Sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord — rekwiżiti ta’ disinn u manifattura

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/945 dwar sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar operaturi ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord minn pajjiżi terzi

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Huwa jistabbilixxi l-karatteristiċi u l-kapaċitajiet li għandu jkollhom id-drones (inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u t-tagħmir li jikkontrollahom mill-bogħod) sabiex jittajru b’mod sikur u għandu l-għan li jgħin irawwem l-investiment u l-innovazzjoni fis-settur. Ir-regolament delegat jindirizza wkoll il-kundizzjonijiet ta’ operaturi ta’ pajjiżi mhux tal-UE ta’ sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord.

PUNTI EWLENIN

Ir-regolament delegat ikopri tliet kwistjonijiet ewlenin:

Kategoriji operattivi

Ir-regolament japplika għal tliet kategoriji ta’ tħaddim ta’ drones skont att ta’ implimentazzjoni adottat mill-Kummissjoni Ewropea, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 (ara s-sommarju).

Dan ma japplikax għal drones maħsuba biex jittajru totalment fuq ġewwa.

Regoli u rekwiżiti tekniċi

Ir-regolament jistabbilixxi regoli separati għal żewġ klassijiet differenti ta’ tħaddim tad-drones.

1. Kategoriji ta’ operazzjoni miftuħa jew speċifiċi b’dikjarazzjoni operattiva, aċċessorji li jkollhom tikketta ta’ identifikazzjoni tal-klassi u żidiet ta’ identifikazzjoni remota. Dawn ir-regoli u r-rekwiżiti jkopru għadd ta’ kwistjonijiet inklużi:

2. Kategoriji speċifiċi jew iċċertifikati, ħlief meta jsiru taħt dikjarazzjoni. Dawn ir-regoli u rekwiżiti jkopru:

Operaturi mhux tal-UE

B’ċerti eċċezzjonijiet, l-operaturi tad-drones li huma bbażati f’pajjiż mhux tal-UE għandhom jikkonformaw mar-regolament meta joperaw fl-ispazju tal-ajru uniku Ewropew.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-1 ta’ Lulju 2019.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI PRINĊIPALI

Żidiet ta’ identifikazzjoni remota. Sistema li mhix mibnija fid-drone iżda hija akkwistata separatament.
Sistema ta’ identifikazzjoni remota. Sistema li tiżgura x-xandir lokali ta’ informazzjoni dwar drone li jkun qed jaħdem, inkluż l-immarkar tad-drone, sabiex din l-informazzjoni tkun tista’ tinkiseb mingħajr aċċess fiżiku għad-drone.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar operaturi ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord minn pajjiżi terzi (ĠU L 152, 11.6.2019, pp. 1-40).

Emendi suċċessivi tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947 tal-24 ta’ Mejju 2019 dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (ĠU L 152, 11.6.2019, pp. 45-71).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, pp. 1-122).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 08.12.2021