Prodott tal-pensjoni personali pan-Ewropew

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2019/1238 dwar prodott tal-pensjoni personali pan-Ewropew

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Ir-regolament PEPP jistabbilixxi regoli uniformi dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-PEPP, b’mod partikolari dwar il-punti ewlenin li ġejjin.

Il-fornituri tal-PEPP*

Il-PEPPs jistgħu jiġu offruti minn firxa wiesgħa ta’ istituzzjonijiet finanzjarji, inklużi l-impriżi tal-assigurazzjoni, il-maniġers tal-assi, il-banek, ċerti ditti tal-investiment u ċerti fondi tal-pensjonijiet okkupazzjonali.

Il-kuntratt tal-PEPP

Ir-regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-kuntratt miftiehem bejn il-fornituri tal-PEPP u l-faddala tal-PEPP*.

Ir-reġistrazzjoni tal-PEPPs

Il-passaport tal-UE

Il-fornituri u d-distributuri tal-PEPP jibbenefikaw minn passaport tal-UE li jippermettilhom ibigħu l-PEPPs fi Stati Membri differenti. Il-passaport jippermettilhom jaċċessaw is-suq kollu tal-UE b’reġistrazzjoni unika tal-prodott mogħtija abbażi ta’ sett wieħed ta’ regoli.

Il-portabbiltà

Il-bdil

Il-faddala tal-PEPP jistgħu jbiddlu l-fornitur tal-PEPP wara minimu ta’ 5 snin mill-konklużjoni tal-kuntratt tal-PEPP u fil-każ ta’ bdil sussegwenti, wara 5 snin mill-aktar bidla riċenti. Il-fornitur tal-PEPP jista’ jippermetti lill-faddala tal-PEPP li jbiddlu l-fornituri tal-PEPP b’mod aktar frekwenti. It-tariffi u l-miżati għas-servizz tal-bdil għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż amministrattivi attwali mġarrba mill-fornitur tal-PEPP trasferitur u limitati għal 0.5% tal-valur tal-assi trasferiti.

L-għażliet ta’ investiment

It-tip ta’ pagamenti maħruġa

Id-distribuzzjoni tal-PEPPs

Il-parir

Informazzjoni

Il-fatturi ta’ sostenibbiltà

Superviżjoni

Il-konformità mar-regolament tal-PEPP għandha tiġi sorveljata mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-fornituri u d-distributuri tal-PEPP. Madankollu, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol se jkollha setgħat ta’ intervent fuq il-prodott li jippermettulha tieħu miżuri effettivi fl-UE kollha fil-każ ta’ tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni ta’ faddal tal-PEPP jew ta’ theddida għall-funzjonament ikkontrollat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha tal-UE jew parti minnha, li mhumiex indirizzati b’mod adegwat mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mit-22 ta’ Marzu 2022.

SFOND

Għal iktar informazzjoni ara:

