Rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva (UE) 2017/2397 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Id-Direttiva tistabbilixxi sistema armonizzata għar-rikonoxximent tal-kwalifiki tal-membri tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta li jaħdmu fuq passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni Ewropea (UE), u li jippermettu lil dawn il-membri tal-ekwipaġġ jaħdmu fl-UE kollha.

Din għandha l-għan li tneħħi l-ostakli għall-mobilità tal-forza tax-xogħol, ittejjeb is-sikurezza, tiżviluppa l-ħiliet u l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ, toffri prospetti ta’ karriera aħjar lill-membri tal-ekwipaġġ kollha u tiffaċilita t-tranżizzjoni ta’ ħaddiema b’esperjenza minn setturi oħra.

PUNTI EWLENIN

Id-Direttiva tintroduċi sistema armonizzata għaċ-ċertifikazzjoni u r-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali ta’ persuni li joperaw inġenji fuq passaġġi fuq l-ilma interni, u b’hekk tippermetti lid-detenturi taċ-ċertifikati jaħdmu fl-UE kollha. Din issa tinkludi r-Renu, li kien eskluż mid-Direttiva 91/672/KEE u d-Direttiva 96/50/KE, li din il-leġiżlazzjoni tħassar b’effett mis-.( ara s-sommarju).

Kamp ta’ applikazzjoni

Is-sistema tapplika għall-membri kollha tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta, esperti tal-gass naturali likwifikat u l-esperti tan-navigazzjoni tal-passiġġieri li jaħdmu fuq bastimenti tal-passiġġieri u inġenji oħra b’tul ta’ aktar minn 20 metru (kif ukoll ċerti tipi speċifiċi oħra ta’ bastimenti), ħlief meta n-navigazzjoni ssir għal finijiet sportivi jew ta’ divertiment jew mill-forzi armati jew mis-servizzi ta’ emerġenza.

Ċertifikati ta’ kwalifika tal-UE

Id-Direttiva tipprovdi dan li ġej.

Id-Direttiva tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-kwalifiki differenti dwar l-età, il-konformità amministrattiva, il-kompetenza u l-ħin ta’ navigazzjoni. Hija teħtieġ ukoll li l-membri kollha tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta jissodisfaw l-istandards tal-istat mediku.

Id-Direttiva tqis il-karatteristiċi differenti tal-Istati Membri tal-UE billi tagħti eżenzjonijiet minn xi miżuri. Dan huwa, b’mod partikolari, il-każ għall-Istati Membri li l-passaġġi fuq l-ilma tagħhom ma humiex konnessi ma’ dawk ta’ Stati Membri oħra u fejn in-navigazzjoni interna hija biss staġjonali jew limitata ħafna. L-Istati Membri l-oħra kollha li għandhom passaġġi fuq l-ilma interni navigabbli jeħtieġ li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimplimentaw is-sistema ta’ rikonoxximent taċ-ċertifikati kif stipulat mid-Direttiva għal dawn il-passaġġi fuq l-ilma.

Rikonoxximent

Iċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-UE, il-kotba tar-rekords tas-servizz u l-ġurnali ta’ abbord maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti huma validi fuq il-passaġġi fuq l-ilma intern kollha fl-UE. Iċ-ċertifikati maħruġa skont ir-regolamenti għall-persunal tan-navigazzjoni fuq ir-Renu, li jistabbilixxu rekwiżiti identiċi għal dawk tad-direttiva, huma validi wkoll fuq il-passaġġi fuq l-ilma kollha tal-UE. Kwalunkwe pajjiż mhux tal-UE jista’ japplika għand il-Kummissjoni Ewropea għar-rikonoxximent taċ-ċertifikati, il-kotba tar-rekords tas-servizz u l-ġurnali ta’ abbord maħruġa mill-awtoritajiet tiegħu. Kull tmien (8) snin, il-Kummissjoni se tirrevedi jekk l-iskema ta’ ċertifikazzjoni ta’ pajjiż li mhux tal-UE tikkonformax ma’ din id-direttiva.

Approċċ ibbażat fuq il-kompetenza

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-persuni li jirċievu ċertifikati ta’ kwalifika jilħqu l-livelli minimi ta’ kompetenza korrispondenti billi jwettqu valutazzjoni. Dan jista’ jkun permezz ta’ eżami amministrattiv jew bħala parti minn programm ta’ taħriġ approvat. Il-possibbiltà ta’ eżami bis-simulaturi hija inkluża wkoll fid-Direttiva.

Kriterji għall-klassifikazzjoni ta’ xi żoni ta’ passaġġi fuq l-ilma interni

Id-Direttiva tistipula kriterji oġġettivi u trasparenti għall-Istati Membri biex jidentifikaw passaġġi fuq l-ilma interni b’riskji speċifiċi u biex jiġu kklassifikati l-passaġġi fuq l-ilma interni b’karattru marittimu.

Sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni

Id-direttiva tipprovdi għat-twaqqif ta’ sistema ta’ informazzjoni biex tiffaċilita l-iskambju ta’ data bejn l-awtoritajiet responsabbli mill-implimentazzjoni u l-infurzar tad-direttiva dwar iċ-ċertifikati ta’ kwalifika, il-kotba tar-rekords tas-servizz u l-ġurnali ta’ abbord.

Impjiegi u ħiliet

Il-Kummissjoni adottat l-atti ta’ implimentazzjoni u delegati li ġejjin fir-rigward tal-impjiegi u l-ħiliet fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni:

MINN META TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA?

Din ilha tapplika mis- u kellha ssir liġi fl-Istati Membri sas-.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva (UE) 2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 91/672/KEE u 96/50/KE (ĠU L 345, , pp. 53–86).

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva (UE) 2017/2397 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament