XI JKUN L-GĦAN TAL-KONVENZJONI U TAL-FTEHIM U TAD-DEĊIŻJONI?
Il-konvenzjoni oriġinali tal-1973 kienet tfittex li toħloq strument internazzjonali għas-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri doganali tal-firmatarji tagħha biex b’hekk tiffaċilita l-kummerċ internazzjonali.
Il-Konvenzjoni Kyoto Riveduta (KKR) temenda l-konvenzjoni u saret il-bażi għal proċeduri doganali effikaċi, prevedibbli u effiċjenti. Hija għandha l-għan li:
tagħti kontribut effettiv għall-iżvilupp tal-kummerċ internazzjonali billi:
tissimplifika u tarmonizza l-proċeduri u l-prattiki doganali; u
tippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali;
tgħaqqad il-benefiċċji sinifikanti tal-iffaċilitar tal-kummerċ leġittimu ma’ livelli adegwati ta’ kontroll doganali;
ittejjeb l-effikaċja u l-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet doganali u b’hekk il-kompetittività ekonomika inġenerali;
tistimula t-tkabbir ekonomiku billi tiffaċilita l-kummerċ.
Il-KKR
hija strument ħaj;
tirrifletti l-prattiki doganali moderni;
tippromwovi l-kontroll doganali;
tipprovdi faċilitazzjoni doganali lill-kummerċ internazzjonali.
PUNTI EWLENIN
L-istruttura tal-KKR
Il-KKR tikkonsisti fit-test ewlieni, anness ġenerali u annessi speċifiċi.
L-anness ġenerali jinkludi l-proċeduri u l-prattiki ewlenin u huwa obbligatorju għall-adeżjoni u l-implimentazzjoni mill-partijiet kontraenti. Fih ukoll l-istandards u l-istandards tranżitorji.
L-annessi speċifiċi għandhom x’jaqsmu mal-proċeduri doganali differenti u jikkonsistu fi standards u prattiki rrakkomandati. Il-partijiet kontraenti jistgħu, fid-diskrezzjoni tagħhom, jaderixxu ma’ annessi u/jew kapitoli speċifiċi.
L-annessi huma akkumpanjati minn linji gwida ta’ natura informattiva u mhux vinkolanti, li ġew żviluppati biex tiġi żgurata l-interpretazzjoni uniformi tar-regoli tal-KRR kif ukoll biex jiġu pprovduti eżempji ta’ prattiki nazzjonali.
jistipulaw l-anness jew l-annessi speċifiċi li huma jaċċettaw (fl-intier tagħhom jew parti minnhom) fi żmien l-adeżjoni tagħhom mal-KKR.
jaċċettaw ir-regoli tal-KKR u huma marbutin bl-anness ġenerali u l-istandards kollha;
jistgħu wkoll iressqu r-riżervi tagħhom, li jiġu rriveduti kull tliet snin.
Parti kontraenti tista’ taċċetta wieħed jew aktar mill-annessi speċifiċi jew wieħed jew aktar mill-kapitoli.
L-adeżjoni mal-konvenzjoni titqies ta’ żmien illimitat, iżda kull parti tista’ tirrevokaha fi kwalunkwe żmien wara d-dħul fis-seħħ tagħha. Dan japplika wkoll għall-annessi jew il-kapitoli speċifiċi.
Jekk parti tiddeċiedi li ma tibqax taċċetta l-anness ġenerali, hija titqies li tkun irrinunzjat għall-KKR.
Bħalissa hawn 112-il parti kontraenti tal-KKR.
Il-ġestjoni tal-KKR
Il-Konvenzjoni ta’ Kyoto Riveduta tipprovdi għal kumitat ta’ ġestjoni għall-amministrazzjoni, ir-reviżjoni u l-aġġornament tal-konvenzjoni f’intervalli regolari. Dan:
jissorvelja l-implimentazzjoni tal-konvenzjoni;
jiżgura l-uniformità tal-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tagħha;
jipproponi emendi;
jirrevedi u jaġġorna l-prattiki u l-linji gwida u jirrakkomanda dawk ġodda;
huwa magħmul minn partijiet kontraenti, fosthom l-UE;
jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena u jeleġġi l-president u l-viċi president tiegħu stess;
jadotta deċiżjonijiet b’kunsens u, jekk ma jintlaħaqx kunsens, jiddeċiedi permezz ta’ votazzjoni bejn il-partijiet kontraenti preżenti.
Amministrazzjonijiet doganali kkwalifikati biex isiru partijiet kontraenti, membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra jistgħu jattendu s-sessjonijiet tal-kumitat ta’ ġestjoni bħala osservaturi.
Votazzjonijiet
Kull parti kontraenti tista’ tivvota dwar kwistjonijiet relatati mal-interpretazzjoni, l-applikazzjoni jew l-emendazzjoni tat-test ewlieni u l-anness ġenerali tal-KKR.
L-UE nnifisha m’għandhiex vot individwali, iżda tivvota f’isem il-pajjiżi kollha tal-UE, irrispettivament minn jekk humiex preżenti fil-laqgħa.
Emendi tal-Konvenzjoni
Il-kumitat ta’ ġestjoni jirrakkomanda lill-partijiet kontraenti emendi tat-test ewlieni, tal-anness ġenerali u tal-annessi u l-kapitoli speċifiċi.
MINN META JAPPLIKAW IL-KONVENZJONI U D-DEĊIŻJONI?
Il-konvenzjoni daħlet fis-seħħ fil-. Permezz tad-Deċiżjoni 2003/231/KE, l-UE aderixxiet mal-KKR fis-. Il-KKR daħlet fis-seħħ fit-. L-UE għadha ma aderixxiet mal-Appendiċi III tal-KKR.
F’Ġunju tal-1999, il-Kunsill tad-WCO adotta l-Protokoll dwar l-Emendi tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Simplifikazzjoni u l-Armonizzazzjoni ta’ Proċeduri Doganali, magħruf bħala l-Konvenzjoni Kyoto Riveduta (KKR).
Il-Protokoll dwar l-Emendi jinkludi l-Appendiċijiet I, II u III u jieħu post il-Konvenzjoni Kyoto tal-1973.
Il-KKR daħlet fis-seħħ fit-. Bħalissa hawn 112-il Parti Kontraenti.
L-UE aderixxiet mal-Protokoll dwar l-Emendi, inklużi l-Appendiċijiet I u II, permess tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/231/KE. F’dan l-istadju, l-UE ma aderixxietx mal-Appendiċi III tal-KKR.
Protokoll ta’ emenda tal-konvenzjoni internazzjonali fuq is-simplifikazzjoni u armonizzazzjoni ta’ proċeduri doganali (Magħmul fi Brussell fis-) (ĠU L 86, , pp. 23-44)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/231/KE tas- li tikkonċerna l-adeżjoni għall-Komunità Ewropea għall-Protokoll dwar l-Emendi tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni ta’ proċeduri doganali (Konvenzjoni Kyoto) (ĠU L 86, , pp. 21-45)
Emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 2003/231/KE ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.