Fond Ewropew għall-Iżvilupp

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), li nħoloq mit-Trattat ta’ Ruma fl-1957, kien l-istrument ewlieni tal-Unjoni Ewropea (UE) biex jiffinanzja l-kooperazzjoni għall-iżvilupp mal-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u mal-pajjiżi u t-territorji barranin.

Il-FEŻ jiffinanzja kwalunkwe proġett jew programm li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali jew kulturali tal-pajjiżi inkwistjoni. Huwa jiffinanzja wkoll il-programmi ta’ integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali.

Il-FEŻ juża diversi tipi ta’ finanzjament, inklużi għotjiet, kuntratti ta’ akkwist, strumenti finanzjarji (bħal self, garanziji, ekwità jew kważi ekwità, investimenti jew parteċipazzjonijiet) u strumenti ta’ kondiviżjoni tar-riskji.

Sa mill-2021, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku ġiet inkorporata fil-qafas finanzjarju pluriennali (2021–2027) u b’mod partikolari fl-Istrument tal-UE ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali — Ewropa Globali.

ARA WKOLL