reġistrazzjoni internazzjonali u ta’ trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 1383/2003 — Artikolu 5(4) — Merkanzija suspettata li tikser trade mark — Azzjoni doganali — Proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja — Dritt li tinkiseb l-azzjoni wkoll fl-Istati Membri barra dak tat-talba għal azzjoni — Estensjoni għall-proprjetarju ta’ reġistrazzjoni internazzjonali)

OJ C 205, 29.8.2009, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Finanzgericht München — Il-Ġermanja) — Zino Davidoff SA vs Bundesfinanzdirektion Südost

(Kawża C-302/08) (1)

(Trade marks - Reġistrazzjoni internazzjonali - Protokoll għall-Ftehim ta’ Madrid - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 146 - Identiċità tal-effetti fil-Komunità ta’ reġistrazzjoni internazzjonali u ta’ trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 1383/2003 - Artikolu 5(4) - Merkanzija suspettata li tikser trade mark - Azzjoni doganali - Proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja - Dritt li tinkiseb l-azzjoni wkoll fl-Istati Membri barra dak tat-talba għal azzjoni - Estensjoni għall-proprjetarju ta’ reġistrazzjoni internazzjonali)

2009/C 205/15

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zino Davidoff SA

Konvenuta: Bundesfinanzdirektion Südost

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht München — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003, tat 22 ta’ Lulju 2003, li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (ĠU L 196, p. 7) — Dritt previst biss għall-proprjetarji tat-trade marks Komunitarji li ppreżentaw talba għal azzjoni doganali sabiex tinkiseb, barra l-azzjoni doganali tal-Istat Membru li fiha jkunu ppreżentaw it-talba tagħhom, azzjoni doganali ta’ Stat Membru ieħor jew diversi Stati Membri oħra — Estensjoni ta’ dan id-dritt għall-proprjetarji ta’ trade marks irreġistrati fuq livell internazzjonali skont l-Artikolu 146 tar-Regolament (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja — Effetti ġuridiċi tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll għall-Ftehim ta’ Madrid dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ marki

Dispożittiv

L-Artikolu 5(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003, tat-22 ta’ Lulju 2003, li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet, moqri fid-dawl tal-Artikolu 146 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1992/2003, tas-27 ta’ Ottubru 2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li proprjetarju ta’ trade mark li hija rreġistrata fuq livell internazzjonali jista’ jikseb, bħall-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja, l-azzjoni doganali ta’ Stat Membru jew diversi Stati Membri barra minn dak li fih ikun ippreżenta t-talba tiegħu


(1)  ĠU C 247, 27.09.2008


Top