Dawn għandhom l-għan li jiffaċilitaw suq intern kompetittiv għas-servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) u li jiżguraw kopertura gradwali kullimkien fl-UE.
Dawn jistabbilixxu proċedura tal-għażla tal-operaturi MSS fil-livell tal-UE u regoli ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-operaturi MSS li għandhom jiġu applikati mill-pajjiżi tal-UE, bil-għan ġenerali li l-ispettru tar-radju jintuża b’mod effettiv.
PUNTI EWLENIN
Is-sistemi mobbli permezz tas-satellita huma ddefiniti bħala netwerks ta’ komunikazzjoni elettroniċi u l-faċilitajiet assoċjati tagħhom li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ radjukomunikazzjoni:
bejn stazzjon terrestri mobbli u stazzjonijiet spazjali tas-satellita; jew
bejn stazzjonijiet terrestri mobbli, bl-użu ta’ komunikazzjoni permezz ta’ stazzjonijiet spazjali tas-satellita; jew
bejn stazzjon terrestri mobbli u komponenti komplementari bbażati fuq l-art b’lok fiss1 (permezz ta’ komunikazzjoni ma’ tal-inqas stazzjon spazjali tas-satellita wieħed).
Id-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE tistabbilixxi proċeduri tal-għażla u tal-awtorizzazzjoni.
Id-deċiżjoni tistabbilixxi proċedura tal-għażla tal-operaturi MSS fil-livell tal-UE u regoli ta’ awtorizzazzjoni komuni li għandhom jiġu applikati mill-pajjiżi tal-UE għall-użu tal-medda ta’ frekwenza ta’ 2 GHz, li tinkludi radjuspettru: minn 1980 sa 2010 MHz għal komunikazzjoni mill-art għas-satellita, u 2170 sa 2200 MHz għal komunikazzjoni mis-satellita għall-art, f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/98/KE.
L-operaturi li ssottomettew applikazzjoni għandhom ikunu stabbiliti fl-UE, u jidentifikaw l-ispettru tar-radju mitlub, li ma għandux ikun aktar minn 15 MHz għal kull direzzjoni ta’ komunikazzjoni. L-applikanti għandhom ukoll jimpenjaw ruħhom li:
ikopru erja ta’ servizz ta’ mill-inqas 60 % tal-erja tal-art aggregata tal-pajjiżi tal-UE, minn meta tibda l-provvista tal-MSS;
jagħmlu l-MSS disponibbli fil-pajjiżi kollha tal-UE u lil tal-inqas 50 % tal-popolazzjoni u lil mhux inqas minn 60 % tal-erja tal-art aggregata ta’ kull pajjiż tal-UE sa mhux aktar minn 7 snin mill-għażla.
Il-proċedura tal-għażla tinkludi l-valutazzjoni kemm tal-kapaċitajiet tekniċi u kummerċjali tal-applikanti kif ukoll il-kwalità teknika u kummerċjali tal-MSS offrut.
Il-Kummissjoni tippubblika l-lista ta’ operaturi magħżula li mbagħad għandhom jiksbu awtorizzazzjoni fil-livell nazzjonali.
Awtorizzazzjoni
Il-pajjiżi tal-UE jiggarantixxu lill-operaturi magħżula d-dritt li jużaw il-frekwenzi tar-radju għall-MSS, soġġett għall-kundizzjonijiet li jinkludu:
li jiġu segwiti stadji importanti rigward l-akkoppjament tas-satelliti (integrazzjoni tal-moduli ta’ komunikazzjoni u servizz) u t-tnedija, il-koordinazzjoni tal-frekwenzi u l-provvista ta’ MSS fit-territorji tal-pajjiżi tal-UE fuq perjodu ta’ sentejn wara l-għażla tagħhom;
l-operaturi magħżula għandhom jonoraw l-impenji li jagħmlu matul il-proċedura ta’ għażla u jipprovdu rapport annwali lill-awtoritajiet nazzjonali;
id-drittijiet ta’ użu u l-awtorizzazzjonijiet jingħataw għal 18-il sena mid-data tal-għażla.
Il-pajjiżi tal-UE joħorġu wkoll awtorizzazzjonijiet għall-użu ta’ komponenti komplementari bbażati fuq l-art.
