This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Il-markatura CE hija marka li l-manifatturi jużaw biex jindikaw li prodott jissodisfa l-istandards ta’ konformità legali rilevanti tal-Unjoni Ewropea (UE) f’termini ta’ sikurezza, saħħa u ħarsien tal-ambjent. Is-sistema tapplika fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha u tapplika biss għal prodotti li jaqgħu taħt il-leġiżlazzjoni tal-UE li teħtieġ il-markatura CE.
Il-prinċipji ġenerali tal-markatura CE huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 765/2008.
Meta jkun meħtieġ li tinkiseb il-markatura CE, il-manifatturi jridu:
Bħala intermedjarji bejn il-manifatturi u n-negozjanti, l-importaturi u d-distributuri jeħtiġilhom ikunu jafu r-rekwiżiti legali u jiżguraw li l-prodotti li jqassmu jew jimportaw jissodisfawhom.
ARA WKOLL