Passaġġi fuq l-Ilma Interni — Bastimenti

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/474 dwar il-Bażi tad-Data Ewropea dwar il-Buq

Id-Direttiva (UE) 2016/1629 dwar ir-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni

Ir-Regolament (UE) 2016/1628 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b’kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq

Id-Direttiva 2010/35/UE dwar apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr

Id-Direttiva 2009/100/KE dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ liċenzji ta’ navigabbilità għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni

Id-Direttiva 2008/68/KE dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi

X’INHU L-GĦAN TAL-LEĠIŻLAZZJONI?

PUNTI EWLENIN

Id-Direttiva (UE) 2016/1629 tistabbilixxi rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni. Din tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għan-navigazzjoni sikura fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni elenkati f’anness, li huma kklassifikati bħala żoni 1, 2, 3 jew 4, flimkien maż-żona R (arranġamenti speċjali għall-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu). Din ma tapplikax għal laneċ, bastimenti navali u l-biċċa l-kbira tal-bastimenti li jbaħħru, inklużi laneċ tal-irmonk u laneċ li jimbuttaw li jistgħu jaħdmu biss okkażjonalment f’ilmijiet interni.

Ċertifikati ta’ navigazzjoni interna

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li l-inġenji li joperaw fuq passaġġi fuq l-ilma interni tal-UE jinbnew u jinżammu f’konformità ma’ din id-direttiva. Ċertifikat ta’ navigazzjoni interna għandu jinħareġ wara spezzjoni teknika qabel ma inġenju jitqiegħed fis-servizz.

Identifikazzjoni

Il-pajjiżi tal-UE jiżguraw li l-awtoritajiet nominati tagħhom jassenjaw lil kull inġenju numru uniku Ewropew ta’ identifikazzjoni tal-bastiment (ENI), li jibqa’ l-istess matul il-ħajja tal-inġenju.

Bażi tad-Data Ewropea dwar il-Buq

Rekwiżiti tekniċi

Ir-rekwiżiti tekniċi applikabbli għall-inġenji fiż-żoni 1, 2, 3 u 4 huma dawk stabbiliti fl-istandard ES-TRIN 2019/1 imfassal mill-Kumitat Ewropew għat-tfassil tal-Istandards fin-Navigazzjoni Interna (CESNI).

Spezzjoni

Eżenzjonijiet għal ċerti kategoriji ta’ inġenji

Leġiżlazzjoni relatata

MINN META TAPPLIKA L-LEĠIŻLAZZJONI?

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr: grupp ta’ tagħmir li jkopri kontenituri ta’ pressjoni, tankijiet, vetturi/karrijiet tal-batteriji, kontenituri tal-gass b’elementi multipli u ċilindri għall-gassijiet. Dan jinkludi kontenituri tal-gass iżda jeskludi aerosols, kontenituri krijoġeniċi miftuħa, ċilindri tal-gass għal apparat għat-teħid tan-nifs u apparat għat-tifi tan-nar.

DOKUMENTI EWLENIN

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/474 tal- dwar il-Bażi tad-Data Ewropea dwar il-Buq (ĠU L 100, , pp. 12-19)

Id-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE (ĠU L 252, , pp. 118-176)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva (UE) 2016/1629 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b’kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE (ĠU L 252, , pp. 53-117)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 76/767/KEE, 84/525/KEE, 84/526/KEE, 84/527/KEE u 1999/36/KE (ĠU L 165, , pp. 1-18)

Id-Direttiva 2009/100/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ liċenzji ta’ navigabbiltà għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (verżjoni kodifikata) (ĠU L 259, , pp. 8-13)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, , pp. 13-59)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

l-aħħar aġġornament