Riunifikazzjoni tal-familja

SOMMARJU TA’:

Direttiva 2003/86/KE dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Hija għandha l-għan li tistabbilixxi regoli komuni fil-liġi relatati mad-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja. L-għan huwa li tippermetti lill-membri tal-familja ta’ ċittadini minn pajjiżi mhux tal-UE li joqogħdu b’mod legali fit-territorju tal-UE li jingħaqdu magħhom fil-pajjiż tal-UE li fih huma jirrisjedu. L-iskop huwa li tipproteġi l-unità tal-familja u tiffaċilita l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi mhux membri.

Ma tapplikax għall-Irlanda, id-Danimarka u r-Renju Unit (1). Barra minn hekk, ma tipprekludix kundizzjonijiet aktar favorevoli rikonoxxuti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

PUNTI EWLENIN

Kundizzjonijiet

Ċittadini mhux minn pajjiżi tal-UE li għandhom permess ta’ residenza validu għal tal-anqas sena f’wieħed mill-pajjiżi tal-UE u li għandhom l-għażla legali ta’ residenza fit-tul jistgħu japplikaw għal riunifikazzjoni tal-familja.

Madankollu, din id-direttiva ma tapplikax għal membri tal-familja ta’ ċittadin tal-UE, jew għal ċittadini mhux tal-UE li japplikaw għar-rikonoxximent ta’ status ta’ refuġjat li l-applikazzjoni tagħhom għadha ma tatx lok għal deċiżjoni finali jew li huma taħt forma temporanja ta’ protezzjoni.

Dawn li ġejjin huma eliġibbli għal riunifikazzjoni tal-familja:

Il-pajjiżi tal-UE jibqgħu liberi li jawtorizzaw, taħt ċerti kundizzjonijiet, ir-riunifikazzjoni tal-familja ta’:

Żwieġ poligamu mhux rikonoxxut; konjuġi wieħed biss jista’ jibbenefika mid-dritt għal riunifikazzjoni. Bl-istess mod, it-tfal tal-konjuġi mhux eliġibbli huma esklużi mid-dritt għal riunifikazzjoni sakemm l-aħjar interessi tagħhom ma jiġġustifikawx dan (skont il-Konvenzjoni tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal).

Il-pajjiżi tal-UE huma wkoll awtorizzatii li jirrikjedu liċ-ċittadin mhux tal-UE u lill-konjuġi tiegħu/tagħha biex ikunu ta’ età minima (soġġett għal massimu ta’ 21 sena), qabel ma jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja.

Proċedura

Drittijiet tal-membri tal-familja

Gwida dwar l-applikazzjoni tad-direttiva

Fl-2014 il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat gwida għall-pajjiżi tal-UE dwar l-applikazzjoni tad-direttiva.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Ilha tapplika mit- u kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sat-.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat- dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU L 251, , pp. 12-18)

l-aħħar aġġornament

(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-.