TERMINI EWLENIN

Prodott tal-pensjoni personali. hu bbażat fuq kuntratt bejn faddal individwuali u entità fuq bażi volontarja u huwa komplimentari għal kwalunkwe prodott tal-pensjoni statutorja jew okkupazzjonali. Dan jipprovdi għall-akkumulazzjoni tal-kapital fit-tul bl-objettiv espliċitu li jipprovdi introjtu mal-irtirar u b’possibbiltajiet limitati għall-irtirar bikri qabel dak iż-żmien. Dan la huwa prodott tal-pensjoni statutorja u lanqas prodott tal-pensjoni okkupazzjonali.
Il-fornitur tal-PEPP. Impriża finanzjarja awtorizzata biex timmanifattura PEPP u biex tqassam dak il-PEPP.
Faddal tal-PEPP. Individwu li jkun ikkonkluda kuntratt tal-PEPP ma’ fornitur tal-PEPP.
Servizz tal-portabbilità. Servizz li jagħti lill-faddala tal-PEPP id-dritt li jkomplu jikkontribwixxu fil-kont tal-PEPP eżistenti tagħhom, meta jbiddlu r-residenza tagħhom għal Stat Membru ieħor tal-UE.
Subkont. Taqsima nazzjonali li tinfetaħ ġo kull kont tal-PEPP u li tikkorispondi mar-rekwiżiti u kundizzjonijiet legali biex tuża inċentivi possibbli stabbiliti fil-livell nazzjonali biex tinvesti ġo PEPP mill-Istat Membru tar-residenza tal-faddal tal-PEPP. Għalhekk, individwu jista’ jkun faddal tal-PEPP jew benefiċjarju tal-PEPP f’kull subkont, skont ir-rekwiżiti legali tal-fażi tal-akkumulazzjoni. Il-fażi ta’ akkumulazzjoni hu perjodu li matulu l-assi jakkumulaw f’kont tal-PEPP u normalment tkompli sa meta tibda l-fażi ta’ dekumulazzjoni.
PEPP bażiku. Il-fornituri kollha tal-PEPP se jkollhom bżonn joffru għażla affordabbli ta’ inadempjenza ta’ investiment (il-PEPP bażiku) bi spejjeż u tariffi limitati għal 1% tal-kapital akkumulat kull sena.
Fażi ta’ dekumulazzjoni. Il-perjodu li matulu l-assi akkumulati f’kont tal-PEPP jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw l-irtirar jew rekwiżiti ta’ introjtu ieħor.
Distributur ta’ PEPP. Impriża finanzjarja awtorizzata biex tqassam PEPPs mhux manifatturati minnha, ditta ta’ investiment li tipprovdi pariri dwar investimenti, jew intermedjarja ta’ assigurazzjoni.
Fatturi ESG. Sett ta’ kriterji li l-investituri li huma soċjalment konxji jużaw biex jiskrinjaw investimenti potenzjali biex jiżguraw li jappoġġaw il-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli. Il-kriterji ambjentali huma relatati ma’ kif negozju jaħdem bħala amministratur tan-natura. Il-kriterji soċjali jħarsu lejn kif dan jimmaniġġja r-relazzjonijiet mal-impjegati, mal-fornituri, mal-klijenti, u mal-komunitajiet li jopera fihom. Il-kriterji ta’ governanza jikkonċernaw kwistjonijiet bħat-tmexxija korporattiva tiegħu u l-approċċ tiegħu għall-pagi eżekuttivi, l-awditjar, il-kontrolli interni u d-drittijiet tal-azzjonisti.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP) (ĠU L 198, 25.7.2019, pp. 1-63).

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2021/895 tal-24 ta’ Frar 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ intervent fuq il-prodott (ĠU L 197, 4.6.2021, pp. 1-4).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/896 tal-24 ta’ Frar 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ informazzjoni addizzjonali għall-finijiet ta’ konverġenza tar-rappurtar superviżorju (ĠU L 197, 4.6.2021, pp. 5-6).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/897 tal-4 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-format tar-rapportar superviżorju lill-awtoritajiet kompetenti u l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol (ĠU L 197, 4.6.2021, pp. 7-66).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/473 tat-18 ta’ Diċembru 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti dwar dokumenti ta’ informazzjoni, l-ispejjeż u t-tariffi inklużi fil-kost massimu u dwar tekniki ta’ mitigazzjoni ta’ riskju għall-Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (ĠU L 99, 22.3.2021, p. 1-33).

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-29.6.2017 dwar it-trattament tat-taxxa ta’ prodotti tal-pensjoni personali, inkluż il-Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew (C(2017) 4393 final, 29.6.2017).

Id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (riformulazzjoni) (ĠU L 26, 2.2.2016, pp. 19-59).

Emendi suċċessivi għad-Direttiva (UE) 2016/97 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE and d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, pp. 349-496).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parliament Ewropew, lill- Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew - Pjan ta’ Azzjoni għall-Bini ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali (COM(2015) 468 final, 30.9.2015).

Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, pp. 48-83).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 01.07.2022