Huwa fih regoli għall-aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni Ewropea minn partijiet involuti f’każijiet ta’ fużjonijiet u ta’ antitrust. L-avviż għandu l-għan li jtejjeb it-trasparenza tal-proċeduri tal-kompetizzjoni u jenfasizza l-impenn tal-Kummissjoni għal proċess xieraq u d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet.
L-aċċess għall-fajl huwa maħsub biex jippermetti l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tad-difiża kontra kwalunkwe oġġezzjoni mill-Kummissjoni f’każijiet imressqa skont l-Artikolu 101 u l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u f’każijiet skont ir-Regolament dwar il-Fużjonijiet, li jkopri l-proċedura għall-kontroll ta’ ċerti operazzjonijiet ta’ fużjoni bejn il-kumpaniji.
L-Artikolu 101 (li qabel kien l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE) jipprojbixxi ftehimiet bejn impriżi u assoċjazzjonijiet ta’ impriżi li jillimitaw il-kompetizzjoni, bħal iffissar tal-prezzijiet jew qsim tas-suq. L-Artikolu 102 (li qabel kien l-Artikolu 82 tat-Trattat tal-KE) jipprojbixxi ditti li jabbużaw minn pożizzjoni dominanti fis-suq, pereżempju billi jitolbu prezzijiet inġusti, jillimitaw il-produzzjoni, jew jirrifjutaw li jinnovaw.
L-aċċess għall-fajl jingħata, fuq talba, lill-persuni, l-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi li lilhom il-Kummissjoni indirizzat oġġezzjonijiet. L-avviż jiċċara min għandu d-dritt li jitlob aċċess għall-fajl u taħt liema ċirkostanzi. Persuni, impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’ impriżi li jirċievu Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet1 għandhom id-dritt li jaraw l-evidenza kollha, sew jekk hija inkriminanti jew sew li teżonera, fil-fajl ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni.
L-avviż jirrikonoxxi dritt separat, li jagħti aċċess limitat għal dokumenti speċifiċi fuq il-fajl lill-ilmentaturi f’każijiet ta’ antitrust u lill-partijiet oħra involuti f’każijiet ta’ fużjoni. Dawn id-drittijiet huma ttrattati separatament minħabba li l-iskop, in-natura u l-ħin tagħhom huma differenti mid-dritt ta’ aċċess għall-fajl mogħti lid-destinatarji ta’ Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet.
Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl f’każijiet ta’ kompetizzjoni huwa distint mid-dritt ġenerali ta’ aċċess għal dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Id-dritt ta’ aċċess għal dokumenti ġie stabbilit għal skop differenti u huwa soġġett għal regoli differenti.
Il-fajl tal-Kummissjoni jinkludi d-dokumenti kollha li huma parti mill-proċedura speċifika li fuqha kienet ibbażata d-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet. L-avviż jidentifika t-tipi ta’ dokumenti li huma aċċessibbli u dawk li mhumiex. Żewġ tipi ta’ informazzjoni biss mhumiex aċċessibbli:
Biex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju u informazzjoni kunfidenzjali oħra, kull persuna li tissottometti informazzjoni lill-Kummissjoni għandha:
L-avviż jiddeskrivi l-kriterji li l-Kummissjoni tuża għall-valutazzjoni ta’ talbiet ta’ kunfidenzjalità. Huwa jipprevedi wkoll li l-bżonn li jiġu salvagwardjati d-drittijiet tad-difiża jista’ jkun akbar mit-tħassib li tiġi protetta informazzjoni kunfidenzjali.
Huwa jikkonferma li l-Kummissjoni tista’ tagħti aċċess jew f’forma elettronika jew f’forma stampata.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-regoli għall-aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni f’każijiet skont l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE, l-Artikoli 53, 54 u 57 tal-Ftehim ŻEE u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (ĠU L 325, , pp. 7-15)
l-aħħar aġġornament