Id-Deċiżjoni 2009/449/KE tistabbilixxi dan li ġej:
ICO Satellite Limited u TerreStar Europe Limited mhumiex eliġibbli għal allokazzjoni ta’ spettru tar-radju (peress li ma wrewx il-livell meħtieġ ta’ żvilupp tekniku u kummerċjali tas-sistemi mobbli permezz tas-satellita rispettivi tagħhom u ma għandhomx ikunu applikanti eliġibbli);
Inmarsat Ventures Limited intgħażlet għall-ispettru tar-radju minn 1980 sa 1995 MHz għal komunikazzjonijiet mid-dinja għall-ispazju u minn 2170 sa 2185 MHz għal komunikazzjonijiet mill-ispazju għad-dinja;
Solaris Mobile Limited intgħażlet għall-ispettru tar-radju minn 1995 sa 2010 MHz għal kumunikazzjonijiet mid-dinja għall-ispazju u minn 2185 sa 2200 MHz għal komunikazzjonijiet mill-ispazju għad-dinja.
Il-pajjiżi tal-UE għandhom jagħżlu meded ta’ frekwenza 1980 sa 2010 MHz u 2170 sa 2200 Mhz għall-MSS;
kwalunkwe użu ieħor ta’ dawn il-meded ma għandux jikkawża interferenza dannuża u ma tista’ ssir l-ebda pretensjoni minħabba interferenza dannuża kkawżata minn MSS;
kwalunkwe stazzjon komplementari bbażat fuq l-art huwa parti integrali mill-MSS u għandu jkun ikkontrollat mill-istess sistema. Dan għandu juża l-istess direzzjoni ta’ trażmissjoni u l-istess partijiet ta’ meded ta’ frekwenza bħall-komponenti tas-satellita assoċjati.
Id-Deċiżjoni 2011/667/UE tistabbilixxi kif il-pajjiżi tal-UE jikkoordinaw ir-rispons tal-infurzar fil-każ ta’ allegat ksur tal-kundizzjonijiet komuni tal-awtorizzazzjoni tal-operatur MSS.
META DAĦLU FIS-SEĦĦ ID-DEĊIŻJONIJIET?
Id-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE ilha tapplika mit-. L-emendi, inklużi r-regoli u d-dispożizzjonijiet riveduti tal-kumitati għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni biex jissaħħu r-regoli ta’ infurzar, ilhom japplikaw mis-.
Id-Deċiżjoni 2009/449/KE ilha tapplika mit-.
Id-Deċiżjoni 2007/98/KE ilha tapplika mill-.
Id-Deċiżjoni 2011/667/UE ilha tapplika mill-.
SFOND
Id-Direttiva 2002/21/KE (ara s-sommarju) ġiet introdotta biex jinħoloq suq intern għall-MSS miftuħ għall-kompetizzjoni u biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi diġitali billi tittejjeb b’mod progressiv il-kopertura f’żoni inqas żviluppati tal-UE. Il-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (id-Direttiva (UE) 2018/1972) tħassru mill-.
Id-deċiżjonijiet isegwu l-linji gwida fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2007 Lejn Politika Ewropea dwar il-Politika tal-Ispettru tar-Radju li enfasizzat l-importanza tad-diffużjoni tal-broadband, il-komunikazzjoni mobbli u t-teknoloġiji mingħajr fili ġodda fl-ilħuq ta’ kopertura universali fl-UE. Is-servizzi pan-Ewropej permezz tas-satellita jippermettu wkoll l-espansjoni tal-kopertura ġeografika tal-broadband f’konformità mal-inizjattiva i2010.
Komponenti komplementari bbażati fuq l-art ta’ MSS: stazzjonijiet fissi bbażati fuq l-art iddisinjati biex itejbu d-disponibbiltà tal-MSS fiż-żoni ġeografiċi koperti mis-satellita/satelliti tas-sistema, fejn il-komunikazzjonijiet mal-istazzjonijiet spazjali tas-satellita jaf ma jkollhomx il-kwalità meħtieġa.
DOKUMENTI EWLENIN
Id-Deċiżjoni Nru 626/2008/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar l-għażla u l-awtorizzazzjoni ta’ sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) (ĠU L 172, , pp. 15-24)
L-Emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija biss għal skopijiet ta’ referenza.
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/449/KE tat- dwar l-għażla ta’ operaturi ta’ sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) (ĠU L 149, , pp. 65-68)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/98/KE tal- dwar l-użu armonizzat tal-ispektrum ta’ frekwenzi tar-radju fil-medda ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz għall-implimentazzjoni ta’ sistemi li jipprovdu servizzi satellitari mobbli (ĠU L 43, , pp. 32-34)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/667/UE tal- dwar il-modalitajiet għall-applikazzjoni kkoordinata tar-regoli dwar l-infurzar fir-rigward ta’ servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) skont l-Artikolu 9(3) tad-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 265, , pp. 25-27)
DOKUMENTI RELATATI
Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (riformulazzjoni) (ĠU L 321, , pp. 36-214)
Id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju) (ĠU L 108, , pp. 1-6)
Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, , pp. 33-50)